Proċedura : 2014/2132(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0103/2015

Testi mressqa :

A8-0103/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.54
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0163

RAPPORT     
PDF 182kWORD 103k
31.3.2015
PE 541.309v02-00 A8-0103/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2132(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2015),

1.      Jiddifferixxi d-deċiżjoni tiegħu dwar l-għoti ta' kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-impriża konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta’ Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f’Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2015),

1.      Jipposponi l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2132(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0103/2015),

A.     billi l-Impriża Konġunta Artemis ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet f’Diċembru 2007 għal perjodu ta’ 10 snin biex tiddefinixxi u timplimenta “Aġenda ta’ Riċerka” għall-iżvilupp ta’ teknoloġiji ewlenin għas-sistemi integrati tal-kompjuter f’diversi oqsma ta’ applikazzjoni biex issaħħaħ il-kompetittività u s-sostenibbiltà tal-Unjoni u sabiex tippermetti l-ħolqien ta’ swieq ġodda u applikazzjonijiet fis-soċjetà,

B.     billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu f'Ottubru 2009,

C.     billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta’ 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta hi ta’ EUR 420 000 000 li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba’ Programm Kwadru tar-Riċerka,

D.     billi l-kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-Istati Membri tal-ARTEMIS għandhom jammontaw għal mill-inqas 1,8 darbiet il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni filwaqt li l-kontribuzzjoni in natura mill-organizzazzjonijiet ta’ riċerka u żvilupp li jipparteċipaw fi proġetti għad-durata tal-Impriża Konġunta għandha tkun daqs jew akbar mill-kontribuzzjoni tal-awtoritajiet pubbliċi.

E.     billi l-Impriżi Konġunti ARTEMIS u ENIAC ingħaqdu biex tinħoloq l-Inizjattiva Teknoloġika Konġunta tal-Komponenti u s-Sistemi Elettroniċi għat-Tmexxija Ewropea (JTI ECSEL) li bdiet l-attività tagħha f’Ġunju 2014 u se tibqa’ għaddejja għal 10 snin,

F.     billi r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 ġie prodott fuq il-prinċipju ta' negozju avvjat,

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.      Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha fi tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

2.      Jieħu nota li l-istrateġija ta' awditjar ex post tal-Impriża Konġunta li kienet adottata fil-25 ta’ Novembru 2010 ġiet modifikata fl-20 ta’ Frar 2013; jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li bil-modifiki li saru fl-2013, l-istrateġija hija għodda ewlenija għall-valutazzjoni tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi;

3.      Jikkonstata li skont ir-rapport tal-Qorti, il-pagamenti li saru fl-2013 li huma relatati ma’ ċertifikati ta’ aċċettazzjoni tal-ispejjeż maħruġa mill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali tal-Istati Membri ammontaw għal EUR 11 700 000, jew 57 % tal-pagamenti operattivi totali;

4.      Josserva bi tħassib li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali ma jinkludux arranġamenti prattiċi għal awditi ex post, għalkemm l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ġie ddelegat lill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali;

5.      Jinnota li l-istrateġija ex post adottata mill-Impriża Konġunta tiddikjara li hi għandha tivvaluta mill-inqas darba fis-sena jekk l-informazzjoni mibgħuta mill-awtoritajiet ta’ finanzjament nazzjonali jipprovdux biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tar-regolarità u l-legalità tat-tranżazzjonijiet esegwiti;

6.      Jinnota li skont ir-rapport tal-Qorti, l-Impriża Konġunta rċeviet rapporti tal-awditjar mill-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali li jkopru bejn wieħed u ieħor 46 % tal-ispejjeż relatati ma’ proġetti kkompletati; jinnota bi tħassib li l-Impriża Konġunta ma evalwatx il-kwalità ta’ dawk l-awditi u li, sa tmiem Marzu 2014, l-Impriża Konġunta ma kinitx irċeviet informazzjoni dwar l-istrateġiji ta' awditjar ta' sebgħa minn 23 awtorità ta’ finanzjament nazzjonali; jikkonstata barra minn hekk li l-Impriża Konġunta, għaldaqstant, ma kinitx f'pożizzjoni li tivvaluta jekk l-awditi ex post jipprovdux biżżejjed assigurazzjoni fir-rigward tal-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi.

