Proċedura : 2014/2103(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0091/2015

Testi mressqa :

A8-0091/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.49
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0158

RAPPORT     
PDF 182kWORD 110k
30.3.2015
PE 539.700v02-00 A8-0091/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2103(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2103(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0091/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2103(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Eurojust(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Eurojust għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tagħha,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0091/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Eurojust huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Amministrattiv tal-Eurojust, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2103(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0091/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 ammonta għal EUR 33 828 256,

B.     billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 ammontat għal EUR 32 358 660, li jirrappreżenta żieda ta' 1,85 % meta mqabbel mal-2012,

C.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Eurojust huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

D.     billi l-Eurojust twaqqfet bil-għan li tiġi intensifikata l-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata serja u biex jitjieb il-koordinament tal-investigazzjonijiet u tal-prosekuzzjonijiet transkonfinali bejn l-Istati Membri, kif ukoll bejn l-Istati Membri u l-pajjiżi terzi,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li għal dak li għandu x'jaqsam maż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u mmarkati bħala "Għadha għaddejja" jew "Pendenti" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa, fir-rapport tal-Qorti għall-2013, kumment wieħed huwa mmarkat bħala "Ikkompletata" u ieħor bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata, barra minn hekk, li għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa kumment wieħed minnhom huwa mmarkat bħala ''Ikkompletata'', ieħor bħala ''Mhux applikabbli'';

2.   Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust, li din introduċiet għadd ta' miżuri intiżi li jnaqqsu r-riporti awtomatiċi tal-approprjazzjonijiet ta' impenn, fosthom rapport ta' tbassir ġdid u taħriġ obbligatorju rigward iċ-"ċiklu ta' ħajja tan-nefqa" għall-atturi kollha involuti fl-implimentazzjoni tal-baġit,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.   Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-titoli differenti kien ivarja bejn 99 % u 98 % tat-total tal-approprjazzjonijiet, fatt li jindika li l-impenji ġuridiċi ttieħdu f'waqthom;

4.  Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri li jindikaw titjib meħtieġ fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota fl-istess ħin li l-iskadenza għat-talbiet għar-rimbors ta' spejjeż relatati ma' timijiet ta' investigazzjoni konġunta sussidjati minn Eurojust tiddependi, fil-maġġoranza tal-każijiet, min-natura tax-xogħol investigattiv, li mhux dejjem jista' jiġi ppjanat u ta' spiss jista' jdum sa tmiem is-sena.

5.  Jieħu nota, madankollu, f'dan ir-rigward, tal-ġustifikazzjonijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u l-isforzi li diġà saru minn Eurojust f'dan is-sens, fejn din tal-aħħar diġà implimentat il-pariri tal-Qorti u wettqet tnaqqis tal-għadd ta' linji baġitarji ta' 26,4 % għas-sena finanzjarja 2014;

6.  Iqis li, b'mod ġenerali, għandha tingħata attenzjoni akbar lill-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba min-naħa ta' Eurojust fir-rigward tal-prinċipju tal-annwalità tal-baġit, jiġifieri l-ekonomija, l-effikaċja u l-prestazzjoni li bihom din tuża l-approprjazzjonijiet fit-twettiq tal-kompiti tagħha;

Impenji u riporti

7.   Jikkonstata bi tħassib li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien għoli għat-Titolu III (Nefqa operattiva) f'livell ta' EUR 2 341 825 jew 32 %; jieħu nota li l-livell għoli huwa prinċipalment dovut għat-trasferiment tal-ġestjoni interna tas-software lil fornitur ta' servizzi ġdid fi tmiem is-sena;

Trasferimenti

8.      Jesprimi t-tħassib serju tiegħu li fl-2013 l-Eurojust għamlet 49 trasferiment baġitarju u b'hekk intlaqtu 101 linja baġitarja, fatt li jindika nuqqasijiet serji fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-baġit u ġestjoni inadegwata; iħeġġeġ lill-Eurojust twettaq l-għan tagħha li tnaqqas l-għadd ta' linji baġitarji u li tinforma lill-awtorità tal-kwittanza bil-progress f'dan ir-rigward;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

9.   Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust, li l-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha nbidlu b'segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti; jikkonstata li l-proċeduri issa jiggarantixxu li l-mistoqsijiet għat-testijiet u għall-intervisti huma ppreparati qabel l-eżami tal-applikazzjonijiet min-naħa tal-Bord ta' Selezzjoni u li l-ponderazzjoni bejn it-testijiet bil-miktub u l-intervisti hija definita qabel l-iskrinjar tal-kandidati;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

10.  Jiddispjaċih li l-proċess ta' rieżami ma ġiex finalizzat u jiddubita l-impenn fl-implimentazzjoni ta' politika b'saħħitha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, filwaqt li n-nuqqas li tiġi adottata politika kontra l-kunflitti ta' interess jipprevjeni riżultati konkreti f'din il-kwistjoni;

11.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust, li din tikkonferma l-intenzjoni tagħha li tirrieżamina l-arranġamenti tagħha għall-prevenzjoni u għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess abbażi tal-Linji Gwida tal-Kummissjoni dwar il-Prevenzjoni u l-Ġestjoni tal-Kunflitti ta' Interess fl-Aġenziji Deċentralizzati tal-UE;

12.  Jitlob lill-Eurojust biex tadotta b'urġenza l-arranġamenti riveduti tagħha għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, biex tinforma lill-awtorità tal-kwittanza u biex tippubblika r-riżultati konkreti sa tmiem Ottubru 2015;

13.  Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Eurojust, li s-CVs tal-Membri tal-Bord ta' Tmexxija u tad-Direttur Amministrattiv huma disponibbli għall-pubbliku fis-sit web tal-Eurojust; josserva li għadha pendenti l-approvazzjoni mill-Bord ta' Tmexxija tal-Eurojust tal-mudell tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi; jistieden lill-Eurojust tinforma mill-aktar fis possibbli lill-awtorità ta' kwittanza bil-progess li sar f'dan ir-rigward; jiddispjaċih li l-approvazzjoni għadha pendenti u jitlob li l-mudelli jiġu adottati sa tmiem Lulju 2015; iħeġġeġ lill-Eurojust tippubblika d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-persunal u l-esperti tagħha sa tmiem Ottubru 2015;

14.  Jikkonkludi, b'dispjaċir, li l-Eurojust naqset milli tieħu l-passi rilevanti għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u milli tiżgura t-trasparenza;

Awditjar intern

15. Jieħu nota li fl-2013 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu biex joffri riassigurazzjoni li s-sistemi ta' kontroll fl-Eurojust huma adegwati biex jiġġestixxu r-riskji materjali;

16. Jinsab imħasseb li ma tul l-analiżi tar-riskji, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jitqiesu bħala reviżjonabbli fl-ambitu tal-pjan ta' awditjar, billi l-kontrolli kienu assenti jew insuffiċjenti; jikkonsata li d-diriġenti tal-Eurojust ippreżentaw pjan ta' azzjoni intiż li jittratta dawn il-lakuni, li hu meqjus xieraq u se jingħatalu segwitu mill-IAS matul il-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li jmiss tiegħu;

17. Jieħu nota li fl-2013 il-IAS wettaq ukoll rieżami dokumentarju bħala segwitu għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet preċedenti tiegħu; jikkonstata li fi tmiem is-sena l-ebda rakkomandazzjoni kritika ma kienet miftuħa u li l-implimentazzjoni ta' rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala "Importanti ħafna" ġiet ittardjata meta mqabbel mal-pjan oriġinali filwaqt it-tieni rakkomandazzjoni mmarkata bħala "Importanti ħafna" tqieset magħluqa;

Kummenti oħra

18.  Jinnota li hemm kwistjoni identifikata mill-Qorti fl-2011 rigward id-dupplikazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn id-Direttur Amministrattiv u l-Kulleġġ tal-Eurojust u li ma ttieħdet l-ebda miżura korrettiva mill-Kulleġġ biex terġa' tiġi kkunsidrata d-definizzjoni tar-rwoli u r-responsabbiltajiet rispettivi sabiex tiġi evitata d-dupplikazzjoni tar-responsabbiltajiet kif innutat mill-Qorti fl-2010; jistieden lill-Eurojust tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar is-sejba ta' soluzzjoni għal din il-kwistjoni bħala kwistjoni ta' urġenza;

o

o   o

19. Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

6.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ta' EUROJUST għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2103(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Sylvie Guillaume

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.       Jilqa' l-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Unità Ewropea ta' Kooperazzjoni Ġudizzjarja tal-Unjoni Ewropea (Eurojust) jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u tal-flussi ta' flusha għas-sena li ntemmet, u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi tal-kontijiet annwali ta' Eurojust għas-sena finanzjarja 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

2.  Jieħu nota tal-kummenti tal-Qorti tal-Awdituri li jindikaw titjib meħtieġ fir-rigward tal-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit; jinnota fl-istess ħin li l-iskadenza għat-talbiet għar-rimbors ta' spejjeż relatati ma' timijiet ta' investigazzjoni konġunta sussidjati minn Eurojust tiddependi, fil-maġġoranza tal-każijiet, min-natura tax-xogħol investigattiv, li mhux dejjem jista' jiġi ppjanat u ta' spiss jista' jdum sa tmiem is-sena.

3.  Jieħu nota, madankollu, f'dan ir-rigward, tal-ġustifikazzjonijiet identifikati mill-Qorti tal-Awdituri u l-isforzi li diġà saru minn Eurojust f'dan is-sens, fejn din tal-aħħar diġà implimentat il-pariri tal-Qorti u wettqet tnaqqis tal-għadd ta' linji baġitarji ta' 26,4 % għas-sena finanzjarja 2014;

4.  Iqis li, b'mod ġenerali, għandha tingħata attenzjoni akbar lill-prinċipju ta' ġestjoni finanzjarja tajba min-naħa ta' Eurojust fir-rigward tal-prinċipju tal-annwalità tal-baġit, jiġifieri l-ekonomija, l-effikaċja u l-prestazzjoni li bihom din tuża l-approprjazzjonijiet fit-twettiq tal-kompiti tagħha.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

48

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Petra Kammerevert, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostitut(i) (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Elisabetta Gardini, Charles Tannock

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 282.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali