Proċedura : 2014/2075(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0101/2015

Testi mressqa :

A8-0101/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0118

RAPPORT     
PDF 845kWORD 956k
30.3.2015
PE 539.748v04-00 A8-0101/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u Aġenziji Eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ingeborg Gräßle

1.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 2.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 3.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 4.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 5.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 6.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 7.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 8.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 9.  MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

1.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2014 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl-2013” (COM(2014)0342),

–       wara li kkunsidra r-rapport ta’ evalwazzjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba (COM(2014)0383) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD (2014) 0200, SWD (2014) 0201),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–       wara li kkunsidra d-diversi deċiżjonijiet u rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman rigward il-Kummissjoni, flimkien mal-implimentazzjoni, min-naħa tal-istituzzjonijiet, ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet fl-interessi taċ-ċittadini;

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05303/2015 – C8-0053/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6) ,u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.      Jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi, u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-... Dwar ir-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja 2013(7);

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

     ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

     ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

     ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1.

(4)

     ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(5)

     ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)

     ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)

     Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(2015)0000.


2.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013(3),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(4),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(9), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/336/KE tal-20 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura għall-ġestjoni tal-azzjoni Komunitarja fl-oqsma tal-edukazzjoni, l-awdjoviżiv u l-kultura, bl-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(10),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/776/UE tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura” u li tħassar id-Deċiżjoni 2009/336/KE(11),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni l-Awdjoviżiv u l-Kultura, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

     ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

     ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

    ĠU C 408, 15.11.2014, p. 39.

(4)

    ĠU C 442, 10.12.2014, p. 67.

(5)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128..

(6)

   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)

   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(9)

   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(10)

   ĠU L 101, 21.4.2009, p. 26.

(11)

    ĠU L 343, 19.12.2013, p. 46.


3.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2013(3),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(4),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(9), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(10),

–       wara li kkunsidra d- Deċiżjoni 2013/771/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l- “Aġenzija Eżekuttiva għall-intrapriżi żgħar u medji” u li tħassar id-Deċiżjonijiet 2004/20/KE u 2007/372/KE(11),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji (preċedentement l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Intrapriżi Żgħar u Medji, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

   ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

   ĠU C 408, 15.11.2014, p. 6.

(4)

   ĠU C 442, 10.12.2014, p. 74.

(5)

    ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(6)

    ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)

    ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(9)

   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(10)

   ĠU L 5, 9.1.2004, p. 85.

(11)

   ĠU L 341, 18.12.2013, p. 73.


4.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza b’rabta mal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għas-sena finanzjarja 2013(3),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(4),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(9), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/858/KE tal-15 ta’ Dicembru 2004 li twaqqaf aġenzija eżekuttiva bl-isem "Aġenzija Eżekuttiva għall-Programm dwar is-Saħħa Pubblika" għat-tmexxija tal-azzjoni Komunitarja fil-qasam tas-saħħa pubblika — b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(10),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/770/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva tal-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” u li tħassar id-Deċiżjoni 2004/858/KE(11),

–       wara li kkunsidra d- Deċiżjoni 2014/927/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2014 li temenda d-Deċiżjoni 2013/770/UE sabiex tittrasforma “L-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel” f’ “Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel(12),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa u l-Ikel (preċedentement l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Konsumaturi, is-Saħħa, l-Agrikoltura u l-Ikel (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva għas-Saħħa u l-Konsumaturi), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

   ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

   ĠU C 408, 15.11.2014, p. 5.

(4)

   ĠU C 442, 10.12.2014, p. 83.

(5)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(6)

   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)

   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(9)

   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(10)

    ĠU L 369, 16.12.2004, p. 73.

(11)

   ĠU L 341, 18.12.2013, p. 69.

(12)

   ĠU L 363, 18.12.2014, p. 183


5.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għa-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(3),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/37/KE tal-14 ta’ Diċembru 2007 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka” għall-ġestjoni tal-programm speċifiku Komunitarju “Ideat” fil-qasam tar-riċerka fil-fruntieri tal-għarfien b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(9),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/779/UE tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka” u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/37/KE(10),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva tal-Kunsill Ewropew għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva Ewropea għar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

   ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

    ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

    ĠU C 442, 10.12.2014, p. 240.

(4)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(5)

   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)

    ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)

   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(8)

    ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(9)

    ĠU L 9, 12.1.2008, p. 15.

(10)

    ĠU L 346, 20.12.2013, p. 58.


6.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013(3),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(4),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(9), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/46/KE tal-14 ta’ Diċembru li tistabbilixxi l-“Aġenzija Eżekuttiva għar-Riċerka” għall-ġestjoni ta’ ċerti oqsma tal-programm speċifiċi Komunitarji msejħin “In-Nies”, “Il-Kapaċitajiet” u “Il-Kooperazzjoni” fil-qasam tar-riċerka b’applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(10),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/778/UE tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/46/KE(11),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għar-Riċerka għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva tar-Riċerka, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

   ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

   ĠU C 408, 15.11.2014, p. 40.

(4)

    ĠU C 442, 10.12.2014, p. 351.

(5)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(6)

   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)

   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(9)

   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(10)

   ĠU L 11, 15.1.2008, p. 9.

(11)

    ĠU L 346, 20.12.2013, p. 54.


7.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8–0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013(3),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(4),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(5) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kumissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta' Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b'ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(9), u b'mod partikolari l-ewwel u t-tieni paragrafi tal-Artikolu 66 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/60/KE tas-26 ta’ Ottubru 2006, li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk tat-Trasport Trans-Ewropew skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003(10),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni 2013/801/UE tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Diċembru 2013 li tistabbilixxi l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/60/KE kif emendata bid-Deċiżjoni 2008/593/KE(11),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, skont l-Artikolu 17(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha teżegwixxi l-baġit u timmaniġġja l-programmi, u għandha tagħmel dan, skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri fuq ir-responsabbiltà tagħha stess, b’konsiderazzjoni tal-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba;

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenżija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, id-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III — Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li tifforma parti integrali minn dawk id-Deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

   ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

   ĠU C 408, 15.11.2014, p. 41.

(4)

   ĠU C 442, 10.12.2014, p. 358.

(5)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(6)

   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(7)

   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)

   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.

(9)

   ĠU L 297, 22.9.2004, p. 6.

(10)

   ĠU L 32, 6.2.2007, p. 88.

(11)

   ĠU L 352, 24.12.2013, p. 65.


8.  PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013 (COM(2014)0510) – C8-0140/2014)(2),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar is-segwitu għad-deċiżjoni ta’ kwittanza għas-sena finanzjarja 2012 (COM(2014)0607), u d-dokumenti ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjawha (SWD (2014) 0285 u SWD (2014) 0286),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Ġunju 2014 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl- 2013” (COM(2014)0342)

–       wara li kkunsidra r-rapport ta’ evalwazzjoni annwali tal-Kummissjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni fuq il-bażi tar-riżultati miksuba (COM(2014)0383) u d-dokumenti ta’ ħidma tal-istaff tal-Kummissjoni li jakkumpanjawh (SWD (2014) 0200, SWD (2014) 0201),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-awtorità ta’ kwittanza dwar l-awditjar intern imwettaq fl- 2013 (COM(2014)0615), u d-dokument ta’ ħidma tal-persunal tal-Kummissjoni li jakkumpanjah (SWD (2014) 0293),

–       wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3), u r-rapporti speċjali tal-Qorti tal-Awdituri,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013(05303/2015 – C8-0053/2015),

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05305/2015 – C8-0048/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(6), u b'mod partikolari l-Artikoli 62, 164, 165 u 166 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 14(2) u (3) tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

1.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jistabbilixxi l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li tagħmel parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali u lill-istituzzjonijiet nazzjonali u reġjonali ta' verifika tal-Istati Membri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

(1)

   ĠU L 66, 8.3.2013.

(2)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 1.

(3)

   ĠU C 398, 12.11.2014, p. 1..

(4)

   ĠU C 403, 13.11.2014, p. 128.

(5)

   ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(6)

   ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(7)

   ĠU L 11, 16.1.2003, p. 1.


9.  MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-Aġenziji Eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjonijiet tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġits tal-aġenzija eżekuttivi għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 93 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A8-0101/2015),

A.     billi, għall-20-il darba konsekuttiva, il-Qorti tal-Awdituri ma setgħetx tagħti dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni pożittiva rigward il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom huma bbażati l-kontijiet, li tirriskja li tgħawwar l-leġittimità tal-infiq u l-politiki tal-Unjoni;

B.     billi, f’sitwazzjoni ta’ riżorsi skarsi, għandha tingħata aktar importanza lill-ħtieġa li tiġi osservata dixxiplina baġitarja u li l-fondi jintużaw b’mod ekonomiku;

C.     billi l-Kummissjoni għandha r-responsabilità aħħarija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni filwaqt li l-Istati Membri għandhom jikkooperaw b’mod sinċier mal-Kummissjoni biex jiġi żgurat li l-approprjazzjonijiet jintużaw skont il-prinċipji ta’ ġestjoni finanzjarja tajba; billi l-Istati Membri, speċjalment dawk taħt ġestjoni kondiviża tal-fondi, għandhom responsabilità speċjali fl-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni;

D.     billi huwa kruċjali li, taħt il-ġestjoni kondiviża tal-fondi, id-data kkomunikata mill-Istati Membri rigward kemm l-introjtu u kemm in-nefqa taħt il-ġestjoni kondiviża tal-fondi tkun ġusta u preċiża; billi huwa kruċjali li l-Istati Membri jifhmu r-responsabilità tagħhom stess fir-rigward tal-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża;

E.     billi d-djalogu interistituzzjonali stabbilit fl-Artikolu 318 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea jagħti opportunità biex titqanqal kultura ġdida ta' prestazzjoni fi ħdan il-Kummissjoni;

Ġestjoni kondiviża: Nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri

Riżervi f’agrikoltura u żvilupp rurali

1.      Ma tistax politikament tiżgura li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet sottostanti kollha fl-agrikoltura u l-iżvilupp rurali kif urew ir-riżervi li ġejjin maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu tal- 31 ta’ Marzu 2014:

–       ABB02 - Miżuri tas-Suq: EUR 198,3 miljun f’riskju; seba' skemi ta' għajnuna f'disa' Stati Membri bi 11-il element ta' riżerva: Il-Polonja EUR 77,6 miljun, Spanja EUR 54 miljun, Franza EUR 32,4 miljun, il-Pajjiżi l-Baxxi EUR 16,4 miljuni, ir-Renju Unit EUR 8,5 miljun, l-Italja EUR 5 miljun, ir-Repubblika Ċeka EUR 2-il miljun, l-Awstrija EUR 1,9 miljun, l-Isvezja EUR 0,5 miljun;

–       ABB 03 - Pagamenti diretti: EUR 652 miljun f’riskju; 20 aġenzija ta' pagament li jinkludu 6-il Stat Membru kkonċernati: Spanja (15 minn 17-il aġenzija ta' pagament) EUR 153 miljun, Franza EUR 203.4 miljun, UK PRA England EUR 118 miljun, il-Greċja EUR 117.8 miljun, l-Ungerija EUR 36.6 miljun, il-Portugall EUR 28 miljun;

–       ABB 04 - in-nefqa għall-iżvilupp rurali: EUR 599 miljun f’riskju; 31 aġenzija ta' pagament li jinkludu 19-il Stat Membru kkonċernati: Il-Belġju, il-Bulgarija (EUR 56.8 miljun), Ċipru, il-Ġermanja (Bayern, Brandenburg), id-Danimarka, Spanja (Andalucia, Asturias, Castilla la Mancha, Castilla y Léon, fogga Galicia, Madrid), il-Finlandja, Franza (ODARC u ASP (EUR 70.3 miljun)), ir-Renju Unit (SGRPID l-Iskozja, RPA l-Ingilterra), fil-Greċja, l-Irlanda, l-Italja (AGEA (EUR 52.6 miljun), AGREA Emilia-Romagna, Lombardia, tad-DIB oppab Bolzano, ARCEA Calabria), il-Lussemburgu, l-Olanda, il-Polonja (EUR 56.7 miljun), Portugall (EUR 51.7 miljun), ir-Rumanija (EUR 138.9 miljun) u l-Isvezja;

–        EUR 2.6 miljun f’riskju - in-nefqa IPARD għat-Turkija;

Riżervi f’politika reġjonali

2.      Ma jistax politikament jiżgura li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet sottostanti kollha fil-politika reġjonali kif urew ir-riżervi maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ REGIO fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2014: jinnota li 73 minn 322 programm ġew magħmula b’riżervi bħala konsegwenza ta’ parzjalment affidabbli ta’ ġestjoni u kontroll (meta mqabbla ma’ 85 minn 317-il PO fl-2012); jinnota li l-pagamenti interim magħmula għal dawk il-programmi tal-2007-2013 taħt riżerva għandhom valur ta’ EUR 6 035,5 miljun; jinnota li l-Kummissjoni stmat li l-ammont li kien jinsab f’riskju kien ta' EUR 440,2 miljun;

3.      Jagħraf li filwaqt li dawn ir-riżervi huma indikazzjoni ta' nuqqasijiet fis-sistemi ta' kontroll tal-Istati Membri, huma wkoll strument effettiv użat mill-Kummissjoni biex taċċelera l-azzjoni mill-Istati Membri biex jirrimedjaw dawn in-nuqqasijiet u b'hekk il-baġit tal-Unjoni jiġi protett;

Riżervi f’impjiegi u affarijiet soċjali

4.      Ma tistax politikament tiżgura li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ fil-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu l-garanziji meħtieġa dwar il-legalità u r-regolarità ta’ transazzjonijiet sottostanti kollha fl-impjieg u l-ffarijiet soċjali kif urew ir-riżervi li ġejjin maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ EMPL fir-Rapport ta’ Attività Annwali tiegħu tal-31 ta’ Marzu 2014; jinnota li r-Rapport ta' Attività Annwali tiegħu fih riżerva relatata ma' pagamenti li saru għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 għal ammont f’riskju ta’ EUR 123,2 miljun fl-2013; jinnota li dawn ir-riżervi koprew 36 mill-118 Programm Operattiv tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) (meta mqabbla ma’ 27 minn 117-il PO fl-2012):

Id-Dikjarazzjoni ta’ Assigurazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri

Il-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tad-dħul — opinjonijiet pożittivi         

5.      Jilqa’ l-fatt li l-kontijiet annwali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2013 jippreżentaw b’mod ġust, u f’kull aspett materjali, il-pożizzjoni tal-Unjoni fil-31 ta’ Diċembru 2013 u jinnota b’sodisfazzjon li d-dħul li fuqu huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huwa legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Riżerva dwar il-kontribuzzjonijiet mid-Dħul Nazzjonali Gross (DNG)

6.      Joħroġ riżerva rigward il-mod kif il-kontribuzzjonijiet DNG tal-Istati Membri ġew ikkalkulati minħabba nuqqasijiet(1) dwar il-verifikazzjoni mill-Kummissjoni ta’ data(2); ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li l-verifika mill-Kummissjoni tad-data tad-DNG ma kinitx strutturata u ffukata b'mod suffiċjenti;

Il-legalità u r-regolarità tal-impenji — opinjoni pożittiva

7.      Jinnota b'sodisfazzjoni li l-impenji li fuqhom huma bbażati l-kontijiet għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Diċembru 2013 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

Il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti — opinjoni negattiva

8.      Jemmen li huwa inaċċettabbli li l-pagamenti għadhom, għall-għoxrin sena konsekuttiva, materjalment milquta minn żbalji;

9.      Jifhem li l-bażi għal din l-opinjoni avversa tal-Qorti tal-Awdituri hija l-konklużjoni li s-sistemi superviżorji u ta’ kontroll huma biss parzjalment effikaċi u li, b’riżultat ta’ dan, il-pagamenti huma milqutin minn rata ta’ żball tal-ogħla probabilità ta’ 4,7 %;

10.    Ifakkar li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli għall-pagamenti fis-sena finanzjarja 2012 kienet stmata li kienet ta' 4,8 %, fis-sena finanzjarja 2011 ta' 3,9 %, fis-sena finanazjarja 2010 ta' 3,7 %, fis-sena finanzjarja 2009 ta' 3,3 %, fis-sena finanzjarja 2008 ta' 5,2 % u fis-sena finanzjarja 2007 ta' 6,9 %, li b'hekk iffurmat livell medju ta' madwar 4,6 % fuq il-perjodu kopert mill-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) preċedenti 2007-2013; jinnota li r-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri għalhekk juru stabbilizzazzjoni tar-rata ta' żball fl-2013 fil-livell tal-medja għall-QFP tal-2007-2013, li madankollu juri tendenza kostanti 'l fuq u negattiva mill-2009 'l hawn;

11.    Jirrimarka li skont ir-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, l-oqsma ta' ġestjoni kondiviża għandhom rata ta' żball stmata li hi ta' 5,2 %; jinnota li n-nefqa operazzjonali l-oħra kollha (li hija fil-biċċa l-kbira mmaniġġjata direttament mill-Kummissjoni) għandha rata ta’ żball stmata ta’ 3,7 %. jenfasizza li ż-żewġ rati tal-iżball huma ogħla mil-limitu ta' materjalità ta' 2 %; jenfasizza li l-oqsma ta' ġestjoni kondiviża għandhom rata ta' żball li hija sostanzjalment ogħla minn dik għan-nefqa operattiva l-oħra kollha;

12.    Jinnota li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ REGIO fir-rapport ta' attività annwali tiegħu tal-31 ta' Marzu 2014 qiegħed taħt riżervi, bħala konsegwenza tas-sistema ta' mmaniġġjar u kontroll li hija parzjalment affidabbli, 73 mit-322 programm għall-2013, liema ċifra tirrappreżenta sehem iżgħar meta mqabbel mal-2012 (87 minn 317 PO); jinnota li l-ammont stmat li jinsab f'riskju huwa ta' EUR 1 135,3 miljun u li dawn ir-riżervi u l-ammont korrispondenti jikkonċernaw iż-żewġ perjodi ta' programmazzjoni 2007-2013 u 2000-2006;

13.    Jinnota li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ RTD ħareġ riżerva waħda rigward is-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka (PK7) fir-rapporta ta' attività annwali tiegħi tal-31 ta' Marzu 2014 u li l-impatt stmat fl-2013 huwa ta' bejn EUR 105,5  miljuni u EUR 109,5 miljuni.

14.    Jinnota li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ MARE ħareġ riżerva waħda rigward il-Fond Ewropew għas-Sajd fir-rapporta ta' attività annwali tiegħi tal-31 ta' Marzu 2014 u li l-ammont stmat li hu f'riskju fl-2013 huwa ta' EUR 10,77 miljuni.

15.    Jiġbed l-attenzjoni lejn il-ħtieġa ta' titjib kontinwu tas-sistemi tal-immaniġġjar u l-kontroll fl-Istati Membri bil-għan li jiġu ggarantiti l-immaniġġjar finanzjarju aħjar tal-fondi tal-Unjoni u tnaqqis fir-rata ta' żball fis-setturi ta' politika rispettivi matul il-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020;

Korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri

16.    Jinnota li l-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew rappurtati bħala implimentati fl- 2013 niżel minn EUR 3,7 biljun fl-2012 għal EUR 2,5 biljun fl-2013 u jfakkar li korrezzjoni finanzjarja għolja fl-2012 kien prinċipalment dovut għal ġabra unika ta’ EUR 1.8 biljun korrezzjoni fi Spanja li jirrettifika l-infiq tal-Fondi Strutturali matul il-perjodu 2000-2006; jinnota li fl-2013, il-Kummissjoni implimentat korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri li jammontaw għal EUR 3 362 miljun, li jirrappreżentaw 2,3 % tal-pagamenti mill-baġit tal-Unjoni;

17.    Jirrimarka li l-akkumulazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji magħmula meta jsir is-saldu tal-bilanċi tal-programmi hija kultant waħda artifiċjali u mhijiex sinifikanti, kemm-il darba tidher snin wara li tkun saret; jistieden lill-Kummissjoni tanalizza jekk il-bidla fil-metodoloġija minn korrezzjonijiet ikkonfermati għal korrezzjonijiet implimentati, li saret fl-2012 hijiex adattata aħjar biex tiġi riflessa r-realtà tas-sistemi ta' kontroll u mmaniġġjar f'sena finanzjarja partikolari;

18.    Jinnota li t-tnaqqis ta' 34 % li rriżulta fil-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew implimentati fl-2013 (minn EUR 3,7 biljun għal EUR 2,5 biljun) ġie parzjalment ikkumpensat minn żieda ta' 27 % fl-irkupri implimentati fl-2013 (minn EUR 0,7 biljun għal EUR 0,9 biljun);

19.    Jiddispjaċih li minħabba l-qafas ġuridiku għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, il-kumplessità tal-proċeduri relatati u l-għadd ta' saffi ta' kontroll involuti f'ħafna oqsma, l-iżbalji jistgħu jiġu kkoreġuti biss għadd ta' snin wara li jkunu seħħew;

20.    Jindika li l-ammont medju ta’ korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri implimentati għall-perjodu 2009-2013 kien ta’ EUR 2,7 biljuni li jirrappreżenta 2,1 % tal-ammont medju ta’ pagamenti mill-baġit tal-Unjoni f’dak il-perjodu; jinnota li skont il-Kummissjoni, din it-tendenza msemmija hawn fuq tista’ tiġi spjegata permezz tal-għeluq tal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006(3); Jinnota b’mod partikolari li fir-rigward tal-politika ta’ koeżjoni, erbgħa minn kull ħames korrezzjonijiet magħmula matul is-snin 2007 sa 2013 jirrigwardaw il-programmi operattivi għal perjodi preċedenti(4); ifakkar li l-Istati Membri għandhom il-jedd li l-infiq ineliġibbli li jinstab jissostitwixxuh b'infiq legali u regolari skont il-qafas ġuridiku li hemm fis-seħħ għall-fondi strutturali;

21.    Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li huma għandhom id-dmir li jieħdu miżuri korrettivi sabiex jipproteġu l-baġit tal-Unjoni f'każijiet ta' sistemi ta' kontroll li ma jkunux effettivi jew f'każijiet ta' nefqiet irregolari; jirrimarka li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jużaw tali miżuri korrettivi u jinnota li li kieku tali miżuri korrettivi ma kinux ġew applikati għall-pagamenti tal-2013 li ġew awditjati mill-Qorti tal-Awdituri, ir-rata ta' żball stmata ġenerali kienet tkun ta' 6,3 %, u mhux ta' 4,7 %; jenfasizza li l-Qorti tal-Awdituri sabet li f'għadd ta' tranżazzjonijiet milquta mill-iżball, speċjalment fl-oqsma ta' ġestjoni kondiviża, l-awtoritajiet kellhom tagħrif suffiċjenti għad-dispożizzjoni tagħhom biex isibu u jikkoreġu l-iżbalji; jitlob b'insistenza li l-Qorti tal-Awdituri għalhekk tistma fir-rapporti annwali futuri tagħha l-livell ta' żball f'każ li jkunu ttieħdu l-miżuri korrettivi kollha;

22.    Jiddispjaċih barra minn hekk mill-fatt li dawk il-miżuri xorta għad għandhom impatt limitat fuq il-baġit tal-Unjoni peress li aktar minn 40 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl- 2013 ma jitqisux bħala dħul assenjat(5) iżda jista’ jintuża mill-istess Stati Membri wara li jkunu kkawżaw dawn il-korrezzjonijiet fil-politika ta’ koeżjoni, u b'hekk jiġi mdgħajjef l-effett preventiv tal-korrezzjonijiet finanzjarji;

23.    Jinnota li madwar 28 % tal-korrezzjonijiet finanzjarji implimentati fl- 2013 involvew tnaqqis nett tal-finanzjament tal-Unjoni għall-programm u l-Istat Membru kkonċernat fil-politika ta’ koeżjoni;

24.    Jinnota bi tħassib li l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni msemmija hawn fuq tad-29 ta’ Settembru 2014 mhux neċessarjament informazzjoni ta’ min jorbot fuqha dwar l-irtirar, l-irkupri u l-irkupri pendenti tal-fondi strutturali li jsiru mill-Istati Membri peress li l-Kummissjoni tindika li hija kellha tadotta approċċ prudenti minħabba ċerti nuqqasijiet fl-Istati Membri, sabiex jiġi żgurat li l-ammonti ta’ hawn fuq ma jkunux sopravalutati(6);

25.    Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jistabbilixxu proċeduri sodi biex jiġu kkonfermati l-għażla taż-żmien, l-oriġini u l-ammont ta’ miżuri korrettivi u biex tingħata informazzjoni li tirrikonċilja, kemm jista' jkun, is-sena meta jsir il-pagament, is-sena meta jinstab l-iżball relatat u s-sena meta l-irkurpi jew il-korrezzjonijiet finanzjarji jiġu żvelati fin-noti tal-kontijiet, filwaqt li titqies il-pluriennalità tal-proċedura kollha kemm hi; iqis li huwa essenzjali, barra minn hekk, li tingħata informazzjoni komprensiva dwar l-irkupri u l-korrezzjonijiet finanzjarji u sabiex ikun hemm trasparenza sħiħa fir-rigward tad-data dwar id-diżimpenn tal-approprjazzjonijiet u l-proċeduri ta' ksur għas-sena in kwistjoni;

Ir-rapport ta’ sinteżi u r-rapporti annwali tal-attività

26.    Jieħu nota li d-Diretturi Ġenerali tal-Kummissjoni għamlu total ta’ 17-il riżerva kwantifikata relatati mal-infiq; Jirrimarka li l-għadd aktar baxx ta’ riżerva kwantifikata fl- 2013 (21 fl- 2012) ma għandhiex ikollha l-effett li tnaqqas l-ambitu tal-ammont f’riskju u li l-ammont massimu totali f’riskju imħabbra mill-Kummissjoni fir-Rapport ta’ Sinteżi (7) tagħha huwa taħt EUR 4 179 miljun, li jikkorrispondi għal 2.8 % tal-infiq kollu mogħti;

27.    Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tiċċara l-kalkolu tal-ammont f’riskju(8) meta wieħed jispjega stima tal-impatt tal-mekkaniżmi korrettivi fuq din iċ-ċifra u li toħroġ fir-rapport ta’ sinteżi tagħha ta’ “dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni” xieraq ibbażati fuq ir-rapporti ta’ attività annwali tad-Diretturi Ġenerali;

28.    Ifakkar li ċ-ċifri kumulattivi użati mill-Kummissjoni jikkonċernaw mekkaniżmi korrettivi applikati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri (korrezzjonijiet finanzjarji u rkupri) bosta snin wara l-iżborżament tal-fondi (b’mod partikolari matul il-perjodi 1994-1999 u 2000-2006) u jinnota li f’dan iż-żmien la l-Qorti tal-Awdituri u lanqas il-Kummissjoni ma ħarġu rati ta’ żbalji preċiżi;

Pressjoni fuq il-baġit

29.    Jinsab imħasseb dwar il-fatt li minħabba l-pożizzjoni inaċċettabbli tal-Kunsill matul in-negozjati tal-baġit annwali tal-Unjoni u minkejja l-livell għoli ta’ pagamenti, il-kontijiet juru li l-impenji finanzjarji pendenti (fl-Intestatura 1b, prinċipalment politika reġjonali, il-livell ta' impenji pendenti fi tmiem l-2013 huwa stmat li hu ta' EUR 23,4 biljun wara EUR 5 biljuni fi tmiem l-2010, EUR 11-il biljun fi tmiem l-2011 u EUR 16-il biljun fi tmiem l-2012) u passiv ieħor komplew jiżdiedu fl-2013; jinnota li fi tmiem is-sena, kienu jammontaw għal EUR 322 biljun(9) u din iċ-ċifra x’aktarx li se tiżdied fl- 2014;

30.    Jirrimarka li fi tmiem l-2013, l-impenji pendenti kienu stmati li jammontaw għal EUR 322 biljun u li dan l-ammont kien imbassar li jiżdied fl-2014; iqis li dan ma jaqbilx mal-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba, kif stabbilit fl-Artikolu 310 tat-TFUE, u b'hekk tintefa' f'dubju l-legalità tal-baġit;

31.    Jenfasizza li dawn l-obbligi finanzjarji “pendenti” huma kwistjoni ta’ tħassib partikolari minħabba li, għall-ewwel darba, il-limiti massimi tal-pagamenti huma mistennija li jibqgħu ġeneralment stabbli f’termini reali għal għadd ta’ snin(10);

32.    Jinnota li fi żminijiet ta’ kriżi ekonomika, ir-riżorsi finanzjarji huma skarsi; jinnota, madankollu, li għal partijiet kbar tal-baġit, il-livell massimu ta’ nfiq taħt l-intestaturi tal-QFP huwa maqsum f’allokazzjonijiet annwali għal kull Stat Membru għalih; Josserva li l-mod li bih il-fondi jiġu assorbiti minn Stati Membri spiss isir l-objettiv politiku ewlieni (“use it or lose it”)(11); jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jippromwovu bidla mill-infiq għal kultura tal-prestazzjoni li tiffoka fuq ir-riżultati miksuba abbażi tal-prinċipji tal-effiċjenza, l-effettività u l-ekonomija;

33.    Jirrimarka li l-prefinanzjament gross ammonta għal EUR 79,4 biljun fl-aħħar tal-2013 u jinsisti li perjodi ta’ prefinanzjament estiżi jistgħu jwasslu għal riskju akbar ta’ żball jew telf; jenfasizza li dan ir-riskju jeżisti speċjalment għall-Intestatura 4 tal-baġit (L-UE bħala attur globali), fejn għal operazzjoni tipika, jgħaddu erba’ snin bejn meta jsir l-impenn u meta l-Kummissjoni tirreġistra n-nefqa finali relatata;

34.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni għal darb’ oħra tipprepara u tippubblika “previżjoni fit-tul tal-fluss tal-flus”, li tkun tipproġetta t-talbiet futuri għal pagament, biex b’hekk jiġi żgurat li l-pagamenti meħtieġa jistgħu jintlaħqu bl-allokazzjonijiet finanzjarji annwali pprovduti; jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tippreżenti, jekk ikun meħtieġ, modifiki għar-regolamenti eżistenti fil-każ li l-baġits annwali ma jkunux jistgħu jipprovdu approprjazzjonijiet biżżejjed biex jissodisfaw il-livell ta' pagamenti meħtieġ;

35.    Itenni l-ħtieġa li ssir ħidma biex jinstabu soluzzjonijiet fit-tul li jkunu jistgħu jippermettu lill-Kummissjoni terġa' tieħu l-kontroll tal-baġit tagħha; jinnota li hemm ħtieġa partikolari ta' enfażi akbar fuq l-obbligu ta' rendikont u li tintefa' attenzjoni partikolari fuq il-prestazzjoni u l-eżiti tal-infiq; jenfasizza, għal dan il-għan, il-ħtieġa li l-Parlament iwettaq rwol ikbar fl-iskrutinju tan-nefqa u tal-prestazzjoni;

Strumenti finanzjarji

36.    Josserva li, sa tmiem l-2013, twaqqfu 941 strument ta’ inġinerija finanzjarja (SIF) taħt 176 PO tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) u l-Fond Soċjali Ewropew (FSE) f'25 Stat Membru; jinsab partikolarment imħasseb dwar il-fatt li 47 % biss tal-EUR 14,3-il biljun (EUR 6,7 biljun) li kienu tħallsu għas-SIF kienu ġew effettivament imħallsa lill-benefiċjarji finali, għalkemm din il-figura tirrappreżenta żieda meta mqabbla mal-EUR 4,7 biljun mħallsa sa tmiem l-2012; josserva li r-rata medja ta' żborż ta' 47 % fi tmiem l-2013 taħbi ċerta varjazzjoni bejn il-fondi u l-Istati Membri; jinnota li l-iżborż medju jkopri d-900 fond kollha kemm huma: dawk stabbiliti fl-2008 kif ukoll dawk li kienu għadhom kif ġew stabbiliti fl-2013 li għalihom l-implimentazzjoni kienet għadha qed tibda; iqis li filwaqt li xi fondi mhumiex jagħtu prestazzjoni biżżejjed, hemm oħrajn li diġà laħqu l-100 % tal-assorbiment u issa qed jinvestu mill-ġdid fondi li jistgħu jerġgħu jintużaw;

37.    Josserva li 14-il SIF ġew stabbiliti fl-Istati Membri taħt il-Fond għall-Iżvilupp Rurali; Josserva li EUR 443,77 miljun ġew imħallsa lil banek fir-Rumanija, il-Bulgarija, il-Greċja, l-Italja u l-Litwanja mill-baġit tal-Unjoni sa tmiem l-2013; jesprimi tħassib li minn dan l-ammont, lanqas euro wieħed biss ma wasal għand il-benefiċjarji finali; josserva li għal sitt SIF finanzjarji stabbiliti taħt il-Fond Ewropew għas-Sajd, EUR 72,37 miljun tħallsu lil banek fil-Greċja, ir-Rumanija, il-Bulgarija, l-Estonja, il-Latvja u lin-Netherlands; jinnota li kien fil-Latvja biss li l-ammonti disponibbli ġew kompletament żborżati lill-benefiċjarji finali filwaqt li fir-Rumanija 28 % biss tal-fondi kienu żborżati lill-benefiċjarju finali, 77 % fil-Bulgarija, 91 % fl-Estonja u xejn fin-Netherlands u fil-Greċja(12);

38.    Jiddispjaċih barra minn hekk li dawn l-istrumenti huma kumplessi u diffiċli biex jiġu rappreżentati b’mod korrett, li wkoll jagħmel l-iskrutinju pubbliku aktar diffiċli; jistieden lill-Kummissjoni tkun aktar trasparenti u tirrapporta regolarment dwar l-ingranaġġ, it-telfiet u r-riskji bħalma huma l-bżieżaq ta’ investiment; Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti deskrizzjoni ġenerali kompleta tal-punti ewlenin tal-proġetti ffinanzjati taħt kull wieħed mill-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja u r-riżultati miksuba, u tindika b’mod ċar kemm intużaw allokazzjonijiet tal-baġit tal-Unjoni biex jiġu ffinanzjati dawn tal-proġetti SIF u tippreżenta analiżi komprensiv tal-kost imqabbel mal-benefiċċji tal-istrumenti tal-SIF imqabbla ma' suriet aktar diretti ta' finanzjament tal-proġetti;

39.    Jilqa' l-fatt li matul il-laqgħat tar-Rieżami Annwali, l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji qed tiġi sistematikament inkluża fl-aġenda u li n-nuqqasijiet imbagħad qed jiġu analizzati u jiġu proposti azzjonijiet ta' rimedju; jagħraf b'sodisfazzjoni li għall-perjodu li jmiss tal-2014-2020, in-nuqqasijiet fil-qasam ġew ikkoreġuti, jiġifieri l-pagamenti se jiġu ttrasferiti biss lill-fondi li jkunu qed jimmaniġġjaw strumenti finanzjarji meta l-iżborż attwali lill-benefiċjarji finali jkun laħaq ċertu persentaġġ;

40.    Jirrakkomanda, fid-dawl tal-pressjoni fuq il-baġit għall-pagamenti u l-fatt li l-Artikolu 140(7) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ir-Regolament Finanzjarju) jirrikjedi li għandhom jiġu evitati bilanċi eċċessivi fuq l-istrumenti finanzjarji, li l-Kummissjoni tiżgura li l-kontribuzzjonijiet mill-baġit tal-Unjoni għal strumenti bħal dawn jirriflettu bżonn reali ta’ likwidità;

41.    Jinsab partikolarment imħasseb b’xi sejbiet li għamlet il-Qorti tal-Awdituri rigward l-effettività ta’ taħlit tal-għotjiet tal-faċilità ta’ investiment reġjonali mas-self minn istituzzjonijiet finanzjarji sabiex jingħata appoġġ għall-politiki esterni tal-Unjoni(13);

42.    Jirrimarka li, filwaqt li l-faċilitajiet kienu stabbiliti kif xieraq, il-benefiċċji potenzjali tat-taħlit ma twettqux għalkollox minħabba nuqqasijiet fil-ġestjoni tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni biex tiżborsa l-fondi biss meta l-fondi huma fil-fatt meħtieġa mill-benefiċjarju u biex ittejjeb il-monitoraġġ tagħha tal-implimentazzjoni tal-għotjiet tal-Unjoni;

Responsabbilità tal-Kummissjoni u l-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża

43.    Jenfasizza l-fatt li skont l-Artikolu 317 TFUE, fl-aħħar mill-aħħar hija l-Kummissjoni li hi responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Unjoni; jindika li meta l-Kummissjoni timplimenta l-baġit taħt ġestjoni kondiviża, il-kompiti ta’ implimentazzjoni jiġu ddelegati lill-Istati Membri skont l-Artikolu 59 tar-Regolament Finanzjarju u b’hekk jinvolvu r-responsabbiltà politika u finanzjarja tagħhom; jenfasizza għalhekk il-fatt li l-Istati Membri għandhom jaġixxu strettament skont il-prinċipju tal-ġestjoni finanzjarja tajba u ma għandhomx idgħajfu r-responsabilità tagħhom stess fl-immaniġġjar tal-fondi tal-Unjoni;

44.    Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2014 intitolata ‘Dwar l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali għall-istabbiliment u l-użu tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali” (COM(2014)0688); jirrimarka li t-tressiq tad-dikjarazzjonijiet hija volontarja, u għalhekk jilqa' l-fatt li erba' Stati Membri - id-Danimarka, in-Netherlands, l-Isvezja u r-Renju Unit - iddeċidew li jressquhom; jiddispjaċih, madankollu, li dawk id-dikjarazzjonijiet jiddifferixxu fil-forma, il-kamp ta’ applikazzjoni, il-komprensività u l-perjodu ta’ rappurtar u jinnota li b'riżultat ta' dan, huma għalhekk ta' ftit li xejn użu;

45.    Jirrimarka li skont għadd kbir ta' dikjarazzjonijiet mill-Qorti tal-Awdituri, id-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni nazzjonali kif mogħtija mill-erba' Stati Membri msemmija hawn fuq għandhom valur limitat ħafna fil-proċess ta' awditjar tal-Qorti tal-Awdituri u ma jistgħux jitqiesu bħala għajn affidabbli ta' informazzjoni għall-ħruġ ta' dikjarazzjoni tal-assigurazzjoni;

46.    Jieħu nota tal-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Ottubru 2014 intitolata ‘Dwar l-adozzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Grupp ta’ Ħidma Interistituzzjonali għall-istabbiliment u l-użu tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali” (COM(2014)0688); jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta’ progress sostanzjali biex tittejjeb il-ġestjoni finanzjarja li jista’ jwassal għal telf kontinwu tal-flus tal-Unjoni minħabba deċiżjonijiet ħżiena fil-livell politiku u dak maniġerjali; jitlob li jkun hemm sistema ta’ sanzjonijiet jekk l-Istati Membri jittrażmettu informazzjoni tal-programmi u dikjarazzjonijiet inkorretti;

47.    Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lill-Kunsill jieħdu passi konkreti u sinifikanti biex jippermettu li jsir progress fil-ġestjoni finanzjarja tajba, inkluż l-użu akbar tal-istrument tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali li fil-prattika ma jeħtiġux wisq ta' sforz akbar (jingħad li inqas mill-ekwivalenti ta' 1 full-time fuq bażi annwali għal kull Stat Membru), filwaqt li jinnota wkoll li hu ta' importanza kbira li l-Istati Membri jieħdu responsabilità politika għall-użu tal-fondi tal-Unjoni permezz ta' dokument pubbliku; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jippubblikaw mhux biss id-dikjarazzjonijiet nazzjonali iżda wkoll is-sommarji annwali u d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni bil-għan li jingħata aktar għarfien fil-fond ta' titjib reali tal-ġestjoni finanzjarja u li dan it-titjib reali jitwettaq; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tressaq rakkomandazzjoni lill-Parlament u lill-Kunsill biex jippromwovu l-użu tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali skont ir-rakkomandazzjonijiet tal-grupp ta' ħidma interistituzzjonali għall-istabbiliment u l-użu tad-dikjarazzjonijiet nazzjonali;

L-affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri

48.    Jindika li n-nuqqas ta’ affidabbiltà tal-kontrolli tal-ewwel livell imwettqa mill-Istati Membri f’ġestjoni kondiviża jdgħajfu l-kredibbiltà tar-rapporti annwali ta’ attività żviluppati mis-servizzi tal-Kummissjoni u tar-Rapport ta’ Sinteżi adottat mill-Kummissjoni, billi dawn huma parzjalment ibbażati fuq ir-riżultati tal-kontrolli mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali; itenni t-talba preċedenti tiegħu li l-Kummissjoni tevalwa u, jekk ikun hemm bżonn, tikkoreġi d-data tal-Istati Membri sabiex tistabbilixxi rapporti ta’ attività annwali li jkunu affidabbli u oġġettivi;

49.    Jitlob li d-Diretturi Ġenerali jirrappurtaw fid-dettall fir-rapporti ta’ attività annwali tagħhom fuq ir-rati ta’ żball irrapportati mill-Istati Membri u dwar il-korrezzjonijiet magħmula mill-Kummissjoni, fejn xieraq, fil-livell ta’ programmi operattivi;

Stati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni

50.    Jilqa’ b’sodisfazzjon il-ħarsa ġenerali lejn l-infiq tal-Unjoni ta' fondi mmaniġġjati b’ġestjoni kondiviża fl-agrikoltura u l-koeżjoni matul il-Qafas Finanzjarju Pluriennali mill-2009 sal-2013, ippubblikata mill-Qorti tal-Awdituri flimkien mar-rapport annwali tagħha għall- 2013, li tindirizza parzjalment it-talba tal-Parlament espressa fir-riżoluzzjoni ta’ kwittanza tal-2012 għal informazzjoni speċifika skont il-pajjiż f’ġestjoni kondiviża;

51.    Jinnota li skont iċ-ċifri pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-ammonti u tal-perċentwali ta’ fondi f’riskju fir-rigward tal-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fondi Soċjali Ewropej u l-Fondi ta’ Koeżjoni (sors tad-data inkluż fir-Rapporti ta’ Annwali ta' Attività għall-2013 tad-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni u d-DĠ Politika Reġjonali u Urbana), is-Slovakkja, ir-Renju Unit u Spanja għandhom l-ogħla rati ta’ żbalji;

52.    Jinnota li skont iċ-ċifri pprovduti mill-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-ammonti u tal-perċentwali ta’ fondi f’riskju b'rabta mal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (sors tad-data inkluż fir-Rapport Annwali ta’ Attività għall-2013 tad-DĠ Agrikoltura u Żvilupp Rurali) ir-Rumanija, il-Bulgarija u l-Portugall għandhom l-ogħla rati ta’ żbalji;

53.    Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri biex tiżviluppa metodi proprji speċifiċi skont il-pajjiżi filwaqt li żżomm f’moħħha mhux biss l-ammonti fir-riskju, iżda wkoll is-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll tal-Istati Membri, flimkien mal-mekkaniżmi korrettivi applikati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri sabiex tevalwa b’mod adegwat l-evoluzzjoni tal-ġestjoni fl-Istati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni, u tirrakkomanda l-aħjar soluzzjonijiet possibbli;

Kunflitti ta' interessi

54.    Jiddispjaċih għall-fatt li f'xi Stati Membri, il-leġiżlazzjoni li tikkonċerna l-konflitti tal-interessi tal-membri tal-parlament, il-membri tal-gvern u l-membri tal-kunsilli lokali hija vaga u insuffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni teżamina bir-reqqa s-sitwazzjoni attwali u r-rakkomandazzjonijiet preżenti jew anke soluzzjonijiet li jkunu ġuridikament vinkolanti jekk ikun hemm bżonn; iqis li l-istess għandu japplika għall-membri kandidati u l-membri tal-Kummissjoni;

Dħul: Riżorsi proprji bbażati fuq l-ING

55.    Jinnota li l-verifika tal-Qorti tal-Awdituri (ara r-Rapport Annwali tal-2013, punt 2.27) ma sabet ebda żball sostanzjali fil-kalkoli li saru mill-Kummissjoni tal-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u l-pagament tagħhom, li fil-parti l-kbira huma bbażati fuq tbassir tad-data dwar l-introjtu nazzjonali gross (ING) għall-2013;

56.    Jitlob b'insistenza li l-Kummissjoni tiżgura li data tal-Eurostat u tal-Istati Membri tkun identika, peress li l-indikatur tad-ING jirrappreżenta l-punt ta' riferiment ewlieni mhux biss għad-dħul tal-Unjoni iżda wkoll għan-nefqa;

57.    Ifakkar il-kritika fformulata mill-Qorti tal-Awdituri fir-rapport annwali tagħha għall-2012 fir-rigward tan-nuqqas ta' effettività tal-verifika mill-Kummissjoni ta’ data tal-ING (ara r-Rapport Annwali tal-2012, punt 2.41); jenfasizza li l-użu fit-tul ta’ riżervi ġenerali u t-tul taż-żmien eċċessiv taċ-ċiklu tal-verifika ta’ data tal-ING użata għar-riżorsi proprji jistgħu jwasslu għal inċertezza baġitarja, kif ġie enfasizzat minn diskussjonijiet bejn l-Istati Membri dwar l-abbozz ta’ baġit ta' emenda Nru 6 għall-baġit ġenerali tal-2014(14);

58.    Jiddispjaċihgħall-fatt li xi Stati Membri ma antiċipawx li se tirriżulta f’żieda fil-kontribuzzjoni baġitarja tagħhom, minkejja l-fatt li kienu konxji mill-bidliet fil-metodoloġija tal-istatistika użata biex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-ING mir-rebbiegħa tal-2014 'il quddiem;

59.    Jiddispjaċih għall-fatt li l-Kummissjoni, insistiet fuq it-trattament ta’ dan il-fajl bħala wieħed purament tekniku(15), minkejja l-fatt li kienet taf mir-rebbiegħa tal-2013 li t-tibdil f’din il-metodoloġija statistika biex tiġi kkalkulata l-kontribuzzjoni tal-ING kien se joħloq żieda kbira fil-kontribuzzjonijiet ta’ ċerti Stati Membri,

60.    Recalls that the Court of Auditors concluded in its opinion No 7/2014(16) that the Commission's proposal to allow the deferred payments of value added tax (VAT) and GNI balances and adjustments in case of exceptional circumstances may increase the complexity of the system of own resources and the Member States budgetary uncertainty;

61.    Jirrimarka b’mod partikolari li l-proposta tal-Kummissjoni li temenda r-Regolament (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplimenta d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Komunitajiet Ewropej (COM (2014)0704), tirreferi biss għal posponiment tad-data ta’ skadenza għall-Istati Membri biex jagħmlu r-riżorsi disponibbli fil-każ ta’ ammonti sinifikanti jirriżulta minn bilanċi u aġġustamenti pożittivi tal-VAT u l-ING u jinnota li jekk l-Istati Membri jkollhom bilanċi u aġġustamenti tal-VAT u tal-ING negattivi, il-Kummissjoni tista’ tkun obbligata li tiġbor dħul addizzjonali permezz ta’ baġit ta' emenda;

62.    Jiddispjaċih li l-Kunsill għadu ma seta' jagħmel l-ebda progress s'issa fuq ir-riforma tas-sistema tar-riżorsi proprji abbażi ta' dawk il-proposti leġiżlattivi, minkejja l-fatt li l-Kummissjoni pproponiet riforma globali tas-sistema tar-riżorsi proprji li ġiet milqugħa b'sodisfazzjoni mill-Parlament(17) li kellu l-għan li jagħmel is-sistema tar-riżorsi proprji waħda aktar ġusta, aktar tinftiehem, aktar trasparenti, aktar effiċjenti u bil-għan li jitnaqqsu il-kontribuzzjonijiet nazzjonali;

Miżuri li għandhom jittieħdu

63.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni:

–       tqassar id-durata taċ-ċiklu tal-verifika tagħha tad-data tal-ING użata għar-riżorsi proprji għal massimu ta’ erba’ snin, f’każ ta’ bżonn fil-ftuħ ta’ proċedimenti ta' ksur u/jew l-imponiment ta' skadenzi stretti dewmien biex jitneħħew ir-riżervi;

–       tillimita l-użu ta’ riżervi ġenerali għal każijiet eċċezzjonali fejn hemm riskji sinifikanti li l-interessi finanzjarji tal-Unjoni ma jiġux imħarsa: jiġifieri meta Stat Membru jwettaq reviżjoni maġġuri matul iċ-ċiklu tal-verifika jew f’intervalli regolari;

–       tabbozza pjan ta’ azzjoni biex jiġu rimedjati n-nuqqasijiet misjuba mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali tagħha Nru 11/2013 u biex tirrapporta dwar dan lill-Parlament u lill-Qorti tal-Awdituri sa tmiem Ġunju 2015;

–       tistabbilixxi u timmonitorja mill-qrib pjan ta’ azzjoni dettaljat b'miri ċari biex tindirizza l-problemi fil-kompilazzjoni tal-kontijiet nazzjonali tal-Greċja,

–       tintroduċi modifika għall-proposta (COM (2014)0704) biex il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tipposponi r-rimbors tal-ammonti f’każ ta’ bilanċi u aġġustamenti "negattivi";

64.    Jiġbed l-attenzjoni għad-dgħufijiet li nstabu mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Speċjali Nru 2/2014 tagħha bit-titolu "L-Arranġamenti Kummerċjali Preferenzjali huma ġestiti b’mod xieraq?" fl-istrateġija ta' kontroll u l-ġestjoni tar-riskju fil-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit li jwasslu għal telfiet potenzjali għall-baġit tal-Unjoni; jinnota li dawn id-dgħufijiet ġew ikkonfermati mill-ammont ta' dħul potenzjalment mitluf f'dawn it-tliet Stati Membri; josserva li permezz tal-estrapolazzjoni tal-iżbalji misjuba fil-kampjun tagħha tal-2009, il-Qorti tal-Awdituri stmat li l-ammont ta' dazji f'riskju f'dawn l-Istati Membri minħabba l-preskrizzjoni huwa ta' EUR 655 miljun; jinnota li dan jirrappreżenta madwar 6 % tal-ammont gross tad-dazji fuq l-importazzjoni miġbura fil-ħames Stati Membri dik is-sena, magħmula minn EUR 167 miljun fir-rigward tal-Ġermanja, EUR 176 miljun fir-rigward ta' Franza u EUR 312 miljun fir-rigward tar-Renju Unit;

Agrikoltura

Agrikoltura: Sfidi demografiċi u fl-istruttura tal-benefiċjarji

65.    Ifakkar li t-tibdil demografiku jaffettwa l-politika agrikola komuni (PAK) aktar minn kwalunkwe politika oħra tal-Unjoni peress li kważi terz tat-12-il miljun bidwi tal-Unjoni li jaqsmu aktar minn 45 % tal-baġit tal-Unjoni għandhom aktar minn 65 sena u li 6 % biss huma taħt il-35 sena(18); jilqa' l-programmi ta' għajnuna għall-bdiewa żgħażagħ għalhekk li ġew varati bħala parti mir-riforma tal-PAK;

66.    Jiddispjaċih li l-miżuri li nbdew mill-Kummissjoni fil-politika agrikola sa issa naqsu milli jikkoreġu l-iżbilanċ demografiku, u jistieden lill-Kummissjoni teżamina mill-ġdid l-appoġġ mill-baġit għall-agrikoltura għal dan l-għan;

67.    Jenfasizza l-fatt li inqas minn 2 % tal-bdiewa tal-Unjoni jirċievu 31 % tal-pagamenti diretti tal-PAK; jirrimarka li l-PAK għandha tkun immirata b'mod speċjali lejn il-bdiewa żgħażagħ u jemmen li l-prattika attwali tkompli ddgħajjef l-aċċettazzjoni politika tal-PAK;

68.    Itenni li bil-għan li l-PAK issir aktar ġusta, il-Parlament u l-Kunsill daħħlu(19) tnaqqis tal-pagamenti ogħla minn EUR 150 000 u limitu possibbli tal-pagamenti diretti; jitlob b'insistenza għalhekk li l-Qorti tal-Awdituri tawditja l-effiċjenza u l-effettività ta' din il-miżura b'antiċipazzjoni tar-rapporti annwali tagħha li jmiss;

69.    Jinnota li r-Repubblika Ċeka, u mbagħad warajha s-Slovakkja, l-Ungerija, il-Ġermanja u l-Bulgarija għandhom l-inqas sistemi agrikoli ekwi(20); jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex tibbilanċjaw aħjar l-istruttura tal-benefiċjarji tagħhom u jitlob li d-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI jehmeż kull sena fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu ċifri indikattivi dwar it-tqassim tal-għajnuniet diretti tal-PAK skont l-Istati Membri u l-kategorija ta’ benefiċjarji;

Agrikoltura: Rata ta’ żball fl-ewwel pilastru

70.    Jiddispjaċih li l-pagamenti tal-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) mhumiex ħielsa minn żbalji materjali fl-2013, u r-rata ta’ żbalji l-aktar probabbli hija stmata mill-Qorti tal-Awdituri li tilħaq it-3,6 % (3,8 % fl- 2012)(21) u li mill-ħames sistemi ta’ kontroll għall-pagamenti eżaminati, tnejn instabu li ma kinux effettivi, tnejn parzjalment effettivi u waħda biss kienet meqjusa bħala effettiva;

71.    Jenfasizza li fi 33 minn 101 żball kwantifikabbli identifikati mill-Qorti tal-Awdituri, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jikxfu u jikkoreġu dawn l-iżbalji tal-anqas parzjalment, u li kieku din l-informazzjoni kollha ġiet użata kif suppost, ir-rata ta' żball l-aktar probabbli għal dan il-qasam kienet tkun ta' 1,1 % anqas u għalhekk relattivament qrib il-limitu minimu ta’ materjalità ta’ 2 %; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti li jimplimentaw b'mod korrett u leċitu l-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

Kundizzjonalità

72.    Jirrimarka li l-awditjar mill-Qorti tal-Awdituri kopra r-rekwiżiti tal-kundizzjonalità u li l-każijiet fejn l-obbligi tal-kundizzjonalità ma ġewx issodisfati ġew ittrattati bħala żball fejn ġie stabbilit li l-ksur eżista fis-sena li fiha l-bidwi applika għall-għajnuna; jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri tinkludi nuqqasijiet fil-qasam tal-kundizzjonalità fil-kalkolu tar-rata ta’ żball filwaqt li jinnota li, fil-fehma tal-Kummissjoni, il-kundizzjonalità ma tikkonċernax l-eliġibbiltà għal pagamenti iżda twassal biss għal penali amministrattivi;

Ir-rati ta’ żball f’miżuri tas-suq

73.    Jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rata ta’ żball fir-rigward tal-miżuri agrikoli tas-suq hija ta’ 7,44 %, kif ikkalkulat mill-Kummissjoni stess; jiddeplora l-fatt li hija t-tieni l-ogħla rata ta’ żball f’qasam ta’ politika għall-2013;

74.    Jenfasizza li r-riżervi mdaħħla mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI fir-Rapport ta’ Attività Annwali 2013 jikkonfermaw l-istat allarmanti attwali tal-miżuri tas-suq, billi 7 skemi ta’ għajnuna minn f'disa' Stati Membri huma mmirati, b’mod partikolari s-setturi tal-frott u l-ħaxix, ir-ristrutturazzjoni tal-oqsma tad-dwieli, l-investiment fl-inbid, ir-rifużjonijiet ta’ esportazzjoni tat-tjur u l-iskema ta’ ħalib fl-iskejjel;

75.    Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ħafna programmi li huma iżgħar, bħalma huma l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel, mhumiex faċli biex wieħed jużaha, u dan huwa parzjalment dovut għall-burokrazija assoċjata u, għal din ir-raġuni, il-parteċipazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iħallu ħafna lok ta' titjib;

76.    Jiddeplora n-nuqqasijiet sinifikanti fil-proċeduri ta’ kontroll applikati meta jingħata rikonoxximent lil gruppi ta’ produtturi(22) għal frott u ħaxix fil-Polonja, l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit, kif żvelat mill-Qorti tal-Awdituri fir-Rapport Annwali tagħha għall-2013 u u kif ikkonfermat mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI, li fir-rapport ta’ attività annwali tiegħu għall-2013 ħareġ riżerva bbażata fuq l-istima li madwar 25 % tan-nefqa totali taħt din il-miżura tkun f’riskju, jiġifieri EUR 102,7 miljun;

77.    Jiddispjaċih b’mod partikolari dwar in-nuqqasijiet misjuba mill-Kummissjoni rigward il-miżuri li jikkonċernaw “ristrutturar tal-vinji” fi Spanja li ġġustifikaw ir-riżerva maħruġa mid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI dwar il-bażi ta’ korrezzjonijiet tar-rata ta’ żball ta’ 33 % u ammont f’riskju ta’ EUR 54 miljun, u l-miżura “esportazzjoni tat-tjur fi Franza” fuq il-bażi ta’ korrezzjonijiet tar-rata ta’ żball ta’ 69,6 % u ammont f’riskju ta’ EUR 29,3 miljun;

L-affidabbiltà tad-data tal-Istati Membri f'pagamenti diretti

78.    Jilqa' l-fatt li, billi r-rati ta' żball ikkomunikati mill-Istati Membri fl-istatistiċi ta' spezzjoni tagħhom ma jkoprux il-komponenti kollha tar-rata ta' żball residwu, u mhumiex dejjem affidabbli, id-DĠ AGRI wettaq valutazzjoni individwali għal kull aġenzija tal-pagamenti, ibbażata fuq l-informazzjoni kollha disponibbli – inklużi s-sejbiet tal-awditjar tal-Qorti tal-Awdituri;

79.    Itenni d-dikjarazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri(23) li r-riżultati ta' dan l-approċċ ġdid juru li jista' jinkiseb aċċertament limitat biss mill-istatistika tal-ispezzjonijiet tal-Istati Membri, mid-dikjarazzjonijiet tad-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti u mix-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

80.    Jirrimarka li minkejja l-fatt li kważi l-aġenziji kollha tal-ħlas tal-pagamenti diretti kienu taħt akkreditazzjoni u ċċertifikati mill-awtoritajiet ta' ċertifikazzjoni, u minkejja l-fatt li 79 mit-82 dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni magħmula mill-aġenziji tal-pagamenti rċevew opinjoni mhux kwalifikata mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni fl-2013, biex b’hekk jikkonfermaw il-preċiżjoni tad-dikjarazzjonijiet ta’ assigurazzjoni ppreżentati mid-diretturi tal-aġenziji tal-pagamenti, il-Kummissjoni kellha tikkoreġi ‘l fuq ir-rati ta' żball ikkomunikati f' 42 minn 68 aġenzija tal-pagamenti b’rata ta’ żball residwali ‘l fuq minn 2 %;

81.    Jirrimarka li l-5 aġenziji tal-pagament bl-ogħla rata ta’ żball kienu:

1.        Ir-Renju Unit, RPA

5,66 % (Notifika tal-Istati Membri (SM): 0,67 %)

2.        Il-Greċja, OKEPE

5,17 % (Notifika tal-SM: 0,83 %)

2.        Spanja, AVGA

4,71 % (Notifika tal-SM: 1,93 %)

4.        Il-Portugall, IFAP

4,37 % (Notifika tal-SM: 0,82 %)

5.        Ir-Rumanija, PIAA

4,27 % (Notifika tal-SM: 1,77 %)

82.    Jiddispjaċih li l-qafas leġiżlattiv attwali ma jipprovdix sanzjonijiet għal rappurtar żbaljat jew falz(24) mill-aġenziji ta’ pagament;

83.    Jitlob li l-uffiċjali tal-Unjoni jżidu s-superviżjoni u jimmoniterjaw u jikkoordinaw aktar mill-qrib lill-aġenziji tal-pagamenti nazzjonali fi ħdan l-Istati Membri rilevanti, bil-għan li jiġu riżolti n-nuqqasijiet li jkunu qed jesperjenzaw, b’mod partikolari għal dawk l-aġenziji tal-pagamenti li l-livell ta' prestazzjoni tagħhom tul l-aħħar tliet snin kienet kontinwament baxxa aktar milli suppost, bil-ħsieb li l-ġestjoni tal-pagamenti ssir aktar effiċjenti;

SIAK u LPIS

84.    Jaqbel mal-fehma espressa mill-Kummissjoni u l-Qorti tal-Awdituri li b'mod ġenerali s-Sistema Integrata ta’ Amministrazzjoni u Kontroll (SIAK) taqdi rwol fundamentali fil-prevenzjoni u t-tnaqqis ta’ żbalji fit-talbiet minn bdiewa, u jenfasizza li l-funzjonament tajjeb tagħha kellu tiżgura li l-pagamenti diretti agrikoli huma ħielsa minn żbalji materjali;

85.    Jiddeplora l-fatt li nuqqasijiet persistenti fl-esklużjoni ta' art mhux eliġibbli mis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba’ u mit-talbiet ta' trattament amministrattiv mingħand il-bdiewa jikkontribwixxu b’mod sinifikanti għal-livell materjali ta’ żball f’pagamenti tal-FAEG;

86.    Jerġa' jenfasizza għal dara oħra d-dimensjoni orizzontali tan-nuqqasijiet identifikati fil-LPIS; jinnota li sa mill-2007, il-Qorti tal-Awdituri eżaminat is-SIAK fi 38 aġenzija tal-pagamenti fi 28 Stat Membru u jiddispjaċih ħafna li sebgħa biss mis-sistemi ta’ kontroll ġew ivvalutati bħala effettivi, 22 instabu li kienu parzjalment effettivi u 9 sistemi ta’ kontroll kienu kkunsidrati bħala mhux effettivi; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-riskji finanzjarji għall-baġit huma koperti minn korrezzjonijiet finanzjarji netti;

Proċeduri biex jiġi żgurat l-irkupru ta’ pagamenti mhux dovuti

87.    Jinsab imħasseb dwar il-fatt irrapportat mill-Qorti tal-Awdituri(25) li somom mitlufa b’riżultat ta’ irregolaritajiet jew negliġenza fir-rigward ta’ klejms għas-sena 2008 jew qabel kienu nġiebu għall-attenzjoni tad-debituri fl-Irlanda wara dewmien konsiderevoli u ma kienu soġġetti għall-ebda proċedura ta’ rkupru jew ta’ infurzar għal għadd ta’ snin;

88.    Jiddikjara li sal-aħħar tal-2012, minn EUR 6,7 miljun dejn relatati ma’ dawn is-snin ta’ talba EUR 2,3 miljun iġġarrbu mill-Unjoni taħt ir-regola ta’ 50/50 minkejja d-dewmien osservat mill-Qorti tal-Awdituri fil-proċedura ta’ notifika u jibża’ li l-flus ikunu definittivament mitlufa għall-baġit tal-Unjoni;

89.    Jinsab imħasseb ukoll dwar is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri fir-rigward tal-fatt li l-awtoritajiet Taljani ma rreġistrawx jekk id-djun kienu minħabba irregolaritajiet jew żbalji amministrattivi li potenzjalment jistgħu jwasslu biex jitħallsu mill-baġit tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tagħmel analiżi dettaljata ta' din is-sitwazzjoni u tirrapporta lura qabel tmiem is-sean;

90.    Jinnota li skont id-data mogħtija fir-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ AGRI(26), l-Istati Membri li għandhom l-agħar prestazzjoni fir-rigward tal-irkupri tal-ħlasijiet mhux dovuti huma l-Bulgarija b’rata ta’ rkupru ta’ 4 %, 21 % fil-Greċja, 25 % fi Franza, 25 % fis-Slovenja, 27 % fis-Slovakkja u 33 % fl-Ungerija; jinsab imħasseb dwar il-livelli ta' rkupri li huma baxxi b'mod allarmanti f'ċerti oqsma u jitlob li jingħata rapport mill-Kummissjoni dwar il-kawżi u l-possibilitajiet li jsiru titjibiet;

Proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet

91.    Jinnota li l-Kummissjoni ħadet erba’ deċiżjonijiet ta’ konformità fl-2013 li wasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 1 116,8-il-miljun (EUR 861,9 miljun relatati mal-FAEG u EUR 236,2 miljun għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR)) li jirrappreżentaw madwar 2 % tal-baġit tal-Unjoni tal-2013 għall-agrikoltura u l-iżvilupp rurali (1,4 % fil-perjodu 2008-2012);

92.    Jirrimarka li dan l-ammont ma jistax jiġi mqabbel mar-rata tal-iżball l-aktar probabbli maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri minħabba li l-verifiki ta’ konformità tal-Kummissjoni huma bbażati fuq is-sistemi, ma jivverifikawx ir-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi, ikopru nefqiet relatati ma’ għadd ta’ snin baġitarji, iwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji magħmula għal 65 % fuq bażi ta’ rata fissa u b’konsegwenza ta’ dan ma jippermettux li tiġi kkalkolata(27) rata ta’ żball annwali;

93.    Jenfasizza li ż-żieda tal-2013 tal-livell medju ta’ korrezzjoni finanzjarja meta mqabbla mal-perjodu 2008-2012 hija skont is-sejbiet tal-Qorti tal-Awdituri(28) prinċipalment spjegata mit-tnaqqis tal-ammont pendenti ta’ fajls tal-verifika miftuħa minn 553 fi tmiem l-2012 għal 516 fi tmiem l-2013 u li r-riżoluzzjoni ta’ dawn il-fajls li kienu jikkonċernaw is-snin finanzjarji ta’ qabel l-2010 rriżultat f’korrezzjonijiet finanzjarji ta’ EUR 881 miljun (79 % tat-total);

94.    Jinsab imħasseb li l-indipendenza tal-korp ta’ konċiljazzjoni li jista’ jiġi involut fil-proċedura ta’ approvazzjoni tal-konformità mhijiex iggarantita mid-dispożizzjonijiet li hemm fis-seħħ bħalissa(29);

Żvilupp rurali, ambjent, sajd u saħħa

95.    Jiddispjaċih li l-pagamenti fil-qasam tal-iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa ma humiex ħielsa mill-iżball materjali fl-2013, bi tnaqqis fir-rata tal-iżball l-aktar probabbli għal 6,7 % minn 7,9 % fl-2012 u li sebgħa mit-13-il sistema ta’ superviżjoni u kontroll li ġew eżaminati għall-pagamenti mġarrba fl-Istati Membri ġew ivvalutati bħala li kienu parzjalment effettivi u sitta bħala ineffettivi;

96.    Jaqbel mal-fehma espressa mill-Qorti tal-Awdituri li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli kienet titnaqqas għal 2 % li kieku l-awtoritajiet nazzjonali kienu wżaw l-informazzjoni kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti fir-rigwar tal-implimentazzjoni korretta u leċita tal-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

97.    Jiddeplora l-fatt li r-rata medja ta’ żball ikkalkulata mill-Qorti tal-Awdituri għall-iżvilupp rurali sostnuta matul l-aħħar tliet snin kienet ta’ 8,2 % u li fl-2013 kienet ta’ 7,9 %(30); jiddeplora bil-qawwa l-fatt li hija l-ogħla rata ta’ żball f’qasam ta’ politika għall-2013;

98.    Jinnota li l-iżbalji li nstabu mill-Qorti tal-Awdituri seħħew prinċipalment minħabba li l-benefiċjarji ma rrispettawx ir-rekwiżiti tal-eliġibbiltà, ir-regoli tal-akkwist ma ġewx applikati b’mod korrett u l-impenji agroambjentali ma ġewx rispettati;

99.    Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-Qorti tal-Awdituri sabet li suspettat ksur intenzjonat minn benefiċjarji privati ikkontribwew għal wieħed minn kull tmienja tar-rata ta’ żball fl-iżvilupp rurali u jiddeplora l-fatt li l-miżura tal-iżvilupp rurali speċifika “li żżid il-valur lill-prodotti agrikoli u tal-forestrija” għamlet l-aktar kontribuzzjoni sinifikanti għar-rata ta’ żball għall-investiment privat(31), li wasslet biex il-Qorti tal-Awdituri esprimiet tħassib serju fir-rigward ta' “l-effiċjenza u l-effikaċja tal-miżura biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tagħha”;

100.  Jaqbel mal-fehma espressa mill-Qorti tal-Awdituri(32) li l-iżbalji huma parzjalment ikkawżati mill-kumplessità tar-regoli u l-varjetà kbira ta’ skemi ta’ għajnuna taħt il-programmi tal-2007-2013: total ta’ 46 miżura għall-iżvilupp rurali, kull waħda bir-regoli u r-rekwiżiti tagħha proprji;

101.  Jirrikonoxxi l-livell li qed jiżdied ta' sospensjoni u interruzzjoni ta' pagamenti mill-Kummissjoni, fatt li jiżgura li qed jittieħdu b'mod sistematiku azzjonijiet korrettivi fil-każijiet fejn jiġu identifikati nuqqasijiet;

102.  Jilqa’ b’sodisfazzjon l-approċċ rivedut tal-Kummissjoni biex tiġi kkalkulata r-rata tal-iżball residwu, filwaqt li jitqiesu l-awditi u l-informazzjoni rilevanti kollha bil-ħsieb li tiġi aġġustata r-rata ta’ żball irrapportata mill-Istati Membri;

103.  Jiddeplora n-nuqqas ta’ affidabbiltà tad-data kkomunikata mill-Istati Membri dwar ir-riżultati tal-kontrolli tagħhom; jinnota li l-korpi ta’ ċertifikazzjoni ħarġu opinjoni kwalifikata li tiddikjara rata ta’ żball ogħla minn 2 % għal disa’ aġenziji tal-pagamenti biss minn 74(33) filwaqt li l-Kummissjoni ħarġet opinjoni kwalifikata għal 31 aġenzija f’24 Stat Membru(34);

104.  Jiddispjaċih minħabba n-nuqqas azzjonijiet ta’ rimedju ta’ kwalità min-naħa ta’ xi Stati Membri u n-nuqqas għalkollox ta’ approċċ sistematiku biex jinqerdu l-kawżi tal-iżbalji fl-Istati Membri kollha; jenfasizza li hemm nuqqas ta’ azzjoni preventiva kontra d-dgħufija mifruxa fil-livell tal-Unjoni;

105.  Jirrikonoxxi li l-fatturi ewlenin li wasslu għas-sottoimplimentazzjoni ta' EUR 4 300 000 fil-Kapitolu 17 04 – Sikurezza tal-ikel u tal-għalf, saħħa u benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti – huma fil-fatt id-EUR 900 000 marbuta mad-dħul assenjat għall-programmi differenti li jistgħu jintużaw fl-2014 u ż-EUR 2 000 000 marbuta mal-Fond ta' Emerġenza; jinnota li, mill-ammont tal-aħħar, 50 % jew EUR 1 000 000 ġew riportati għall-2014 (biex tiġi indirizzata l-marda tal-ilsien blu fil-Ġermanja) u ġew implimentati f'dik is-sena;

Talbiet lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-Qorti tal-Awdituri dwar l-agrikoltura u l-iżvilupp rurali

106.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tikkalkula rati ta’ żball separati għall-miżuri tas-suq u l-pagamenti diretti fl-ewwel pilastru tal-PAK;

107.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni timmonitorja b’mod attiv l-applikazzjoni ta’ azzjonijiet ta’ rimedju fir-rigward tan-nuqqasijiet fis-sistema ta’ kontroll applikabbli għall-għajnuna mill-Unjoni għal-gruppi tal-produtturi għall-frott u l-ħaxix fil-Polonja, l-Awstrija, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit;

108.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni turi l-valur miżjud tal-Unjoni tal-miżuri tas-suq agrikolu filwaqt li żżomm quddiem għajnejha r-riskju ta’ telfiet potenzjali li jaffettwaw il-baġit tal-Unjoni u jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra s-soppressjoni tagħhom jekk dan ir-riskju huwa għoli wisq; jitlob lill-Kummissjoni biex fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni 2013 tirrapporta dwar l-azzjonijiet meħuda mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) fid-dawl tal-missjoni ta’ awditu għar-rifużjonijiet tal-esportazzjoni tat-tjur fi Franza;

109.  Jitlob lill-Kummissjoni tfassal proposti bil-ħsieb li jiġi sanzjonat ir-rappurtar falz jew inkorrett li jsir mill-aġenziji tal-pagamenti inklużi t-tliet dimensjonijiet li ġejjin, jiġifieri l-istatistika tal-ispezzjonijiet, id-dikjarazzjonijiet mill-aġenziji tal-pagamenti, u x-xogħol imwettaq mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni; jitlob li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li jirtira l-akkreditazzjoni tal-aġenziji tal-pagamenti f’każijiet ta’ dikjarazzjonijiet foloz gravi;

110.  Iħeġġeġ lid-Direttur Ġenerali tad-DĠ AGRI jikkunsidra l-valur miżjud reali tad-dewmien sena wara sena tar-riżervi ġġustifikat min-nuqqasijiet fis-Sistema ta’ Identifikazzjoni tal-Ħburla tar-Raba’ (LPIS) filwaqt li dawk in-nuqqasijiet għandhom dimensjoni orizzontali ċara;

111.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li s-SIAK tintuża sal-potenzjal kollu tagħha, u b’mod partikolari jiżguraw li l-eliġibbiltà u d-daqs tal-ħbula agrikoli jiġu vvalutati b’mod korrett u rreġistrati mill-Istati Membri, u li tittieħed azzjoni ta’ rimedju immedjata mill-Istati Membri fejn is-SIAK tinstab li tkun affettwata minn żbalji sistemiċi;

112.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni titfa’ dawl fuq il-fatti rrappurtati mill-Qorti tal-Awdituri fl-Irlanda u l-Italja fil-punti 3.24 u 3.25 tar-Rapport Annwali tagħha għall- 2013 rigward l-irregolaritajiet fl-irkupru tal-pagamenti mhux dovuti, biex tieħu l-miżuri korrettivi meħtieġa u tirrapporta dwarhom lill-Parlament sa Ġunju 2015;

113.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi biex tkompli tnaqqas aktar l-ammont ta’ fajls tal-awditjar miftuħa li huma pendenti fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet biex b'hekk tippermetti li l-awditi kollha mwettqa qabel l-2012 jingħalqu sa tmiem l-2015;

114.  Jitlob b’mod partikolari li l-mandat tal-Membri tal-korp ta’ konċiljazzjoni involuti fil-proċedura tal-approvazzjoni tal-kontijiet jiġi limitat fiż-żmien għal term inizjali ta’ tliet snin u possibilment jiġi estiż għal massimu ta’ sena waħda; jitlob barra minn hekk li kwalunkwe kunflitt possibbli ta’ interess jiġi evitat fil-ġestjoni ta’ dawk il-fajls u li l-Istati Membri ma jkunux irrappreżentati fil-korp ta’ konċiljazzjoni meta huma direttament konċernati minn korrezzjonijiet finanzjarji;

115.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti rapport fid-dettall lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni tal-iffissar ta' limitu massimu fil-pagamenti diretti tal-PAK skont kull Stat Membru għalih;

116.  Jitlob li l-PAK issir anqas burokratika bil-ħsieb li jitnaqqsu r-rati ta' żball; jilqa’ għalhekk l-impenn li ħadet il-Kummissjoni li s-simplifikazzjoni u s-sussidjarjetà tagħmilhom waħda mill-ogħla prijoritajiet fil-ħames snin li ġejjin; jitlob li l-aġenziji tal-pagamenti li għandhom prestazzjoni li b’mod persistenti mhix tajba biżżejjed titneħħielhom l-akkreditazzjoni tagħhom f’każijiet estremi;

117.  Jistieden lill-Kummissjoni biex meta jkun il-waqt tippreżenta pjan dettaljat għat-tnaqqis tal-burokrazija fil-PAK b’25 % tul il-ħames snin ta’ wara;

118.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri teżamina l-qasam ta’ politika dwar l-iżvilupp rurali f’kapitolu wieħed separat tar-rapport annwali tagħha jew ta-inqas, li tikkalkula rati ta' żball separati għall-qasam ta' politika tal-iżvilupp rurali, il-qasam politiku tas-sajd u l-programm LIFE +;

119.  Jirrakkomanda li l-Kummissjoni tiżgura li l-pjanijiet ta’ azzjoni tal-Istati Membri fl-iżvilupp rurali jkunu kompluti għalkollox billi jiddaħħlu r-reġjuni u l-miżuri kollha fil-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom, b’mod partikolari l-miżuri ta’ investiment, u li jqisu l-awditu tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Awdituri;

120.  Jistaqsi lill-Kummissjoni dwar is-segwitu mogħti lill-każijiet ta’ suspett ta’ ksur intenzjonat irrapportati mill-Qorti tal-Awdituri lill-OLAF, b’mod partikolari, fir-rigward tal-miżura tal-iżvilupp rurali “li żżid il-valur lill-prodotti agrikoli u tal-forestrija” u jitlobha teżamina mill-ġdid kompletament id-disinn ta’ din il-miżura fid-dawl tar-rimarki kritiċi maħruġa mill-Qorti tal-Awdituri dwar “l-effiċjenza u l-effikaċja tagħha” fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza tal-Kummissjoni 2013;

121.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni timmonitorja mill-qrib l-implimentazzjoni tal-programmi ta’ żvilupp rurali u fl-awditi tal-konformità tagħha tieħu kont tar-regoli applikabbli inklużi dawk adottati fil-livell nazzjonali fejn rilevanti, sabiex jitnaqqas ir-riskju li jiġu ripetuti d-dgħufijiet u l-iżbalji ġew iffaċċjati matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013;

Sajd

122.  Jinnota r-riżerva mid-DĠ MARE dwar rata ta' żball ogħla minn 2 % fir-rigward ta' ċertu nfiq iddikjarat minn ċerti Stati Membri, u fil-każ ta' Stat Membru wieħed, rapport ikkunsidrat mhux affidabbli u n-nuqqas li jitressaq rapport; jiddeplora s-sitwazzjoni relatata mal-Istati Membri kkonċernati; madankollu jinnota li s-sitwazzjoni tjiebet wara li l-Kummissjoni tat ordnijiet lil dan l-Istat Membru;

123.  Jiddispjaċih li, apparti dawn ir-rimarki, il-Qorti tal-Awdituri ma tatx dettalji aktar preċiżi dwar ir-riżultat tal-awditjar tagħha għall-qasam speċifiku tas-sajd u tal-affarijiet marittimi u jitlob li dik l-informazzjoni ssir magħrufa, fl-interessi tat-trasparenza;

124.  Jirrikonoxxi li 92,31 % tal-pagamenti li saru mid-DĠ MARE saru fil-ħin; minkejja dan, jinnota bi tħassib li l-għadd ta' pagamenti tardivi żdied meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti; josserva b'sodisfazzjon li l-interessi b'lura mħallsa fl-2013 qegħdin jonqsu u għaldaqstant iħeġġeġ lid-DĠ MARE jżomm żmien għall-ħlas skont ir-regoli rilevanti;

Politika reġjonali, trasport uenerġija

UE 2020

125.  Jenfasizza li mill-ammont totali tal-pagamenti fl-2013 taħt dan il-grupp ta' politika (EUR 45 311 miljun), 96 % (EUR 43 494 miljun) huma għall-politika reġjonali, fil-parti l-kbira implimentata permezz tal-FEŻR u l-Fond ta’ Koeżjoni (FK), EUR 1 059 miljun huma għall-mobilità u t-trasport u EUR 758 miljun huma għall-enerġija;

126.  Jirrikonoxxi r-rwol determinanti tal-politika ta’ koeżjoni tal-Unjoni biex jitnaqqsu d-disparitiajiet reġjonali, għall-promozzjoni tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali fost ir-reġjuni tal-Istati Membri u bejn l-Istati Membri; jirrikonoxxi l-fatt li din il-politika hija l-politika ta' investiment fit-tul prinċipali fl-Unjoni kollha, li tirrappreżenta 29 % tal-infiq tal-baġit totali tal-Unjoni fl-2013 u hija għodda stabbilita għall-ħolqien tat-tkabbir u l-impjiegi fl-Unjoni, li tappoġġja l-ilħuq tal-għanijiet tal-istrateġija Europa 2020;

127.  Jirrikonoxxi r-rwol importanti tal-politiki tat-trasport u l-enerġija biex jiġu stabbiliti sistemi u servizzi siguri, sostenibbli u kompetittivi għaċ-ċittadini tal-Unjoni u għan-negozji tal-Unjoni u jenfasizza li l-kontribuzzjoni ta' dawn il-politiki fl-implimentazzjoni tal-għanijiet tal-istrateġija Europa 2020;

128.  Jilqa’ b’sodisfazzjon il-fatt li l-Kummissjoni tivvaluta l-effikaċja, l-effiċjenza, il-koerenza u l-valur miżjud Ewropew tal-politika reġjonali permezz ta’ valutazzjoni ex post; jistenna li jirċievi aġġornamenti reoglari tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni;

129.  Jenfasizza li l-Kummissjoni għandha tiżgura li tottjeni informazzjoni konsistenti u affidabbli mill-Istati Membri dwar l-użu tal-finanzjament tal-FEŻR; iqis li din l-informazzjoni għandha tindika l-progress tal-Programmi Operattivi, mhux biss mil-lat finanzjarju iżda wkoll mil-lat ta' prestazzjoni;(35)

130.  Jiġbed l-attenzjoni għall-multiannwalità tas-sistema ta' ġestjoni tal-politika ta' koeżjoni u jenfasizza li l-valutazzjoni finali tal-irregolaritajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-politika se tkun possibbli biss mal-għeluq tal-perjodu ta' programmazzjoni;

Żbalji

131.  Jinnota li mill-180 tranżazzjoni awditjata mill-Qorti tal-Awdituri, 102 (57 %) kienu mimsusa minn żball; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri għandha fiduċja ta’ 95 % li r-rata ta’ żball fil-popolazzjoni tinsab bejn 3,7 % u 10,1 % (il-limiti inferjuri u superjuri tal-iżball rispettivament), u hija tistma, abbażi tal-40 żball li hija kkwantifikat, li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta’ 6,9 % (2012: 6,8 %);

132.  Jenfasizza li fi 17-il każ ta’ żbalji kwantifikabbli magħmula mill-benefiċjarji finali, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni; jinnota li, li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun ta’ tliet punti perċentwali aktar baxxa; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti li jimplimentaw b'mod korrett u leċitu l-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

133.  Jirrimarka li għan-nefqa tal-FEŻR u l-FK ir-riskji ta’ konformità prinċipali huma marbuta ma’: żbalji fl-akkwist pubbliku (39 %), proġetti/attivitajiet jew benefiċjarji ineliġibbli (22 %), spejjeż ineliġibbli inklużi fid-dikjarazzjonijiet tan-nefqa (21 %) u n-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat;

Affidabbiltà tar-rappurtar tal-Istati Membri

134.  Jinnota li l-awtoritajiet tal-Istati Membri kkomunikaw 322 opinjoni nazzjonali tal-awditjar fuq il-programmi operattivi tagħhom u li l-opinjonijiet tal-awditjar iddikjaraw f’209 każ (65 %) rata ta’ żball ta’ inqas minn 2 %; jinnota li meta l-Kummissjoni analizzat id-data setgħet tikkonferma biss in-notifika dwar ir-rati ta’ żball tal-Istati Membri għall-78 opinjoni nazzjonali tal-awditjar; jinnota li 244 opinjoni tal-awditjar kellhom bżonn jiġu koreġuti mill-Kummissjoni(36); jitlob lill-Kummissjoni biex fil-ġejjieni tirrapporta d-dettalji kollha fil-bidliet tar-rati ta’ żball magħmul mid-DĠ REGIO;

135.  Josserva li l-Kummissjoni kkunsidrat ir-rati ta’ żball kollha li ġew awditjati nazzjonalment fir-rapporti tas-Slovakkja bħala li mhumiex affidabbli, 10 minn 15-il rata ta’ żball fir-rapporti tal-Ungerija, tnejn minn sebgħa fir-rapporti tal-Bulgarija u wieħed minn kull erba’ fir-rapporti tal-Belġju; jitlob lill-Kummissjoni turi jekk u kif il-korrezzjonijiet tagħhom b’rata fissa imposti biex jiġi protett il-baġit tal-Unjoni (25 % għal programm wieħed u 10 % għal disa’ programmi fis-Slovakkja, 2 għall-Bulgarija u l-Italja u wieħed għall-Belġju(37)) irrimedjaw is-sitwazzjoni;

136.  Jenfasizza li r-rappurtar tal-iżbalji għall-programmi operattivi li ġejjin kienu partikolarment affidabbli:

Stat Membru

Programm

Titolu

Ammont deċiż EUR miljun

Rata ta' żball tal-Istati Membri fir-Rapporti ta' Kontroll Annwali

Żball tal-KUM/rata fissa

BE

2007BE162PO001

Brussell, Kompetittività Reġjonali

56,93

6,23 %

10 %

BG

2007BG161PO002

Għajnuna teknika

1 466,43

4,10 %

10 %

DE

2007DE162PO006

FEŻR Bremen

142,01

0,31 %

5 %

DE

2007DE161PO003

FEŻR Mecklenburg-Pomerania tal-Punent

1 252,42

0,81 %

5 %

DE

2007DE162PO005

FEŻR Hesse

263,45

0,04 %

5 %

ETC

2007CB063PO052

INTERREG IV l-Italja/l-Awstrija

60,07

2,77 %

10 %

ETC

2007CG163PO030

Is-Slovakkja/Ir-Repubblika Ċeka

92,74

0,96 %

10 %

ETC

2007CB163PO019

Mecklenburg/WP - il-Polonja

132,81

0,02 %

5 %

HU

2007HU161PO001

Żvilupp Ekonomiku

2 858,82

0,71 %

5 %

HU

2007HU161PO007

Trasport

5 684,24

0,54 %

5 %

HU

2007HU161PO003

Pannon tal-Lvant

463,75

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO004

Il-Pjanura l Kbira tan-Nofsinhar

748,71

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO005

It-Transdanubju Ċentrali

507,92

130 %

5 %

HU

2007HU161PO006

l-Ungerija tat-Tramuntana

903,72

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO009

Il-Pjanura’ l Kbira tat-Tramuntana

975,07

1,30 %

5%

HU

2007HU161PO011

It-Transdanubju tan-Nofsinhar

705,14

1,30 %

5 %

HU

2007HU161PO001

L-Ungerija Ċentrali

1 467,20

0,10 %

5 %

IT

2007IT161PO007

L-iiżvilupp Mezzogiorno

579,04

0,63 %

10 %

IT

2007IT161PO008

Calabria

1 499,12

2,45 %

10 %

SL

2007SL161PO001

Il-potenzjal ta’ żvilupp reġjonali

1 783,29

2,80 %

5 %

SL

2007SL161PO002

Infrastruttura

1 562,06

2,80 %

5 %

SK

2007SK161PO006

Kompetittività u tkabbir ekonomiku

968,25

0 %

25 %

SK

2007SK161PO005

Saħħa

250,00

1,79 %

25 %

SK

2007SK161PO001

Soċjetà tal-informazzjoni

843,60

1,79 %

10 %

SK

2007SK16UPO001

Riċerka u Żvilupp

1 209,42

1,30 %

10 %

SK

2007SK161PO002

Ambjent

1 820,00

0,33 %

10 %

SK

2007SK161PO004

Trasport

3 160,15

0,74 %

10 %

SK

2007SK161PO003

Programm Operattiv Reġjonali

1 554,50

0,32 %

10 %

SK

2007SK161PO007

Għajnuna teknika

97,60

1,79 %

10 %

SK

2007SK162PO001

Bratislava

95,21

1,79 %

10 %

UK

2007UK162PO001

Lowlands & Uplands Skozja

375,96

5,98 %

8,42 %

UK

2007UK161PO002

Wales tal-Punent u the Valleys

1 250,38

036 %

5 %

UK

2007UK162PO012

Wales tal-Lvant

72,45

0,36 %

5 %

137.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta fil-ġejjieni dwar ir-rati ta’ żball għal kull programm, kif ikkomunikat mill-Istati Membri u aċċettati/ikkoreġuti mill-Kummissjoni fir-rapport annwali tal-attività;

138.  Jieħu nota li l-Kummissjoni kkunsidrat, abbażi tar-rieżami li wettqet hi stess, li x-xogħol ta’ 40 awtorità tal-awditjar nazzjonali responsabbli mill-awditjar ta’ 90 % tal-allokazzjonijiet tal-FEŻR/FK għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, kienu b'mod ġenerali affidabbli;

Sistemi ta’ ġestjoni u kontroll (SĠK)

139.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti aktar gwida u għajnuna teknika lill-Istati Membri; jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lis-semplifikar tal-proċeduri, inklużi dawk għall-benefiċjarji, li jistgħu jkollhom benefiċċji kemm għall-awditjar u kemm għat-tnaqqis tar-rati ta' errur, filwaqt li fl-istess ħin iżidu l-effikaċja tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll;

140.  Jilqa’ t-titjib fil-ġestjoni tal-fondi mill- 2011 ’l hawn fl-Awstrija, ir-Repubblika Ċeka u r-Rumanija; jinsab imħasseb dwar l-aggravar tal-ġestjoni FEŻR fis-Slovakkja, Spanja, l-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit(38);

141.  Jappoġġja bis-sħiħ il-politika tal-Kummissjoni dwar l-interruzzjoni u s-sospensjoni tal-pagamenti;

142.  Huwa konxju tad-dispożizzjonijiet fil-qafas regolatorju ġdid għall-perijodu ta’ programmazzjoni 2014-2020 li jistipula li nuqqasijiet serji skont it-tifsira tar- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014(39), identifikati mill-Kummissjoni jew il-Qorti tal-Awdituri wara l-preżentazzjoni tal-kontijiet, se jwasslu għal korrezzjonijiet finanzjarji netti għall-programmi kkonċernati; jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi lista ta’ dawn il-każijiet fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza tal-Kummissjoni 2014;

143.  Jilqa' l-proċeduri msaħħa ta' kontroll u ta' awditjar li jipprovdi għalihom il-qafas regolatorju għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u b'mod partikolari fir-rigward tal-verifiki u l-kontrolli tal-ġestjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-programmi u t-tressiq tad-dikjarazzjoniijiet tal-ġestjoni mill-awtoritajiet maniġerjali lill-Kummissjoni; jinnota li l-kapaċità korrettiva tal-Kummissjoni kompliet tittejjeb bit-tneħħija tal-possibilità li l-Istati Membri jużaw mill-ġdid il-fondi, u dan wassal għal korrezzjonijiet finanzjarji netti; jilqa’ l-istabbiliment ta’ Ċentru ta’ Kompetenza dwar il-bini tal-kapaċità amministrattiva f'rabta mal-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej; jappoġġa t-tisħiħ tal-orjentament lejn ir-riżultati u l-konċentrazzjoni tematika tal-politika ta’ koeżjoni li għandhom jiżguraw bidla mill-kriterji tal-assorbiment tal-fondi lejn il-kwalità tal-infiq u valur miżjud għoli tal-operazzjonijiet kofinanzjati;

144.  Ifakkar fil-paragrafu 165 tar-riżoluzzjoni tiegħu li takkumpanja l-kwittanza tal-Kummissjoni 2012 li fih il-Parlament talab li t-trattament tal-iżbalji relatati mal-akkwist pubbliku fil-ġestjoni kondiviża jiġi armonizzat; jilqa’ l-armonizzazzjoni magħmula mill-Kummissjoni fid-Deċiżjoni tagħha C(2013)9527 tal-20 ta’ Diċembru 2013 dwar l-istabbiliment u l-approvazzjoni tal-linji gwida għad-determinazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji li għandhom isiru mill-Kummissjoni lin-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni taħt ġestjoni kondiviża, għan-nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar l-akkwist pubbliku; jirrimarka li d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(40) għandha tiġi implimentata mill-Istati Membri sat-18 ta’ April 2016; iqis li dan ser iġib bidliet konsiderevoli fil-proċeduri ta’ akkwist u jistgħu joħolqu l-ħtieġa li jsiru aktar bidliet metodoloġiċi;

145.  Jieħu nota li l-metodoloġija tal-Qorti tal-Awdituri għandha tkun konsistenti u applikata lill-oqsma kollha ta’ ġestjoni; jifhem li allinjament ulterjuri jista’ jwassal għal inkonsistenzi fid-definizzjonijiet mogħtija mill-Qorti tal-Awdituri ta’ tranżazzjoni illegali f’ġestjoni diretta u konġunta;

Korrezzjonijiet finanzjarji

146.  Jinnota li fl-2013 il-Kummissjoni ddeċidiet dwar korrezzjonijiet finanzjarji li jammontaw għal EUR 912 371 222 fuq programmi operazzjonali tal-Istati Membri, li minnhom EUR 239,50 miljun kienu jaqgħu fuq ir-Repubblika Ċeka, EUR 147,21 miljun kienu jaqgħu fuq l-Ungerija u EUR 95,47 miljun kienu jaqgħu fuq il-Greċja;

147.  Jistieden lill-Kummissjoni twettaq valutazzjonijiet progressivi tal-prestazzjoni waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti mressqa mill-Istati Membri għall-finanzjament mill-Fondi Strutturali u wara li jkunu tlestew, bil-ħsieb li tissaħħaħ l-effettività tal-proġetti u jiżdiedu l-kontrollu fuq l-użu tal-fondi pubbliċi u b'hekk ikunu jistgħu jinstabu l-abbużi u l-imġibu frodulenti li jseħħu waqt l-implimentazzjoni tal-proġetti;

148.  Jisiteden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema għall-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-awditjar nazzjonali ħalli l-entrati tal-kontijiet għat-tranżazzjonijiet li jsiru bejn żewġ Stati Membri jew aktar ikunu jistgħu jiġu kkontrollati għal darba tnejn, bil-għan li ssir ġlieda lill-frodi transfruntieri li jaffettwaw lill-Fondi Strutturali, fid-dawl tal-arranġamenti ġodda li japplikaw taħt il-qafas finanzjarju pluriennali 2014-2020, il-fondi tal-Inizjattiva Ewropea ta' Stabbiltà (il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta' Koeżjoni (KF), il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS)) f'daqqa, bil-għan li jittieħed approċċ trasversali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

149.  Jinnota barra minn hekk li matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013, sitt Stati Membri (ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, Spanja, l-Ungerija, il-Polonja u r-Rumanija) kienu responsabbli għal 75 % (li jammontaw għal EUR 1 342 miljun) tal-korrezzjonijiet finanzjarji kkonfermati tal-FEŻR/FK u tal-FSE;

Diżimpenji

150.  Jiddispjaċih li fl-2013 EUR 397,8 miljun kellhom jiġu diżimpenjati, EUR 296,7 miljun biss mir-Repubblika Ċeka; iqis li d-diżimpenji jmorru kontra l-ġestjoni finanzjarja soda; jinsab imħasseb dwar il-fatt li xi reġjuni għadhom qed ikomplu jkunu inkapaċi li jutilizzaw il-finanzjament disponibbli u jistieden lill-Kummissjoni tidentifika l-problemi li huma l-għerq ta' din is-sitwazzjoni f'dawk ir-reġjuni; jistieden ukoll lill-Kummissjoni tfassal u tressaq pjan dettaljat biex jissaħħaħ il-kapaċità tal-utilizzazzjoni min-naħa tar-reġjuni li għandhom rata baxxa ħafna ta' utilizzazzjoni;

151.  Jirrimarka li ġie introdott l-iffissar ta' perjodu ta' eliġibilità fir-regolament il-ġdid għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, bil-għan li jiġi stabbilit qafas ta' żmien li fih isiru l-investimenti u jiġu inċentivizzati l-awtoritajiet tal-programmi sabiex jagħmlu investimenti f'waqthom għall-impjiegi u t-tkabbir fl-Unjoni, dan se jnaqqas ir-riskju li ma jsirx użu fi żmien il-perjodu ta' eliġibilità u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta' diżimpenji;

Strumenti ta’ inġinerija finanzjarja

152.  Jinnota li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni tal-Istati Membri rrapportaw total ta’941 SIF li kienu qed jaħdmu fi tmiem l-2013 f’25 Stat Membru: 91 % jiffurmaw is-SIF għall-intrapriżi, 6 % għall-proġetti ta’ żvilupp urban u 3 5 għall-fondi għall-effiċjenza enerġetika/enerġiji rinnovabbli; jinnota li l-valur totali tal-kontribuzzjonijiet tal-programmi operattivi (PO) imħallsa lill-iSIF ammontaw għal EUR 14 278,20 miljun, inklużi EUR 9 597,62 miljun ta’ fondi strutturali; jinnota li meta baqa’ biss sentejn sal-għeluq, 47 % biss tal-kontribuzzjonijiet tal-PO, jew EUR 6 678,20 miljun, ġew żburżati lir-riċevituri finali;

153.  Jinsab imħasseb dwar is-sejbiet li għamlet il-Kummissjoni fir-rapport annwali konsolidat 2013 tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-iSIF - skont il-punt (j) tal-Artikolu 67(2) tar- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(41) - li l-awtoritajiet maniġerjali fl-Istati Membri ma tawx stampa sħiħa tal-implimentazzjoni tal-ISF u li ċerta data wriet “ineżattezzi” fir-rigward tad-data għall-iSIF fl-Ungerija u fl-Italja;

Il-Greċja

154.  Jinsab imħasseb dwar l-implimentazzjoni tal-proġetti ta’ prijorità fil-Greċja taħt il-ġestjoni tat-Task Force; jinnota li 48 proġett ta’ prijorità għandhom jiġu aċċelerati; jinnota li l-problemi prinċipali, skont il-Kummissjoni, huma: (a) dewmien fl-istadju tal-maturazzjoni, (b) dewmien fil-ħruġ tal-liċenzji, (c) ix-xoljiment ta' kuntratti minħabba n-nuqqas ta' likwidità tal-kuntratturi u (d) appelli tal-qorti li jieħdu fit-tul waqt il-proċeduri tal-għoti; jistieden għalhekk lill-Kummissjoni tagħti aġġornament dwar il-proġetti ta’ prijorità għar- rapport ta’ segwitu 2013;

Lago Trasimeno

155.  Jinnota li f'Diċembru 2014 tmexxiet missjoni tat-tiftix tal-fatti tal-OLAF bil-għan li jiġu diskussi l-irregolaritajiet potenzjali b'rabta mal-għajnuna tal-Unjoni għall-passaġġ taċ-ċikliżmu madwar il-Lago Trasimeno fl-Italia; jistieden lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar żviluppi ulterjuri fir-rapport ta' segwitu dwar il-kwittanza għall-2013;

Privatizzazzjoni ta’ proġetti ta’ infrastruttura ffinanzjati minn fondi tal-Unjoni

156.  Jinnota li l-Unjoni ffinanzjat il-modernizzazzjoni ta’ netwerk tad-distribuzzjoni tal-ilma fi Skorkov (CZ) għall-ammont ta' EUR 1,1 miljun; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-awtoritajiet komunali krew l-isfruttament tas-sistema ta’ distribuzzjoni tal-ilma lil kumpanija li diġà timmaniġġja s-sistema tad-drenaġġ lokali; jinnota li din tal-aħħar ukoll ġiet ikkofinanzjata b’EUR 1,4 miljun mill-fondi tal-Unjoni u li l-prezz għall-provvista tal-ilma tax-xorb żdied b’ 45 %; iqis li l-ilma tax-xorb huwa wieħed mill-beni pubbliċi u li ċ-ċittadini kollha jeħtieġ li jkollhom aċċess għal ilma tax-xorb ta' kwalità għolja bi prezz raġonevoli;

157.  Jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament Ewropew dwar il-każijiet kollha li fihom proġetti li minnhom l-Unjoni għandha sehem ta’ mill-inqas 30 % wara ġew privatizzati;

Miżuri li għandhom jittieħdu

158.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod dettaljat dwar il-progress li sar fir-rigward tas-SĠK kkunsidrati bħala SĠK parzjalment effettivi fl-2013 fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza 2014(42);

159.  Jistieden lill-Kummissjoni, skont ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, twettaq valutazzjoni tal-"kontrolli tal-ewwel livell" imwettqa matul il-perjodu ta’ programmazzjoni 2007-2013 skont l-Artikolu 32(5) tar-Regolament Finanzjarju; jistieden lill-Kummissjoni biex mar-Rapport tal-Attività Annwali tad-DĠ REGIO żżid valutazzjoni tal-affidabbiltà tal-informazzjoni mibgħuta mill-korpi ta’ ċertifikazzjoni fl-Istati Membri; jilqa' l-valutazzjonijiet li saru mill-2010 'l hawn permezz ta' awditi mmirati dwar il-programmi ta' riskju għoli fil-qafas tal-inkjesta tal-awditjar tagħha "Nagħlqu d-distakk tal-assigurazzjoni";

160.  Jistieden lill-Qorti tal-Awdituri tagħti lill-Parlament rapport dettaljat dwar l-evoluzzjoni tar-rata tal-iżball (sena sena, skont kull politika settorjali għaliha u skont kull Stat Membru għalih) matul il-perjodu kollu kemm hu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennal preċedenti (2007-2013);

161.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob li l-awtoritajiet tal-awditjar jiċċertifikaw l-eżattezza tad-data dwar korrezzjonijiet finanzjarji rrappurtati mill-awtoritajiet ta’ ċertifikazzjoni għal kull programm operazzjonali; Iqis li dan it-tagħrif iddettaljat għandu jiġi ppubblikat f’anness tar-rapport ta’ attività annwalili tad-DĠ REGIO;

162.  Jistieden lill-Kummissjoni biex b'mod konsistenti tiżvela fir-rapport annwali tal-attività tagħha r-raġunijiet għalfejn ma tkunx għamlet riżervi (jew tkun għamlet riżervi b'impatt finanzjarju aktar baxx) f'dawk il-każijiet fejn dan ikun dovut għal eċċezzjonijiet għal gwida tal-Kummissjoni applikabbli jew strateġiji tal-awditjar approvati.

163.  Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tirrikjedi mill-Istati Membri li fid-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni tagħhom (skont l-Artikolu 59(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju ) jagħtu konferma espliċita fir-rigward tal-effettività tal-kontrolli tal-ewwel livell imwettqa mill-awtoritajiet maniġerjali u taċ-ċertifikazzjoni;

164.  Jistieden lill-Kummissjoni titlob lill-awtoritajiet nazzjonali jagħtu rispons dwar jekk l-objettivi stabbiliti tal-proġetti fil-qasam tal-FEŻR/il-FK u l-FSE intlaħqux; iqis li dan għandu jsir b’tali mod li d-dati reġistrati huma komparabbli fil-livell tal-Unjoni; iqis li ċ-ċittadini kkonċernati mit-twettiq tal-objettivi tal-proġetti għandhom jitħallew jevalwaw il-proġett ladarba jkun tlesta;

165.  Jistieden lill-Kummissjoni tikkjarifika l-“ineżattezzi” li jinsabu fl-iSIF u tivvaluta r-riżultati fid-dettall fir-rapport annwali tal-attività 2014 tad-DĠ REGIO;

166.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex timxi lejn kultura ta’ prestazzjoni; jistieden lill-Kummissjoni (DĠ REGIO), għalhekk, tinkludi fil-Pjan ta’ Ġestjoni tagħha u fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha valutazzjoni ta’ xogħolha fir-rigward tat-tiżjid tal-effiċjenza, l-effettività u l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-approċċ mil-lat tal-eżekuzzjoni tal-baġit, tikkontrolla l-prestazzjoni billi tqabbilha mal-objettivi u tuża aħjar l-valutazzjonijiet, kif ukoll tappoġġja lill-Istati Membri u lill-Awtoritajiet Amministrattivi tagħhom biex ikabbru sal-massimu l-kwalità tar-rapporti ta’ valutazzjoni tagħhom; jenfasizza f’dan il-kuntest il-ħtieġa li fil-futur jiġu kkunsidrati u vvalutati r-riżultati tal-proġetti, ir-redditi fuq l-investimenti u l-valur miżjud reali għall-ekonomija, l-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali;

Impjiegi u affarijiet soċjali

UE 2020

167.  Jenfasizza li r-riżorsi FSE qed jikkontribwixxu b'mod sostanzjali biex jintlaħqu l-objettivi tal-politika tal-impjiegi u tal-politika soċjali; jinnota li għas-sena ta’ rappurtar saru disponibbli selfiet għall-pagamenti għall-valur ta’ EUR 14,1-il biljun, li minnhom 98 % saru permezz tal-FSE; iqis, madankollu, li jeħtieġ titwettaq valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-fond biex titkejjel mhux daqstant ir-rata ta' utilizzazzjoni fir-rigward tal-fond iżda l-effettività tal-fond fil-ħolqien tal-impjiegi u f'li l-persuni qiegħda jinġiebu lura fis-suq tax-xogħol; jitlob għal analiżi dettaljata tal-prestazzjoni tal-fond, li fuqha għandha tiġi bbażata l-valutazzjoni politika tal-FSE min-naħa tal-Parlament, li għandha titressaq sa tmiem is-sena;

168.  Jilqa' l-kontribuzzjoni li saret lill-ilħuq ta' dawn l-objettivi mhux biss mill-proġetti ffinanzjati mill-FSE iżda wkoll il-formulazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li jinsabu fir-rapport konġunt annwali dwar l-impjiegi li ġie mfassal bħala parti mill-proċess tas-Semestru Ewropew;

169.  Jissottolinja l-fatt li taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006, fondi mill-FSE ma jistgħux jintużaw biex jirrilokaw impjiegi minn Stat Membru għal ieħor; jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli xierqa biex jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni bl-ebda mod ma jiġu miżapproprjati;

170.  Jinnota li l-intenzjoni tal-Istati Membri li jassorbu l-fondi tal-Unjoni għandha tfittex li tikseb ir-riżultati u l-għanijiet tal-FSE u m'għandhiex tikkomprometti l-applikazzjoni konsistenti ta' kontrolli effettivi, li, partikolarment lejn it-tmiem tal-perjodu ta' eliġibilità, tista' twassal għan-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' regoli miskura, b'iffinanzjar sussegwenti ta' proġetti li jiswew wisq, implimentati ħażin jew improbabbli li jiksbu r-riżultat maħsub;

171.  Jenfasizza li t-tnaqqis tal-qgħad fost iż-żgħażagħ huwa partikolarment urġenti; jilqa’ l-fatt li aktar minn EUR 12,4-il biljun mill-Fond Soċjali Ewropew u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ ġew allokati għall-ġlieda lill-qgħad fost iż-żgħażagħ matul il-perjodu ta’ programmazzjoni l-ġdid; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni u tiżgura li dawn il-flus se jintefqu għall-iskop indikat tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni tistabbilixxi sistema, għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2014-2020, li tippermetti li jsiru rapporti dwar il-progress li jkun sar fl-integrar tal-persuni żvantaġġjati jew ta’ gruppi ta’ persuni żvantaġġjati (jiġifieri ż-żgħażagħ, l-anzjani, il-persuni qiegħda fit-tul, ir-Rom) f’impjieg;

Ir-Rom

172.  Jirrimarka li l-fondi disponibbli għall-integrazzjoni tar-Rom mhux dejjem ġew minfuqa għal dan l-għan; jinsab imħasseb li ħafna Rom jiffaċċjaw diskriminazzjoni u esklużjoni soċjali u jgħixu f’kundizzjonijiet soċjoekonomiċi ħżiena ħafna; jinsab imħasseb b’mod partikolari wkoll minħabba l-informazzjoni li, wara l-istħarriġ li sar mill-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali fl- 2012(43), f’90 % tal-unitajiet domestiċi Rom id-dħul medju kien inqas mil-limiti tal-faqar nazzjonali, u li bħala medja,madwar 45 % tar-Roma jgħixu f’kundizzjonijiet ta’ akkomodazzjoni ta’ għaks sever;

173.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-implimentazzjoni effettiva tal-Istrateġiji Nazzjonali għall-Integrazzjoni tar-Rom fil-livell lokali u dak reġjonali u tiżgura li l-infiq tal-baġit jimmira għall-objettivi tal-politiki regolari;

Żbalji

174.  Josserva li, mill-182 tranżazzjoni awditjata mill-Qorti tal-Awdituri, 50 (27 %) kienu mimsusa minn żball; jinnota li abbażi tat-30 żball li hija kkwantifikat, il-Qorti tistma li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli hija ta' 3,1 %(3,2 % fl-2012); jinnota li fi 13-il każ ta’ żbalji kwantifikabbli magħmula mill-benefiċjarji finali, l-awtoritajiet nazzjonali kellhom biżżejjed informazzjoni biex jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma ddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni; iqis li, li kieku din l-informazzjoni kollha kienet intużat biex jiġu kkoreġuti l-iżbalji, ir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata għal dan il-kapitolu kienet tkun 1,3 punti perċentwali aktar baxxa; jenfasizza li l-Istati Membri għandhom responsabilità importanti li jimplimentaw korrettamenti u b'mod leċitu l-baġit tal-Unjoni meta jkunu responsabbli għall-ġestjoni ta' fondi tal-Unjoni;

175.  Jinnota li r-rapport annawli tal-Qorti tal-Awdituri juri tnaqqis żgħir fl-istima tar-rata ta' żball għall-qasam tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, li fl-2013 kienet 3,1 % meta mqabbla ma' 3,2 % fis-sena preċedenti; jinnota li din ir-rata ta' żball xorta kienet it-tieni l-iktar baxxa fost l-oqsma ta' politika kollha u li l-Parlament jistenna tnaqqis ulterjuri fir-rata ta' żball matul il-ftit snin li ġejjin;

176.  Jinnota li l-iżbalji f’dan il-qasam ta’ politika kkonċernaw, bħal fis-snin preċedenti, nefqa ineliġibbli (93 % kkonċernaw iċċarġjar żejjed tal-ispejjeż ġenerali, dikjarazzjoni żejda tal-ispejjeż tal-persunal u spejjeż ikkalkulati b’mod żbaljat) u każijiet ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku (7 %);

177.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha ssewgi mal-Istati Membri d-dgħufijiet identifikati fl-awditjar tematiku bbażat fuq ir-riskju tad-DĠ EMPL fir-rigward tal-verifiki tal-ġestjoni u jilqa' l-gwida l-ġdida żviluppata mill-Kummissjoni għat-tisħiħ ulterjuri tal-affidabilità tal-verifiki tal-ġestjoni fil-perjodu ta' programmar 2014-2020; jinnota li din il-gwida, li tislet it-tagħlimiet meħuda mill-perjodu ta' pprogrammazzjoni preċedenti, ġiet ippreżentata lill-Istati Membri u se tinħareġ fl-ewwel nofs tal-2015; jenfasizza li huwa importanti ħafna li l-awtoritajiet fl-Istati Membri jużaw l-informazzjoni disponibbli għalihom biex isibu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma' jitolbu rimborżi mill-Kummissjoni, li jnaqqas b'mod sinifikanti r-rata ta' zball fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

178.  Iħeġeġġ lid-DĠ EMPL biex ifittex jikseb l-għanijiet tiegħu fir-rigward tal-FSE biex jitbiegħed mill-bżonn li jikkoreġi żbalji għal sitwazzjoni fejn l-iżbalji jiġu evitati u jappoġġja l-isforzi tad-DĠ EMPL biex jgħin lill-Istati Membri bl-ogħla rati ta' żbalji għall-FSE biex itejbu s-sistemi tagħhom billi jużaw l-aħjar prattiki disponibbli; jinnota f'dan ir-rigward li l-kapaċità amministrattiva u l-organizzazzjoni tad-DĠ EMPL għandhom jikkorrispondu mal-ħidma u r-responsabbiltajiet tiegħu lejn l-Istati Membri;

Affidabbiltà tar-rappurtar tal-Istati Membri

179.  Jiddispjaċih li kontrolli tal-ewwel livell difettużi li saru mis-sistemi nazzjonali ta’ ġestjoni u kontroll baqgħu għajn ewlenija ta’ żbalji; jinsab imħasseb serjament minħabba l-fatt li l-Istati Membri jidhru li huma anqas kuxjentużi meta jkunu qed jonfqu fondi tal-Unjoni meta mqabbel mal-mod kif jonfqu l-baġit nazzjonali tagħhom filwaqt li għandhom responsabilità importanti fir-rigward tal-implimentazzjoni korretta u leċita tal-baġit tal-Unjoni meta huma responsabbli għall-ġestjoni tal-fondi tal-Unjoni; jinnota li l-programmi li ġejjin urew dgħufijiet sistemiċi partikolari: il-Polonja, Spanja (Castilla y León), ir-Rumanija, il-Portugall, l-Italja (Sqallija), il-Ġermanja (Bund), il-Ġermanja (Thüringen), ir-Repubblika Ċeka u l-Ungerija; jinnota li barra minn hekk, l-awditi tematiċi tal-Kummissjoni żvelaw dgħufijiet fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll tal-programmi operattivi għall-Irlanda (Kapital ta’ Investiment Uman), is-Slovakkja (edukazzjoni) u Spanja (Comunidad Valenciana);

180.  Jirrimarka li, hi u teżimina mill-ġdid ir-rati ta’ żball ikkomunikati mill-Istati Membri (SM) fir-Rapport Annwali ta’ Kontroll tagħhom (RAK) il-Kummissjoni żiedet ir-rata ta’ żball b’aktar minn 2 % għal dawn il-Programmi Operazzjonali (PO) li ġejjin:

Stat Membru

Numru tal-PO

 

Pagamenti interim 2013 EUR

Rata ta’ żball tar-RAK tal-iSM

Korrezzjoni tal-KUM

Differenza

IT

2007IT052PO009

Bolzano

934 530

4,95%

7,11 %

2,16 %

CZ

2007CZ052PO001

Praha Adapabilita

 

3,58%

6,45 %

2,87 %

SK

2007SK05UPO002

PO impjiegi u inklużjoni soċjali

86 718 231

1,65%

4,66 %

3,01 %

UK

2007UK052PO002

Lowlands & Uplands Skozja

74 251 497

1,95%

10,59 %

8,64 %

IT

2007IT052PO001

Abruzzi

 

0,2%

15,9 %

15,88 %

ES

2007ES052PO011

La Rioja

 

0,38%

37,76 %

37,38 %

Barra minn hekk il-Kummissjoni kkunsidrat l-RAK għall-OP li ġejjin bħala kompletament affidabbli, u b’hekk saret korrezzjoni b’rata fissa:

Stat Membru

Numru tal-PO

 

Pagamenti interim 2013 EUR

Rata tal-iżball tar-RAK tal-iSM

korrezzjoni

tar-rata fissa

tal-KUM

Differenza

LU

2007LU052PO001

Programm Operazzjonali FSE

4 285 659

0,46%

2,0 %

1,54 %

IT

2007IT051PO001

Campania

77 486 332

0,38%

2,0 %

1,62 %

BE

2007BE052PO001

Il-Komunità li titkellem bil-Ġermaniż

 

0,0%

2,0 %

2 %

ES

2007ES052PO002

Castillia y Leon

10 607 012

0,0%

2,0 %

2,0 %

BE

2007BE052PO003

Stat federali

 

3,66%

5,0 %

1,34 %

IT

2007IT051PO007

Pon istruzione

78 589 393

0,4%

5,0 %

4,6 %

BE

2007BE052PO005

Il-Fjandri

118 201 220

1,61%

10,0 %

8,39 %

UK

2007UK051PO002

Wales tal-Punent u the Valleys

149 600 091

0,36%

10,0 %

9,64 %

UK

2007UK052PO001

Wales tal-Lvant

9 476 602

0,36%

10,0 %

9,64 %

IT

2007IT052PO012

It-Toskana

61.978.561

1,11

25 %

23,89 %

IT

2007IT052PO016

Sardinja

23.478.530

0,13

25 %

24,87 %

181.  Jilqa', f'dan ir-rigward, l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni speċifiċi meħuda mill-Kummissjoni, inklużi kemm il-miżuri preventivi kif ukoll dawk korrettivi u l-awditi bbażati fuq ir-riskju li twettqu mid-DĠ EMPL;

182.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kompliet bil-politika stretta tagħha dwar l-interruzzjoni u s-sospensjoni fl-2013; iqis f’dan il-kuntest li ta’ min jinnota li l-Kummissjoni implimentat korrezzjonijiet finanzjarji fl-2013 li jammontaw għal EUR 842 miljun li minnhom EUR 153 miljun għall-1994-1999, EUR 472 miljun għall-2000-2006 u EUR 217 miljun għall-2007-2013; tul it-tliet perjodi ta’ programmazzjoni l-Istati Membri li ġejjin urew l-ogħla korrezzjoni finanzjarja:

Stat Membru

Korrezzjoni finanzjarja aċċettata/deċiża kumulattiva (EUR miljun)

Korrezzjoni finanzjarja implimentata kumulattiva (EUR miljun)

L-Italja

497,7

497,7

Ir-Rumanija

312,1

299,1

Spanja

1 070,1

1 064,3

183.  Jinnota barra minn hekk li r-rapport annwali dwar l-attività fih riżerva rigward pagamenti magħmula għall-perjodu ta' programmazzjoni 2007-2013 għal ammont ta' riskju ta' EUR 123,2 miljun fl-2013; jinnota li dik ir-riżerva kopriet 36 minn 118-il Programm Operazzjonali tal-FSE (meta mqabbla ma’ 27 minn 117-il PO fl-2012).

Perjodu ta' programmazzjoni 2007–2013

Stat Membru

Numru tal-PO

Isem

Riżerva

IL-BELĠJU

2007BE051PO001

Konverġenza Hainaut

Sħiħ

2007BE052PO002

Trojka Wallonja-Brussell

Sħiħ

2007BE052PO003

Federali

Reputazzjonali

2007BE052PO004

Brussell-Kapitali : Impjiegi u koeżjoni soċjali

Reputazzjonali

2007BE052PO005

Vlanderen

Sħiħ;

IR-REPUBBLIKA ĊEKA

2007CZ052PO001

Praha Adaptabilita

Reputazzjonali

2007CZ05UPO001

Lidské zdroje a zaměstnanost

Reputazzjonali Parzjali

FRANZA

2007FR052PO001

Programme opérationnel national FSE

Parzjali

IL-ĠERMANJA

2007DE051PO002

Mecklemburg-Vorpommern

Sħiħ

2007DE052PO003

Berlin

Sħiħ

L-IRLANDA

2007IE052PO001

Investiment fil-Kapital Uman

Reputazzjonali Parzjali

L-ITALJA

2007IT051PO001

Campania

Sħiħ

2007IT051PO007

PON Istruzione

Sħiħ

2007IT052PO001

Abruzzo

Reputazzjonali Parzjali

2007IT052PO009

Bolzano

Sħiħ

2007IT052PO012

Toscana

Sħiħ

2007IT052PO016

Sardegna

Sħiħ

IL-POLONJA

2007PL051PO001

Program Operacyjny Kapitał Ludzki

Parzjali

IR-RUMANIJA

2007RO051PO001

L-Iżvilupp tar-Riżorsi Umani

Sħiħ

IS-SLOVAKKJA

2007SK05UPO001

PO Edukazzjoni

Parzjali

2007SK05UPO002

PO impjiegi u inklużjoni soċjali

Reputazzjonali Parzjali

SPANJA

2007ES051PO003

Extremadura

Parzjali

2007ES051PO005

Andalucia

Sħiħ

2007ES052PO003

Comunidad Valenciana

Reputazzjonali

2007ES052PO004

Aragon

Sħiħ

2007ES052PO005

Baleares

Sħiħ

2007ES052PO007

Cataluña

Reputazzjonali

2007ES052PO008

Madrid

Reputazzjonali Parzjali

2007ES052PO011

La Rioja

Reputazzjonali

2007ES05UPO001

Adaptabilidad Y Empleo

Parzjali

2007ES05UPO002

Lucha contra la discriminacion

Parzjali

2007ES05UPO003

Asistencia tecnica

Parzjali

IR-RENJU

UNIT

2007UK051PO002

Wales tal-Punent u the Valleys

Sħiħ

2007UK052PO001

Wales tal-Lvant

Sħiħ

2007UK052PO002

Lowlands u Uplands ta' Skozja

Sħiħ

2007UK052PO003

l-Irlanda ta’ Fuq

Parzjali

Perjodu ta' programmazzjoni 2000-2006

Stat Membru

Numru tal-PO

Isem

Riżerva

FRANZA

1999FR053DO001

Objectif 3 national

Reputazzjonali

2000FR162DO021

Nord-Pas-de-Calais

L-ITALJA

1999IT161PO006

Calabria

L-ISVEZJA

1999SE161DO001

Norbotten & Vasterbotten

IR-RENJU

UNIT

1999GB161DO005

Highlands u Gżejjer ta' Skozja

2000GB162DO013

Skozja tal-Punent

184.  Jenfasizza l-fatt li l-pagamenti interim għall-PO tal-2007-2013 għall-valur ta’ EUR 2 159,4 miljun huma affettwati mir-riżervi; jinnota li l-Kummissjoni stmat li l-ammont li kien jinsab f’riskju fl-2013 kien ta' EUR 123,3 miljun;

185.  Jappoġġja lill-Qorti tal-Awdituri meta titlob lill-Kummissjoni biex b'mod konsistenti tiżvela fir-rapport annwali tal-attività tagħha r-raġunijiet għalfejn ma tkunx għamlet riżervi (jew tkun għamlet riżervi b'impatt finanzjarju aktar baxx) f'dawk il-każijiet fejn dan ikun dovut għal eċċezzjonijiet għal gwida tal-Kummissjoni applikabbli jew strateġiji tal-awditjar approvati;

186.  Jibqa’ mħasseb dwar dgħufijiet sistemiċi fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll Spanjoli u Taljani aggravati bi strutturi tal-istat deċentralizzati u devolvuti;

187.  Jitlob lid-DĠ EMPL jinkludi tabella dwar ir-RAK nazzjonali, mogħtija bħala risposta għad-domanda Nru 19 tal-kwestjonarju tal-kwittanza, fir-rapport annwali tal-attività tagħha;

188.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-Fondi Strutturali jittrattaw il-problema tal-ispejjeż tal-persunal li qed jiġu ċċarġjati b'rati ogħla għall-proġetti tal-Unjoni meta mqabbla ma' dawk iffinanzjati fuq livell nazzjonali;

189.  Jieħu nota kif xieraq tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjieg u l-affarijiet soċjali, iżda jiddispjaċih dwar ir-referenzi limitati għall-ugwaljanza bejn is-sessi f'dan il-qasam, kif ukoll dwar fokus insuffiċjenti fuq l-impjieg, is-solidarjetà soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-Rapporti Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri ta' din is-sena;

190.  Itenni t-talba tiegħu għal żvilupp ulterjuri tal-indikaturi u d-data skont is-sessi, sabiex ikunu jistgħu jseħħu evalwazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni minn perspettiva tal-ġeneru u jiġu mmonitorjati l-isforzi b'rabta mal-ibbaġitjar tal-ġeneru;

Diżimpenji

191.  Jinsab imħasseb li sa tmiem l-2014, EUR 129 miljun jista’ jkollhom jiġu diżimpenjati f’sitt Stati Membri (BE, CZ, DE, ES, IT u UK);

Mikrofinanzjament Progress

192.  Josserva li l-Unjoni kkontribwixxiet EUR 100 miljun għall-Mikrofinanzjament Progress; ifakkar li l-Fond Ewropew tal-Investiment li jimplimenta l-Mikrofinanzjament Progress f’isem il-Kummissjoni u l-Bank Ewropew tal-Investiment irrapporta li 52 fornitur tal-mikrokreditu f’20 Stat Membru kienu ffirmaw ftehimiet skont il-Mikrofinanzjament Progress u 31 895 mikroselfa għall-valur ta’ EUR 260,78 miljun kienu diġà ġew żburżati lil mikrointraprendituri; jinsab ikkonċernat f’dan il-kuntest li mhix tingħata attenzjoni biżżejjed lill-kwistjoni tar-responsabbiltà demokratika meta jiġu stabbiliti strumenti finanzjarji;

Miżuri li għandhom jittieħdu

193.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura, meta tkun qed tapprova l-PO għall-perjodu ta' programmazzjoni l-ġdid, li l-Istati Membri jkunu kkunsidraw il-possibbiltajiet kollha ta' simplifikazzjoni permessi mir-regolamenti tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020;

194.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress li jkun sar fil-ġestjoni tal-PO imsemmija hawn fuq taħt riżervi u fuq ir-rimedjar tad-dgħufijiet li jkunu ġew skoperti fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tagħha;

195.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet tal-Istati Membri inkarigati mill-immaniġġjar tal-fondi strutturali jindirizzaw il-kwistjoni dwar id-debitar tal-ispejjeż għall-persunal b’rati ogħla għal proġetti tal-UE meta mqabbla ma’ dawk iffinanzjati minn fondi nazzjonali;

196.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri u tħeġġiġhom jimplimentaw l-istrateġija li tirrigwarda r-Rom u jiżguraw l-implimentazzjoni tal-fondi tal-Unjoni mmirata għar-Rom;

197.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħmel pressjoni fuq l-Istati Membri u tħeġġiġhom jiġġieldu b'mod attiv u konkret kontra l-qgħad, b'mod partikolari l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

Relazzjonijiet esterni

Pressjoni fuq il-baġit

198.    Jilqa' pożittivament iż-żieda fl-attenzjoni mogħtija mill-proċess ta' kwittanza fuq it-titjib tar-rendiment biex jinkisbu kemm jista' jkun l-aħjar riżultati bi flus il-kontribwenti tal-Unjoni; jinkoraġġixxi l-Kummissjoni tirdoppja l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward biex ittejjeb il-feedback kontinwu taċ-ċiklu tal-evalwazzjonijiet, b'tali mod li t-tagħlimiet mill-prassi tal-imgħoddi u mir-rakkomandazzjonijiet għal evalwazzjoni jikkontribwixxu sa punt saħansitra akbar għat-titjib fit-tfassil tad-deċiżjonijiet, fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni aħjar tal-għajnuna tal-Unjoni fil-ġejjieni;

199.    Jinsab imħasseb bis-serjetà dwar il-fatt li fil-baġit 2013, lill-approprjazzjonijiet ta' pagament amministrati mid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (DĠ DEVCO) tal-Kummissjoni kien jonqsilhom EUR 293 miljun, u li l-approvazzjoni tardiva tar-rinforzi neċessarji kkawżat riport fis-sena suċċessiva, b'hekk tqiegħdet aktar pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2014 li diġà huma ristretti;

200.  Jinnota bi tħassib id-diskrepanza dejjem akbar li hemm bejn l-impenji internazzjonali tal-Unjni, il-qofsa ta' politika ambizzjużi tagħha u l-għodod ġodda tagħha (bħalma huma l-aġenda ta' żvilupp ta' wara l-2015 u l-Istrumenti ta' Finanzjament Estern għall-perjodu 2014-2020) minn naħa waħda, u min-naħa l-oħra l-inabilità tagħha li tonora l-impenji li ħadet fil-konfront tas-sħab globali tagħha u korpi oħra, b'mod partikolari fir-rigward tal-għajnuna umanitarja minħabba d-disponibilità ta' krediti ta' pagament insuffiċjenti;

201.    Iqis li din is-sitwazzjoni tinvolvi mhux biss riskju politiku u għar-reputazzjoni għoli f'dik li hija l-kredibilità tal-Unjoni bħala l-ewwel donatur tad-dinja iżda wkoll tista' tipperikola l-istabilità fiskali tal-pajjiżi sħab, billi tħalli lakuni finanzjarji fil-baġits tagħhom; jibża' li din id-diskrepanza taf issir ferm evidenti fl-2015, meta l-livell kumplessiv tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) ikun taħt sew l-objettiv kollettiv ta' 0,7 % tal-ING tal-Unjoni sal-aħħar tas-sena;

202.  Jenfasizza li s-sena 2013 kienet it-tieni waħda konsekuttiva li fiha l-għajnuna umanitarja permezz tal-baġit tal-Unjoni skorriet il-EUR 1,3 biljun f'impenji minħabba li nqalgħu numru kbir ta' kriżijiet umanitarji li kkawżaw tbatija immensa fost in-nies; jiddeplora l-impatt li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ħalla f'din is-sena ta' kriżi fuq l-attivitajiet tad-DĠ ECHO, li setgħu jinżammu biss bis-saħħa ta' riprogrammazzjoni tal-pjanijiet ta' pagament, bir-riport konsegwenti ta' EUR 160 miljun f'arretrati ta' pagamenti fi tmiem is-sena; jistieden lill-Kunsill jikkonforma mal-pjan ta' pagament maqbul mal-Parlament;

203.    Jiddispjaċih bid-dannu għar-reputazzjoni diġà mġarrab minħabba dawn il-miżuri ad hoc u jindika l-paradoss bejn iż-żieda tal-kriżijiet umanitarji fid-dinja kollha f'dawn l-aħħar snin u l-miżuri operattivi li adottat l-Unjoni biex taffronta b'mod effikaċi l-kriżijiet li jfaqqgħu f'daqqa (bħall-ftuħ taċ-Ċentru ta' Koordinament tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza f'Mejju 2013) minn naħa u n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament min-naħa l-oħra; jinsab allarmat li din is-sitwazzjoni tista' tiġi aggravata jekk ma jiġix żgurat rinforz baġitarju adegwat;

Rati ta' żball

204.  Jinnota li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli tal-Qorti tal-Awdituri hija ta’ 2,6 % u li r-rata tal-iżball residwu kif determinata mit-tieni studju li sar mill-EuropeAid huwa stmat li hu ta’ 3,35 %; jiddispjaċih li s-sistemi eżaminati mill-Qorti tal-Awdituri fil-EuropeAid huma vvalutati bħala parzjalment effettivi;

205.  Jinnota li n-natura tal-istrumenti u l-kundizzjonijiet ta’ pagament f'appoġġ baġitarju u kontribuzzjonijiet tal-Unjoni lil proġetti b’donaturi multipli mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali tillimita sa fejn it-tranżazzjonijiet ikollhom tendenza għall-iżbalji;

206.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq rapport dwar il-valur miżjud tal-appoġġ mill-baġit u, b'mod partikolari, dwar il-mod li bih huwa għin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jilħqu l-Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju; jitlob f'dan ir-rigwar li jsir stħarriġ tal-miżuri li ttieħdu sabiex jiġi evita li parti mill-finanzjament jinħela b'riżultat tal-korruzzjoni u l-frodi u b'riżultat tas-sistemi ta' mmaniġġjar finanzjarju f'dan ir-rigward;

207.  Jikkondividi l-kritika tal-Qorti tal-Awdituri tal-hekk imsejjaħ "approċċ nazzjonali" fil-każ tal-proġetti b'ħafna donaturi u jitlob lill-Kummissjoni teżamina l-għażla li tippreżenta, fil-kontijiet tagħha stess, analiżi ta' dawn il-proġetti f'daqqa, minflok ma tillimita lilha nfisha għall-kunsiderazzjoni ta' jekk l-ammont miġbur flimkien jinkludix nefqa eliġibbli suffiċjenti biex tkopri l-kontribuzzjoni tal-Unjoni;

208.  Jitlob lill-Qorti tal-Awdituri tikkalkula rata ta’ żball separata fir-relazzjonijiet esterni għan-nefqiet li mhumiex inklużi fl-appoġġ baġitarju jew fil-kontribuzzjonijiet għal proġetti b’ħafna donaturi mwettqa minn organizzazzjonijiet internazzjonali;

Rapporti annwali tal-attività

209.  Jiddispjaċih mill-fatt li għal disa' tranżazzjonijiet relatati mal-programm nazzjonali għall-preadeżjoni, il-Kummissjoni użat proċedura tal-kontabilità biex tikklerja ammonti ta' EUR 150 miljun abbażi ta' stimi u mhux abbażi tal-kosti mġarrba, imħallsa u aċċettati ippruvati minn dokumenti ġustifikattivi; jenfasizza li din il-prattika sistematika tad-DĠ Tkabbir mhijiex skont l-Artikolu 88 tar-Regolament Finanzjarju u l-Artikolu 100 tar-Regoli ta' Applikazzjoni tiegħu; jirrimarka li din il-proċedura li ilha żmien tintuża u li affettwat u qed taffettwa d-dikjarazzjonijiet tal-assigurazzjoni tad-Direttorat Ġenerali għat-Tkabbir għal ħafna snin, li jfisser li għall-2013, 20 % tal-infiq kollu minfuq minn dak id-DĠ kien ibbażat fuq stimi; jilqa' l-fatt li fl-2014 il-Kummissjoni stabbilixxiet sistema, u implimentatha mingħajr dewmien, sabiex tiżgura li l-ikklerjar tal-prefinanzjament isir fil-ġejjieni abbażi ta' kosti li jkunu ġġarrbu u ġew irrappurtati b'mod korrett; jagħraf li l-Kummissjoni b'mod konsistenti ġibdet l-attenzjoni lejn il-fatt li l-ebda nefqa ma ġiet ivvalidata u aċċettata b'mod uffiċjali mid-DĠ Tkabbir taħt il-proċedura tal-ikklerjar tal-kontijiet, u għalhekk li ma tista' tiġi assunta l-ebda komunikazzjoni lill-benefiċjarju li tindika aċċettazzjoni;

210.  Ifakkar li fid-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni(44) tiegħu, id-Direttur Ġenerali ta’ EuropeAid iddikjara li l-proċeduri ta’ kontroll fis-seħħ jagħtu l-garanziji meħtieġa fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta’ bażi. iqis madankollu li din id-dikjarazzjoni hija kontradetta mill-fatt li huwa kien ħareġ riżerva globali rigward li r-rata ta’ żball kienet ogħla minn 2 %, li juri li l-proċeduri ta’ kontroll jonqsu milli jipprevjenu, jidentifikaw u jikkoreġu l-iżball materjali;

211.  Jitlob lill-Kummissjoni tiċċara l-istruzzjonijiet permanenti mogħtija mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni sabiex tagħmilha possibbli li tingħata opinjoni avversa meta l-impatt finanzjarju jaqbeż il-limitu ta’ materjalità għall-baġit sħiħ taħt ir-responsabilità tad-DĠ;

212.  Jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra l-introduzzjoni ta’ mekkaniżmu ta’ sanzjonijiet f’każ ta’ dikjarazzjoni irregolari ta’ assigurazzjoni intenzjonata magħmula minn uffiċjal awtorizzanti fir-rapport annwali tal-attività msemmi fl- Artikolu 66(9) tar-Regolament Finanzjarju;

Il-kummerċ internazzjonali

213.  Jitlob lill-Kummissjoni tqassam mill-ġdid ir-riżorsi tal-persunal minn Direttorati Ġenerali oħra lid-DĠ Kummerċ biex jiġi żgurat li d-DĠ Kummerċ ikun jista' jissodisfa d-domanda ġustifikata taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-Parlament għal trasparenza akbar u għal aċċess akbar għall-informazzjoni fil-kuntest tan-negozjati kummerċjali tal-Unjoni li għaddejjin bħalissa u l-proċess ta' ratifika li se jsir dalwaqt, b'mod partikolari fir-rigward tat-TTIP, is-CEP u t-TISA, b'mod effettiv, effiċjenti u f'waqtu mingħajr ma jkun imġiegħel jittraskura kompiti importanti oħra assenjati lill-Kummissjoni;

214.  Jiġbed l-attenzjoni lejn il-bżonn li jiġu żgurati kontrolli u awditi xierqa tal-għajnuna makrofinanzjarja tal-Unjoni;

215.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri osservat li, minkejja kien hemm ukoll żviluppi pożittivi, l-iskema ġeneralizzata ta' preferenzi (SĠP) għadha ma rnexxilhiex tilħaq bis-sħiħ l-għanijiet maħsuba tagħha; jinnota wkoll li din is-sistema ilha fis-seħħ biss għal żmien qasir;

216.  Jenfasizza li l-valutazzjoni u l-kontroll tal-ftehimiet kummerċjali mhumiex biss kwistjoni baġitarja, iżda li huma essenzjali wkoll meta niġu għall-iżgurar li s-sħab jonoraw l-impenji li jkunu għamlu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istandards tax-xogħol u tal-istandards ambjentali;

217.  Jitlob li jiġu żgurati kontrolli suffiċjenti dwar id-diversi attivitajiet li jappoġġjaw l-internazzjonalizzazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji tal-Unjoni kif ukoll l-aċċess tagħhom għal swieq terzi; itenni l-ħtieġa li jiġi vvalutat il-livell ta' effettività u li jiġu mfittxija modi li bihom jistgħu jiġu mtejba l-koordinazzjoni ta' bejn iċ-ċentri tan-negozju tal-Unjoni, iċ-ċentri tan-negozju nazzjonali u l-kmamar tal-kummerċ f'pajjiżi terzi, b'mod partikolari fl-Asja;

Ħaiti

218.    Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet tar-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 13/2014 bit-titolu "Appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti", partikolarment dwar l-adozzjoni ta' strateġija komuni DEVCO-ECHO għall-garanzija ta' rabta u ta' sinerġija aktar effikaċi bejn l-attivitajiet rispettivi tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta tali rakkomandazzjonijiet fl-operazzjonijiet attwali u futuri kollha tagħha fis-sitwazzjoni ta' wara li jkun seħħ diżastru jew f'sitwazzjoni ta' fraġilità; jistieden lill-Kummissjoin tinforma lill-koleġiżlaturi bi kwalunkwe restrizzjoni mil-lat baġitarju jew ġuridiku li ostakolat l-implimentazzjoni effikaċi tal-appoġġ mill-Unjoni għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti;

Taħlit

219.    Josserva bi tħassib li l-użu tat-taħlit fis-settur enerġetiku jikkonċentra l-aktar fuq proġetti kbar b'anqas enfasi fuq soluzzjonijiet enerġetiċi lokali; iħeġġeġ lill-Unjoni tastjeni milli tiżviluppa approċċ minn fuq għal isfel fl-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija biex jiġi ggarantit aċċess universali għall-enerġija għal kulħadd sal-2030, filwaqt li żżomm quddiem għajnejha l-fatt li l-infrastrutturi ta' skala kbira jistgħu ma jkunux adatti għall-istruttura ekonomika u soċjali tal-pajjiż u ma jirnexxilhomx jagħtu aċċess għall-enerġija lill-foqra, li għalihom normalment is-sorsi enerġetiċi iżgħar, deċentrati u mhux konnessi mal-grilja huma aktar xierqa u effikaċi;

Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK)

220.  Jilqa' l-progress tal-Kummissjoni fl-akkreditament tal-missjonijiet kollha tal-PESK skont il-'valutazzjoni fuq sitt pilastri' u t-tbassir tagħha li l-ikbar erba' missjonijiet dalwaqt se jsiru konformi; jissottolinja l-ħtieġa li l-Kummissjoni takkredita l-missjonijiet kollha skont ir-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri;

221.  Jinsab profondament imħasseb dwar l-allegazzjonijiet serji ta' korruzzjoni kontra l-missjoni EULEX Kosovo li, jekk jiġu kkonfermati, se jqajmu dubji rigward l-integrità tar-reputazzjoni tal-Unjoni u l-assistenza li tagħti lill-pajjiżi li jimplimentaw riformi fil-qasam tal-istat tad-dritt; u jinsab ukoll imħasseb b'mod speċjali dwar kif ġew trattati l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u dwar il-fatt li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna rreaġixxa bil-mod għalihom jieħu nota tal-investigazzjoni li ġiet varata biex tiġi eżaminata l-missjoni EULEX Kosovo; jistenna li jiġi informat dwar ir-riżultati tagħha malajr kemm jista' jkun u jisħaq fuq il-fatt li jrid ikun hemm politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' korruzzjoni u li se jkollhom jiġu applikati l-lezzjonijiet misluta;

222.  Jiddispjaċih għad-dewmien sinifikanti fl-akkwist tat-tagħmir u s-servizzi essenzjali għall-missjonijiet taħt il-Politika ta' Sigurtà u ta' Difiża Komuni (PSDK) u, bħala konsegwenza, l-effett negattiv fuq il-funzjonament tal-missjonijiet; ifakkar li fir-Rapport Speċjali Nru 18/2-012 bit-titolu "Assistenza tal-Unjoni Ewropea lill-Kosovo marbuta mal-istat ta' dritt", il-Qorti tal-Awdituri ddenunzjat din l-ineffiċjenza u kkonkludiet li r-regoli dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju" mhumiex imfassla għall-missjonijiet tal-PSDK fejn reazzjonijiet ta' malajr u flessibbli huma xi kultant meħtieġa"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra reviżjoni tar-regoli rilevanti;

Rapport dwar il-Ġestjoni tal-Assistenza Esterna (RĠAE)

223.  Jinnota li maġġoranza tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma laħqux il-punti ta’ referenza stabbiliti mill-Kummissjoni għall-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (IEP)(45) inklużi fil-119-il Rapporti ta’ Monitoraġġ tal-Assistenza Esterna dwar l-ippjanar finanzjarju u l-allokazzjoni tar-riżorsi, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-awditjar;

224.  Jinnota li fid-dawl tal-IEP stabbiliti mill-Kummissjoni id-delegazzjonijiet tal-Unjoni bl-aħjar prestazzjoni huma dawk għan-Nepal u għan-Namibja peress li laħqu l-punti ta’ riferiment stabbiliti mill-Kummissjoni għal 23 mis-26 indikatur ewlenin ta’ prestazzjoni; jiddispjaċih li d-delegazzjoni bl-agħar prestazzjoni hija d-delegazzjoni tal-Unjoni għal-Libja li laħqet il-punti ta’ riferiment għal tlieta biss minn 26 IEP, u warajha d-delegazzjoni bi prestazzjoni similarment fqira għar-Repubblika Ċentru-Afrikana, li laħqet biss erba’ mill-punti ta’ riferiment;

225.  Jiddispjaċih li d-delegazzjonijiet taħt is-sorveljanza tad-DĠ Tkabbir, jiġifieri d-delegazzjonijiet għall-Albanija, il-Bosnja-Ħerzegovina, il-Montenegro, il-Maċedonja, it-Turkija, il-Kosovo u s-Serbja, ftit jagħtu data u informazzjoni fir-RMAE;

226.  Jiddispjaċih li r-riżultati, ir-rendimenti jew l-impatti tal-azzjonijiet immexxija mis-servizzi tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni ma jitkejlux b’mod adegwat fil-qafas tal-IEP eżistenti, u li l-indikaturi jagħtu ċarezza limitata ħafna dwar il-kwantità u speċjalment tal-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet kif ukoll tal-livell ta’ “sodisfazzjon tal-partijiet ikkonċernati” dwar is-servizzi mogħtija mid-Delegazzjonijiet tal-Unjoni f’dawn il-pajjiżi;

227.  Jitlob lill-Kummissjoni:

–       tippreżenta lill-Parlament il-miżuri meħuda sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tad-delegazzjonijiet tal-Unjoni fir-rigward tal-ippjanar finanzjarja u l-allokazzjoni tar-riżorsi, l-amministrazzjoni finanzjarja u l-awditjar b’mod partikolari fir-rigward tad-delegazzjonijiet bl-agħar prestazzjoni;

–       tiddokumenta aħjar ta’ kull sena l-konklużjonijiet li waslet għalihom mir-RMEA u mill-IEP u tagħti dawn il-konklużjonijiet flimkien mar-rapporti dwar il-monitoraġġ tal-assistenza esterna (RMAE) lill-Parlament;

–       tinkludi karta tal-bilanċ mad-data tal-kontabbiltà tad-delegazzjoni fir-RMAE;

–       ittejjeb il-kwalità u l-kompletezza totali tad-data mogħtija fir-RMAE u r-rilevanza tar-rapporti wkoll, b’mod partikolari fir-rigward tad-delegazzjonijiet sorveljati mid-DĠ Tkabbar; u

       tagħmel l-assistenza esterna kontinġenti mill-isforzi li jkunu qed isiru biex issir il-ġlieda lill-korruzzjoni;

Il-Grupp ta’ Ġestjoni Internazzjonali (GĠI)

228.  Jieħu nota li ġiet iċċirkolata verżjoni żvelata segretament tar-rapport finali tal-OLAF dwar il-GĠI; jitlob lill-Kummissjoni u lill-kumitat superviżorju tal-OLAF jinvestigaw għaliex u kif ġie żvelat segretament ir-rapport tal-OLAF u minn min, filwaqt li l-GĠI għadu ma ġiex mgħarraf dwar il-kontenut tar-rapport;

229.  Jinnota li l-GĠI rċieva, direttament jew indirettament taħt ġestjoni konġunta, aktar minn EUR 130 miljun mill-Kummissjoni minn mindu nħoloq fl-1994; jinnota li minħabba l-interruzzjoni tal-pagamenti mill-Kummissjoni, il-GĠI ħa l-kawża l-qorti u li l-istatus ta' din l-organizzazzjoni huwa suġġett għall-kontroversja ġuridika; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu deċiżjoni ċara f'dan ir-rigward u jitlob lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar is-segwitu li jsir tal-inkjesta tal-OLAF li nfetħet fl-2011; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħti lill-Parlament lista li telenka l-organizzazzjonijiet, il-kumpaniji, il-korpi jew persuni l-oħra kollha, fejn jingħataw dettallji tal-istatus ġuridiku tagħhom, li jkunu rċevew kuntratti mill-Kummissjoni mingħajr sejħa għall-proposti;

L-Ukraina

230.  Jinnota li fl- 2013 il-pagamenti tal-assistenza bilaterali lill-Ukraina, iffinanzjata mill-baġit tal-Istrument Ewropew ta’ Viċinat u Sħubija (ENPI), kienu jammontaw għal EUR 152,8 miljun; jinnota li 42,5 % minn dawn il-pagamenti (EUR 64,9 miljun) għandhom rabta ma’ kuntratti li huma direttament ġestiti mid-delegazzjoni tal-Unjoni għall-Ukraina; jinnota li l-57,5 % li jifdal (EUR 87,9 miljun) ġew żburżati fis-sura ta’ appoġġ baġitarju;

231.  Jenfasizza li l-pagamenti ta’ appoġġ baġitarju huma kundizzjonali fuq il-kisba ta’ riżultati u punti ta’ riferiment li jkun sar qbil konġunt dwarhom; jinnota li l-gvern benefiċjarju jimpenja ruħu għal dawn ir-riżultati u punti ta’ riferiment billi jiffirma ftehim ta’ finanzjament bilaterali u jekk ir-riżultati u l-punti ta’ riferiment ma jintlaħqux, il-pagamenti ma jiġux żburżati;

232.  Japprezza l-fatt li l-Ukraina attwalment qed issib ruħha f'sitwazzjoni partikolarment diffiċli iżda jsostni li dan ma għandux ikun skuża biex ma jiġux issodisfati l-kundizzjonijiet li taħthom jingħata l-appoġġ baġitarju u, b'mod partikolari, biex ma tiġix indirizzata l-korruzzjoni mifruxa ħafna li hemm fil-pajjiż;

233.  Jistieden għalhekk lill-Kummissjoni u lid-delegazzjoni tal-Unjoni għall-Ukraina jkunu partikolarment viġilanti meta jkunu qed jiżburżaw il-fondi u jassiguraw ruħhom li l-fondi jiġu investiti fil-proġetti li għalihom kienu ddestinati;

Kosti amministrattivi tat-twassil tal-għajnuna

234.  Jinsab imħasseb dwar il-kosti amministrattivi għolja tat-twassil tal-għajnuna lejn l-Asja Ċentrali ikkalkolati mill-Qorti tal-Awdituri; jitlob lill-Kummissjoni tgħarraf lill-Parlament dwar il-kosti amministrattivi tat-twassil tal-għajnuna esterna jekk jaqbżu l-10 % tal-baġit previst;

Possibilità ta’ approprjazzjoni indebita ta’ fondi tal-Unjoni għall-għajnuna umanitarja u ta’ żvilupp

235.  Jieħu nota li l-OLAF abbozzat rapport dwar l-għajnuna umanitarja mogħtija lill-kamp tar-rifuġjati Saharawi ta' Tindouf fl-Alġerija (OF 2003/526); jistieden lill-Kummissjoni tiċċara l-miżuri li ttieħdu b'reazzjoni għas-sejbiet li għamel dak ir-rapport; jinnota li skont rapport ta' inkjesta tal-UNHCR(46) in-nonreġistrazzjoni ta' popolazzjoni ta' rifuġjati għal perjodu daqshekk imtawwal (jiġifieri kważi 30 sena wara li waslu) tikkostitwixxi "sitwazzjoni anormali u unika fl-istorja tal-UNHCR"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura li l-individwi Alġerini jew Saharawi inkriminati mir-rapport tal-OLAF ma jibqgħalhomx aċċess għall-għajnuna ffinanzjata mill-kontributuri tat-taxxa tal-Unjoni; jistieden lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-għajnuna tal-Unjoni u tadattaha għall-ħtiġijiet attwali tal-popolazzjoni kkonċernata u tiżgura li l-interessi u l-ħtiġijiet tar-rifuġjati mhux se jsofru danni għax huma l-aktar vulnerabbli għal kwalunkwe irregolarità possibbli;

236.  Jinsab imħasseb dwar il-frodi tal-lista tal-pagi pubbliċi tal-Gana fejn la l-Bank Dinji u lanqas ir-Renju Unit bħala sħab fil-proġett ma wissew lill-Kummissjoni dwar il-preokkupazzjonijiet serji li kellhom dwar id-dgħufijiet fil-kontrolli u r-riskju ta' żbalji tal-kontabilità u ta' frodi li dawn ippreżentaw;

Riċerka u politiki interni oħra

UE 2020

237.  Jenfasizza li s-Seba' Programm Kwadu (7PK) kien il-programm prinċipli ffinanzjat mill-Kummissjoni; jinnota li ġew iffirmati 809 ftehimiet ta’ għotja, li involvew 10 345 parteċipant għal total ta’ EUR 3 439 miljun f’kontribuzzjonijiet tal-Unjoni; jinnota li s-7PK jikkontribwixxi għall-isforzi tal-Unjoni biex tinvesti f'kompetittività sostenibbli iżda jirrimarka li l-Unjoni fit-totalità tagħha għadha 'l bogħod mill-objettiv tagħha li jkollha tal-inqas 3 % tal-PDG li jintefaq fuq ir-R&Ż; jinnota li sar xi ftit progress fl-issodisfar tal-indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni (nefqa grossa fir-Riċerka u l-Iżvilupp (R &Ż), sehem tal-infiq pubbliku fir-R &Ż, progress fl-implimentazzjoni tal-Unjoni ta’ Innovazzjoni, sehem tal-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni għall-intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, tnaqqis fiż-żmien li jittieħed sa ma tingħata għotja);

Żbalji

238.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri awditjat 150 tranżazzjoni, jiġifieri 89 tranżazzjoni relatata mar-riċerka (86 għas-Seba’ Programm Kwadru (FP7) u 3 għas-Sitt Programm Kwadru (FP6)), 25 tranżazzjoni għall-Programm ta' Tagħlim Tul il-Ħajja u l-Programm “Żgħażagħ fl-Azzjoni” u 36 tranżazzjoni għal programmi oħra; jiddispjaċih li l-Qorti tal-Awdituri stmat li r-rata tal-iżball l-aktar probabbli kienet ta’ 4,6 % (2012: 3,9%);

239.  Josserva li l-infiq f’dan il-grupp ta’ politika kien ikopri firxa wiesgħa ta' objettivi ta’ politika, bħalma huma r-riċerka u l-innovazzjoni, l-edukazzjoni, is-sigurtà, il-migrazzjoni u miżuri għall-ġlieda kontra l-effetti tal-kriżi finanzjarja; jinnota li l-Kummissjoni nefqet aktar minn 50 % (EUR 5 771 miljun) tal-ammont disponibbli fir-riċerka; jinnota li 45 % tal-baġit tar-riċerka tal-Kummissjoni ġie implimentat minn korpi (jiġifieri aġenziji, impriżi konġunti) barra mid-Direttorat Ġenerali; jinnota li kważi 90 % tal-infiq ħadu s-sura ta’ għotjiet lil benefiċjarji li kienu qed jipparteċipaw fil-proġetti u li fl-2013 il-Kummissjoni kkonkludiet 809 ftehimiet ta’ għotja;

240.  Jinnota li r-riskju prinċipali għar-regolarità baqa’ l-fatt li fid-dikjarazzjonijiet tal-kosti tagħhom il-benefiċjarji inkludew kosti ineliġibbli jew mhux sostanzjati, li la kienu nstabu u lanqas ma ġew ikkoreġuti mis-sistemi ta' kontroll tal-Kummissjoni jew tal-Istati Membri.

241.  Jiddispjaċih li 35 % mir-rata ta' żball stmata huma kkawżati minn kosti tal-persunal li jiġu kkalkulati b'mod skorrett jew inkella jkunu ineliġibbli. jinnota li dan jinkludi d-dikjarazzjoni tal-ispejjeż għall-persunal li jkunu bbaġitjati u mhux l-ispejjiż reali, kif ukoll id-debitar ta' ħin li ma kienx tqatta’ fuq il-proġetti.

242.  Jiddispjaċih li 23 % tar-rata ta' żball stmat huma kkawżati minn kosti ineliġibbli indiretti, 25 % minn kosti diretti ineliġibbli oħra (VAT, vjaġġar, eċċ.), u 17 % min-nonkonformità mar-regoli tal-akkwist pubbliku;

243.  Josserva li l-applikanti tal-ewwel darba, b'mod partikolari l-SMEs, għandhom profil li fil-biċċa l-kbira tiegħu jkun ta' riskju/żball mhux magħruf; jistieden lill-Kummissjoni biex ma ddgħajjifx l-isforzi li jsiru biex dawn il-parteċipanti jiġu inkoraġġiti jipparteċipaw fil-programmi, billi sistematikament iżżid fuqhom il-livell ta' kontroll jew piż amministrattiv;

Sistemi ta’ Ġestjoni u Kontroll (SĠK)

244.  Jinsab maħsud għall-fatt li f’disgħa minn 32 dikjarazzjoni tal-kosti ċċertifikati minn awdituri indipendenti l-Qorti tal-Awdituri sabet livell sinifikanti ta’ żball; iqis li livell ta’ żball bħal dan mhuwiex aċċettabbli peress li l-awdituri jaħdmu fil-qasam ta’ kompetenza professjonali tagħhom;

245.  Jistieden lill-Kummissjoni żżid il-kuxjenza tal-awdituri biex iwettqu r-rwol tagħhom;

246.  Jieħu nota tal-fatt li l-Kummissjoni wettqet, fl-2013, 500 awditu ex-post u l-azzjoni ta’ rkupru u korrettiva assoċjata, u kontrolli ex-ante bbażati fuq ir-riskju;

247.  Jappoġġja r-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, aċċettata mill-Kummissjoni, li l-kontrolli għal dan il-grupp ta' politika jsir aktar misjuq mir-riskji, filwaqt li l-kontrolli jiġu ffukati fuq il-benefiċjarji b'riskju għoli (pereżempju, l-entitajiet b'inqas esperjenza tal-finanzjament tal-Unjoni) u jsir tnaqqas tal-piż tal-kontrolli minn fuq dawk il-benefiċjarji li għalihom ir-riskji huma inqas;

248.  Itenni l-ħtieġa li jintlaħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn inqas piżijiet amministrattivi u kontroll finanzjarju effettiv;

249.  Jilqa’ l-fatt li, fl-2014, iż-żmien li jittieħed sa ma tingħata l-għotja naqas minn 249 jum għal 209 ijiem għal 94 % tal-ftehimiet ta’ għotja;

250.  Jilqa’ l-fatt li l-Kummissjoni kompliet bil-kampanja ta’ komunikazzjoni tagħha bbażata fuq dokument li jelenka l-10 kawżi l-aktar komuni tal-iżbalji, li tqassam lill-parteċipanti tal-programm fl-2012;

251.  Josserva li sa tmiem l-2013, l-ammonti mitluba mhux dovuti li ġew irkuprati kienu laħqu d-EUR 29,6 miljun, filwaqt li l-ammonti rikoverabbli pendenti kienu żdiedu minn EUR 12-il miljun fi tmiem l-2012 għal kważi EUR 17-il miljun;

252.  Jinnota li l-partijiet ikkonċernati tal-proġett (l-Organizzazzjoni ITER u l-aġenziji nazzjonali – inkluż Fusion for Europe) irrikonoxxew li l-iskeda attwali u l-baġit attwali mhumiex realistiċi, kif ġie kkonfermat minn għadd ta’ valutazzjonijiet indipendenti fl-aħħar sentejn (2013-2014); jitlob li jirċievi kopja tal-iskeda u tal-baġit riveduti li ser jitressqu quddiem il-Kunsill tal-ITER f’Ġunju 2015; jinsab imħasseb minħabba d-dewmien regolari fil-programm tal-ITER li jitfa' dubju fuq l-effiċjenza u l-effikaċja tiegħu; jinsab serjament imħasseb minħabba l-kosti żejda, li kellhom impatt fuq il-kosteffikaċja tal-programm u tefgħu programmi oħra fil-periklu, prinċipalment fil-qasam tal-politika tar-riċerka;

253.  Jinsab sodisfatt li l-Fond għall-Fruntieri Esterni kkontribwixxa favur is-solidarjetà finanzjarja; jikkritika l-fatt, minkejja dan, li l-valur miżjud ulterjuri tal-Unjoni kien limitat u li r-riżultat ġenerali ma setax jitkejjel minħabba dgħufijiet fil-monitoraġġ tal-awtoritajiet responsabbli u defiċjenzi serji fil-valutazzjonijiet ex-post immexxija mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;

Galileo

254.  Jinnota t-tweġibiet tal-Kummissjoni dwar il-progress li sar fl-implimentazzjoni tal-proġett Galileo: erba’ satelliti ta’ Validazzjoni fl-Orbita (IOV) tal-GALILEO ġew varati b’suċċess fl-2011 u fl-2012, il-fażi tal-Validazzjoni fl-Orbita tal-Galileo ġiet konkluża b’suċċess fl- 2014, id-disinn tas-sistema, il-miri tal-prestazzjoni u l-linja bażi għall-operazzjoni tas-sistema ġew ikkonfermati b’suċċess, l-infrastruttura fl-art, b’ħafna stazzjonijiet fuq l-art madwar id-dinja, tlestiet għalkollox għall-operazzjonijiet inizjali, il-kapaċità ta’ Tiftix u Salvataġġ Galileo tas-satelliti IOV intweriet b’suċċess, il-varar ta’ żewġ satelliti (Nru 5 u Nru 6) fit- 22 ta’ Awwissu 2014 irriżulta fl-injezzjoni ta’ dawn is-satelliti f’orbita żbaljata, u minn Diċembru 2014 ’l hawn is-satelliti ġew gradwalment imċaqilqa lejn orbita aktar favorevoli biex ikun jista’ jsir l-aħjar użu tagħhom, u l-ittestjar tat-tagħmir tan-navigazzjoni tas-satelliti għadu għaddej; jistenna li jiġi mgħarraf dwar il-kosti addizzjonali għal dawn il-miżuri mhux previsti;

255.  Jinnota li fl-2013, il-Qorti tal-Awdituri awditjat tmien tranżazzjonijiet fis-settur tat-trasport u sabet li ħamsa minnhom kienu affettwati minn żball wieħed jew aktar; jiġbed l-attenzjoni lejn iż-żieda tal-persentaġġ tat-tranżazzjonijiet affettwati fl-2013 (62 %) meta mqabbel mal-2012 (49 %) u jinsab imħasseb li, kif ġara fi snin preċedenti, il-Qorti tal-Awdituri sabet għadd ta' żbalji fir-rigward tan-nonkonformità mar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni u dawk nazzjonali għall-proġetti tat-TEN-T li ġew eżaminati; jieħu nota li kif ġara fis-sena preċedenti tal-2012, għal darba oħra fl-2013 id-DĠ MOVE ma ħariġx riserva relatata mal-iżbalji tal-akkwist pubbliku; jinsisti, għalhekk, li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li fil-ġejjieni teskludi tali żbalji. jinnota li huwa tal-akbar importanza li l-kontroll ex ante u ex post tal-benefiċjarji tal-għotjiet, il-fondi u l-finanzjament tal-Kummissjoni jiġi estiż bil-għan li jiġi evitat l-użu ħażin tal-allokazzjoni Komunitarja tar-riżorsi u sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-prestazzjoni; jenfasizza li anke jekk il-perjodu tal-finanzjament 2007-2013 formalment għadda, hemm prinċipju N+2 għall-finanzjament ta' koeżjoni, jiġifieri ħafna proġetti għadhom qiegħdin jinbnew sa tmiem din is-sena;

256.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'ġieħ it-trasparenza, tippubblika lista annwali li tkun faċilment aċċessibbli tal-proġetti tat-trasport ikkofinanzjati mill-Unjoni, inkluż l-ammont eżatt ta' finanzjament għal kull proġett individwali; jinnota li din il-lista ta' proġetti għandha tinkludi l-għejun kollha ta' finanzjament mill-Unjoni bħalma huma t-TEN-T, Orizzont 2020, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Reġjonali;

257.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrapporta ta' kull sena kif ir-rimarki dwar l-intestaturi baġitarji rispettivi jkun ittieħed kont tagħhom;

258.  Ifakkar li l-proġetti tat-trasport fil-perjodu ta' bejn l-2007-2013 u l-2014-2020 ġew u se jiġu ffinanzjati minn għadd ta' għejun, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tfittex li jkun hemm aktar sinerġija bejn l-għejun differenti ta' finanzjament sabiex tfittex allokazzjoni aktar effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni;

L-ambjent u s-saħħa pubblika

259.  Jinsab sodisfatt bl-implimentazzjoni ġenerali tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2013; ifakkar għal darb'oħra li anqas minn 0,5 % tal-baġit tal-Unjoni hu ddedikat għal dawk l-istrumenti politiċi, waqt li jżomm f'moħħu l-valur miżjud ċar għall-Unjoni f'dawn l-oqsma u l-appoġġ miċ-ċittadini tal-Unjoni għall-politiki ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, kif ukoll għas-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel; jiddispjaċih li dan il-persentaġġ naqas għal 0,5 % minn 0,8 % fl-2012;

260.  Jieħu nota tal-preżentazzjoni tal-oqsma ta' politika dwar l-ambjent u s-saħħa fir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri rigward is-sena finanzjarja 2013; huwa preokkupat li ż-żewġ oqsma ta' politika jidhru wkoll fil-kapitolu ddedikat għall-iżvilupp rurali u għas-sajd; itenni l-kritika tiegħu ta' din il-kompożizzjoni tal-oqsma ta' politika, u jħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tirrevedi l-approċċ tagħha fir-rapport annwali li jmiss; jirreferi f'dan ir-rigward għar-Rapport Speċjali Nru 12/2014 tal-Qorti tal-Awdituri bit-titolu "Il-FEŻR huwa effettiv biex jiffinanzja proġetti li jippromwovu direttament il-bijodiversità taħt l-istrateġija tal-UE għall-bijodiversità sal-2020?", li jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm rekord eżatt tal-infiq dirett u indirett fuq il-bijodiversità, inkluż in-netwerk Natura 2000; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw dan il-proċess billi jipprovdu data eżatta;

261.  Jirrikonoxxi li l-Qorti tal-Awdituri twettaq kontrolli bl-addoċċ fl-Istati Membri b'mod sistematiku ħafna u tistabbilixxi r-rata ta' żball abbażi tagħhom; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma tindikax f'liema Stati Membri jew f'liema żoni jinqalgħu l-akbar problemi; jenfasizza għalhekk il-ħtieġa ta' katina ċara tal-obbligu ta' rendikont u, f'dan il-kuntest, jagħti importanza kbira lill-kwalità tas-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri;

262.  Iqis il-progress fl-implimentazzjoni ta' 14-il Proġett Pilota (PP) u ta' sitt Azzjonijiet Preparatorji (AP) li flimkien jammontaw għal EUR 5 983 607 bħala sodisfaċenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli timplimenta l-PP u l-AP kif propost mill-Parlament;

263.  Jinnota li d-DĠ SANCO kien responsabbli għall-implimentazzjoni ta' EUR 233 928 461 fl-intestaturi baġitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-2013, li minnhom 98,1 % ġew impenjati b'mod sodisfaċenti; huwa konxju mill-fatt li bejn wieħed u ieħor 77 % ta' dak il-baġit jiġi ttrasferit direttament lil tliet aġenziji deċentralizzati (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)) u li l-krediti kollha ġew implimentati bir-rata ta' 100 % bl-eċċezzjoni tal-EMA u l-EFSA u li din is-sottoimplimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' impenn tal-EMA u l-EFSA tikkorrispondi għall-eżitu tal-2012;

Il-kultura

264.  Jilqa' l-fatt li fl-2013, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-programmi 2007-2013, b'mod partikolari l-programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, dak tal-Kultura, dak tal-Media u l-programm "Żgħażagħ fl-Azzjoni" kienet ta' 100 %; jitlob li l-baġit fil-qafas tal-programmi tal-Edukazzjoni u l-Kultura 2014-2020 jiġi msaħħaħ u miżjud; jinsab partikolarment imħasseb li fi tmiem is-sena, id-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament adottati rriżultat fi skarsezza ta' pagamenti (li ammontaw, per eżempju fil-programm Erasmus+ għal nuqqas ta' EUR 202 miljun) b'riperkussjonijiet negattivi gravi s-sena ta' wara; jinsab imħasseb sew u jiddispjaċih ukoll li sitwazzjoni simili taf tiżviluppa fil-kuntest tal-programmi l-ġodda, speċjalment Erasmus+ u Ewropa Kreattiva, li minn naħa tagħha tkun tiddetermina telf perikoluż ta' kredibilità mill-Unjoni u ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jkollha konsegwenzi diżastrużi fuq il-parteċipanti tal-programmi;

265.  Jilqa' l-fatt li sa mill-varar tiegħu fl-1987, il-programm Erasmus laħaq u qabeż il-punt ta' riferiment ta' 3 miljun student; jinnota s-suċċess sostnut li gawda sa mill-bidu tiegħu dan il-programm emblematiku tal-Unjoni – wieħed li kkontribwixxa għall-integrazzjoni Ewropea u s-sensibilizzazzjoni li qed tikber ta' ċittadinanza Ewropea komuni u s-sens ta' appartenenza għaliha;

266.  Jinsab imħasseb li fil-livell Ewropew – kif ġie rrappurtat fir-Rapport Speċjali 399 tal-Ewrobarometru dwar l-aċċess u l-parteċipazzjoni kulturali mill-2013 'il quddiem – il-baġits pubbliċi ddedikati biex jipproteġu u jippromwovu l-wirt kulturali qegħdin jonqsu b'mod viżibbli, kif qed tonqos ukoll il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kulturali tradizzjonali; iqis għalhekk li l-istrumenti l-ġodda tal-Unjoni li għandhom l-għan li jappoġġjaw l-Aġenda Ewropea għall-Kultura – bħalma huna l-programmi Ewropa Kreattiva u Orizzont 2020, jew il-pjattaforma kulturali Ewropea – iridu jissaħħu;

Miżuri li għandhom jittieħdu

267.  Jieħu nota li d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni ħa reġ riżerva ġenerali rigward il-preċiżjoni tat-talbiet għall-ispejjeż (EUR 3 664 miljun) għas-Seba’ Programm Kwadru fir-rapport annwali tal-attività tad-Direttorat Ġenerali, għalkemm huwa stess jistenna li “l-impatt finanzjarju nett tal-iżbalji”, abbażi tal-1552 proġetti magħluqa, ikun ta’ madwar 2,09 %, jiġifieri qrib il-limitu tal-materjalità; jikkunsidra li tali riżervi jirrendu l-frażi “ġestjoni finanzjarja tajba” bla sens; jistieden għalhekk lid-Direttur Ġenerali juża r-riżervi, fil-ġejjieni, b’mod aktar speċifiku u immirat;

268.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni, fil-ħin għar-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Kummissjoni, dwar it-tul medju tal-proċeduri kontradittorji qabel l-irkupru f’dan il-grupp ta’ politika;

269.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma bagħtitx il-lista tal-benefiċjarji skont il-pajjiż; jistenna li jirċievi r-risposta fir-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Kummissjoni;

270.  Jilqa' l-fatt li l-Kummissjoni fl-aħħar tat lir-rapporteur aċċess għar-rapport tal-awditu dwar il-kosti operazzjonali għal żewġ programmi (It-Tagħlim Tul il-Ħajja EUR 6,9 miljun, Iż-Żgħażagħ fl-Azzjoni EUR 1,65 miljun) li kienu qed jitwettqu fit-Turkija fl-2012 u fl-2013; jinnota li r-rapport ġie trażmess taħt il-Ftehim Qafas; jinsab imħasseb dwar id-dgħufijiet importanti li nstabu iżda jilqa' l-miżuri li ttieħdu mill-awtoritajiet Torok biex jirrimedjaw is-sitwazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta jekk hux se jkollha tiġi imposta xi korrezzjon finanzjarja;

271.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni supplimentari dwar l-infiq għall-Programm ta’ Appoġġ tal-Politika tat-Teknoloġiji tal-Informazzjoni u tal-Komunikazzjoni fil-ħin għar-rapport ta’ segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Kummissjoni; jinnota li għal dan il-programm l-ammont ta’ pagamenti f’riskju jista’ jitla’ sa EUR 3,4 miljun fl- 2013 li jirriżulta f’rata tal-iżball residwu ta’ 2,8 %; jinnota li minkejja dawn iċ-ċirkustanzi d-Direttur Ġenerali tad-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) ma ħariġx riżerva;

272.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta b’mod komprensiv, fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza 2014, dwar l-“orjentament tal-politika” li qiegħed jiżdiet tad-Direttorat Ġenerali għar-Riċerka u l-Innovazzjoni li seħħ permezz tal-esternalizzazzjoni tal-ġestjoni ta’ żewġ terzi tal-kosti operattivi tas-Seba’ Programm Kwadru lil korpi li mhumiex tal-Kummissjoni;

273.  Jitlob lill-Kummissjoni tipprovdi, fil-ħin għall-proċedura ta’ kwittanza 2014, ħarsa ġenerali li telenka l-progress tal-politika bejn is-Seba’ Programm Kwadru u Orizzonlt 2020 għar- riċerkaturi u l-SMEs;

L-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF)

274.  Jilqa' d-diskussjonijiet li għaddejjin bejn l-OLAF u l-Kumitat ta' Sorveljanza tiegħu dwar l-Arranġamenti dwar ix-Xogħol, u jitlob lil dawn l-entitatjiet jirsistu biex jilħqu qbil komuni sodisfaċenti; jieħu nota tal-isforzi li l-OLAF qiegħed jagħmel biex jimplimenta l-Arranġamenti dwar ix-Xogħol; jenfasizza li, fid-dawl tar-riżorsi limitati għad-dispożizzjoni tal-Uffiċċju, dawn l-isforzi m'għandhomx ikunu sproporzjonati;

275.  Jinnota li r-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsil(47) fis-seħħ mill-1 ta’ Ottubru 2013 jobbliga lill-OLAF jiggarantixxi l-funzjonament indipendenti tas-Segretarjat tal-Kumitat ta’ Sorveljanza (KS-OLAF) (Premessa 40 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013); mhuwiex konxju, f’dan l-istadju, ta' miżuri meħuda għall-implimentazzjoni ta’ dan l-obbligu legali; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu passi immedjati biex tirrimedja s-sitwazzjoni;

276.  Jistieden lill-OLAF jikkonsulta fi żmien xieraq lill-Kumitat ta' Sorvejanza tal-OLAF (KS-OLAF) qabel ma jimmodifika l-istruzzjonijiet lill-persunal dwar proċeduri ta’ investigazzjoni u qabel ma’ jistabbilixxi l-prijoritajiet tal-politika ta' investigazzjoni;

277.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-OLAF mhux neċessarjament jimplimenta r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF, xi kultant anke mingħajr ma jagħti ġustifikazzjoni; jistieden lid-Direttur Ġenerali biex itejjeb il-kooperazzjoni tiegħu f’dan ir-rigward;

278.  Ifakkar li l-OLAF fetaħ 423 investigazzjoni fil-31 ta’ Jannar 2012; huwa mħasseb dwar il-legalità ta’ tali proċedura; jistieden lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF jevalwa l-legalità tal-423 investigazzjoni miftuħa matul il-lejl u l-eżitu ta’ dawk l-investigazzjonijiet; jitlob ukoll lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF jevalwa l-istatistika dwar it-tul tal-investigazzjonijiet, biex janalizza l-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni ta’ każijiet u jirrapporta lura lill-Parlament;

279.   Jistieden ukoll lill-Kumitat ta' Sorveljanza tal-OLAF biex jivvaluta l-istatistika dwar it-tul tal-investigazzjonijiet, biex janalizza l-funzjonament tas-sistema ta’ ġestjoni tal-każijiet u jirrapporta lura lill-Parlament;

280.  Jitlob lill-OLAF jagħti aktar statistika dettaljata dwar il-frekwenza tal-ftuħ u l-għeluq tal-investigazzjonijiet fir-Rapport Annwali tiegħu;

281.  Jitlob lill-OLAF jagħti aktar informazzjoni lill-Parlament dwar il-prattikalitajiet tal-proċedura tal-proċess tal-għażla tal-każijiet, u t-tul u l-linji gwida interni tal-proċess;

Amministrazzjoni

282.  Jinnota li matul l-aħħar erba’ snin (2011-2014), waslu 336 145 applikazzjoni għall-proċeduri tal-għażla kollha mibdija mill-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal, fejn l-ispiża medja tal-ipproċessar ta' applikazzjoni waħda tista’ tiġi stmata għal EUR 238 u li inqas minn 10 % ta’ dawn il-kandidati finalment jitpoġġew fuq lista ta’ riżerva; jitlob li jiġu ffrankati l-flus mit-taxxi tal-Unjoni billi titnaqqas il-burokrazija u tittawwal il-validità tal-listi ta' riżerva stabbiliti għal mill-inqas sentejn; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar din il-kwistjoni sa Ġunju 2015;

283.  Jitlob li l-Kummissjoni tagħti lill-Parlament informazzjoni dwar l-ogħla pensjoni mħallsa fl-2013 għall-uffiċjali tal-Kummissjoni;

284.  Jinsab imħasseb dwar dak li sabet il-Qorti tal-Awdituri, li d-dispożizzjonijiet biex jiġi indirizzat persunal bi prestazzjoni fqira rarament jintużaw; jistieden lill-Kummissjoni tapplika bis-sħiħ ir-Regolamenti tal-Persunal;

285.  Jitlob informazzjoni dwar persunal barra mill-pjan stabbilit u dwar spejjeż tal-persunal iffinanzjati minn intestaturi oħrajn minbarra “amministrazzjoni”; jiddispjaċih li l-ebda informazzjoni konsolidata ma hija pprovduta lill-awtorità baġitarja dwar l-għadd totali ta’ tali persunal u lanqas dwar l-infiq assoċjat tal-persunal fil-Kummissjoni;

286.  Ifakkar li r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004(48) introduċa fl-Anness 1.A żewġ gradi ġodda, AD13 u AD14, aċċessibbli għal persunal mingħajr responsabbiltajiet ta’ ġestjoni, li qabel kien limitat għal A4 (ekwivalenti għal AD12); jistieden lill-Kummissjoni biex taġġorna r-rapport tal-2011 dwar ekwivalenza tal-karrieri u tirrapporta dwar in-nefqa fuq il-persunal iġġenerata fl-2013 minn persunal non-management AD13 u AD14;

287.  Jitlob lill-Kummissjoni tagħti informazzjoni dwar il-finanzjament tal-miżuri soċjali, sportivi u kulturali għall-persunal tagħha, inklużi l-benefiċċji ta' dawk il-miżuri fuq il-prestazzjoni u l-integrazzjoni tal-espatrijati u l-familji tagħhom;

288.  Jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta dwar l-użu tal-flexitime fis-segwitu tal-kwittanza tal-2013 tal-Kummissjoni;

289.  Jinsab imħasseb dwar iż-żieda sostanzjali fil-għadd ta' uffiċċjali għolja bil-gradi AD 13 sa AD 16; jara li jeżisti riskju għar-reputazzjoni tal-Unjoni peress li huwa diffiċli li tispjega li s-sahra ma tidhirx li hi inkluża f'salarji daqshekk għoljin;

290.  Jinnota li d-differenzi fil-livelli tal-pagi għall-impjegati tas-servizz ċivili li qed jaħdmu għall-istituzzjonijiet tal-Unjoni u għal dawk li jaħdmu għall-amministrazjonijiet nazzjonali, għadhom għolja ħafna, li jwasslu, inter alia, għal nuqqas ta' mobilità bejn il-persunali f'livell tal-Unjoni u dak f'livelli nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studju fil-fond dwar ir-raġunijiet għal dawn id-differenzi u tiżviluppa strateġija fit-tul biex dawn id-differenzi jitnaqqsu, filwaqt li tagħti attenzjoni partikoari lill-allowances differenti (tal-familja, tal-espatrijazzjoni, tal-installazzjoni u tas-sistematizzazzjoni mill-ġdid), il-liv annwali, il-vaganzi, il-ġranet tal-ivvjaġġar, u l-kumpens għas-sahra;

291.  Jiġbed l-attenzjoni lejn in-notifika li nħarġet mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni dwar li t-tweġibiet għall-mistoqsijiet parlamentari jiġu limitati, li tistabbilixxi limitu ta' 20 linja; jistieden lill-Kummissarji jerfgħu r-responsabilità politika tagħhom u jieqfu milli jippermettu lilhom infushom jiġu limitati mis-Segretarjat Ġenerali fit-tweġibiet tagħhom;

292.  Jinsab imħasseb dwar il-protezzjoni mogħtija lill-informaturi u jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li d-drittijiet tagħhom jiġu difiżi bis-sħiħ;

293.  Jirrimarka li l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) irċevew fl-2013 kważi EUR 9 miljuni mid-DĠ Ambjent, kważi EUR 4 miljuni mid-DĠ Saħħa u Konsumaturi u EUR 5,7 miljuni mid-DĠ Impjiegi, Affarijiet Soċjali u Inklużjoni; jieħu nota ta' esternalizzazzjoni permanenti tal-kompiti tal-Kummissjoni; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta lill-Parlament il-valur miżjud tal-Unjoni tal-flus li għaddew permezz ta' dawn l-NGOs;

294.  Jistieden lill-Kummissjoni tagħti lill-Kummissarji li ilhom fil-kariga għal anqas minn sentejn allowance tranżizzjonali għal perjodu li ma jaqbiżx it-term tal-kariga tagħhom bħala Kummissarji;

295.  Iqis li fi żminijiet ta' kriżi u tnaqqis baġitarju ġenerali, l-infiq fil-ġranet li l-persunal tal-Unjoni jqattgħu 'l bogħod mill-post tax-xogħol għandu jitnaqqas u li tali attivitajiet, kemm jista' jkun, għandhom jiġu ristretti għall-postijiet tax-xogħol tal-istituzzjonijiet, peress li l-valur miżjud li jirriżulta ma jiġġustifikax tali kostijiet għolja;

296.  Jinsab imħasseb dwar in-nuqqas ta' nisa fil-pożizzjonijiet ta' responsabilità fil-Kummissjoni; jistieden lill-Kummissjoni tvara skema ta' opportunitajiet indaqs imfassla biex tirrimedja dan l-iżbilanċ malajr kemm jista' jkun, b'mod partikolari fil-livell maniġerjali;

Kisba ta' riżultati mill-baġit tal-Unjoni

297.  Jiddispjaċih għall-fatt li minkejja xi progress irrappurtat mill-Qorti tal-Awdituri(49) r-raba’ rapport ta’ valutazzjoni kif previst fl-Artikolu 318 TFUE għadu mhux kontribut siewi għall-attività ta’ kwittanza, filwaqt li skont it-TFUE għandu jkun parti mill-evidenza meta l-Parlament jagħti kwittanza kull sena lill-Kummissjoni fir-rigward tal-baġit; jinsab imħasseb li n-nuqqas ta' ffukar fuq il-prestazzjoni huwa problema maġġuri tal-baġit tal-Unjoni;

298.  Jinnota li fir-rapport tagħha tal-2013, il-Qorti tal-Awdituri tikkonkludi li l-Istati Membri, meta kienu qed jagħżlu l-proġetti taħt ġestjoni kondiviża, iffukaw l-ewwel fuq il-ħtieġa li jonfqu l-flus tal-Unjoni li kienu disponibbli, u mhux fuq il-prestazzjoni mistennija tagħhom; jitlob li bil-għan li dan l-inċentiv jinqaleb u ssir bidla għal kultura ta' prestazzjoni tajba, jitlaqqa' grupp ta' ħidma (inklużi persuni akkademiċi) ta' livell għoli indipendenti dwar il-prestazzjoni tal-baġit tal-Unjoni bil-għan li jagħmel rakkomandazzjonijiet biex strutturalment iċaqlaq l-inċentiv mill-infiq għall-prestazzjoni tajba, abbażi ta' valutazzjoni tal-valur miżjud tal-Unjoni, filwaqt li tiġi rrispettata l-konformità mar-regoli; huwa tal-fehma li dak li jsib dan il-grupp ta' ħidma ta' livell għoli għandu jkun disponibbli meta jkun il-waqt qabel ma jsir ir-rieżami ta' nofs it-term tal-QFP attwali u jifforma l-bażi għall-perjodu ta' programmazzjoni tal-QFP l-ġdid;

299.  Itenni t-talba tiegħu li d-Direttorati Ġenerali tal-Kummissjoni jiddefinixxu fil-Pjan ta’ Ġestjoni tagħhom għadd limitat ta’ miri sempliċi, li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Qorti tal-Awdituri f’dawk li huma rilevanza, komparabilità u affidabilità u li jkunu marbuta mal-għanijiet ewlenin tal-istrateġija Ewropa 2020 li dawn jirrappurtaw dwar il-kisbiet tagħhom fir-rapport ta’ attività annwali tagħhom f’kapitolu intitolat “Kisbiet tal-politika” u li l-Kummissjoni tadotta, fuq din il-bażi, rapport ta’ evalwazzjoni dwar il-finanzi tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 318 tat-TFUE;

300.  Jitlob li l-Kummissjoni tinkludi fir-rapporti ta’ valutazzjoni li jmiss li jipprovdi għalihom l-Artikolu 318 TFUE analiżi tal-effiċjenza, tal-effikaċja u tar-riżultati miksuba f'dawk li huma tkabbir u impjiegi mill-pjan ta’ investiment ta’ EUR 315-il biljun imħabbra mill-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker fis-26 ta’ Novembru 2014 fis-sessjoni plenarja tal-Parlament;

301.  Jitlob li fir-rapport ta’ valutazzjoni li jmiss li jipprovdi għalih l-Artikolu 318 TFUE, il-Kummissjoni tinkludi analiżi magħmula b’kooperazzjoni mal-Bank Ewropew tal-Investiment dwar l-effiċjenza, l-effikaċja u r-riżultati miksuba mill-pjan għat-Tkabbir u l-Impjiegi ta’ EUR 120 biljun adottat mill-Kunsill Ewropew fil-laqgħa tiegħu tat-28 u d-29 ta’ Ġunju 2012;

302.  Jinsisti li l-organizzazzjoni interna tal-Kummissjoni, ippreseduta minn Jean-Claude Juncker, għandha tikkunsidra l-fatt li l-istrateġija tal-Unjoni għat-tkabbir u l-impjiegi mhijiex ibbażata fuq attivitajiet immexxija minn kull DĠ individwali imma tħaddan seba’ inizjattivi emblematiċi trasversali li kull darba jiġu implimentati minn bosta Direttorati Ġenerali; jinsisti li l-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni għalhekk meħtieġa fi ħdan il-Kummissjoni ma għandhomx joħolqu forom ġodda ta’ burokrazija;

303.  Jistieden lill-Kummissjoni timmaniġġja l-baġit tagħha b'tali mod li ma jkun hemm l-ebda rduppjar u duplikazzjonijiet ta' politiki tematiċi fost id-diversi Direttorati Ġenerali tagħha b'kompetenzi simili jew kważi identiċi;

304.  Iqis li l-kunċett/l-idea ta' Studji ta' Valutazzjoni tal-Impatt tas-Sostenibilità għandu jiġi applikat għat-tipi kollha ta' appoġġ finanzjarju, mhux biss fin-nefqa tal-Kummissjoni, iżda fl-istituzzjonijiet, il-korpi u l-aġenziji kollha tal-Unjoni; iqis li n-nefqa li ma tkunx tirrispetta studju/analiżi ta' valutazzjoni tal-impatt ma għandhiex tkun permessa;

305.  Jitlob lill-Kummissjoni tressaq rapport komprensiv dwar l-attivitajiet tagħha lill-kumita kompetenti tal-Parlament sa Settembru 2015 bil-għan li tinkoraġġixxi l-informar mill-pubbliku in ġenerali;

Aġenziji eżekuttivi

306.  Jiddispjaċih li skont ir-rapport tal-awditjar dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport(50), l-Aġenzija ma twettaqx il-verifika ex-ante sodisfaċenti dwar it-tariffi għall-post tagħha fatturati mill-maniġer tal-bini li jirriżultaw f’EUR 113 513 ta' VAT imħallsa indebitament u li ma ġewx irkuprati fl-2013 mill-Aġenzija Eżekuttiva; jinnota li l-parti l-kbira tal-kuntratti, il-fatturi u l-irċevuti ta' bażi ma kinux għad-dispożizzjoni tal-Aġenzija. jinnota li r-rata għolja ta’ riport għat-Titolu II (27 % ekwivalenti għal EUR 666 119) li tqajjem dubji dwar il-ġestjoni finanzjarja tajba ta’ din l-Aġenzija Eżekuttiva;

Il-kuntrabandu tat-tabakk

307.  Ifakkar li l-Parlament, fir-riżoluzzjoni li takkumpanja l-kwittanza tal-Kummissjoni tal-2012, kien talab valutazzjoni tal-ftehimiet eżistenti mal-4 gruppi tat-tabakk (Philip Morris International Corporation Inc. (PMI), Japan Tobacco International Corporation, British American Tobacco Corporation u Imperial Tobacco Corporation); jinnota li matul is-smigħ bil-magħluq dwar din il-kwistjoni, il-Kummissjoni impenjat ruħha li tippreżenta, sa Mejju 2015, valutazzjoni tal-esperjenzi li saru fir-rigward tal-ftehim ma' PMI li jiskadi dalwaqt.

10.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Anneli Jäätteenmäki

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' t-tnaqqis konsiderevoli fir-rata ta' żbalji materjali fl-Intestatura 4 għas-sena finanzjarja 2013; jappoġġa r-rakkomandazzjonijiet kollha li saru mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) rigward l-Intestatura 4 fir-rapport annwali tagħha; jibqa' mħasseb dwar il-fatt li l-infiq aċċettat għadu milqut minn livell materjali ta' żball; jikkonstata, madankollu, li minkejja ż-żidiet fl-infiq l-aktar suxxettibbli għal żball, ir-rata komplessiva ta' żball materjali naqset fil-baġit tal-Unjoni kollu kemm hu;

2.  Jappella biex ikun hemm użu effikaċi tal-miżuri kollha disponibbli fil-ftehimiet ma' pajjiżi terzi biex jiġu trattati l-frodi u l-ħsara għall-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u biex, fejn ikun hemm bżonn, jiġu stabbiliti miżuri aktar effikaċi;

3.  Jappella għall-ħolqien ta' mekkaniżmi effikaċi għall-valutazzjoni ex post u ex ante tal-impatt tal-ftehimiet bejn l-Unjoni u pajjiżi terzi;

4.  Jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-QEA sabet li l-Kummissjoni vvalidat nefqiet sostanzjali mill-IPA fin-nuqqas ta' dokumentazzjoni ta' sostenn; jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri, li, sabiex jiġu evitati żbalji ta' dan it-tip fil-ġejjieni, jeħtieġ li l-Kummissjoni u d-DĠ ELARG jassiguraw li tiġi implimentata sistema ġdida għall-ikklerjar tal-infiq, li permezz tagħha l-ikklerjar isir abbażi tal-ispejjeż imġarrba, kif inhi diġà l-prattika ġenerali fl-istituzzjonijiet l-oħra;

5.  Jikkonstata l-awditu li għamlet il-QEA tas-sistemi ta' EuropeAid u l-fatt li vvalutat li huma biss parzjalment effikaċi; iħeġġeġ lil EuropeAid itejjeb il-kwalità tas-sistemi tiegħu bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA; jikkonstata, madankollu, li r-rata ta' żball materjali għal EuropeAid hija anqas minn dik fl-2012;

6.  Jilqa' l-progress tal-Kummissjoni fl-akkreditament tal-missjonijiet kollha tal-PESK skont il-'valutazzjoni fuq sitt pilastri' u t-tbassir tagħha li l-ikbar erba' missjonijiet dalwaqt se jsiru konformi; jissottolinja l-ħtieġa għall-Kummissjoni li takkredita l-missjonijiet kollha bi qbil mar-rakkomandazzjonijiet tal-QEA;

7.  Jinsab profondament imħasseb dwar l-allegazzjonijiet serji ta' korruzzjoni kontra l-missjoni EULEX Kosovo li, jekk jiġu kkonfermati, se jqajmu dubji rigward l-integrità tar-reputazzjoni tal-Unjoni Ewropea u l-assistenza li tipprovdi lill-pajjiżi li jimplimentaw riformi fil-qasam tal-istat tad-dritt, u jinsab ukoll imħasseb b'mod speċjali dwar kif ġew trattati l-allegazzjonijiet ta' korruzzjoni u dwar il-fatt li s-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna rreaġixxa bil-mod għalihom; jieħu nota tal-investigazzjoni mnedija biex tiġi eżaminata l-missjoni EULEX; jistenna li jiġi informat dwar ir-riżultati tagħha malajr kemm jista' jkun u jisħaq fuq il-fatt li jrid ikun hemm politika ta' tolleranza żero fir-rigward tal-kwistjonijiet ta' korruzzjoni u li se jkollhom jiġu applikati l-lezzjonijiet misluta;

8.  Jiddispjaċih dwar id-dewmien sinifikanti fl-akkwist tat-tagħmir u s-servizzi essenzjali għall-missjonijiet taħt il-PSDK u, bħala konsegwenza, l-effett negattiv fuq il-funzjonament tal-missjonijiet; ifakkar li l-Qorti tal-Awdituri, fir-Rapport Speċjali tagħha tal-2012 dwar l-appoġġ tal-UE għall-Kosovo, ikkundannat din l-ineffiċjenza u kkonkludiet li r-regoli dwar l-akkwist stabbiliti fir-Regolament Finanzjarju "mhumiex imfassla għal missjonijiet tal-PSDK [...] fejn reazzjonijiet ta' malajr u flessibbli huma xi kultant meħtieġa"; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkunsidra reviżjoni tar-regoli rilevanti;

9.  Hu tal-opinjoni li l-Kummissjoni għandha tintroduċi, permezz ta' atti delegati bi qbil mal-Artikolu 210 tar-Regolament Finanzjarju, regoli speċifiċi dwar l-akkwist għall-miżuri marbuta mal-ġestjoni ta' kriżijiet taħt il-PSDK b'mod li tiffaċilita tmexxija rapida u flessibbli tal-operazzjonijiet; ifakkar li l-Artikolu 190(4) tar-Regolament Finanzjarju diġà jiddisponi għal deroga mir-regoli dwar l-akkwist fl-azzjonijiet esterni għal għajnuna umanitarja.

(1)

   Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 11/2013, p. 93 sa 97.

(2)

   Ara r-rapporti speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri fil-kuntest tal-kwittanza lill-Kummissjoni 2013 PARTI I (2014/2140(DEC))

(3)

   Ara l-Komunikazzjoni dwar il-protezzjoni tal-baġit Ewropew sa tmiem l-2013, COM (2014) 618, paġna 11.

(4)

   Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 1.14.

(5)

   Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014)0618, Tabella 5.2: l-irtirar fil-koeżjoni (EUR 775 miljun), Irkupri tal-iżvilupp rurali (EUR 129 miljun) u korrezzjonijiet finanzjarji implimentati permezz ta’ diżimpenn/tnaqqis fl-għeluq kemm fil-Politika ta’ Koeżjoni (EUR 494 miljun ta’ euro) jew f’oqsma oħra ta’ politika apparti l-oqsma tal-agrikoltura u l-politiki ta’ koeżjoni (EUR 1 miljun).

(6)

   Ara l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni COM(2014)0618, Tabella 7.2:

(7)

   Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal- 11.6.2014 bit-titolu “Sinteżi tal-kisbiet tal-ġestjoni tal-Kummissjoni fl- 2013” (COM (2014)0324), p. 14: Ammont totali massimu f’riskju matul il-perjodu kollu ta’ 2013 'infiq (baġit tal-UE u l-FEŻ).

(8)

   L-Anness 1 tar-rapport ta' sinteżi jispjega “ammonti f'riskju” bħala l-valur tal-frazzjon tat-tranżazzjonijiet li huwa stmat li mhuwiex f'konformità sħiħa mar-rekwiżiti regolatorji ukuntrattwali applikabbli wara l-applikazzjoni tal-kontrolli kollha (miżuri korrettivi) intenzjonati biex jimmitigaw ir-riskji ta' konformità.

(9)

   Mill-EUR 322 biljun, EUR 222 biljun jirrappreżentaw impenji baġitarji pendenti u EUR 99 biljun huma relatati ma' obbligazzjonijiet tal-karta tal-bilanċ li mhumiex koperti minn impenji pendenti.

(10)

   Preżentazzjoni tar-rapporti annwali tal-Qorti tal-Awdituri mill-President Vítor Manuel da Silva Caldeira f’laqgħa regolari tal-Kumitat CONT tal-5 ta’ Novembru 2014.

(11)

   Ibid.

(12)

    Informazzjoni mogħtija minn Kristalina Georgieva, Viċi President tal-Kummissjoni matul il-proċedura ta’ kwittanza.

(13)

   Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 16/2014.

(14)

   Ara r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 2.11, u r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 11/2013 (Kwittanza 2013) ‘Kisba ta' data korretta dwar l-Introjtu Nazzjonali Gross (ING): approċċ aktar strutturat u ffukat aħjar itejjeb l-effettività tal-verifikazzjoni mill-Kummissjoni.”

(15)

   L-aħħar frażi tad-dikjarazzjoni ta' Jacek DOMINIK dwar ir-reviżjoni tal-introjtu nazzjonali gross tal-Istati Membri, Stqarrija għall-Istampa, Brussell 27 ta’ O ttubru 2014.

(16)

   Opinjoni Nru 7/2014 dwar proposta ta' Regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1150/2000 li jimplementa d-Deċiżjoni 2007/436/KE, Euratom dwar is-sistema tar-riżorsi tagħhom tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 459, 19.12.2014, p. 1).

(17)

   Testi adottati, P7_TA(2013)0078.

(18)

   Ara l-Qorti tal-Awdituri l-pajsaġġ reviżjoni ‘Nagħmlu l-aħjar użu mill-flus tal-UE: Reviżjoni tal-pajsaġġ tar-riskji għall-ġestjoni finanzjarja tal-baġit tal-UE”, 2014, p. 67.

(19)

   Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta' appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p.608).

(20)

  Ċifri indikattivi dwar it-tqassim tal-għajnuna, skont kemm tingħata għajnuna, li tingħata fil-kuntest ta’ għajnuna diretta mħallsa lill-produtturi skont ir-Regolament tal-Kunsill KE 1782/2003 u r-Regolament tal-Kunsill 73/2009, mibgħuta mill-Kummissarju Hogan fit- 8 ta’ Diċembru 2014.

(21)

  Il-frekwenza żdiedet b’mod pjuttost sinifikanti: minn 41 % fl- 2012 għal 61 % fl-2013.

(22)

  Skont ir- Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 tat-22 ta’ Ottubru 2007 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni ta’ swieq agrikoli u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għal ċerti prodotti agrikoli (Ir-Regolament Waħdieni dwar l-OKS) (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1), f’ċerti reġjuni, appoġġ tranżitorju jista’ jingħata biex jinkoraġġixxu lill-produtturi li jixtiequ jiksbu l-istatus ta’ organizzazzjoni tal-produtturi (OP) biex jiffurmaw gruppi ta’ produtturi; Dan il-finanzjament jista’ jiġi parzjalment rimborżat mill-UE u jieqaf ġaladarba l-grupp tal-produtturi jiġi magħruf bħala PO.

(23)

  Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 43.

(24)

  Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub tal-Kummissjoni Nru 11, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan tal-1 ta’ Diċembru 2014.

(25)

  Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall- 2013, punt 3.23 u ta’ wara.

(26)

  Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ AGRI, Anness 10, Tabella 51: “każijiet ġodda miftuħa mill-2007”.

(27)

  Ara r-Rapport Annwali tal-QEA 2013, punt 4.25.

(28)

  Ara r-Rapport Annwali tal-QEA 2013, punt 4.27.

(29)

  Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub Nru 29, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan fl-1 ta’ Diċembru 2014.

(30)

  Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 23/2014 dwar L-iżbalji fl-infiq fl-iżvilupp rurali, p. 10: it-8,2 % huma medja tat-tliet snin b’limitu inferjuri ta’ 6,1 % u limitu superjuri ta’ 10,3 %. Il-medja hija komposta minn 8,4 % għall-2011, 8,3 % għall-2012 u 7,9 % għall-2013.

(31)

  Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 23/2014, p. 22 sa 24.

(32)

  Dikjarazzjoni mill-Membru tal-Qorti tal-Awdituri, Rasa Budbergyte, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan fl-1 ta’ Diċembru 2014.

(33)

   Ara t-tweġiba għall-mistoqsija bil-miktub Nru 12, smigħ ta’ CONT mal-Kummissarju Phil Hogan fl-1 ta’ Diċembru 2014.

(34)

  Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ AGRI, Tabella 2.1.24.

(35)

  Ara r-Rapport Speċjali tal-Qorti tal-Awdituri Nru 20/2014, punt 68.

(36)

  Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ REGIO, Anness, p. 41.

(37)

  Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ REGIO, Anness, p. 42.

(38)

  Ara r-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ REGIO, Anness, p. 43.

(39)

  Ir- Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 480/2014 tat-3 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (ĠU L 138, 13.5.2014, p. 5).

(40)

  Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(41)

  Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 210, 31.7.2006, p. 25).

(42)

  Jiddispjaċih li t-73 SĠK li ġejjin fl-Istati Membri kienu kkunsidrati, fl-aħjar sitwazzjoni, parzjalment affidabbli (immarkat b’kulur oranġjo minnfirxa tal-kuluri aħdar, isfar, oranġjo u aħmar): Vorarlberg (AT), Vjenna (AT), Styria (AT), Tirol (AT), Brussell (BE), żvilupp reġjonali (BG), ambjent (BG), Negozju u Innovazzjoni (CZ), ROP NUTSII tal-Grigal (CZ), ROP NUTS II Silesia (CZ), OP Integrata (CZ), Thuringia (DE), Mecklenburg Pomeranja tal-Punent (DE), Saxony-Anhalt, Bremen (DE), Rheine Westphalia tat-Tramuntana (DE), EC ENV (EE), Attica (EL), il-Greċja tal-Punent (EL), Macedonia-Thrace (EL), Thessaly-il-Greċja kontinentali-Epirus (EL), Kreta u l-Gżejjer Eġej (EL), Murcia (ES), Melilla (ES),Ceuta (ES), Asturias (ES), Galicia (ES), Extremadura (ES), Castalia La Mancha (ES), Andalucía (ES), Fond ta’ Koeżjoni (ES), Cantabria (ES), ir-reġjun Bask (ES), Navarra (ES), Madrid (ES), Rioja (ES), Cataluña (ES), Il-Gżejjer Baleariċi (ES), Aragon (ES), Castalia y Leon (ES), ir-reġjun ta’ Valenzja (ES), Il-Gżejjer Kanarji (ES), Ir-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni għan-negozju (ES), Żvilupp ekonomiku (HU), Enerġija ambjentali (HU), Pannon tal-Punent (HU), Il-Pjanura l Kbira tan-Nofsinhar (HU), It-Transdanubju Ċentrali (HU), L-Ungerija tat-Tramuntana (HU), Trasport (HU), Il-Pjanura l Kbira tat-Tramuntana (HU), Transdanubju tan-Nofsinhar (HU), L-Ungerija Ċentrali (HU), L-Adrijatiku (Strument għall-Assistenza ta’ Qabel l-Adeżjoni - IPA), Mecklenburg Pomeranja tal-Punent/Brandenburg-il-Polonja (Kooperazzjoni Territorjali Ewropea - ETC), Il-Fjandri - il-Pajjiżi l-Baxxi r-reġjun tal-fruntiera (ETC), Networks u Mobilità (IT), Riċerka (IT), Sigurtà (IT), Calabria (IT), Puglia (IT), Sqallija (IT), Basilicata (IT), Sardinja (IT), Infrastruttura u ambjent (PL), Żvilupp il-Polonja tal-Lvant (PL), Soċjetà tal-informazzjoni (SK), Ambjent (SK), PO Reġjonali (SK), Trasport (SK), Saħħa (SK), Kompetittività u tkabbir ekonomiku (SK), Assistenza teknika (SK), Riċerka u żvilupp (SK)

(43)

       L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali, Is-sitwazzjoni tar-Rom fi 11-il Stat Membru tal-UE, il-Lussemburgu 2012

(44)

  Ara r-Rapport Annwali tal-Attività tal-EuropeAid 2013, p. 197.

(45)

 a.   IEP     “20 Ammont Ineliġibbli Ex Ante”

b.   IEP 1  “Eżekuzzjoni tal-Previżjonijiet Finanzjarji: Pagamenti”

c.   IEP 2  “Eżekuzzjoni tal-Previżjonijiet Finanzjarji: Kuntratti”.

d.   IEP 4  “Kapaċità ta’ Assorbiment tal-RAL”,

e.   IEP 18 “Persentaġġ ta’ Proġetti li Saritilhom Żjara fil-Perjodu tal-RMAE”

f.   IEP 21 “Implimentazzjoni tal-Pjan Annwali tal-Awditjar: Sena N (2013)”

g.   IEP 22 “Implimentazzjoni tal-Pjan Annwali tal-Awditjar: Sena N - 1 (2012)”

h.   IEP 23 “Implimentazzjoni tal-Pjan Annwali tal-Awditjar: Sena N - 2 (2011)”

i.    IEP 26 “Rkupru jew Ġustifikazzjoni ta’ Ammonti Ineliġibbli għall-Awditjar”.

(46)

          UNHCR Inspector General's Office, Inquiry Report INQ/04/005, Geneva, 12 May 2005.

(47)

  Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1073/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

(48)

  Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 723/2004 tat- 22 ta’ Marzu 2004 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta’ ħaddiema oħra tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 124, 27.4.2004, p. 1).

(49)

  Ara r-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013, punt 10.24.

(50)

 Ara r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (preċedentement magħrufa bħala l-Aġenzija Eżekuttiva tan-Netwerk Trans-Ewropew tat-Trasport) għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (ĠU C 442, 10.12.2014, p. 358), punti 11 sa13.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

9.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

4

8

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Amjad Bashir, Goffredo Maria Bettini, Mario Borghezio, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Lorenzo Cesa, Aymeric Chauprade, Javier Couso Permuy, Andi Cristea, Arnaud Danjean, Marcel de Graaff, Georgios Epitideios, Knut Fleckenstein, Eugen Freund, Michael Gahler, Richard Howitt, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Tunne Kelam, Janusz Korwin-Mikke, Andrey Kovatchev, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Arne Lietz, Barbara Lochbihler, Ramona Nicole Mănescu, David McAllister, Jean-Luc Mélenchon, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Demetris Papadakis, Alojz Peterle, Tonino Picula, Kati Piri, Andrej Plenković, Cristian Dan Preda, Jozo Radoš, Alyn Smith, Charles Tannock, Eleni Theocharous, László Tőkés, Ivo Vajgl, Elena Valenciano, Hilde Vautmans

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Angel Dzhambazki, Mariya Gabriel, Antonio López-Istúriz White, David Martin, Igor Šoltes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Viorica Dăncilă, Doru-Claudian Frunzulică, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Beatrix von Storch

22.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Linda McAvan

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jilqa' pożittivament iż-żieda fl-attenzjoni mogħtija mill-proċess ta' kwittanza fuq it-titjib tar-rendiment biex jinkisbu kemm jista' jkun l-aħjar riżultati bi flus il-kontribwenti tal-Unjoni; jinkoraġġixxi l-Kummissjoni tirdoppja l-isforzi tagħha f'dan ir-rigward biex ittejjeb il-feedback kontinwu taċ-ċiklu tal-evalwazzjonijiet, b'tali mod li t-tagħlimiet mill-prassi tal-imgħoddi u mir-rakkomandazzjonijiet għal evalwazzjoni jikkontribwixxu sa punt saħansitra akbar għat-titjib fit-tfassil tad-deċiżjonijiet, fil-programmazzjoni u fl-implimentazzjoni aħjar tal-għajnuna tal-Unjoni fil-ġejjieni;

2.   Jinsab imħasseb bis-serjetà dwar il-fatt li fil-baġit 2013, lill-approprjazzjonijiet ta' pagament amministrati mid-Direttorat Ġenerali għall-Iżvilupp u l-Kooperazzjoni (DĠ DEVCO) tal-Kummissjoni kien jonqsilhom EUR 293 miljun, u li l-approvazzjoni tardiva tar-rinforzi neċessarji kkawżat riport fis-sena suċċessiva, b'hekk tqiegħdet aktar pressjoni fuq l-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2014 li diġà huma ristretti;

3.   Josserva bi tħassib id-diskrepanza dejjem ikbar bejn, minn naħa, l-impenji internazzjonali tal-UE, l-oqfsa politiċi ambizzjużi tagħha u l-istrumenti l-ġodda (bħall-aġenda tal-iżvilupp ta' wara l-2015 u l-Istrumenti ta' finanzjament estern għal-perjodu 2014-2020) u, min-naħa l-oħra, l-inkapaċità tagħha li tonora l-impenji li ħadet fil-konfront tas-sħab globali u ta' entitajiet oħrajn, partikolarment fir-rigward tal-għajnuna umanitarja, minħabba d-disponibilità ta' krediti ta' pagament insuffiċjenti;

4.   Iqis li din is-sitwazzjoni tinvolvi mhux biss riskju politiku u għar-reputazzjoni għoli f'dik li hija l-kredibilità tal-Unjoni bħala l-ewwel donatur tad-dinja, iżda wkoll tista' tipperikola l-istabilità fiskali tal-pajjiżi sħab, billi tħalli lakuni finanzjarji fil-baġits tagħhom; jibża' li din id-diskrepanza taf issir ferm evidenti fl-2015, meta l-livell kumplessiv tal-għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp (ODA) ikun taħt sew l-objettiv kollettiv ta' 0,7 % tal-ING tal-Unjoni sal-aħħar tas-sena;

5.   Jissottolinja li s-sena 2013 kienet it-tieni waħda konsekuttiva li fiha l-għajnuna umanitarja permezz tal-baġit tal-Unjoni skorriet il-EUR 1,3 biljun f'impenji minħabba li nqalgħu numru kbir ta' kriżijiet umanitarji li kkawżaw tbatija immensa fost in-nies; jiddeplora l-impatt li n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ħalla f'din is-sena ta' kriżi fuq l-attivitajiet tad-DĠ ECHO, li setgħu jinżammu biss bis-saħħa ta' riprogrammazzjoni tal-pjanijiet ta' pagament, bir-riport konsegwenti ta' EUR 160 miljun f'arretrati ta' pagamenti fi tmiem is-sena; jistieden lill-Kunsill jikkonforma mal-pjan ta' pagament maqbul mal-Parlament;

6.   Jiddispjaċih bid-dannu għar-reputazzjoni diġà mġarrab minħabba dawn il-miżuri ad hoc u jindika l-paradoss bejn iż-żieda tal-kriżijiet umanitarji fid-dinja kollha f'dawn l-aħħar snin u l-miżuri operattivi li adottat l-Unjoni biex taffronta b'mod effikaċi l-kriżijiet li jfaqqgħu f'daqqa (bħall-ftuħ taċ-Ċentru ta' Koordinament tar-Reazzjoni f'każ ta' Emerġenza f'Mejju 2013) minn naħa u n-nuqqas ta' approprjazzjonijiet ta' pagament min-naħa l-oħra; huwa inkwetat li din is-sitwazzjoni tista' taggrava fl-2014 jekk ma jiġi żgurat l-ebda rinforz baġitarju adegwat;

7.   Josserva titjib fir-rata tal-iżball l-aktar probabbli stmata min-naħa tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri għall-pagamenti fil-qasam tal-azzjoni esterna (minn 3,3 % fl-2012 għal 2,6 % fl-2013); jiddispjaċih, madankollu, li din iċ-ċifra għadha ogħla mil-limitu minimu ta' materjalità, fatt li jagħti lok għal riserva mid-Direttur Ġenerali ta' EuropeAid u li renda l-preżenza ta' żbalji fil-pagamenti fil-qasam tal-azzjoni esterna kwistjoni li għadha jistħoqqilha l-akbar attenzjoni tal-Parlament u segwitu immedjat min-naħa tal-Kummissjoni;

8.   Jistenna bil-ħerqa li jara l-ewwel riżultati tal-Pjan ta' Azzjoni adottat mid-DĠ DEVCO f'Mejju 2013 bil-għan li titjieb l-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll tiegħu; iħeġġeġ partikolarment lid-DĠ DEVCO jħaffef il-ġestjoni tal-ordnijiet ta' rkupru tiegħu (bi EUR 310 miljun għadhom pendenti fi tmiem l-2013, minn total ta' ammont rekuperabbli ta' EUR 550 miljun);

9.   Josserva b'sodisfazzjon li r-rata ta' erruri residwi tad-DĠ ECHO baqgħet taħt il-limitu minimu ta' materjalità għal bosta snin konsekuttivi (1,55 % fl-2013);

10. Jaqbel mar-rakkomandazzjonijiet formulati mir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti(1), partikolarment dwar l-adozzjoni ta' strateġija komuni DEVCO-ECHO għall-garanzija ta' rabta u ta' sinerġija aktar effikaċi bejn l-attivitajiet rispettivi tagħhom u jħeġġeġ lill-Kummissjoni timplimenta tali rakkomandazzjonijiet fl-operazzjonijiet attwali u futuri kollha tagħha fil-kuntest ta' sitwazzjoni ta' fraġilità jew wara li jseħħu d-diżastri; jistieden lill-Kummissjoin tinforma lill-koleġiżlaturi bi kwalunkwe restrizzjoni mil-lat baġitarju jew ġuridiku li tostakola l-implimentazzjoni effikaċi tal-appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti;

11. Josserva li, fl-2013, l-użu ta' strumenti finanzjarji innovattivi, partikolarment it-taħlit ta' għoti u self, ġie promoss ulterjorment, b'kontribuzzjoni tal-Unjoni ta' kważi EUR 400 miljun fil-faċilitajiet ta' taħlit reġjonali kollha(2), li minnhom 55 % ġie allokat għas-settur tal-enerġija, primarjament għal 52 proġett ta' investiment b'valur totali ta' EUR 7,2 biljun;

12. Josserva bi tħassib li l-użu tat-taħlit fis-settur enerġetiku jikkonċentra l-aktar fuq proġetti kbar b'anqas enfasi fuq soluzzjonijiet enerġetiċi lokali; iħeġġeġ lill-Unjoni tastjeni milli tiżviluppa approċċ minn fuq għal isfel fl-iżvilupp ta' infrastrutturi tal-enerġija biex tiggarantixxi aċċess universali għall-enerġija għal kulħadd sal-2030, billi żżomm quddiem għajnejha l-fatt li l-infrastrutturi ta' skala kbira jistgħu ma jkunux adatti għall-istruttura ekonomika u soċjali tal-pajjiż u ma jirnexxilhomx jagħtu aċċess għall-enerġija lill-foqra, li għalihom normalment is-sorsi enerġetiċi iżgħar, deċentrati u mhux konnessi mal-grilja huma aktar xierqa u effikaċi;

13. Jindika li r-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri Nru 16 (2014) dwar l-użu tat-taħlit [kombinament] jikkonkludi li għal kważi nofs il-proġetti f'eżami, ma kienx hemm biżżejjed provi biex naslu għall-konklużjoni li l-għotjiet kienu ġustifikati, mentri f'għadd ta' dawn il-każijiet, kien hemm indikazzjonijiet li l-investimenti kienu saru mingħajr il-kontribuzzjoni mill-Unjoni; jindika, barra minn hekk, li r-riskji tat-taħlit wasslu għal bużżieqa tad-dejn f'ċerti pajjiżi tat-tielet dinja bi dħul limitat biex iħallsu l-imgħax fuq id-dejn tagħhom, prinċipalment fl-Afrika Sub-Saħarjana u fil-Karibew; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea f'dan is-sens, f'kuntest li fih indikat ix-xewqa tagħha li testendi konsiderevolment l-użu tat-taħlit fis-snin li ġejjin, biex timplimenta r-rakkomandazzjonijiet ifformulati mir-Rapport Speċjali tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri dwar l-użu tat-taħlit u biex tevalwa l-mekkaniżmu ta' taħlit ta' self u għotjiet, partikolarment f'termini ta' żvilupp u ta' addizzjonalità finanzjarja, trasparenza u obbligu ta' rendikont;

14. Ifakkar li t-taħlit li twettaq l-Unjoni ma għandu fl-ebda ċirkostanza jikkostitwixxi skuża biex tonqos l-ODA; jilqa' b'sodisfazzjon il-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-Pjattaforma tal-UE għat-Taħlit fil-Kooperazzjoni Esterna (EUBEC) bil-għan li joffri rakkomandazzjonijiet u linji gwida biex tkompli tiżdied l-effikaċja tal-għajnuna fornuta mill-Unjoni permezz tal-operazzjonijiet ta' finanzjament mħallat konformi mal-objettivi maqbula f'livell internazzjonali tal-aġenda dwar l-effikaċja tal-għajnuna, partikolarment il-prinċipji fundamentali ta' sjieda, allinjament, armonizzazzjoni u obbligu ta' rendikont reċiproku; jirrakkomanda, b'mod partikolari, f'kuntest li fih it-taħlit joffri opportunità ta' appoġġ lill-attivitajiet ta' kumpaniji kbar tal-Unjoni li joperaw f'pajjiżi terzi (b'hekk jitilqu mill-objettivi ta' żvilupp) li l-Parlament għandu jinżamm debitament informat dwar il-proposti ta' proġetti ffinanzjati mill-faċilitajiet ta' taħlit qabel ma jittieħdu deċiżjonijiet mill-bordijiet operattivi; ifakkar li l-proġetti ffinanzjati bis-saħħa tat-taħlit għandhom tassew jikkontribwixxu għat-tnaqqis tal-faqar u jirrispettaw il-prinċipji tal-effikaċja tal-iżvilupp; jistieden lill-Kummissjoni tuża t-taħlit esklużivament meta jintwera l-valur miżjud tiegħu kif enfasizzat il-Qorti(3);

15. Josserva li, fl-2013, l-appoġġ tal-baġit baqa' modalità ta' għajnuna importanti għall-implimentazzjoni tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni, b'sehem ta' 27,3 % tal-impenji totali; japprezza l-fatt li l-ħolqien tal-Kumitat ta' Direzzjoni għall-Appoġġ tal-Baġit u l-applikazzjoni tal-politika ta' appoġġ tal-baġit il-ġdida(4) mill-1 ta' Jannar 2013 jidhru li qegħdin jikkontribwixxu pożittivament għall-aċċertament tat-tranżazzjonijiet ta' appoġġ tal-baġit tad-DĠ DEVCO fl-2013;

16. Jinsab imħasseb bil-fatt li l-ebda wieħed mill-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni fil-qasam tal-"Effiċjenza tas-Sistema tal-Awditjar" ma kien sodisfatt fl-2013; josserva bi tħassib li l-perċentwal ta' eżerċizzji ta' awditjar finanzjarju li daħlet għalihom il-Kummissjoni li rċevew opinjoni mhux kwalifikata mill-awdituri esterni naqas minn 53 % fl-2012 għal 44 % fl-2013; jinkoraġġixxi lid-DĠ DEVCO jadotta l-provvedimenti kollha neċessarji biex itejjeb il-kwalità u l-effikaċja ta' dawn is-sistemi ta' awditjar, partikolarment rigward l-inseriment tad-data u l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ta' awditjar;

17. Iħeġġeġ lid-DĠ DEVCO jnaqqas in-numru għoli ta' rakkomandazzjonijiet kritiċi u importanti ħafna min-naħa tas-Servizz tal-Awditjar Intern, tal-Kapaċità tal-Awditjar Intern u tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri li kienu għadhom pendenti għal aktar minn sitt xhur wara l-iskadenza oriġinarja(5) u jnaqqas din iċ-ċifra taħt l-objettiv tal-15 % sa tmiem l-2014;

18. Jistenna bil-ħerqa li jara r-riżultati dettaljati tal-valuazzjoni tal-volum tax-xogħol fis-sedi ċentrali għall-implimentazzjoni tal-politika tat-tnaqqis tal-persunal għall-perjodu 2014-2017; jinsab imħasseb bil-fatt li n-nuqqas ta' persunal u s-sospensjoni tal-postijiet issemmew diversi drabi bħala l-fatturi ewlenin wara l-fatt li ma ġewx sodisfatti l-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni fid-Delegazzjonijiet(6) u li l-"Allokazzjoni u l-mobilità tal-persunal" għadha titqies l-anqas Standard ta' Kontroll Intern effikaċi(7); jappella lill-Kummissjoni tiggarantixxi li t-tnaqqis tal-persunal impost ma jkollux impatt negattiv fuq il-preżenza ta' żbalji fit-tranżazzjonijiet, ir-riskju fiduċjarju, it-tul tal-perjodi ta' pagament, in-numru ta' proġetti li saritilhom żjara u r-rati ta' sodisfazzjon tal-persunal;

19. Jinsab imħasseb bl-impatt tal-objettiv kollettiv iddikjarat tad-DĠ DEVCO li jnaqqas in-numru ta' kuntratti ġestiti, fatt li jissarraf f'numru aktar baxx ta' attivitajiet fuq skala akbar u jisfavorixxi biċ-ċar l-organizzazzjonijiet mhux governattivi iżgħar u lokali, li jaf ikollhom vantaġġ komparattiv importanti minħabba l-livell tagħhom ta' speċjalizzazzjoni u ta' kompetenzi lokali; huwa tal-fehma li dan ma jaħsibx fil-bogħod biżżejjed u jirriskja li jkun ta' dannu għall-effikaċja tal-politika ta' żvilupp tal-Unjoni billi jnaqqas id-diversità u l-ispeċjalizzazzjoni tas-sħab eżekuttivi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Beatriz Becerra Basterrechea, Kostas Chrysogonos, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Nathan Gill, Heidi Hautala, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Seb Dance, Louis-Joseph Manscour

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato

23.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Reimer Böge

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jinsab imħasseb dwar il-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-pagamenti kollha matul is-sena finanzjarja 2013, minbarra l-amministrazzjoni proprja tal-Unjoni, kienu affettwati mil-livell ta' żball materjali;

2.   Jiddispjaċih li 29 % tat-tranżazzjonijiet awditjati fir-rigward tar-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir tal-Unjoni, kienu affettwati bi żball, u li l-ebda wieħed mill-iżbalji li nstabu ma kien innutat mill-kontrolli tal-Kummissjoni; madankollu, jinsab sodisfatt li r-rata ta' żball l-aktar probabbli tnaqqset minn 3,3 % fl-2012 għal 2,6 % fl-2013, iżda jenfasizza li għad hemm lok għal titjib;

3.   Jirrimarka li n-nuqqas ta' konformità ma' proċeduri, l-ineliġibbiltà tal-infiq u n-nuqqas ta' prestazzjoni ammontaw għal 86 % tar-rata ta' żball l-aktar probabbli fi ħdan ir-relazzjonijiet esterni, l-għajnuna u t-tkabbir tal-Unjoni;

4.   Jiġbed l-attenzjoni għall-bżonn li jkunu żgurati kontrolli u awditjar xierqa tal-assistenza makrofinanzjarja tal-Unjoni;

5.   Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma vvalutatx b'mod xieraq l-effetti ekonomiċi kollha tal-Ftehimiet Kummerċjali Preferenzjali; jirrakkomanda bil-qawwa lill-Kummissjoni biex tittratta r-rakkomandazzjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri u biex jiġu indirizzati n-nuqqasijiet, inkluż f'evalwazzjonijiet ex ante u ex post, id-dgħufijiet fil-kontrolli doganali applikati minn awtoritajiet ta' Stati Membri magħżula fil-kampjun tal-Qorti u biex tivverifika li l-Istati Membri jtejbu l-effikaċja tas-sistemi tagħhom ta' ġestjoni tar-riskju u l-istrateġija ta' kontroll li jitnaqqas telf għall-baġit tal-Unjoni; iħeġġeġ li dawn l-evalwazzjonijiet iridu jkunu kemm trasparenti kif ukoll jinftiehmu malajr.

6.   Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri osservat li, minkejja kien hemm ukoll żviluppi pożittivi, l-SĠP għadha ma rnexxilhiex tilħaq bis-sħiħ il-miri maħsuba tagħha; jinnota wkoll li din is-sistema ilha fis-seħħ għal żmien qasir biss;

7.   Jenfasizza li b'rabta mal-istrateġija "Għajnuna għall-Kummerċ", jeħtieġ li l-fondi tal-Unjoni jintużaw b'mod effikaċi u skont ir-regoli u r-regolamenti fis-seħħ, kif ukoll bil-għan li tkun żgurata integrazzjoni aħjar tal-benefiċjarji fis-sistema tal-kummerċ dinji bbażata fuq ir-regoli;

8.    Jenfasizza li l-evalwazzjoni u l-kontroll tal-ftehimiet kummerċjali mhumiex biss kwistjoni baġitarja, iżda huma essenzjali wkoll sabiex is-sħab iwettqu l-impenji li jkunu ħadu fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, tal-istandards tax-xogħol u tal-istandards ambjentali;

9.   Jitlob li jkunu żgurati kontrolli suffiċjenti dwar id-diversi attivitajiet li jappoġġjaw l-internalizzazzjoni tal-intrapriżi żgħar u medji tal-Unjoni kif ukoll l-aċċess tagħhom għal swieq terzi; ifakkar il-ħtieġa li jiġi evalwat il-livell ta' effettività tal-koordinazzjoni bejn iċ-ċentri tan-negozju tal-Unjoni, iċ-ċentri tan-negozju nazzjonali u l-kmamar tal-kummerċ f'pajjiżi terzi u li jinstabu modi kif din il-koordinazzjoni tista' tiġi mtejba.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

22.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christofer Fjellner, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Goffredo Maria Bettini, Reimer Böge, Victor Boștinaru, Klaus Buchner, Dita Charanzová, Sajjad Karim, Fernando Ruas, Ramon Tremosa i Balcells, Jarosław Wałęsa

30.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Marian Harkin

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri juri tnaqqis żgħir fl-istima tar-rata ta' żball għall-qasam tal-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, li fl-2013 kienet 3,1 % meta mqabbla ma' 3,2 % fis-sena preċedenti; jinnota li din ir-rata ta' żball xorta kienet it-tieni l-iktar baxxa fost l-oqsma ta' politika kollha u li l-Parlament jistenna tnaqqis ulterjuri fir-rata ta' żball matul il-ftit snin li ġejjin;

2.  Jenfasizza l-importanza tal-Fond Soċjali Ewropew (FSE) bħala għodda ta' politika ewlenija għall-implimentazzjoni tal-politika soċjali u tal-impjiegi; jinnota li l-infiq tal-FSE kien jammonta għal madwar 98 % tal-infiq fil-qasam ta' politika fl-2013;

3.  Jissottolinja l-fatt li taħt ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(8), fondi mill-FSE ma jistgħux jintużaw biex jirrilokaw impjiegi minn Stat Membru għal ieħor; jinsisti li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom iwettqu kontrolli xierqa biex jiżguraw li l-fondi tal-Unjoni bl-ebda mod ma jiġu miżapproprjati;

4.  Jinnota l-osservazzjonijiet tal-Qorti dwar ir-riskji ewlenin għar-regolarità tal-infiq f'dan il-qasam ta' politika, bħalma huma r-riskji relatati man-natura intanġibbli tal-investimenti fil-kapital uman, id-diversità tal-attivitajiet u l-involviment ta' diversi sħab, li ta' sikwit ikunu fuq skala żgħira, fl-implimentazzjoni tal-proġetti; jilqa', f'dan ir-rigward, l-azzjonijiet ta' mitigazzjoni speċifiċi meħuda mill-Kummissjoni, inklużi kemm il-miżuri preventivi kif ukoll dawk korrettivi u l-awditjar ibbażat fuq ir-riskju mwettaq mid-DĠ EMPL; jilqa' l-użu ta' għażliet ta' spejjeż simplifikati li jnaqqsu l-piż amministrattiv fuq il-benefiċjarji u huma inqas suxxettibbli għal żbalji mill-Istati Membri; jitlob lill-Kummissjoni tinkoraġġixxi lill-Istati Membri biex ma japplikawx regoli aktar impenjattivi għall-proġetti tal-FSE meta mqabbla ma dawk iffinanzjati fuq livell nazzjonali;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli għall-ġestjoni tal-Fondi Strutturali jittrattaw il-problema tal-ispejjeż tal-persunal li qed jiġu ċċarġjati b'rati ogħla għall-proġetti tal-Unjoni meta mqabbla ma' dawk iffinanzjati fuq livell nazzjonali;

6.  Jinnota li l-intenzjoni tal-Istati Membri li jassorbu l-fondi tal-Unjoni għandha tfittex li tikseb ir-riżultati u l-għanijiet tal-FSE u m'għandhiex tikkomprometti l-applikazzjoni konsistenti ta' kontrolli effettivi, li, partikolarment lejn it-tmiem tal-perjodu ta' eliġibilità, tista' twassal għan-nuqqas ta' identifikazzjoni ta' regoli miskura, b'iffinanzjar sussegwenti ta' proġetti li jiswew wisq, implimentati ħażin jew improbabbli li jiksbu r-riżultat maħsub;

7.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-Kummissjoni għandha tieħu azzjoni mal-Istati Membri fir-rigward tad-dgħufijiet identifikati fl-awditjar tematiku bbażat fuq ir-riskju tad-DĠ EMPL fir-rigward tal-verifiki tal-ġestjoni u jilqa' l-gwida l-ġdida żviluppata mill-Kummissjoni għat-tisħiħ ulterjuri tal-affidabilità tal-verifiki tal-ġestjoni fil-perjodu ta' programmar 2014-2020; din il-gwida, li tislet it-tagħlimiet meħuda mill-perjodu ta' pprogrammar preċedenti, ġiet ippreżentata lill-Istati Membri u se tinħareġ fl-ewwel nofs tal-2015; jenfasizza li huwa importanti ħafna li l-awtoritajiet fl-Istati Membri jużaw l-informazzjoni disponibbli għalihom biex isibu u jikkoreġu l-iżbalji qabel ma' jitolbu rimborżi mill-Kummissjoni, li jnaqqas b'mod sinifikanti r-rata ta' zball fil-qasam tal-impjiegi u l-affarijiet soċjali;

8.  Iħeġeġġ lid-DĠ EMPL biex ifittex jikseb l-għanijiet tiegħu fir-rigward tal-FSE biex jitbiegħed mill-bżonn li jikkoreġi żbalji għal sitwazzjoni fejn l-iżbalji jiġu evitati u jappoġġja l-isforzi tad-DĠ EMPL biex jgħin lill-Istati Membri bl-ogħla rati ta' żbalji għall-FSE biex itejbu s-sistemi tagħhom billi jużaw l-aħjar prattiki disponibbli; jinnota f'dan ir-rigward li l-kapaċità amministrattiva u l-organizzazzjoni tad-DĠ EMPL għandhom jikkorrispondu mal-ħidma u r-responsabbiltajiet tiegħu lejn l-Istati Membri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tania González Peñas, Richard Howitt, Paloma López Bermejo, António Marinho e Pinto, Edouard Martin, Helga Stevens, Monika Vana

2.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.   Jixtieq itenni li, b'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-Parlament għandu jagħti l-kwittanza lill-Kummissjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit wara li jiġu eżaminati l-kontijiet, ir-rapport finanzjarju, ir-rapport ta' valutazzjoni msemmi fl-Artikolu 318 tat-TFUE u r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet li qed jiġu awditjati, id-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni u kull rapport speċjali relevanti ieħor mill-Qorti tal-Awdituri;

2.   Huwa sodisfatt bl-implimentazzjoni ġenerali tal-intestaturi baġitarji għall-ambjent, l-azzjoni klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel fl-2013; ifakkar għal darb'oħra li anqas minn 0,5 % tal-baġit tal-Unjoni hu ddedikat għal dawk l-istrumenti politiċi, waqt li jżomm f'moħħu l-valur miżjud ċar għall-Unjoni f'dawn l-oqsma u l-appoġġ miċ-ċittadini tal-Unjoni għall-politiki ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni, kif ukoll għas-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel; jiddispjaċih li dan il-persentaġġ naqas għal 0,5 % minn 0,8 % fl-2012;

3.   Jieħu nota tal-preżentazzjoni tal-oqsma ta' politika dwar l-ambjent u s-saħħa fir-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri rigward is-sena finanzjarja 2013; huwa preokkupat li ż-żewġ oqsma ta' politika jidhru wkoll fil-kapitolu ddedikat għall-iżvilupp rurali u għas-sajd; itenni l-kritika tiegħu ta' din il-kompożizzjoni tal-oqsma ta' politika, u jħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri tirrevedi l-approċċ tagħha fir-rapport annwali li jmiss; jirreferi, f'dan ir-rigward, għar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, li jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni żżomm rekord eżatt tal-infiq dirett u indirett fuq il-bijodiversità, inkluż in-netwerk Natura 2000; iħeġġeġ lill-Istati Membri jiffaċilitaw dan il-proċess billi jipprovdu data eżatta;

4.     Iqis li huwa notevoli, f'dan il-kuntest, li l-kapitolu dwar l-iżvilupp rural, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa jidher bit-tieni ogħla rata ta' żball fir-rapport tal-Qorti tal-Awdituri għall-2013 b'6,7 % meta mqabbla mal-medja ta' 4,7 %; jenfasizza li din ir-rata ta' żball tirrappreżenta l-oqsma ta' politika kollha inklużi fil-kapitolu; iqis li huwa notevoli li l-parti l-kbira tal-iżbalji tista' tkun attribwita għan-nuqqas ta' kunsiderazzjoni tar-rekwiżiti ta' eliġibbiltà, b'mod partikolari fir-rigward ta' impenji agroambjentali; jinnota li hemm fehmiet differenti bejn il-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni rigward il-mod kif għandhom jiġu kkalkulati l-iżbalji; jinnota li l-Kummissjoni tqis li r-rata ta' żbalji rappreżentattiva annwali tal-Qorti tal-Awdituri għandha titqies fil-kuntest tan-natura pluriennali tal-korrezzjonijiet u l-irkupri finanzjarji netti;

5.     Jirrikonoxxi li l-Qorti tal-Awdituri twettaq kontrolli aleatorji fl-Istati Membri b'mod sistematiku ħafna u tistabbilixxi r-rata ta' żbalji fuq il-bażi tagħhom; jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma tindikax f'liema Stati Membri jew f'liema żoni jinqalgħu l-akbar problemi; għalhekk, jenfasizza l-ħtieġa ta' katina ċara ta' responsabbiltà u, f'dan il-kuntest, jagħti importanza kbira ħafna lill-kwalità tas-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri;

6.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ma għamlet ebda kumment dwar il-ġestjoni tal-politiki dwar is-"Saħħa Pubblika", is-"Sikurezza tal-Ikel" u "l-Ambjent u l-Azzjoni Klimatika";

L-ambjent u l-azzjoni klimatika

7.  Jissottolinja l-fatt li kienu disponibbli EUR 422 788 882 għad-DĠ ENVI f'approprjazzjonijiet ta' impenn u li 99,95 % ta' dawn il-fondi ntużaw; jinnota li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament, huwa ta' sodisfazzjon li ntużaw 95,24 % mill-ammont disponibbli ta' EUR 330 403 116; jinnota, barra minn hekk, li n-nefqa amministrattiva ta' LIFE+ hija implimentata fuq żewġ eżerċizzji baġitarji (permezz ta' riporti awtomatiċi), u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqiesx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq 99,62 %;

8.  Jieħu nota tal-fatt li d-DĠ CLIMA żied ir-rata ta' implimentazzjoni tiegħu għal 99,55 % mill-ammont ta' EUR 35 994 690 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 92,04 % mill-ammont ta' EUR 29 636 914 f'approprjazzjonijiet ta' pagament; huwa konxju mill-fatt li rata ogħla ta' implimentazzjoni ma setgħetx tinkiseb parzjalment minħabba l-fatt li ma ntbagħtitx fattura li kellha tasal fl-2013; jinnota, min-naħa l-oħra, li n-nefqa amministrattiva ta' LIFE+ tiġi implimentata fuq żewġ eżerċizzji baġitarji (permezz ta' riporti awtomatiċi), u li jekk din in-nefqa amministrattiva ma titqiesx, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-pagamenti tilħaq 97,89 %;

9.  Huwa sodisfatt bl-implimentazzjoni ġenerali tal-baġit operattiv ta' LIFE+, li laħqet 99,96 % f'approprjazzjonijiet ta' impenn u 99,99 % f'approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2013; jinnota li fl-2013 EUR 282 900 000 kienu ddedikati għal sejħiet għal proposti għal proġetti fl-Istati Membri, EUR 18 000 000 appoġġaw l-attivitajiet operattivi ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi li huma attivi fil-ħarsien u t-titjib tal-ambjent fil-livell tal-Unjoni u li huma involuti fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u EUR 45 800 000 ntużaw għal miżuri maħsuba biex jappoġġaw ir-rwol tal-Kummissjoni ta' tnedija u monitoraġġ tal-iżvilupp tal-politika u l-leġiżlazzjoni; jinnota li ammont ta' EUR 20 300 000 ntuża għall-appoġġ amministrattiv;

10. Jirrikonoxxi li ġie allokat ammont ta' EUR 2 700 000 bħala kontribuzzjonijiet għal konvenzjonijiet, protokolli u ftehimiet internazzjonali li l-Unjoni hi firmatarja tagħhom, jew li l-Unjoni tkun involuta b'rabta magħhom f'ħidma preparatorja għal ftehimiet internazzjonali futuri;

11. Iqis il-progress fl-implimentazzjoni ta' 14-il Proġett Pilota (PP) u ta' sitt Azzjonijiet Preparatorji (AP) li flimkien jammontaw għal EUR 5 983 607 bħala sodisfaċenti; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli timplimenta l-PP u l-AP kif propost mill-Parlament;

Is-saħħa pubblika

12. Jinnota li d-DĠ SANCO kellu r-responsabbiltà għall-implimentazzjoni ta' EUR 233 928 461 ta' intestaturi baġitarji fil-qasam tas-saħħa pubblika fl-2013, li minnhom 98,1 % ġew impenjati b'mod sodisfaċenti; huwa konxju mill-fatt li bejn wieħed u ieħor 77 % ta' dak il-baġit jiġi ttrasferit direttament lil tliet aġenziji deċentralizzati (iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA) u l-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (EMA)) u li l-krediti kollha ġew implimentati bir-rata ta' 100 % bl-eċċezzjoni tal-EMA u l-EFSA, u li din is-sottoimplimentazzjoni ta' approprjazzjonijiet ta' impenn tal-EMA u l-EFSA tikkorrispondi għall-eżitu tal-2012;

13. Jieħu nota wkoll li l-livell ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn huwa ta' 98,0 %;

14. Jinnota li, fil-qafas tal-programm Saħħa 2003-2007, il-Kummissjoni ffirmat ħafna ftehimiet ta' għotja bid-durata ta' 36 xahar u li, billi wħud minnhom ingħataw estensjonijiet, l-aħħar pagamenti finali ġew implimentati fl-2013;

15. Jinnota li l-livell ta' implimentazzjoni fil-programm Saħħa Pubblika 2008 – 2013 huwa tajjeb ħafna wkoll (99,7 % kemm f'approprjazzjonijiet ta' impenn kif ukoll f'dawk ta' pagament) u li l-krediti mhux użati li fadal prinċipalment jirrigwardaw dħul assenjat li jkun għadu jista' jintuża fl-2014;

16. Huwa sodisfatt li l-implimentazzjoni tas-sitt PP u tat-tliet AP kollha taħt ir-responsabbiltà tad-DĠ SANCO qiegħda fi stadju avvanzat sew u li l-approprjazzjonijiet ta' impenn korrispondenti kollha ntużaw;

Is-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti

17. Jirrikonoxxi l-fatt li r-rata ta' implimentazzjoni għas-sikurezza tal-ikel, is-saħħa u l-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti hija ta' 98,4 % u li din ir-rata ta' implimentazzjoni qed tiżdied b'mod kostanti matul is-snin; jinnota wkoll li din iż-żieda tqis tnaqqis ta' EUR13 000 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn matul l-eżerċizzju ta' trasferiment globali, minħabba sitwazzjoni favorevoli fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u tal-pjanti;

18. Jinnota li, bħal fis-sena preċedenti, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni favur programmi għat-tuberkulożi kienet l-akbar waħda u li, min-naħa l-oħra, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni favur il-programmi għall-marda tal-ilsien blu baqgħet baxxa;

19. Jirrikonoxxi li l-fatturi ewlenin li wasslu għas-sottoimplimentazzjoni ta' EUR 4 300 000 fil-kapitolu 17 04 – Sikurezza tal-ikel u tal-għalf, saħħa u benesseri tal-annimali u saħħa tal-pjanti – huma fil-fatt id-EUR 900 000 marbuta mad-dħul assenjat għall-programmi differenti li jistgħu jintużaw fl-2014 u ż-EUR 2 000 000 marbuta mal-Fond ta' Emerġenza; jinnota li, mill-ammont tal-aħħar, 50 % jew EUR 1 000 000 ġew riportati għall-2014 (biex tiġi indirizzata l-marda tal-ilsien blu fil-Ġermanja) u ġew implimentati f'dik is-sena;

20. Jirrikonoxxi, li, fir-rigward tal-approprjazzjonijiet ta' pagament 2013, ir-rata ta' implimentazzjoni għall-kapitolu tal-baġit dwar is-sikurezza tal-ikel u tal-għalf, is-saħħa tal-annimali, il-benesseri tal-annimali u s-saħħa tal-pjanti hija 99,9 %, li tirrappreżenta żieda ulterjuri meta mqabbla mal-2012 (97,7 %) u l-2011 (98,1 %);

21. Jinnota li, matul l-eżerċizzju ta' trasferiment globali, EUR 7 500 000 f'pagamenti ġew ritornati fl-2013 għall-Fond ta' Emerġenza (EUR 5 500 000) u għal programmi veterinarji oħra (EUR 2 000 000) minħabba sitwazzjoni favorevoli fil-qasam tas-saħħa tal-annimali u l-pjanti;

22. Huwa tal-opinjoni, abbażi tad-data disponibbli u r-rapport ta' implimentazzjoni, li l-kwittanza tista' tingħata lill-Kummissjoni fir-rigward tan-nefqa fl-oqsma tal-politika ambjentali u klimatika, is-saħħa pubblika u s-sikurezza tal-ikel għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

29.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

51

10

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Biljana Borzan, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Stefan Eck, Bas Eickhout, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Enrico Gasbarra, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Davor Škrlec, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Nicola Caputo, Mark Demesmaeker, Jan Huitema, Peter Jahr, Merja Kyllönen, Nuno Melo, Marijana Petir, Julia Reid, Bart Staes, Kay Swinburne

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Damian Drăghici

25.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Georgi Pirinski

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' r-rata għolja ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Politika tal-Mobilità u t-Trasport fl-2013 (98,03 %), u r-rata konsiderevolment għolja ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2013 (94,58 %) iżda jiddispjaċih għat-tnaqqis tagħha b'0,99 %, meta mqabbel mal-2012 (95,57 %); jinnota, barra minn hekk, li EUR 1 633 miljun għadhom ma tħallsux u/jew għadhom ma ġewx diżimpenjati mill-ammont għall-approprjazzjonijiet ta' pagament għall-2013 u jinsab imħasseb li dan jirrappreżenta l-akbar ammont ta' impenji pendenti għall-perjodu kollu tal-2007-2013, li b'kollox laħqu l-ammont ta' EUR 4 001 miljun fi tmiem l-2013; ifakkar li l-2013 hija l-aħħar sena tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP) 2007-2013 u li konsegwentement, l-approprjazzjonijiet ta' impenn kollha li fadal li hemm fissi fil-QFP jeħtieġ li jiġu impenjati;

2.  Jilqa' l-fatt li r-rata tal-iżball residwu fl-2013 hija ta' inqas minn 2 % għall-programm TEN-T, il-programm Marco Polo mmaniġġjat mill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (EACI) u l-Impriżi Konġunti li għalihom huwa responsabbli d-DĠ MOVE (SESAR u Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu (FCH)); jiddispjaċih, madankollu, li r-rata tal-iżball residwu għas-Seba' Programm Kwadru (FP7) għar-riċerka fis-settur tat-trasport għadha ogħla minn 2 % fl-2013 (2,82 %); jinnota li r-raġunijiet prinċipali għall-iżbalji taħt il-programmi ta' riċerka huma l-kumplessità tar-regoli ta' eliġibilità fl-attijiet bażiċi u n-nuqqas ta' kapaċità għall-kontroll ex ante sħiħ fuq il-pretensjonijiet tal-benefiċjarji kollha, li jgħoddu l-eluf; jistenna li s-simplifikazzjonijiet radikali li ġew proposti f'Orizzont 2020 se jikkontribwixxu għal tnaqqis sinifikanti fl-iżbalji;

3.   Jinnota li fl-2013, il-Qorti tal-Awdituri awditjat tmien tranżazzjonijiet fis-settur tat-trasport u sabet li ħamsa minnhom kienu affettwati minn żball wieħed jew aktar; jiġbed l-attenzjoni lejn iż-żieda tal-persentaġġ tat-tranżazzjonijiet affettwati fl-2013 (62 %) meta mqabbel mal-2012 (49 %) u jinsab imħasseb li, kif ġara fi snin preċedenti, il-Qorti sabet għadd ta' żbalji fir-rigward tan-nonkonformità mar-regoli tal-akkwist tal-Unjoni u dawk nazzjonali għall-proġetti tat-TEN-T li ġew eżaminati; jieħu nota li kif ġara fis-sena preċedenti 2012, għal darba oħra fl-2013 id-DĠ MOVE ma ħariġx riservazzjoni relatata mal-iżbalji tal-akkwist pubbliku; jinsisti, għalhekk, li l-Kummissjoni tieħu l-miżuri meħtieġa bil-għan li fil-ġejjieni teskludi tali żbalji. jinnota li huwa tal-akbar importanza li l-kontroll ex ante u ex post tal-benefiċjarji tal-għotjiet, il-fondi u l-finanzjament tal-Kummissjoni jiġi estiż, bil-għan li jiġi evitat l-użu ħażin tal-allokazzjoni Komunitarja tar-riżorsi u sabiex tiġi żgurata l-verifika tal-prestazzjoni; jenfasizza li anke jekk il-perjodu tal-finanzjament 2007-2013 formalment għadda, hemm prinċipju N+2 għall-finanzjament ta' koeżjoni, jiġifieri ħafna proġetti għadhom qiegħdin jinbnew sa tmiem din is-sena;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni, f'ġieħ it-trasparenza, tippubblika lista annwali li tkun faċilment aċċessibbli tal-proġetti tat-trasport ikkofinanzjati mill-Unjoni, inkluż l-ammont eżatt ta' finanzjament għal kull proġett individwali; jinnota li din il-lista ta' proġetti għandha tinkludi l-għejun kollha ta' finanzjament mill-Unjoni bħalma huma t-TEN-T, Orizzont 2020, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Reġjonali;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tirrapporta ta' kull sena kif ir-rimarki dwar l-intestaturi baġitarji rispettivi jkun ittieħed kont tagħhom;

6.  Jilqa' l-iffrankar tal-kosti li mistenni jsir mid-delega tal-ġestjoni ta' partijiet mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa u partijiet mir-riċerka dwar l-enerġija u t-trasport taħt Orizzont 2020 mill-Kummissjoni lill-Aġenzija Eżekuttiva għall-Innovazzjoni u n-Netwerks (INEA - ex-Aġenzija TEN-T) il-ġdida; jitlob, madankollu, li l-kapaċità amministrattiva tal-Aġenzija tiġi msaħħa aktar bil-għan li tkun tista' b'mod effettiv u effiċjenti timmaniġġja l-baġit miżjud għas-settur tat-trasport fil-QFP tal-2014-2020 u l-proġetti tat-trasport taħt il-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa l-ġdid;

7.  Ifakkar li l-proġetti tat-trasport fil-perjodu ta' bejn l-2007-2013 u l-2014-2020 ġew u se jiġu ffinanzjati minn għadd ta' għejun, inklużi l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali; jistieden lill-Kummissjoni tfittex li jkun hemm aktar sinerġija bejn l-għejun differenti ta' finanzjament sabiex issib allokazzjoni aktar effiċjenti tal-fondi tal-Unjoni;

8.  Jipproponi li, fejn jidħlu s-setturi li għalihom huwa responsabbli l-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, il-Parlament jagħti kwittanza lill-Kummissjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

37

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Claudia Tapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried

21.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Iskra Mihaylova

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") ikkonkludiet li l-politika reġjonali għadha wieħed mill-oqsma politiċi li hu suxxettibbli għall-erruri u li ma tantx ġiet osservata differenza fl-2013 meta mqabbla mal-2012, peress li r-rata ta' erruri l-aktar probabbli għall-2013 kienet stabbilita għal 6.9 % (meta mqabbla ma' 6.8 % fl-2012); jinnota li dan il-fatt huwa evidenza tal-istabbiltà tas-sistema u ta' titjib sinifikanti fil-perjodu ta’ pprogrammazzjoni 2007-2013, meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2000-2006; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli tapplika b’mod strett id-dispożizzjonijiet ta’ kontroll; ifakkar kemm huma importanti l-miżuri preventivi u s-semplifikazzjoni bil-għan li jitnaqqsu l-erruri; Jenfasizza, madankollu, li hemm differenza ċara bejn errur u frodi u li l-frodi jammontaw għal 0.2 % tal-baġit totali tal-Unjoni;

2.  Jinnota li l-Qorti sabet erruri serji fl-akkwist pubbliku (39 % tar-rata ta’ errur stmata), frekwenza għolja ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli dwar għajnuna mill-Istat (17 % tar-rata ta’ errur stmata), kif ukoll erruri fl-applikazzjoni tar-regoli dwar l-eliġibbiltà ta’ proġetti (22 % tar-rata ta’ errur stmata) u n-nefqa (21 % tar-rata ta’ errur stmata); jinsab imħasseb dwar ir-rati baxxi ta’ żborż tal-istrumenti ta’ inġinerija finanzjarja lir-riċevituri finali fl-2013; huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-progress li jkun sar fil-finanzjament u l-implimentazzjoni tal-istrumenti finanzjarji u għandha, flimkien mal-Istati Membri, tieħu miżuri xierqa biex ittejjeb ir-rati ta’ assorbiment u għandha tagħti rapport lill-Parlament dwar ir-riżultati ta’ tali valutazzjonijiet u miżuri;

3.  Jenfasizza l-approċċ differenti tal-Kummissjoni u l-Qorti għall-ikkolkolar tar-rata ta' errur fir-rigward tat-transazzjonijiet li għalihom il-Kummissjoni applikat korrezzjonijiet b'rata fissa; għal darba oħra jitlob għall-istandardizzazzjoni tal-metodoloġija, inklużi kemm il-kalkolu tar-rati ta’ errur u x-xogħol ta’ awditjar, sabiex jiġu evitati konstatazzjonijiet kontradittorji, filwaqt li jirrikonoxxi wkoll l-isforzi tal-Kummissjoni f’dan ir-rigward;

4.  Jinnota l-azzjonijiet korrettivi meħuda mill-Kummissjoni f'dawk li huma s-sospensjonijiet u l-interruzzjoni tal-pagamenti; ifakkar li l-livelli dejjem ogħla ta' suspensjoni u l-interruzzjoni tal-pagamenti min-naħa tal-Kummissjoni jistgħu jtellfu l-implementazzjoni bla xkiel tal-proġetti peress li jistgħu jisfrattaw l-ilħuq tal-għanijiet tal-politika ta' koeżjoni, minħabba ż-żmien qasir meħtieġ għall-assorbiment xieraq tal-fondi tal-Unjoni; jitlob li l-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-kontribut reali tal-interruzzjonijiet u s-sospensjonijiet tal-pagamenti għat-tnaqqis tal-irregolaritajiet u l-erruri u tivvaluta l-impatt li għandhom il-miżuri korrettivi implimentati matul iż-żmien fuq il-progress lejn l-għanijiet politiċi, b’kont meħud ta’ approċċ ta’ kost-benefiċċju lejn din il-kwistjoni;

5.  Iħeġġeġ, f’każijiet fejn ma jkun hemm l-ebda evidenza ta’ frodi iżda fejn ikunu ġew identifikati nuqqasijiet serji fis-sistemi ta’ ġestjoni u kontroll, li l-Kummissjoni tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti biss bħala l-aħħar għażla, meta l-għażliet kollha l-oħra jkunu ġew eżawriti, minħabba li s-sospensjoni tal-pagamenti jista’ jkollha konsegwenzi serji fuq il-programmi rispettivi u r-reġjuni milqutin severament mill-kriżi, kif ukoll għall-ilħiq tal-għanijiet tal-politika ta’ koeżjoni kollha kemm hi; jitlob, madankollu, li l-Kummissjoni tagħmel valutazzjoni qabel ma tieħu xi deċiżjoni dwar is-sospensjoni ta’ pagamenti fir-rigward ta’ sa fejn din għandha tassew tikkontribwixxi għat-tnaqqas tar-rata ta’ errur u fl-istess ħin, kif se taffettwa r-reġjun jew il-pajjiż rispettivi, bil-għan ukoll li tevita li timponi piżijiet fuq ir-reġjuni li jkunu qed isofru minn diffikultajiet soċjoekonomiċi;

6.  Jinnota li 80 % tal-finanzjament huwa amministrat taħt ġestjoni kondiviża fil-livell tal-Istati Membri; ifakkar li l-Qorti sabet li f’terz tat-tranżazzjonijiet eżaminati, xi wħud mill-erruri misjuba setgħu ġew ikkoreġuti minn qabel peress li l-Istati Membri kellhom informazzjoni suffiċjenti disponibbli biex jiskopruhom qabel ma ddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni;

7   Jiġbed l-attenzjoni lejn il-multiannwalità tas-sistema ta' ġestjoni tal-politika ta' koeżjoni u jenfasizza li l-valutazzjoni finali tal-irregolaritajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-politika se tkun possibbli biss mal-għeluq tal-perjodu ta' programmazzjoni;

8.  Jilqa' l-proċeduri msaħħa ta' kontroll u ta' awditjar li jipprovdi għalihom il-qafas regolatorju għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020, u b'mod partikolari fir-rigward tal-verifiki u l-kontrolli tal-ġestjoni qabel iċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali tal-programmi u t-tressiq tad-dikjarazzjoniijiet tal-ġestjoni mill-awtoritajiet maniġerjali lill-Kummissjoni; jinnota li l-kapaċità korrettiva tal-Kummissjoni kompliet tittejjeb bit-tneħħija tal-possibilità li l-Istati Membri jużaw mill-ġdid il-fondi, u dan wassal għal korrezzjonijiet finanzjarji netti; jilqa’ l-istabbiliment ta’ Ċentru ta’ Kompetenza fuq il-bini tal-kapaċità amministrattiva rigward il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej; jappoġġa t-tisħiħ tal-orjentament lejn ir-riżultati u l-konċentrazzjoni tematika tal-politika ta’ koeżjoni li għandhom jiżguraw bidla mill-kriterji tal-assorbiment tal-fondi lejn il-kwalità tal-infiq u valur miżjud għoli tal-operazzjonijiet kofinanzjati;

9.  Jitlob li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari lis-semplifikar tal-proċeduri, inklużi dawk għall-benefiċjarji, li jistgħu jkollhom benefiċċji kemm għall-awditjar u kemm għat-tnaqqis tar-rati ta' errur, filwaqt li fl-istess ħin iżidu l-effikaċja tas-sistemi ta’ ġestjoni u ta’ kontroll; huwa tal-fehma li kemm l-Istati Membri kif ukoll il-Kummissjoni għandhom jimplimentaw miżuri immirati u f’waqthom biex isaħħu l-kapaċità amministrattiva u istituzzjonali, inkluża gwida effettiva, taħriġ u skambju ta’ prattiki tajba u billi jiġu stabbiliti skemi għaż-żamma tal-persunal kwalifikati u tas-sengħa, kif ukoll permezz tal-għajnuna fil-proċeduri tal-awditjar; jitlob li l-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar ir-riżultati konkreti miksuba sa issa bħala riżultat tal-attivitajiet taċ-Ċentru ta' Kompetenza, l-istabbiliment tas-Sistema Komuni ta’ Skambju ta’ Esperti u l-implimentazzjoni tal-inizjattiva dwar l-Akkwist Pubbliku u l-pjan ta’ azzjoni żviluppat miċ-Ċentru ta’ Kompetenza f’kollaborazzjoni mas-servizzi kompetenti tal-Kummissjoni; jenfasizza l-importanza ta’ traspożizzjoni rapida u effettiva tad-direttivi dwar l-akkwist pubbliku fl-Istati Membri kollha;

10. Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Kummissjoni biex timxi lejn kultura ta’ prestazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni (DĠ REGIO), għalhekk, tinkludi fil-Pjan ta’ Ġestjoni tagħha u fir-Rapport Annwali tal-Attività tagħha valutazzjoni ta’ xogħolha fir-rigward tat-tiżjid tal-effiċjenza, l-effettività u l-impatt tal-politika ta’ koeżjoni; jistieden lill-Kummissjoni, flimkien mal-approċċ mil-lat tal-eżekuzzjoni tal-baġit, tikkontrolla l-prestazzjoni billi tqabbilha mal-objettivi u tuża aħjar l-valutazzjonijiet, kif ukoll tappoġġja lill-Istati Membri u lill-Awtoritajiet Amministrattivi tagħhom biex ikabbru sal-massimu l-kwalità tar-rapporti ta’ valutazzjoni tagħhom; jenfasizza f’dan il-kuntest il-ħtieġa li fil-futur jiġu kkunsidrati u vvalutati r-riżultati tal-proġetti, ir-redditi fuq l-investimenti u l-valur miżjud reali għall-ekonomija, l-impjiegi u l-iżvilupp reġjonali.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, José Blanco López, Franc Bogovič, Victor Boștinaru, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Michela Giuffrida, Anna Hedh, Ivan Jakovčić, Marc Joulaud, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Iliana Iotova, James Nicholson, Claudia Schmidt, Davor Škrlec, Marco Zullo, Milan Zver

23.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Peter Jahr

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.      Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri kkonkludiet li, sa fejn għandha x'taqsam il-politika tal-agrikoltura, il-proporzjon ta' tranżazzjonijiet ittestjati għandu rata akbar ta' żbalji meta mqabbel mal-2012, filwaqt li għall-kuntrarju, naqsu l-każijiet li ma fihomx żbalji; jinnota li r-rata ta' żball l-aktar probabbli għall-2013 hija ta' 3,26% (meta mqabbla mat-2,9% fl-2012); ifakkar li l-iżbalji spiss huma ta' natura amministrattiva u dan mhux neċessarjament ifisser li l-fondi jkunu sparixxew, intilfu jew inħlew, jew li twettqet frodi; iqis li l-objettiv prinċipali tal-identifikazzjoni tal-iżbalji għandu jkun li l-iżbalji jiġu rrettifikati billi jingħataw skadenzi u appoġġ bil-għan li n-nuqqasijiet jiġu rrimedjati;

2.      Jenfasizza li hemm differenza importanti fit-tip ta' żbalji u li għandha ssir distinzjoni bejn żbalji maġġuri, bħalma huma l-ħlas żejjed, ħlas nieqes jew frodi, u żbalji minuri u klerikali; jinnota li l-kawżi bażiċi prinċipali tar-rata ta' żball huma l-iżbalji li jsiru fl-applikazzjonijiet għall-għajnuna, spezzjonijiet fuq il-post ta' kwalità baxxa u kwalità u aġġornament insuffiċjenti tas-Sistema ta' Identifikazzjoni tal-Ħbula tar-Raba', filwaqt li l-iżbalji/il-każijiet ta' nuqqas ta' konformità min-naħa tal-amministrazzjoni nazzjonali huma każijiet iżolati;

3.      Jirrimarka li 70% tal-korrezzjonijiet finanzjarji li ġew identifikati fl-2013 ġew attribwiti lil erba' pajjiżi, jiġifieri l-Greċja, Franza, il-Polonja u r-Renju Unit;

4.      Jenfasizza li l-affidabilità tal-informazzjoni dwar il-pagamenti diretti tal-Politika Agrikola Komuni (PAK), kif rappurtata mill-Istati Membri, spiss tiġi mminata minħabba rappurtar inkorrett; jinnota li r-rati tal-iżbalji fl-istatistika tal-kontroll tal-Istati Membri għal 43 minn 67 aġenzija tal-pagamenti ġew ikkoreġuti 'l fuq mill-Kummissjoni;

5.      Jistieden lil Kumitati rilevanti oħra, bħalma hu l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jew il-Kumitat għall-Iżvilupp eċċ., iħejju huma wkoll opinjoni ta’ kwittanza bir-reqqa; jenfasizza li huwa biss permezz ta’ proċedura ta’ kwittanza xierqa li l-kawżi tar-rati ta' żball jistgħu jitnaqqsu;

6.      Jirrikonoxxi li għall-PAK, hemm sistema fejn il-Kummissjoni qed timponi korrezzjonijiet finanzjarji netti fuq l-Istati Membri biex tiġirkuprata kwalunkwe spiża mhux eliġibbli, u b'hekk jitnaqqas ir-riskju ta’ pagamenti irregolari;

7.      Jirrikonoxxi l-livell li qed jiżdied ta' sospensjoni u interruzzjoni ta' pagamenti mill-Kummissjoni, fatt li jiżgura li qed jittieħdu b'mod sistematiku azzjonijiet korrettivi fil-każijiet fejn jiġu identifikati nuqqasijiet;

8.      Isostni li l-pagamenti ma għandhomx jiġu interrotti jew sospiżi ħlief f’każ ta’ nuqqasijiet serji, u li l-iżbalji ż-żgħar għandhom jiġu rrettifikati fuq bażi kontinwa sabiex tiġi evitata paraliżi;

9.      Jenfasizza li l-Iskema l-ġdida tal-Frott, Ħaxix u Ħalib għall-Iskejjel jeħtieġ tutilizza l-finanzjament tal-Unjoni b’mod effiċjenti u mmirat, filwaqt li tiżgura wkoll li l-piżijiet organizzattivi u amministrattivi fuq l-iskejjel parteċipanti jinżammu baxxi kemm jista' jkun;

10.    Jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li ħafna programmi li huma iżgħar, bħalma huma l-Iskema tal-Frott għall-Iskejjel u l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel, mhumiex faċli biex wieħed jużaha, u dan huwa parzjalment dovut għall-burokrazija assoċjata u, għal din ir-raġuni, il-parteċipazzjoni u l-implimentazzjoni tagħhom iħallu ħafna lok ta' titjib;

11.    Jenfasizza l-fatt li xi programmi attiraw inqas interess minħabba r-riġidità tagħhom u jissuġġerixxi li l-Kummissjoni terġa’ tivvaluta dawk il-programmi bil-ħsieb li tnaqqas il-burokrazija involuta;

12.    Jinnota li programmi żgħar bħalma hu l-Programm tal-Ħalib għall-Iskejjel għandhom rati ta’ żbalji għoljin b’mod persistenti; jitlob li dawn il-programmi jiġu ssimplifikati, peress li programmi li jkunu inqas burokratiċi jnaqqsu r-rati ta' żball;

13.    Jitlob li l-PAK issir anqas burokratika bil-ħsieb li jitnaqqsu r-rati ta' żball; jilqa’ għalhekk l-impenn li ħadet il-Kummissjoni li s-simplifikazzjoni u s-sussidjarjetà jsiru waħda mill-ogħla prijoritajiet fil-ħames snin li ġejjin; jitlob li l-aġenziji tal-pagamenti li għandhom prestazzjoni li b’mod persistenti mhix tajba biżżejjed titneħħielhom l-akkreditazzjoni tagħhom f’każijiet estremi;

14.    Jistieden lill-Kummissjoni biex meta jkun il-waqt tippreżenta pjan dettaljat għat-tnaqqis tal-burokrazija fil-PAK b’25 % tul il-ħames snin ta’ wara;

15.    Jitlob li l-uffiċjali tal-Unjoni jwettqu superviżjoni extra u jimmoniterjaw u jikkoordinaw aktar mill-qrib lill-aġenziji tal-pagamenti nazzjonali fi ħdan l-Istati Membri rispettivi, bil-għan li jiġu riżolti n-nuqqasijiet li jkunu qed jesperjenzaw, b’mod partikolari għal dawk l-aġenziji tal-pagamenti li l-livell ta' prestazzjoni tagħhom tul l-aħħar tliet snin kienet kontinwament baxxa aktar milli suppost, bil-ħsieb li l-ġestjoni tal-pagamenti ssir aktar effiċjenti;

16.    Jiġbed l-attenzjoni lejn il-pluriennalità tas-sistema ta' ġestjoni tal-politika agrikola u jenfasizza li l-valutazzjoni finali tal-irregolaritajiet relatati mal-implimentazzjoni tal-politika se tkun possibbli biss fi tmiem il-perjodu ta' programmazzjoni;

17.    Jinnota li r-rata ta' żball indikata mill-Kummissjoni hija sinifikatament differenti f'xi oqsma mir-rata ta' żball identifikata mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri; jitlob spjegazzjoni mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward; jenfasizza l-ħtieġa li titfassal metodoloġija komuni biex tiġi kkalkulata r-rata ta' żball mill-Qorti tal-Awdituri u l-Kummissjoni bil-għan li tiġi żgurata komparabilità akbar;

18.    Jilqa' r-regoli l-ġodda għall-perjodu finanzjarju 2014-2020, inklużi miżuri bħalma huma d-denominazzjonijiet tal-awtoritajiet ta' awditjar u ta' ċertifikazzjoni, l-akkreditamenti tal-awtoritajiet ta' awditjar, l-eżami tal-awditjar u l-aċċettazzjoni tal-kontijiet, il-korrezzjonijiet finanzjarji u l-korrezzjonijiet finanzjarji netti, il-kontroll proporzjonali, il-kundizzjonalitajiet ex ante li jimmiraw li jikkontribwixxu aktar għat-tnaqqis fil-livell ta' żball; jilqa’ wkoll id-definizzjoni ta’ nuqqasijiet serji u l-livell akbar antiċipat ta' korrezzjonijiet għan-nuqqasijiet repetuti;

19.    Jilqa’ l-Komunikazzjoni riċenti tal-Kummissjoni li tispjega fil-qosor l-approċċ lejn l-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet finanzjarji netti fl-oqsma tal-politika agrikola fil-perjodu ta' programmazzjoni li jmiss; jilqa' dawk il-kriterji għall-istabbiliment tal-livell ta' korrezzjonijiet finanzjarji li għandu jiġi applikat u għall-applikazzjoni ta' korrezzjonijiet b'rata fissa.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

21.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

7

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, José Bové, Paul Brannen, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Viorica Dăncilă, Paolo De Castro, Albert Deß, Diane Dodds, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Elisabeth Köstinger, Zbigniew Kuźmiuk, Mairead McGuinness, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurențiu Rebega, Jens Rohde, Bronis Ropė, Jordi Sebastià, Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Fredrick Federley, Michela Giuffrida, Norbert Lins, Susanne Melior, Ramón Luis Valcárcel

25.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Alain Cadec

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.      Jieħu nota tal-komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013; jieħu nota wkoll tar-Rapport Annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-sena finanzjarja 2013; jieħu nota tar-rapport annwali tal-attività 2013 tad-DĠ MARE;

2.      Jieħu nota tal-opinjonijiet tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet; jinnota l-opinjoni negattiva tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-approprjazzjonijiet ta' pagament b'rata globali ta' żball ta' 4,7 %;

3.      Josserva li l-Qorti tal-Awdituri identifikat rata globali ta' żball għolja ta' 6,7 % għall-pagamenti li saru fl-oqsma tal-"iżvilupp rurali, l-ambjent, is-sajd u s-saħħa"; madankollu jinnota li din ir-rata ta' żball hija inqas meta mqabbla mas-sena finanzjarja preċedenti (7,9 %); jinnota li l-oqsma "politiċi reġjonali, tat-trasport u tal-enerġija" huma dawk li l-aktar jikkontribwixxu għar-rata globali ta' żball identifikata mill-Qorti tal-Awdituri u għaldaqstant iħeġġeġ lill-Kummissjoni tidentifika r-raġunijiet għal dan u tressaq azzjonijiet korrettivi;

4.      Jinnota r-riżerva mid-DĠ MARE dwar rata ta' żball ogħla minn 2 % fir-rigward ta' ċertu nfiq iddikjarat minn ċerti Stati Membri, u fil-każ ta' Stat Membru wieħed, rapport ikkunsidrat mhux affidabbli u n-nuqqas li jitressaq rapport; jiddeplora s-sitwazzjoni fil-konfront tal-Istat Membru kkonċernat; madankollu jinnota li s-sitwazzjoni tjiebet wara li l-Kummissjoni tat ordnijiet lil dan l-Istat Membru;

5.      Jinsab konvint li l-Istati Membri se jtejbu l-għodda u l-mezzi ta' rappurtar tagħhom b'risposta għal kwalunkwe nuqqas fid-data fornuta lill-Kummissjoni; jirrakkomanda li l-Kummissjoni teżerċita aktar pressjoni fuq l-Istati Membri biex iressqu data affidabbli;

6.      Jiddispjaċih li, apparti dawn ir-rimarki, il-Qorti tal-Awdituri ma tatx dettalji aktar preċiżi dwar ir-riżultat tal-awditjar tagħha għall-qasam speċifiku tas-sajd u tal-affarijiet marittimi u li fl-interessi tat-trasparenza, jappella li tingħata aktar informazzjoni;

7.      Jifraħ lid-DĠ MARE għal rata ta' implimentazzjoni għolja ħafna għall-approprjazzjonijiet ta' impenn (99,79 %) u għall-approprjazzjonijiet ta' pagament (99,08 % għat-Titolu 11) tiegħu;

8.      Jirrikonoxxi li 92,31 % tal-pagamenti li saru mid-DĠ MARE saru fil-ħin; minkejja dan, jinnota bi tħassib li l-għadd ta' pagamenti tardivi żdied meta mqabbel mas-sena finanzjarja preċedenti; josserva b'sodisfazzjon li l-interessi b'lura mħallsa fl-2013 qegħdin jonqsu u għaldaqstant iħeġġeġ lid-DĠ MARE jżomm żmien għall-ħlas skont ir-regoli rilevanti;

9.      Iħeġġeġ lill-Qorti tal-Awdituri għal darb'oħra, hekk kif għamlet fis-snin li għaddew, biex tagħti rata ta' żball speċifika u separata għas-sajd u l-affarijiet marittimi; huwa tal-opinjoni li l-kampjun speċifiku għad-DĠ MARE għandu jkun sinifikanti biżżejjed biex jiżgura rappreżentanza tajba tal-awditjar u jiddetermina rata baxxa ta' żball;

10.    Jipproponi, abbażi tad-data disponibbli, jagħti kwittanza lill-Kummissjoni dwar l-infiq tagħha fl-oqsma tal-affarijiet marittimi u tas-sajd għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

18

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, João Ferreira, Raymond Finch, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ole Christensen, Sylvie Goddyn

26.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Fernando Maura Barandiarán

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li fl-2013, il-prijorità ewlenija għad-DĠ Edukazzjoni u Kultura (DĠ EAC) u l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Edukazzjoni, l-Awdjoviżiv u l-Kultura (EACEA) kienet li jippreparaw għall-implimentazzjoni ta' Erasmus+ u Ewropa Kreattiva, il-programmi l-ġodda għall-perjodu 2014-2020;

2.  Jilqa' l-fatt li fl-2013, ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-programmi 2007-2013, b'mod partikolari l-programm tat-Tagħlim Tul il-Ħajja, dak tal-Kultura, dak tal-Media u l-programm "Żgħażagħ fl-Azzjoni" kienet ta' 100%; jitlob biex jissaħħaħ u jiżdied il-baġit fil-qafas tal-programmi tal-Edukazzjoni u tal-Kultura tal-2014 – 2020. jinsab partikolarment imħasseb li fi tmiem is-sena, id-diskrepanza bejn l-approprjazzjonijiet ta' impenn u dawk ta' pagament adottati rriżultat f'nuqqas ta' pagamenti (li jammontaw, per eżempju fil-programm Erasmus+ għal nuqqas ta' EUR 202 miljun) b'riperkussjonijiet negattivi gravi s-sena ta' wara; jinsab imħasseb sew u jiddispjaċih ukoll li sitwazzjoni simili taf tiżviluppa fil-kuntest tal-programmi l-ġodda, speċjalment Erasmus+ u Ewropa Kreattiva, li minn naħa tagħha tkun tiddetermina telf perikoluż ta' kredibilità mill-Unjoni u ddgħajjef il-fiduċja taċ-ċittadini fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni u jkollha konsegwenzi diżastrużi fuq il-parteċipanti tal-programmi;

3.  Jappoġġja rieżami ta' nofs it-term tal-QFP 2014–2020 bħala mezz li bih tinġieb fi tmiemha s-sitwazzjoni insostenibbli li biha l-programmi li diġà ġew approvati, u li għalhekk qed jiġu implimentati, jiġu kompromessi minn nuqqas ta' riżorsi u nuqqas ta' ħlas ta' finanzjament mill-Unjoni.

4.  Jilqa' l-fatt li sa mill-varar tiegħu fl-1987, il-programm Erasmus laħaq u qabeż il-punt ta' riferiment ta' 3 miljun student; jinnota s-suċċess sostnut li gawda sa mill-bidu tiegħu dan il-programm emblematiku tal-Unjoni – wieħed li kkontribwixxa għall-integrazzjoni Ewropea u s-sensibilizzazzjoni li qed tikber ta' ċittadinanza Ewropea komuni u s-sens ta' appartenenza għaliha;

5.  Jinsab imħasseb li fil-livell Ewropew – kif ġie rrappurtat fir-Rapport Speċjali tal-Ewrobarometru 399 dwar l-aċċess u l-parteċipazzjoni kulturali mill-2013 – il-baġits pubbliċi ddedikati biex jipproteġu u jippromwovu l-wirt kulturali qegħdin jonqsu b'mod viżibbli, kif qed tonqos ukoll il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet kulturali tradizzjonali; iqis għalhekk li l-istrumenti l-ġodda tal-Unjoni li għandhom l-għan li jappoġġjaw l-Aġenda Ewropea għall-Kultura – bħalma huna l-programmi Ewropa Kreattiva u Orizzont 2020, jew il-pjattaforma kulturali Ewropea – iridu jissaħħu;

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-EACEA kompliet tissimplifika aktar il-proċessi tal-għażla tagħha u li implimentat 96 % tal-pagamenti tagħha fil-limiti taż-żmien kuntrattwali imma jiddispjaċih li t-trattament innifsu tar-rapporti tat-tmiem għandu ħabta jiġi estiż mingħajr bżonn; ifakkar li kwalunkwe dewmien fil-pagamenti jaffettwa b'mod dirett id-drittijiet tal-benefiċjarji u b'hekk ifixkel l-assoċjazzjonijiet u l-proġetti kulturali, il-kreattività u d-diversità kulturali tas-soċjetà ċivili; iħeġġeġ lill-EACEA tkompli ttejjeb aktar is-sistemi ta' kontroll tagħha imma mhux a skapitu tal-benefiċjarji;

7.  Ifakkar li fl-2013, id-DĠ Komunikazzjoni organizza għadd ta' attivitajiet fil-kuntest tas-Sena Ewropea taċ-Ċittadini 2013; jinnota li, fl-istess ħin, kien hemm bżonn urġenti ta' preparazzjoni għat-tnaqqis fil-baġit tal-2014 fil-qasam taċ-Ċittadinanza Ewropea; jenfasizza li l-programm Ewropa għaċ-Ċittadini jservi bħala pont uniku u dirett bejn l-Unjoni u ċ-ċittadini tagħha sabiex jiġu appoġġjati l-azzjonijiet, il-petizzjonijiet u d-drittijiet ċivili; iqis il-livell preżenti ta' ffinanzjar bħala wieħed baxx wisq u jenfasizza li l-programm jiġi implimentat fil-kontenut tiegħu u b'hekk ikun mogħni b'aktar inizjattivi li jagħtu s-setgħa lill-valuri taċ-Ċittadinanza Ewropea; jopponi bil-qawwa kwalunkwe tnaqqis fil-baġit jew kwalunkwe dewmien tal-pagament għall-programm Ewropa għaċ-Ċittadini tal-2014–2020;

8.  Jilqa' l-progress pożittiv fit-tisħiħ tad-dimensjoni kulturali fil-Politika Ewropea tal-Viċinat (PEV) fl-2013, inklużi s-Sħubija tal-Lvant u l-Unjoni għall-Mediterran; jisħaq fuq l-importanza tad-Dikjarazzjoni Tbilisi, id-dokument tal-ewwel Konferenza Ministerjali tas-Sħubija tal-Lvant dwar il-Kultura, li titlob għal impenn kondiviż biex tiġi appoġġjata l-kultura bħala mutur għat-tkabbir u l-istabilità fir-reġjun; iħeġġeġ l-implimentazzjoni ulterjuri tal-Programm tal-Kultura tas-Sħubija tal-Lvant u l-promozzjoni ulterjuri tad-djalogu dwar politiki kulturali fil-programm "Il-Midja u l-Kultura għall-Iżvilupp fin-Nofsinhar tal-Mediterran".

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Silvia Costa, Mircea Diaconu, Damian Drăghici, Angel Dzhambazki, Petra Kammerevert, Andrew Lewer, Curzio Maltese, Fernando Maura Barandiarán, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Bogdan Brunon Wenta, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Milan Zver, Krystyna Łybacka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Therese Comodini Cachia, Marc Joulaud, Ilhan Kyuchyuk, Emma McClarkin, Liadh Ní Riada, Michel Reimon, Monika Smolková

6.2.2015

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Il-Kummissjoni u l-aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Sylvie Guillaume

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.       Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema l-kontijiet konsolidati tal-Unjoni Ewropea jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tal-Unjoni fil-31 ta' Diċembru 2013, iżda li s-sistemi ta' kontroll u ta' superviżjoni eżaminati huma parzjalment effikaċi fl-iżgurar tal-legalità u r-regolarità tal-pagamenti li fuqhom ibbażati l-kontijiet; jieħu nota wkoll tal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema l-gruppi ta' politika kollha li jkopru n-nefqa operattiva huma milquta minn livell għoli ta' żbalji, bir-rata ta' żball stmata, rigward il-pagamenti kontabilizzati, bħala waħda li, fl-2013, għaddiet minn 4,8 % għal 4,7 %;

2.  Jieħu nota tal-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri skont liema l-pagamenti għar-riċerka u politiki interni oħra kienu milquta minn livell għoli ta' żbalji; jixtieq li r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri jipprovdi tagħrif dettaljat dwar in-nefqa għall-ispazju ta' libertà, sigurtà u ġustizzja;

3.  huwa sodisfatt li r-rata ta' żballl residwu kkalkulata mis-servizzi tal-Kummissjoni fl-aħħar tal-2013 kienet inqas minn 2 % għall-qasam tal-ġustizzja u tal-affarijiet interni; jenfasizza madankollu li għandu jkompli jissemma l-bżonn li r-rata ta' żball fil-baġit titnaqqas ulterjorment;

4.  Jilqa' għalhekk pożittivament ir-rakkomandazzjoni Nru 2 tal-Qorti tal-Awdituri skont liema l-Kummissjoni trid tiżgura li l-attivitajiet ta' kontroll tagħha jkunu aktar ibbażati fuq analiżi tar-riskji, billi tiffoka l-kontrolli tagħha fuq il-benefiċjarji ta' riskju għoli (pereżempju, l-entitajiet inqas imdorrija bil-fondi Ewropej) u billi tnaqqas il-piż tal-kontrolli li jaqa' fuq dawk li għalihom ir-riskji huma inqas;

5.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet tar-rapport speċjali Nru 3/2014 tal-Qorti tal-Awdituri, intitolat "Tagħlimiet mill-iżvilupp imwettaq mill-Kummissjoni Ewropea tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen tat-tieni ġenerazzjoni (SIS II)", li fih il-Qorti tal-Awdituri eżaminat ir-raġunijiet li wasslu lill-Kummissjoni biex tforni s-SIS II b'aktar minn sitt snin ta' dewmien fir-rigward tal-iskadenza orġinali, u għal kost ferm ogħla mill-istimi inizjali; jenfasizza li r-rakkomandazzjonijiet għandhom jiġu segwiti sabiex jiġi żgurat ibbaġitjar prudenti u realistiku b'rabta mal-proġetti fuq skala kbira;

6. Jinsab sodisfatt li l-Fond għall-Fruntieri Esterni kkontribwixxa favur is-solidarjetà finanzjarja; jiddeplora madankollu l-fatt li l-valur miżjud Ewropew kien limitat u li r-riżultat kumplessiv ma setax jitkejjel minħabba dgħufijiet fil-monitoraġġ min-naħa tal-awtoritajiet responsabbli u minħabba nuqqasijiet serji fl-evalwazzjonijiet ex post tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

5.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

46

8

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Heinz K. Becker, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Mariya Gabriel, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Claude Moraes, József Nagy, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Petra Kammerevert, Ska Keller, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Jaromír Štětina, Kazimierz Michał Ujazdowski, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eugen Freund, Elisabetta Gardini, Charles Tannock

21.1.2015

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2013, Taqsima III – Kummissjoni u aġenziji eżekuttivi

(2014/2075(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Iratxe García Pérez

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi, dovut għall-involviment kontinwu tal-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament, il-proċess baġitarju tal-Unjoni jipprovdi opportunità għall-ippjanar u l-evalwazzjoni tal-progress lejn ugwaljanza bejn is-sessi fi ħdan l-Unjoni;

B.  billi l-ibbaġitjar skont is-sessi għandu jkun ibbażat fuq metodoloġija ċara li tidentifika kwistjonijiet relatati mas-sessi fi ħdan il-baġit ġenerali tal-Unjoni u, fejn possibbli, l-allokazzjoni ta' riżorsi b'rabta ma' dan, u tevalwa jekk il-politiki se jsaħħu jew inaqqsu l-inugwaljanzi eżistenti bejn in-nisa u l-irġiel;

1.  Jenfasizza li l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel tikkostitwixxi prinċipju fundamentali tal-Unjoni skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll hija għan tal-Istrateġija għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel għall-2010-2015, u li l-kwistjonijiet ta' ġeneru għandhom ikunu integrati fl-oqsma politiċi kollha; jitlob għalhekk implimentazzjoni komprensiva tal-ibbaġitjar skont is-sessi, li jinkludi l-evalwazzjoni mill-Qorti tal-Awdituri tal-baġit ġenerali tal-Unjoni minn perspettiva tal-ġeneru;

2.  Jieħu nota kif xieraq tar-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit, b'mod partikolari fir-rigward tal-impjieg u l-affarijiet soċjali, iżda jiddispjaċih dwar ir-referenzi limitati għall-ugwaljanza bejn is-sessi f'dan il-qasam, kif ukoll dwar fokus insuffiċjenti fuq l-impjieg, is-solidarjetà soċjali u l-ugwaljanza bejn is-sessi fir-Rapporti Speċjali ta' din is-sena tal-Qorti tal-Awdituri;

3.  Jinnota li m'hemmx konċentrazzjoni biżżejjed fuq programmi immirati li jippromwovu u jtejbu l-opportunitajiet ta' impjieg għan-nisa;

4.  Itenni t-talba tiegħu għal żvilupp ulterjuri tal-indikaturi u d-data skont is-sessi, sabiex ikunu jistgħu jseħħu evalwazzjonijiet tal-baġit ġenerali tal-Unjoni minn perspettiva tal-ġeneru u jiġu mmonitorjati l-isforzi b'rabta mal-ibbaġitjar tal-ġeneru;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni biex, f'konsultazzjoni mal-Qorti tal-Awdituri, tiċċara fis-segwitu tagħha għall-kwittanza 2013 kif l-użu ta' indikaturi u data jista' jiġi garantit fil-proċeduri ta' kwittanza fil-ġejjieni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

20.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Vicky Maeijer, Angelika Mlinar, Krisztina Morvai, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Jordi Sebastià, Michaela Šojdrová, Ángela Vallina, Beatrix von Storch, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Biljana Borzan, Linnéa Engström, Rosa Estaràs Ferragut, Mariya Gabriel, Ildikó Gáll-Pelcz, Kostadinka Kuneva, Marc Tarabella

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Fulvio Martusciello, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Iris Hoffmann, Karin Kadenbach, Andrey Novakov, Markus Pieper, Julia Pitera

(1)

 Rapport Speċjali Nru 13/2014: Appoġġ mill-UE għar-riabilitazzjoni wara t-terremot f'Ħaiti: http://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/SR14_13/QJAB14013MTC.pdf

(2)

 Il-faċilitajiet ta' finanzjament imħallat attwali tal-UE huma: il-Faċilità ta' Investiment tal-Viċinat (NIF), il-Faċilità ta' Investiment għall-Asja Ċentrali (IFCA), il-Faċilità ta' Investiment għall-Amerika Latina (LAIF), il-Faċilità ta' Investiment għall-Asja, il-Faċilità ta' Investiment għall-Paċifiku (IFP), il-Faċilità ta' Investiment għall-Karibew (CIF), il-Faċilità Ewro-Mediterranja ta' Investiment u Sħubija (FEMIP), il-Fond Fiduċjarju tal-UE għall-Infrastruttura fl-Afrika (EU-AITF) u l-Fond Globali għall-Effiċjenza Enerġetika u l-Enerġija Rinnovabbli (GEEREF). L-Inizjattiva Enerġija għal Kulħadd hija inizjattiva globali mmexxija min-Nazzjonijiet Uniti b'komponent ta' taħlit sinifikanti li l-UE kkontribwiet fih fl-2013.

(3)

 Qorti Ewropea tal-Awdituri, L-effettività tal-kombinament ta' għotjiet tal-faċilitajiet ta' investiment reġjonali ma' selfiet minn istituzzjonijiet finanzjarji għall-appoġġ ta' politiki esterni tal-UE, Rapport Speċjali Nru 16, 2014.

(4)

 Linji gwida tal-appoġġ tal-baġit, Kummissjoni Ewropea, Settembru 2012. http://ec.europa.eu/europeaid/sites/devco/files/methodology-budget-support-guidelines-201209_en_2.pdf

(5)

           DĠ DEVCO, Rapport Annwali ta' Attività 2013, paġna 114.

(6)

           Ara, pereżempju, ir-Rapport Annwali ta' Attività 2013 tad-DĠ DEVCO, Annessi, paġni 633-636.

(7)

           DĠ DEVCO, Rapport Annwali ta' Attività 2013, paġna 185.

(8)

           Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 tal-11 ta' Lulju 2006 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew u l-Fond ta' Koeżjoni u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1260/1999 (ĠU L 2010, 31.7.2006, p. 25).

Avviż legali