7.      Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li minbarra t-titjib fl-istrateġija ta' awditjar ex post tagħha, ġie ppreżentat pjan ta’ azzjoni li għandu l-għan li jirrimedja n-nuqqasijiet identifikati mill-Qorti fl-opinjoni kwalifikata tagħha; jikkonferma li rċieva mingħand l-Impriża Konġunta l-aħħar aġġornament fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-awditjar ex post fl-Impriża Konġunta; jistenna l-opinjoni tal-Qorti dwar il-formola l-ġdida proposta għall-kalkolu tal-istima tar-rata ta' erruri residwi fit-tranżazzjonijiet tal-Impriża Konġunta; jinnota li l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni bdiet fl-2014; jistenna bil-ħerqa l-implimentazzjoni b’suċċess tal-pjan ta’ azzjoni kollu kif ukoll l-opinjoni tal-Qorti dwar l-eżitu tiegħu; jirrimarka li jistgħu jinqalgħu diffikultajiet dwar il-konfini bejn l-awtorità sovrana tal-awtoritajiet ta' finanzjament nazzjonali u l-awtorità tal-Impriża Konġunta; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tipprovdi l-ewwel rapport ta’ evalwazzjoni interim dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ azzjoni;

8.      Jaċċerta mir-rapport tal-Qorti li l-baġit inizjali 2013 tal-Impriża Konġunta kien fih approprjazzjonijiet ta’ impenn li jammontaw għal EUR 68,9 miljun u kien emendat fl-aħħar tas-sena, biex b’hekk l-approprjazzjonijiet ta’ impenn tnaqqsu għal EUR 32,6 miljun; jinnota bi tħassib li wara t-tnaqqis, ir-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet biss 69 %, filwaqt li r-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn operattivi kienet 99,4 %; ir-rata baxxa ta' implimentazzjoni tal-baġit hija prinċipalment dovuta għall-proċess twil u kumpless għall-għeluq finanzjarju tal-proġetti.

9.      Jieħu nota li l-baġit massimu totali tal-Impriża Konġunta, skont ir-Regolament tat-twaqqif tagħha, jammonta għal EUR 410 miljun biex tkopri l-ispejjeż operattivi; jikkonstata barra minn hekk li l-ammont attwali ta' approprjazzjonijiet impenjati għas-sejħiet għal proposti jammonta għal EUR 201 miljun, jew 49 % tal-baġit totali;

10.    Jinsab imħasseb minħabba li hemm ftit informazzjoni dwar l-evalwazzjoni biex jiġi żgurat li l-kontribuzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-organizzazzjonijiet tar-riċerka u l-iżvilupp jikkorrispondu għal-livell reali tal-pagamenti tal-Unjoni; skont l-informazzjoni li waslet, il-kontribuzzjoni tal-Istati Membri hija taħt il-livell ta' 1,8 mitlub mill-Istatut tal-Impriża Konġunta; jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Qafas ġuridiku

11.    Jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li l-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju l-ġdid ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jikkonstata li minħabba l-fużjoni fl-Impriża Konġunta ECSEL, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta ma ġewx emendati biex jirriflettu dawn il-bidliet;

12.    Jinnota d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni(17) u l-ftehim politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar kwittanza separata li għandha tingħata mill-Parlament Ewropew fuq rakkomandazzjoni tal-Kunsill, għall-Impriżi Konġunti skont l- Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

13.    Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja kompluta u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta l-Impriża Konġunta ECSEL bdiet l-attività tagħha;

Sistemi ta' kontroll intern

14.    Jinsab imħasseb minħabba li l-Impriża Konġunta ma stabbilitx kapaċità ta' awditjar intern kif mitlub fl-Artikolu 6(2) tar-Regolament tat-twaqqif tagħha; jinnota, barra minn hekk, li għalkemm il-karta ta’ missjoni tas-Servizz tal-Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni Ewropea ġiet adottata mill-Bord tat-Tmexxija fil-25 ta’ Novembru 2010, ir-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati sabiex jinkludu d-dispożizzjoni tal-mudell tar-regolament finanzjarju li tirreferi għas-setgħat tal-IAS;

15.    Jieħu nota li fl-2013, l-IAS wettaq awditjar tal-adegwatezza u l-effikaċja tas-sistema ta’ kontroll intern tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-ġestjoni tal-esperti; jirrikonoxxi mill-konklużjonijiet tal-awditjar li s-sistema ta’ kontroll intern attwali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli biex jinkisbu l-objettivi tal-Impriża Konġunta fir-rigward tal-ġestjoni tal-esperti; jinnota, barra minn hekk, li saru bosta rakkomandazzjonijiet importanti fir-rigward tal-adozzjoni ta' politika komprensiva ta' kunfidenzjalità, kif ukoll fir-rigward tas-sensittività tal-kariga tal-uffiċjal tal-programm u tar-regoli għall-allokazzjoni tal-piż tax-xogħol għall-evalwaturi mbiegħda;

