Proċedura : 2014/2088(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0092/2015

Testi mressqa :

A8-0092/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.48
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0157

RAPPORT     
PDF 188kWORD 108k
30.3.2015
PE 539.731v02-00 A8-0092/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2088(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2088(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0092/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2088(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 tas-26 ta' Mejju 1975 dwar il-ħolqien ta' Fondazzjoni Ewropea għal titjib tal-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 16 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0092/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2088(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0092/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol ("il-Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 20 624 300, li jirrappreżenta tnaqqis ta' 3,76 % meta mqabbel ma' dak tal-2012;

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tagħha fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija fornuta fis-sit tagħha fuq l-internet, prinċipalment bis-saħħa tal-pubblikazzjoni annwali tad-dokumenti strateġiċi bħar-rapport annwali ta' attività tal-Fondazzjoni u bosta dokumenti politiċi tal-Unjoni relatati mal-qasam tal-ħajja u tax-xogħol;

Kummenti dwar l-affidabilità tal-kontijiet

2.      Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-Fondazzjoni wettqet eżerċizzju ta' inventarju fiżiku u komprensiv fi tmiem l-2013 u fil-bidu tal-2014 u li r-rapport tal-inventarju fiżiku ma kienx għadu finalizzat sa Frar 2014 meta kien sar l-awditu tal-Qorti; jikkonstata bi tħassib li t-testijiet li għamlet il-Qorti wrew li l-assi fissi kollha la twaħlilhom barcode u lanqas ma ġew reġistrati fir-reġistru u fil-kontijiet, li ċertu tagħmir ġie addebitat minflok kapitalizzat, u li d-data tal-bidu l-korretta għall-kalkolu tal-oneru ta' deprezzament għal ċerti assi ma setax jiġi traċċat;

3.      Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li r-rapport tal-inventarju fiżiku ġie finalizzat u ppubblikat wara li sar l-awditu tal-Qorti u li l-iżbalji fir-rigward tar-reġistrazzjoni u tat-twaħħil tal-barcodes ġew rettifikati jikkonstata barra minn hekk li l-Fondazzjoni llum tirreġistra d-dokumentazzjoni meħtieġa biex tiżgura t-traċċabilità xierqa tad-data tal-bidu l-korretta għall-kalkolu tad-deprezzament tal-assi;

4.      Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li n-nuqqasijiet fil-qasam tar-reġistrazzjoni u tal-kontabilizzazzjoni tal-assi fissi kienu dovuti, fil-biċċa l-kbira, għall-perjodu ta' tranżizzjoni lejn sistema ta' kontabilizzazzjoni tal-assi ġdida; jikkonstata li n-nuqqasijiet identifikati ġew irranġati bis-saħħa tal-implimentazzjoni sħiħa tas-sistema l-ġdida u b'modifiki fil-flussi tax-xogħol interni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

5.      Jikkonstata mill-Fondazzjoni li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 99,50 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet 78,10 %;

Impenji u riporti

6.      Jikkonstata bi tħassib il-livelli għoljin ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2014, li kienu 35,60 % għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 48,60 % għat-Titolu III (nefqa operattiva);

7.      Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li r-riporti tat-Titolu II kienu prinċipalment dovuti għall-akkwist ta' ħardwer u softwer, tiswijiet urġenti u mhux mistennija u xogħlijiet ta' rinnovament li diġà kien ngħata l-kuntratt għalihom u li kienu ppjanati għall-bidu tal-2014, u li r-riporti tat-Titolu III rriżultaw prinċipalment mill-proġetti pluriennali li l-attivitajiet għalihom diġà kienu implimentati, kif ukoll minn riporti mhux ippjanati bħaż-żieda fil-baġit għal bosta proġetti b'portata u kwalità msaħħa, servizzi ta' traduzzjoni ordnati fi tmiem is-sena u fatturazzjoni tardiva min-naħa tal-kuntratturi;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.      Jikkonstata li la l-kampjuni ta' tranżazzjonijiet u lanqas ir-riżultati l-oħra tal-awditi ma rriżultaw f'kummenti dwar il-proċeduri ta' akkwist tal-Fondazzjoni fir-rapport tal-Qorti, li ma fih l-ebda kumment lanqas fir-rigward tal-proċeduri ta' reklutaġġ tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

9.      Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li din adottat il-politika tagħha fil-qasam tal-kunflitti ta' interess matul l-2014; jilqa' pożittivament il-fatt li d-dikjarazzjonijiet tal-interessi, kif ukoll is-CVs tad-Direttur u tal-maniġment superjuri, ġew ippubblikati fis-sit tagħha fuq l-internet; josserva li, minkejja li l-Fondazzjoni talbet li s-CVs tal-membri u tal-membri supplenti tal-Bord Governativ jiġu ppubblikati fis-sit tagħha fuq l-internet, dawn għadhom mhumiex disponibbli għall-pubbliku; jappella lill-Fondazzjoni biex tirranġa dan in-nuqqas b'mod urġenti;

