Proċedura : 2014/2104(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0090/2015

Testi mressqa :

A8-0090/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.44
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0153

RAPPORT     
PDF 183kWORD 100k
30.3.2015
PE 539.708v02-00 A8-0090/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2104(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2104(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill ta' ... dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0180/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0090/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2104(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0090/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2104(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0090/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ("il-Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 20 143 500, li jirrappreżenta żieda ta' 0,01 % meta mqabbel mal-2012; billi l-baġit kollu tal-Fondazzjoni huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzojni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jilqa' l-fatt li fl-2013 intlaħaq qbil mal-awtoritajiet tar-Reġjun tal-Piemonte, fl-Italja, dwar is-sede tal-Fondazzjoni, li jiżgura l-kontinwità tal-attivitajiet tal-Fondazzjoni għall-perjodu 2013-2015; jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni fetħet negozjati mal-gvern il-ġdid tal-Piemonte, fejn hija stabbilita s-sede tal-Fondazzjoni, rigward it-tiġdid tal-kuntratt ta' servizz għas-sede tagħha mill-2015;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.      Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,78 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,72 %;

3.     Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem l-2013, il-Fondazzjoni kellha EUR 7 500 000 f'kontijiet f'bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB); jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li l-bilanċ bankarju għoli fi tmiem is-sena seħħ minħabba li l-ewwel pagament parzjali tas-sovvenzjoni tħallas minn qabel, kif ukoll minħabba fondi li waslu mill-programmi ġodda GEMM u FRAME; jinnota l-intenzjoni tal-Fondazzjoni li tipparteċipa fi proċedura ta' akkwist konġunt għas-servizzi bankarji mnedija mill-Kummissjoni; iqis li, jekk din il-proċedura ma tirnexxix, il-Fondazzjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà tal-assi tagħha; jistieden lill-Fondazzjoni tivvaluta jekk jeħtieġx li jsir rieżami tal-politika tat-teżor tagħha u tirrapporta lill-awtorita ta' kwittanza dwar ir-riżultati ta' din il-proċedura ta' akkwist.

Impenji u riporti

4.      Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li ma saru ebda kummenti rigward l-impenji u r-riporti għas-sena finanzjarja 2013 u jifraħ lill-Fondazzjoni għall-ippjanar baġitarju tajjeb tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.      Jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li, la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati tal-awditi ma wasslu għal kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

6.      jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li hija adottat u ppublikat il-linji gwida dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess; jinnota l-pjan tal-Fondazzjoni li tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-Bord Governattiv, tad-Direttur u tal-maniġers għolja tagħha fuq il-website tagħha u jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar ir-riżultati ta' dan l-eżerċizzju hekk kif ikun finalizzat;

Awditjar intern

7.      Jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar id-disinn u l-applikazzjoni effikaċi tas-sistema ta' kontroll intern (ICS) stabbilita mill-maniġment fir-rigward tal-Ġestjoni min-naħa ta' Esperti u l-Missjonijiet; jinnota li din il-ħidma vvalutat jekk l-ICS, kif implimentata fiż-żmien tal-ħidma fuq il-post, ipprovdietx assigurazzjoni biżżejjed rigward il-konformità mar-regoli u l-obbligi applikabbli, kif ukoll l-effikaċja u l-effiċjenza tal-proċessi ta' Ġestjoni min-naħa ta' Esperti u l-Missjonijiet, kif stabbiliti fil-kamp ta' applikazzjoni tal-awditu;

8.      Jinnota li, abbażi tar-riżultati ta' dan l-awditu, l-IAS iqis li l-ICS tipprovdi biżżejjed assigurazzjonijiet, bl-eċċezzjoni tal-ħatra formali tal-bord ta' selezzjoni, kif ukoll id-dikjarazzjonijiet ta' assenza, ta' kunflitti ta' interess u ta' kunfidenzjalità;

9.      Jinnota mill-Fondazzjoni li, wara l-awditu, hija ħejjiet pjan ta' azzjoni li tressaq lis-Servizz ta' Awditjar Intern; jinnota li l-IAS iqisu adegwat sabiex iservi ta' bażi għall-implimentazzjoni effikaċi u s-segwitu tar-rakkomandazzjonijiet tal-awditu tal-IAS;

10.    Jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li sa mill-1 ta' Settembru 2014, l-IAS formalment iffinalizza l-14-il rakkomandazzjoni kollha mill-awditu 2011 tal-IAS fuq il-komunikazzjoni;

Prestazzjoni

11.    Jirrikonoxxi mill-Fondazzjoni li skont il-politika ta' komunikazzjoni tagħha, il-pubbliku ġenerali huwa mira ewlenija tal-attivitajiet ta' komunikazzjoni tagħha; josserva li l-ewwel livell ta' informazzjoni fuq il-website tal-Fondazzjoni huwa immirat għal ċittadini interessati u fih informazzjoni ġenerali, attivitajiet konkreti u riżultati; jinnota l-użu ta' mezzi oħra ta' komunikazzjoni tal-Fondazzjoni bħal midja tradizzjonali kif ukoll midja soċjali;

Kummenti oħra

12.    Jirrikonoxxi l-kontribut kontinwu tal-Fondazzjoni biex jittejjeb l-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi sħab; jilqa', barra minn hekk, ir-riżultati li nkisbu fl-2013 fil-kuntest tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2010-2013 tal-Fondazzjoni, li jirriflettu t-twettiq b'suċċess tal-pjan ta' erba' snin;

13.    Jinnota li l-2013 kienet l-aħħar sena tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2010-2013 u jifraħ lill-Aġenzija talli laħqet 99 % tal-miri stabbiliti fl-erba' programmi ta' ħidma tagħha;

14.    Japprezza l-progress li sar fl-iżvilupp tar-riforma Ewropea, ibbażata fuq l-evidenza, tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) permezz tal-Proċess ta' Turin, u l-analiżi ta' politiki oħra speċifiċi li ħadu f'idejhom il-pajjiżi sħab,b'mod li wassal għal żviluppi ta' politika nazzjonali li jikkontribwixxu biex jiżguraw is-sostenibbiltà fil-ġejjieni.

o

o   o

15.    Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħrajn ta' natura orizzontali li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

30.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2104(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2013 kienu skont il-liġi u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2013 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jirrikonoxxi l-kontribut kontinwu tal-Fondazzjoni biex jittejjeb l-iżvilupp tal-kapital uman fil-pajjiżi sħab; jilqa', barra minn hekk, ir-riżultati li nkisbu fl-2013 fil-kuntest tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2010-2013 tal-Fondazzjoni, li jirriflettu t-twettiq b'suċċess tal-pjan ta' erba' snin;

3.  Jieħu nota tar-risposta tal-Fondazzjoni dwar il-bilanċ għoli fil-bank fi tmiem l-2013; jinnota l-intenzjoni tal-Fondazzjoni li fl-2014 tipparteċipa fi proċedura ta' akkwist konġunt għas-servizzi bankarji mnedija mill-Kummissjoni; iqis li, jekk din il-proċedura ma tirnexxix, il-Fondazzjoni għandha tieħu l-passi kollha meħtieġa biex tiżgura s-sigurtà tal-assi tagħha;

4.  Jinnota li l-2013 kienet l-aħħar sena tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2010-2013 u jifraħ lill-Aġenzija talli kisbet 99 % tal-miri stabbiliti fl-erba' Programmi ta' Ħidma tagħha;

5.  Japprezza l-progress li sar fl-iżvilupp tar-riforma Ewropea bbażata fuq l-evidenza fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) permezz tal-Proċess ta' Turin u l-analiżi ta' politiki oħra speċifiċi li permezz tagħhom inkisbet sjieda fil-pajjiżi sħab li wasslet għal żviluppi fil-politika nazzjonali li jgħinu biex jiġi garantit futur sostenibbli.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Helga Stevens, Monika Vana

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 260.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' dik id-data, P7_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali