Proċedura : 2014/2119(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0098/2015

Testi mressqa :

A8-0098/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.35
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0144

RAPPORT     
PDF 188kWORD 114k
30.3.2015
PE 539.713v02-00 A8-0098/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2119(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2119(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0098/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2119(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8-0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0098/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2119(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0098/2015),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2013 kien jammonta għal EUR 10 024 535, li jirrappreżenta żieda ta' 29,49 % fuq l-2012,

B.   billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.   Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward ta' żewġ kummenti li saru fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalihom kienet immarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u fir-rapport 2013 tal-Qorti, l-azzjoni korrettiva għal kumment minnhom hija mmarkata bħala "Ikkompletata" filwaqt li għall-ieħor hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja"; jikkonstata barra minn hekk li, għaż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-azzjoni korrettiva għal kumment partikolari hi mmarkata bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li l-oħra hi mmarkata bħala ''Għadha għaddejja'';

2.   Jirrikonoxxi mill-Istitut li l-informazzjoni dwar l-impatt tal-attivitajiet tiegħu fuq iċ-ċittadini tal-Unjoni hija disponibbli fuq il-websajt tiegħu - li ġiet aġġornata - u li saret aktar aċċessibbli permezz tal-użu tal-midja soċjali;

3.   Jinnota li l-Istitut stabbilixxa strument ta' monitoraġġ li jsegwi d-dati previsti ta' kull stadju tal-proċedimenti annwali tal-akkwist, u dan bil-ħsieb li jtejjeb l-akkwist, l-ippjanar u l-monitoraġġ;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.   Jikkonstata li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 98,01 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 76,93 %;

5.   Jikkonstata mill-Istitut li, skont il-pjanijiet tiegħu sabiex jiżgura monitoraġġ u rapportar xierqa tal-implimentazzjoni tal-baġit, fl-2013 ġiet adottata proċedura għal monitoraġġ ċentralizzat tal-baġit; jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati miksuba permezz ta' dik il-proċedura;

Impenji u riporti

6.   Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet impenjati fl-2013 kien ta' 99 %, u dan jindika li l-impenji saru b'mod puntwali; jilqa' t-tnaqqis ulterjuri tal-livell kumplessiv tar-riporti minn EUR 2 500 000 (32 %) fl-2012 għal EUR 2 200 000 (29 %) fl-2013; jindika li dawn ir-riporti huma prinċipalment relatati mat-Titolu III (nefqa operazzjonali), b'EUR 2 000 000 jirrappreżentaw 56 % tal-approprjazzjonijiet impenjati korrispondenti; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti prinċipalment għandhom x'jaqsmu mal-proċeduri ta' akkwist li ġew konklużi lejn l-aħħar tal-2013, l-aktar minħabba raġunijiet fil-biċċa l-kbira lil hinn mill-kontroll tal-Istitut, bħal perżempju dewmien f'deċiżjoni mill-Presidenza tal-Kunsill tal-Unjoni dwar suġġett ta' studju;

7.   Jikkonstata li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-livell tar-riporti hu konformi mal-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

8.   Jaċċerta mill-Istitut li l-proċedura ta' reklutaġġ u ta' selezzjoni tiegħu ġiet aġġornata skont r-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità ta' kwittanza u issa tinkorpora testijiet bil-miktub, flimkien mal-importanza rispettiva mogħtija lilhom, li jiġu finalizzati qabel ma tkun ġiet eżaminata l-applikazzjoni ta' kull kandidat;

9.   Jirrikonoxxi mill-Istitut li, mill-2013, il-programm ta' ħidma annwali tiegħu jinkorpora deċiżjoni ta' finanzjament li tindika dettalji ġodda tal-akkwist, inkluż il-baġit annwali totali riżervat għall-akkwist operattiv, kif ukoll il-kalendarju indikattiv għat-tnedija tal-proċeduri ta' akkwist;

10. Jikkonstata mill-Istitut li ġiet żviluppata għodda ċentralizzata għall-monitoraġġ tal-akkwisti, li tkopri l-proċeduri ta' akkwist kollha u tindika d-dati ppjanati u dawk effettivi tal-passi proċedurali ewlenin f'kull proċedura ta' akkwist;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

11. Jieħu nota tal-fatt li l-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut adotta l-politika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess wara li l-proposta għal politika ġiet rieżaminata u approvata mill-Kummissjoni Ewropea; jirrikonoxxi mill-Istitut li l-pubblikazzjoni tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija, id-Direttur Eżekuttiv u l-maniġment superjuri hi inkluża f'dik il-politika u saret fuq il-websajt tal-Istitut;

Awditjar intern

12.    Jikkonstata mill-Istitut li, fl-2013, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq xogħol ta' awditjar skont il-pjan ta' awditjar strateġiku tal-Istitut; jikkonstata li dan ix-xogħol kien jinkludi awditjar dwar il-ġestjoni tar-riżorsi umani li identifika l-prattiki tajbin, kif ukoll assigurazzjoni raġonevoli rigward l-istruttura għall-ġestjoni tar-riżorsi umani;

13.    Jikkonstata bi tħassib li, waqt l-analiżi tar-riskji li għamel, l-IAS identifika ċerti proċessi ta' riskju inerenti għoli li ma setgħux jiġu awditjati fi ħdan il-pjan ta' awditjar, peress li l-kontrolli ġew ivvalutati bħala assenti jew insuffiċjenti; jilqa' l-fatt li tressaq pjan ta' azzjoni mmirat biex jindirizza dawk l-oqsma ta' riskju għoli; jistenna bil-ħerqa l-valutazzjoni tar-riskju fil-fond li jmiss li se tagħti segwitu għal dan il-pjan ta' azzjoni u jappella lill-Istitut biex jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju;

14.    Jieħu nota mill-Istitut li ma kien hemm l-ebda rakkomandazzjoni kritika jew importanti ħafna mill-IAS pendenti fil-31 ta' Diċembru 2013;

Kummenti oħra

15.    Ifakkar li l-Istitut ġie stabbilit sabiex jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi, inkluża l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneru fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali konsegwenti kollha, jiġġieled kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess u jżid l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jissottolinja li skont il-programm ta' ħidma annwali tal-Istitut, il-missjoni tiegħu hi li jsir iċ-ċentru ta' għarfien Ewropew dwar kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

16.    Ifakkar li l-Istitut għandu rwol fundamentali minħabba l-fatt li l-ugwaljanza reali u effettiva bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi promossa u mogħtija fl-isferi kollha tal-ħajja pubblika u privata;

17.    Jappella lill-Istitut biex jinkludi l-laqgħat annwali konġunti li jsiru bejn il-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u l-Istitut fil-programm ta' ħidma annwali tiegħu; jistieden lill-Istitut jippreżenta fuq bażi regolari quddiem il-kumitati rilevanti tal-Parlament, ir-riżultati u s-sejbiet tar-riċerka tiegħu; jinnota li l-Istitut għandu jiffaċilita l-aċċess għall-informazzjoni relatata mal-ġeneru b'mod iktar proattiv, b'enfasi fuq il-ħidma mwettqa mill-Membri tiegħu, lill-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; iqis li dan jipprovdihom b'għodod ta' informazzjoni importanti u aktar effettivi;

18.    Jitlob interazzjoni aħjar bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u għar-riċerka tal-Istitut; jirrikonoxxi l-importanza tar-rwol imwettaq mill-Istitut fil-ġbir ta' data affidabbli u komparattiva, diżaggregata skont is-sess u ewlenija għall-iżvilupp ta' politiki nazzjonali u tal-Unjoni, speċjalment dawk dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-Istitut jaħdem mill-qrib mal-Eurostat u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex jipproduċu stħarriġ regolari dwar dawk il-kwistjonijiet li l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jqis li huma l-iktar importanti, partikolarment il-vjolenza kontra n-nisa u l-elementi tipiċi tal-impjieg tan-nisa;

o

o         o

19.    Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-... 2015(15) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

21.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2119(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Iratxe García Pérez

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) (minn issa 'l quddiem "l-Istitut") kien stabbilit sabiex jippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi inkluż l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali konsegwenti kollha, fil-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni abbażi tas-sess u biex ikun indukrat l-għarfien taċ-ċittadini dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi; jissottolinja li skont il-programm ta' ħidma annwali tal-Istitut, il-missjoni tiegħu hi li jsir ċentru ta' għarfien Ewropew dwar il-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi;