Awditjar intern

10.    Jieħu nota, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li fl-2013 is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu fuq il-komunikazzjoni bidirezzjonali bejn il-Fondazzjoni u l-klijenti u l-partijiet interessati tagħha, bil-għan li jiġi ddeterminat jekk l-objettivi tagħha humiex qed jinkisbu b'mod effikaċi u effiċjenti; jirrikonoxxi li l-awditu wera li s-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Fondazzjoni kienu qegħdin jaħdmu b'mod effikaċi u effiċjenti; jikkonstata li fl-awditu tiegħu, l-IAS ifformula tliet rakkomandazzjonijiet lill-Fondazzjoni, li waħda minnhom kienet immarkata bħala "Importanti ħafna";

11.    Jaċċerta mill-Fondazzjoni li r-rakkomandazzjonijiet kollha fformulati mill-IAS fl-2012 u fis-snin preċedenti ġew implimentati u magħluqa mill-IAS f'Jannar 2014;

Kummenti oħra

12.    Jikkonstata bi tħassib li avolja l-Fondazzjoni saret operattiva fl-1975, għadu ma ġiex iffirmat ftehim komprensiv dwar is-sede ċentrali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru ospitanti;

13.    Jirrikonoxxi, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Fondazzjoni, li n-negozjati mal-Istat Membru ospitanti bdew fi Frar 2014; jikkonstata li lill-Fondazzjoni ġie ppreżentat abbozz ta' ftehim li fih il-biċċa l-kbira tal-materji kontroversjali preċedenti ġew solvuti, u jistenna bil-ħerqa l-aħħar ċiklu ta' negozjati u l-iffirmar sussegwenti ta' ftehim li kieku jkun jippromwovi t-trasparenza fir-rigward tal-kundizzjonijiet skont liema jaħdmu l-Fondazzjoni u l-persunal tagħha; jappella lill-Fondazzjoni biex tinforma lill-awtorità ta' kwittanza bl-eżitu ta' dawn in-negozjati;

14.    Jikkonstata li l-2013 kienet l-ewwel sena tal-programm fuq erba' snin (2013-2016) tal-Fondazzjoni japprezza l-attivitajiet tal-Fondazzjoni f'dan il-kuntest, li jipprovdu għarfien ta' kwalità għolja, f'waqtu u rilevanti bħala appoġġ għat-tfassil ta' politiki u li ntuża, pereżempju mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; jikkonstata ulterjorment it-titjib fil-biċċa l-kbira tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni meta mqabbla ma' dawk għall-2012;

15.    Jilqa' pożittivament iż-żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-Fondazzjoni għall-iżvilupp ta' politiki, l-użu akbar tal-għarfien espert tagħha fid-dokumenti ta' politika kruċjali tal-UE u r-rikonoxximent dejjem jikber tal-valur xjentifiku tar-riċerka tal-Fondazzjoni;

o

o         o

16.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

30.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2088(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin.

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Eurofound għas-sena finanzjarja 2013 kienu legali u regolari u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2013 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jinnota li l-2013 kienet l-ewwel sena tal-programm ta' erba' snin tal-Eurofound (2013-2016); japprezza l-attivitajiet tal-Eurofound f'dan il-kuntest, li jipprovdu għarfien ta' kwalità għolja, f'waqtu u rilevanti b'appoġġ għat-tfassil tal-politika li għamlet użu minnu pereżempju l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol; jinnota wkoll it-titjib fil-biċċa l-kbira tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni b'paragun mal-2012;

3.  Jilqa' ż-żieda fil-kontribuzzjonijiet tal-Eurofound għall-iżvilupp tal-politiki, l-użu akbar tal-kompetenza tagħha f'dokumenti ta' politika ewlenin tal-UE u r-rikonoxximent li qed jikber tal-valur xjentifiku tar-riċerka tal-Eurofound;

4.  Jirrikonoxxi r-rata ta' implimentazzjoni għolja tal-baġit (99,5%) fl-2013, u dan jindika li l-impenji saru f'waqthom; jinnota r-riport għoli fit-Titoli II (35,6 %) u III (48,6 %); madankollu jinsab sodisfatt bil-kummenti fir-rapport dwar il-ġestjoni baġitarja relatati ma' dawn il-kwistjonijiet;

5.  Jinnota t-tweġibiet tal-Eurofound rigward it-tħassib imqajjem mill-Qorti tal-Awdituri dwar l-inventarju fiżiku u r-reġistrazzjoni tal-assi fissi; jistenna li bis-sistema kontabilistika tal-assi l-ġdida, żbalji bħal dawn se jiġu evitati fil-futur;

6.  Jaqbel mal-kumment tal-Qorti tal-Awdituri fejn tissuġġerixxi li ftehim komprensiv dwar il-Kwartieri Ġenerali bejn il-Fondazzjoni u l-Istat Membru ospitanti jippromwovi aktar it-trasparenza fil-kundizzjonijiet operattivi tal-Eurofound.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tania González Peñas, Richard Howitt, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Helga Stevens, Monika Vana

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 275.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 139, 30.5.1975, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali - Politika tal-privatezza