16.    Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta, flimkien mal-Impriżi Konġunti Clean Sky, ENIAC, FCH u IMI kienu s-suġġett ta’ valutazzjoni tar-riskju tal-IT fir-rigward tal-infrastruttura kondiviża tagħhom tal-IT imwettqa mill-IAS;

17     Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-Pjan ta’ Rkupru minn Diżastru għall-infrastruttura komuni tal-IT tal-Impriża Konġunta ma ġiex approvat; jikkonstata li l-Impriża Konġunta ħadet miżuri fil-livell proprju tagħha sabiex tindirizza s-sitwazzjonijiet ta’ emerġenza;

Kunflitti ta' interess

18.    Jinnota bi tħassib kbir li l-Impriża Konġunta naqset milli tirrispetta r-rakkomandazzjonijiet tal-awtorità tal-kwittanza tal-2014 u ma adottatx politika komprensiva dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitt ta’ interessi; itenni l-ħtieġa ta' definizzjoni ċara ta’ dan il-kunċett ta’ kunflitt ta’ interess, li għandha tinkludi kemm l-interessi finanzjarji kif ukoll dawk mhux finanzjarji;

19.    Iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta biex tipproċedi bl-iżvelar rapidu, komplut u fil-fond tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet tal-interessi mid-Direttur Eżekuttiv u l-membri tal-Bord tat-Tmexxija tagħha sa Settembru 2015; jitlob ukoll li sa Settembru 2015 tinħoloq bażi ta’ data aġġornata regolarment li tinkludi l-informazzjoni kollha relatata ma’ kunflitti ta’ interess u proċedura biex dawn jiġu ġestiti, u jinħoloq mekkaniżmu biex jiġi indirizzat il-ksur tal-politika;

20.    Jappella lill-Impriża Konġunta biex tadotta politiki komprensivi għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess, bħaċ-ċessjoni tal-interess mill-uffiċjali pubbliċi, l-iskwalifika tal-uffiċjali pubbliċi milli jkunu involuti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikkonċernati, ir-restrizzjoni ta’ aċċess mill-uffiċjali pubbliċi kkonċernati għal informazzjoni partikolari, l-arranġament mill-ġdid tad-dmirijiet tal-uffiċjali pubbliċi jew ir-riżenja tal-uffiċjali pubbliċi mill-kariga tagħhom;

21. Peress li l-Impriża Konġunta ngħaqdet fl-2014, l-awtorità ta’ kwittanza tappella lill-Impriża Konġunta ECSEL biex ma tkomplix bin-nuqqas ta’ politika dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

22.    Jieħu nota tal-fatt li d-deċiżjoni dwar is-Seba' Programm Kwadru(18) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar b'rabta mal-protezzjoni, it-tixrid u t-trasferiment tar-riżultati tar-riċerka; jaċċerta li l-Impriża Konġunta żviluppat proċeduri f’dan ir-rigward sabiex jiġu mmonitorjati l-protezzjoni u t-tixrid tar-riżultati tar-riċerka tagħhom fi stadji differenti tal-proġett; jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li hemm aktar ħtieġa ta’ żvilupp sabiex jiġu ssodisfati d-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni;

23.    Jirrikonoxxi li bejn Settembru 2012 u Frar 2013, twettqet it-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni li tivvaluta l-Impriża Konġunta flimkien mal-Impriża Konġunta ENIAC f’termini ta’ rilevanza, effikaċja, effiċjenza u kwalità tar-riċerka; jieħu nota li r-rapport inħareġ f’Mejju 2013 u kien fih diversi rakkomandazzjonijiet għall-Impriża Konġunta; jinnota li dawn ir-rakkomandazzjonijiet huma relatati mal-effiċjenza tar-rieżamijiet tal-proġetti, it-titjib fit-tqabbil tal-portafoll tal-proġetti mal-miri strateġiċi Ewropej u l-adegwatezza tal-metrika għall-kejl tal-impatt u s-suċċess tal-proġetti tagħha;

24     Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

25.    Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza ġa talbet lill-Qorti biex tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiġu żgurati valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

12

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Fulvio Martusciello, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.

(2)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(6)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(7)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(9)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 8.

(10)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 9.

(11)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(12)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(13)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(14)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(15)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(16)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(17)

ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.

(18)

Artikolu 7 tad-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).

Avviż legali - Politika tal-privatezza