2.   Ifakkar li l-Istitut għandu rwol fundamentali b’mod partikolari minħabba l-fatt li l-ugwaljanza reali u effettiva bejn in-nisa u l-irġiel għandha tiġi promossa u mogħtija fl-isferi kollha tal-ħajja pubblika u privata;

3.  Jieħu nota tal-konferma min-naħa tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-Istitut fuq il-punti materjali kollha, jippreżenta tajjeb il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu sa mill-31 ta' Diċembru 2013 u li l-attivitajiet tal-Istitut u l-flussi tal-flus għas-sena finanzjarja 2013 jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu;

4.   Jilqa’ l-fatt li fl-2013, il-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kien ta’ 99 %, li jindika li l-impenji saru f'waqthom;

5.  Jirrimarka l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li t-tranżazzjonijiet sottostanti tal-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013 huma, legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

6.  Jiġbed l-attenzjoni b'sodisfazzjon, għall-kumment tal-Qorti tal-Awdituri dwar it-tnaqqis fir-riport mill-approprjazzjonijiet ta' impenn minn 32% fl-2012 għal 29% fl-2013; jieħu nota tal-kumment mill-Qorti tal-Awdituri li dawn ir-riporti jikkonċernaw primarjament il-proċeduri ta' akkwist konklużi lejn l-aħħar tas-sena minħabba raġunijiet li fil-parti l-kbira tagħhom imorru lil hinn mill-kontroll tal-Istitut jistieden lill-Istitut jkompli fl-isforzi tiegħu biex inaqqashom b'mod progressiv u biex joffri effiċjenza baġitarja imtejba;

7.  jinnota l-miżuri meħuda mill-Istitut wara l-impenji tas-sena li għaddiet fir-rigward tal-ippjanar dwar l-akkwist u l-proċedura ta' monitoraġġ u l-fatt li l-Istitut issa daħħal fis-seħħ strument ta' monitoraġġ li jsegwi d-dati previsti ta' kull stadju tal-proċedimenti annwali tal-akkwist;

8.      Ifakkar l-importanza li jingħata kont tal-attivitajiet previsti fil-pjan ta' kooperazzjoni mal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi fil-programm ta' ħidma annwali tal-Istitut u biex ir-riżultati u s-sejbiet tar-riċerka jiġu ppreżentati regolarment quddiem il-kumitati rilevanti tal-Parlament; jinnota li l-Istitut għandu jiffaċilita l-aċċess għal tagħrif relatat mal-ġeneru għall-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi b’mod iktar proattiv u aktar iffukat fuq il-ħidma li twettqet minn dan il-Kumitat, li jippermetti lill-membri tiegħu għodod ta’ informazzjoni aktar effettivi; jitlob interazzjoni aħjar bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u għar-riċerka tal-Istitut; jappoġġa l-importanza tar-rwol imwettaq mill-Istitut fil-ġbir ta' dejta affidabbli u komparattiva, diżaggregata skont is-sess u ewlenija għall-iżvilupp ta' politiki nazzjonali u tal-Unjoni, speċjalment dwar il-vjolenza abbażi tal-ġeneru; jistieden lill-Istitut biex jaħdem mill-qrib mal-Eurostat u mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali sabiex jipproduċu stħarriġ regolari dwar dawk il-kwistjonijiet li l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-sessi jqisu li huma l-iktar importanti, partikolarment il-vjolenza kontra n-nisa u l-elementi tipiċi tal-impjieg tan-nisa;

9.  Huwa tal-fehma, fuq il-bażi tad-data disponibbli, li d-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi jista' jingħata kwittanza fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2013..

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Vicky Maeijer, Angelika Mlinar, Krisztina Morvai, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Jordi Sebastià, Michaela Šojdrová, Ángela Vallina, Beatrix von Storch, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Biljana Borzan, Linnéa Engström, Rosa Estaràs Ferragut, Mariya Gabriel, Ildikó Gáll-Pelcz, Kostadinka Kuneva, Marc Tarabella

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Benedek Jávor, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.

(9)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 167.

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P7_TA-PROV(2015)0000.

Avviż legali