Proċedura : 2014/2110(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0089/2015

Testi mressqa :

A8-0089/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.41
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0150

RAPPORT     
PDF 180kWORD 229k
30.3.2015
PE 539.698v02-00 A8-0089/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2110(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0089/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(9),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 460/2004 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0089/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2110(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0089/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 9 670 185, li jirrappreżenta żieda ta' 18,53 % meta mqabbel ma'dak għall-2012,

B.     billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 kienet tammonta għal EUR 9 030 000, u tirrappreżenta żieda ta' 10,69 % meta mqabbla ma' dik għall-2012,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.     billi l-kompitu prinċipali tal-Aġenzija huwa li jsaħħaħ il-kapaċità tal-Unjoni li tipprevjeni u li tirreaġixxi għal problemi li jikkonċernaw is-sigurtà tan-netwerks u l-informazzjoni billi tibni fuq sforzi nazzjonali u komunitarji,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' kumment wieħed li sar fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalih kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa fir-rapport 2013 tal-Qorti hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jikkonstata, barra minn hekk, li l-azzjoni korrettiva għall-kumment li sar fir-rapport 2012 tal-Qorti issa hija mmarkata fir-rapport tal-Qorti bħala "Għadha għaddejja";

2.  Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li:

– l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija pprovduta fis-sit tal-Aġenzija fuq l-internet permezz tal-pubblikazzjoni annwali ta' dokumenti strateġiċi inkluż ir-Rapport Annwali, kif ukoll permezz ta' mezzi ġodda ta' komunikazzjoni bħall-midja soċjali;

– fl-2013 wettqet għadd tal-inventarju fiżiku komprensiv; jikkonstata li r-riżultati tal-għadd tal-inventarju ġew irrapportati fil-Kontijiet Annwali tal-2013 u li l-kumment korrispondenti tal-Qorti mmarka l-azzjoni bħala "Għadha għaddejja", peress li l-proċedura ta' deklassifikazzjoni għall-oġġetti li m'għadhomx jintużaw kienet għadha pendenti fiż-żmien meta l-Qorti wettqet l-awditu;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.   Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 94,41 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 86,46 %; jindika li f’Novembru 2013, il-Kummissjoni approvat fondi addizzjonali għall-finanzjament tal-uffiċċju l-ġdid tal-Aġenzija f'Ateni; jikkonstata, li f'dan il-kuntest, total ta' EUR 500 000 ma kienx impenjat fi tmiem is-sena u ġie riportat, b'segwitu għal deċiżjoni mill-Bord ta' Tmexxija;

4.   Jirrikonoxxi li matul l-2013, il-persunal operattiv tal-Aġenzija ġie rilokat f'Ateni, filwaqt li l-persunal amministrattiv baqa' f'Heraklion; jaqbel mal-opinjoni tal-Qorti li l-ispejjeż amministrattivi jistgħu jitnaqqsu jekk il-persunal kollu tal-Aġenzija kellu jiġi ċċentralizzat f'post wieħed u jinkoraġġixxi lill-Aġenzija biex tħejji strateġija li ssolvi din il-kwistjoni b'mod effikaċi;

Impenji u riporti

5.   Jikkonstata li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta’ EUR 1 200 000, li jirrappreżenta 13,5 % tal-approprjazzjonijiet totali; jesprimi tħassib li minn dan l-ammont, EUR 800 000 huma riporti għat-Titolu II, li jirrappreżentaw id-59 % tal-approprjazzjonijiet totali tat-Titolu II; jirrikonoxxi li l-ammont ta' EUR 500 000 imsemmi fil-paragrafu 3, kif ukoll EUR 300 000 addizzjonali riportati għall-finanzjament ta’ għamara u tagħmir tan-netwerk għall-uffiċċju l-ġdid f'Ateni, jispjegaw il-livell għoli ta' riporti għat-Titolu II;

Trasferimenti

6.   Jikkonstata b'sodisfazzjon li skont ir-Rapport Annwali tal-Aġenzija, kif ukoll ir-riżultati tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.   Jikkonstata li għas-sena 2013, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Aġenzija fir-rapport tal-Qorti;

8.   Jikkonstata li l-Qorti ma għamlet l-ebda kumment fir-rapport tagħha fir-rigward tal-proċeduri ta’ reklutaġġ tal-Aġenzija;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

9.   Jirrikonoxxi li f'Ottubru 2013 il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija approva u ffirma d-deċiżjoni dwar arranġamenti prattiċi għall-implimentazzjoni tar-regoli dwar it-trasparenza u l-kunfidenzjalità;

10.    Jirrkonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li s-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tad-Direttur Eżekuttiv, id-Diretturi u l-Kapijiet tad-Dipartimenti ġew ippubblikati kompletament fis-sit tal-Aġenzija fuq l-internet, kif mitlub mill-awtorità ta' kwittanza fir-rigward tal-kwittanza tal-Aġenzija għall-2012;

Kummenti dwar il-kontrolli interni

11.    Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li f'Settembru 2013, ir-rwol ta’ Koordinatur tal-Kontroll Intern (ICC) kien kompletament attiv u indirizza bħala prijorità l-implimentazzjoni u l-għeluq sussegwenti tad-diversi rakkomandazzjonijiet li saru mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS);

Awditjar intern

12.    Jikkonstata li matul l-2012, l-IAS wettaq eżerċizzju ta' valutazzjoni tar-riskju sabiex jiddetermina l-prijoritajiet tal-awditjar għat-tliet snin ta' wara; jikkonstata li fit-3 ta' Diċembru 2012 l-IAS ressaq il-pjan ta' awditjar strateġiku finali tiegħu għall-perjodu 2013-2015 fir-rigward tal-Aġenzija;

13.    Jirrikonoxxi li matul l-2013 l-IAS wettaq rieżami dokumentarju dwar il-"Ġestjoni tal-Proġetti fl-Operazzjonijiet", li b'kollox wassal għal ħames rakkomandazzjonijiet; jikkonstata li erbgħa minn dawn ir-rakkomandazzjonijiet diġà ngħalqu filwaqt li l-ħames waħda għandha tiġi rieżaminata mill-IAS;

14.    Jikkonstata li sal-31 ta' Diċembru 2013 l-ebda rakkomandazzjoni kritika mir-rapporti preċedenti tal-IAS ma kienet għadha miftuħa; jikkonstata, barra minn hekk, li l-unika rakkomandazzjoni miftuħa kklassifikata bħala "Importanti ħafna" fi tmiem is-sena ġiet implimentata u kienet qed tistenna li tiġi rieżaminata mill-IAS; jindika li din ir-rakkomandazzjoni għandha x'taqsam mal-applikazzjoni ta' kontrolli ex post; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza meta l-kontrolli ex post jiġu vvalidati mill-IAS;

Kummenti oħra

15.    Jirrikonoxxi li skont il-ftehim ta' lokazzjoni bejn l-awtoritajiet Griegi, l-Aġenzija u l-lokatur, il-kera għall-uffiċċji f'Ateni titħallas mill-awtoritajiet Griegi; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kera kontinwament titħallas tard, b'bosta xhur ta' dewmien, li jirrappreżenta riskju għall-kontinwità operattiva kif ukoll riskju finanzjarju għall-Aġenzija: jieħu nota li l-Aġenzija fetħet diskussjonijiet mal-partijiet interessati f'dan ir-rigward; jikkonstata, barra minn hekk, li sal-lum il-lokatur aċċetta d-dewmien attribwit għall-proċeduri tal-Gvern Grieg mingħajr ma impona ebda penali fuq l-Aġenzija; jappella lill-Aġenzija biex tkompli bl-isforzi tagħha għall-mitigazzjoni tar-riskji li jirriżultaw minn din is-sitwazzjoni u biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-progress;

16.    Jikkonstata bi tħassib li l-Aġenzija naqset milli twieġeb il-mistoqsija rigward kemm l-ispazju għall-ħidma tagħha hu kosteffikaċi u ma jagħmilx ħsara għall-ambjent; jappella lill-Aġenzija biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-miżuri implimentati;

o

o   o

17. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(17) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(6)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(7)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.

(10)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 217.

(11)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(12)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(13)

ĠU L 77, 13.3.2004, p. 1.

(14)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(15)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(16)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(17)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali