Proċedura : 2014/2131(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0107/2015

Testi mressqa :

A8-0107/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.55
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0164

RAPPORT     
PDF 184kWORD 109k
31.3.2015
PE 541.308v01-00 A8-0107/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2131(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(5),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8–0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 71/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 558/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta Clean Sky 2(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2015),

1.      dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta Clean Sky 2, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2131(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta Clean Sky għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0107/2015),

A. billi l-Impriża Konġunta "Clean Sky" (l-"Impriża Konġunta") ġiet stabbilita fl-2007 għal perjodu ta' 10 snin biex taċċelera l-iżvilupp, il-validazzjoni u d-dimostrazzjoni ta' teknoloġiji nodfa tat-trasport bl-ajru fl-Unjoni bil-għan li jibdew jintużaw mill-aktar fis possibbli,

B.  billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fis-16 ta' Novembru 2009;

C. billi l-membri fundaturi tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, irrappreżentata mill-Kummissjoni, u s-sħab industrijali bħal pereżempju l-mexxejja tad-"Dimostraturi tat-Teknoloġija Integrat" (ITDs), flimkien mal-membri assoċjati tal-ITDs,

D. billi l-kontribuzzjoni massima għall-perjodu ta’ 10 snin mill-Unjoni lill-Impriża Konġunta, li għandha titħallas mill-baġit tas-Seba' Programm Kwadru għar-Riċerka, hija ta’ EUR 800 000 000 u membri oħrajn tal-Impriża Konġunta għandhom jikkontribwixxu riżorsi mill-inqas ekwivalenti għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni, inklużi l-kontribuzzjonijiet in natura;

E.  billi l-Impriża Konġunta involviet mill-bidu tal-operazzjonijiet tagħha aktar minn 600 parteċipant fil-Programm tagħha u wasslet għal kollaborazzjonijiet ġodda u għall-parteċipazzjoni ta’ organizzazzjonijiet ġodda;

F.  billi l-intrapriżi żgħar u medji (SMEs) ipparteċipaw b'mod wiesa' fil-Programm, b’madwar 40 % tal-baġit għal sejħiet għall-proposti allokati lilhom.

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b’mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta’ Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet u l-flussi tal-flus tagħha fi tmiem is-sena, skont id-dispożizzjonijiet tar-Regoli Finanzjarji tagħha;

2.  Jinnota li l-Qorti, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta (“ir-Rapport tal-Qorti”), indikat li t-tranżazzjonijiet ta' bażi għall-kontijiet annwali huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

3.  Jinnota li l-baġit emendatorju finali 2013 tal-Impriża Konġunta kien jinkludi approprjazzjonijiet ta’ impenn għal ammont ta’ EUR 250 400 000 u approprjazzjonijiet ta’ pagament għal ammont ta’ EUR 158 200 000; jinnota barra minn hekk li r-rata ta’ utilizzazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta’ impenn kienet ta’ 90,6 %, filwaqt li r-rata għall-approprjazzjonijiet ta’ pagament kienet ta’ 87,7 %;

4.  Jinnota bi tħassib li r-rata aktar baxxa ta’ approprjazzjonijiet ta’ pagament għadha tirrifletti d-dewmien fl-implimentazzjoni tal-baġit, għalkemm ir-rata tjiebet meta mqabbla mas-sena ta' qabel (75 %); jirrikonoxxi li dawn il-kwistjonijiet prinċipalment jirriżultaw mid-dewmien fl-implimentazzjoni ta' attivitajiet kif ukoll mit-tul ta' żmien li jgħaddi bejn il-pubblikazzjoni ta' sejħiet għal proposti u l-iffirmar ta' ftehimiet ta' għotjiet; jinnota, f’dan ir-rigward, li minn Diċembru 2013, kien hemm biss 14 mit-38 ftehim ta’ għotja li ġew iffirmati, b’medja ta' żmien ta' firma ta' disa’ xhur miż-żmien tas-sejħa għal proposti u ħames xhur mit-tmiem tan-negozjati;

5.  Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li skont ir-regolament tat-twaqqif tal-Impriża Konġunta, il-membri tal-Impriża Konġunta għajr il-Kummissjoni għandhom jikkontribwixxu riżorsi ta' mhux anqas minn EUR 600 000 000, li jinkludu l-kontribuzzjonijiet tagħhom sabiex ikopru l-kost operazzjonali; jinnota li fiż-żmien tal-awditjar tal-Qorti, il-kontribuzzjoni impenjata mill-Unjoni kienet tammonta għal EUR 713 000 000 filwaqt li r-riżorsi mill-membri kienu jammontaw għal EUR 409 000 000; jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Sistemi ta' kontroll intern

6.  Jirrikonoxxi l-opinjoni tal-Qorti li l-Impriża Konġunta kompliet ittejjeb il-proċeduri ta’ ġestjoni, amministrattivi, finanzjarji u kontabilistiċi tagħha matul l-2013 u jinnota f’dan ir-rigward it-tlestija tal-"Għodda tal-ġestjoni tal-għotjiet (għodda GMT)"; jistieden lill-Impriża Konġunta biex tiffinalizza l-integrazzjoni tal-għodda GMT kif ukoll biex fl-għodda tintegra l-informazzjoni kollha relatata ma’ eżerċizzji tal-awditjar ex post;

7.      Jinnota li bosta nuqqasijiet ġew identifikati meta l-għodda GMT ġiet ittestjata mill-uffiċjal tal-kontabilità; jaqbel mar-rakkomandazzjoni tal-Qorti li segwitu marbut mar-riżoluzzjoni ta’ dawn in-nuqqasijiet huwa meħtieġa, b’mod partikolari rigward il-funzjoni użata biex jiddaħħlu kummenti magħmula mill-uffiċjali finanzjarji u tal-verifika, minħabba li din il-funzjoni hija essenzjali għall-proċedura ta’ validazzjoni; jinnota li ġew implimentati diversi żviluppi ta’ GMT mill-Impriża Konġunta fl-ewwel nofs tal-2014 u huma ppjanati żviluppi oħra tas-sistema;

8.      Jinnota li l-kontroll ex ante fuq l-attivitajiet imwettqa minn membri tal-Impriża Konġunta identifika każ wieħed meta, kuntrarjament għad-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta u tal-manwal tal-proċeduri tagħha, l-istess membru tal-persunal wettaq il-proċedura għall-validazzjoni tal-impenn fil-kapaċità kemm tal-aġent tal-verifika kif ukoll ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li sar pagament wieħed taħt il-kondizzjonijiet deskritti hawn fuq; jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta aġġornat is-sistema ta’ superviżjoni finanzjarja billi introduċiet atturi ġodda biex iwettqu r-rwoli ta’ verifikatur finanzjarju u dak ta' uffiċjal tal-awtorizzazzjoni, u li l-funzjonijiet ta' bidu u tal-verifika/awtorizzazzjoni qed jinżammu separati; jinnota, barra minn hekk, it-tieni każ identifikat mill-kontroll ex ante li fih ir-rapport tekniku ta’ valutazzjoni ma kienx disponibbli fl-għodda GMT;

9.  Jinnota bi tħassib mir-rapport tal-Qorti li kienu identifikati serje ta’ nuqqasijiet fir-rigward tal-kontroll ex ante ta’ dikjarazzjonijiet ta' spiża ppreżentati mis-sħab tal-Impriża Konġunta, bħal:

(a) il-kontrolli ex ante għal listi ta' kontroll ta' dikjarazzjonijiet ta' spiża mhux dejjem kienu kompluti,

(b) f’każ partikolari l-kompiti tal-verifikazzjoni finanzjarja u operattiva u l-awtorizzazzjoni twettqu mill-istess membru tal-persunal, kif ukoll tliet każijiet oħra fejn il-kompiti tal-uffiċjali finanzjarji u tal-awtorizzazzjoni twettqu mill-istess membru tal-persunal; jinnota bi tħassib li dawn il-każijiet imorru kontra d-dispożizzjonijiet tal-proċeduri finanzjarji u l-prinċipju tas-segregazzjoni tad-dmirijiet;

(c)  f'każ ieħor, il-ftehim ta' għotja mas-sieħeb ġie ffirmat ħames xhur wara li l-attivitajiet kienu bdew, kif kien approvat fir-rapport tan-negozjati u fil-ftehim tal-għotja, iżda fin-nuqqas tad-dikjarazzjoni meħtieġa li tiġġustifika l-ħtieġa li jinbdew l-attivitajiet qabel il-firma tal-ftehim ta' għotja; jinnota r-riżultati importanti miksuba fir-rigward tal-ġestjoni tal-ftehim ta’ għotja għas-Sħab fis-sena 2013 fejn ġew iffirmati total ta’ 106 ftehim ta’ għotja ġdid għas-Sab, ġew finalizzati b’suċċess total ta’ 99 negozjati għal ftehimiet ġodda ta’ għotja mas-Sħab, ġew iffirmati total ta’ 106 emenda għal għotjiet li għaddejjin u kien hemm total ta’ 105 pagamenti lis-Sħab;

(d) mill-31 ta' Diċembru 2013, minn 163 dikjarazzjoni ta' spiża, 56 ma tressqux; jinsab imħasseb ħafna li 15 mis-56 dewmien qabeż is-sena;

10. Jirrikonoxxi mill-Impriża Konġunta li l-każijiet ta’ nuqqas ta’ segregazzjoni tad-dmirijiet kienu każijiet eċċezzjonali kkawżati min-nuqqas ta’ atturi oħra disponibbli li kapaċi jwettqu d-dmirijiet ikkonċernati;

11. Jinnota li matul l-2013, f'kooperazzjoni mal-kumpanija esterna ta' awditjar, l-awditur intern beda awditu tal-proċessi tan-negozju tal-Impriża Konġunta relatati mal-"Koordinazzjoni u l-monitoraġġ tal-attivitajiet tal-ITD" u l-"Ġestjoni tal-attivitajiet tas-Sħab";

12. Jaċċerta li minħabba l-osservazzjonijiet tas-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni rigward il-Ġestjoni tal-Għotjiet — Ippjanar Annwali, f’Marzu 2013 l-Impriża Konġunta adottata pjan ta’ azzjoni, li fiż-żmien tal-awditjar, ma ġiex implimentat b’mod sħiħ; jinnota li l-osservazzjonijiet ewlenin fir-rapport tal-IAS jikkonċernaw id-dewmien fl-implimentazzjoni tal-programm, in-nuqqas ta' utilizzazzjoni tal-baġit u diffikultajiet fl-evalwazzjoni tal-konsum ta' riżorsi;

13. Jirrikonoxxi li fl-14 ta' Marzu 2014, l-IAS ippreżenta r-riżultati tal-awditu li jikkonċernaw l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema ta' kontroll intern, fir-rigward tal-Ġestjoni tal-Għotjiet u l-implimentazzjoni finanzjarja tagħha; jinnota l-konklużjonijiet tal-IAS, li sistemi ta’ kontroll intern fis-seħħ jagħtu assigurazzjoni raġonevoli fir-rigward tal-ilħuq tal-objettivi tan-negozju stabbiliti mill-Impriża Konġunta għall-Ġestjoni tal-Ġħotjiet u l-implimentazzjoni finanzjarja tagħha; jinnota, barra minn hekk, erbgħa osservazzjonijiet importanti u żewġ osservazzjonijiet importanti ħafna dwar il-formalizzazzjoni tal-proċedura għall-validazzjoni ta' riżultati tanġibbli tal-proġett, kif ukoll titjib meħtieġ għall-validazzjoni ex ante kkonsolidata u għal-listi ta’ kontroll;

14. Jinnota, barra minn hekk, li l-IAS wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-IT tal-infrastruttura komuni tal-IT li l-Impriża Konġunta tikkondividi mal-Impriżi Konġunti FCH, IMI, ENIAC u ARTEMIS;

15. Jirrikonoxxi li l-karta ta' missjoni tal-IAS ġiet adottata mill-Bord ta' Tmexxija fil-31 ta’ Marzu 2011; jinnota li r-regoli finanzjarji tal-Impriża Konġunta għadhom ma ġewx emendati biex jinkludu d-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju ta’ qafas(17) li jirreferu għas-setgħat tal-awditur intern tal-Kummissjoni minħabba l-adozzjoni pendenti tar- Regolament (UE) Nru 110/2014 dwar il-mudell tar-regolament finanzjarju għal korpi ta’ sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li daħal fis-seħħ biss fit-8 ta’ Frar 2014;

16. Jirrikonoxxi li d-deċiżjon i tas-Seba' Programm Kwadru(18) (Deċiżjoni FP7) tistabbilixxi sistema ta' monitoraġġ u rappurtar relatata mal-protezzjoni, id-disseminazzjoni u t-trasferiment tar-riżultati ta' riċerka; jinnota bi tħassib li l-proċeduri relatati mas-sistema ta' monitoraġġ u ta’ rappurtar żviluppati mill-Impriża Konġunta ma jissodisfawx għal kollox id-dispożizzjonijiet tad-Deċiżjoni FP7 fir-rigward tad-disseminazzjoni tar-riżultati ta' riċerka u l-integrazzjoni tagħhom fis-sistemi tal-Kummissjoni; jistieden lill-Impriża Konġunta ssolvi din is-sitwazzjoni b'mod urġenti;

18. Jinnota li bejn Marzu u Ottubru 2013 il-Kummissjoni wettqet it-tieni evalwazzjoni interim tal-Impriża Konġunta u vvalutatha f’termini tal-effikaċja, l-effiċjenza u l-kwalità tar-riċerka;

19. Jinsab imħasseb li r-rapport mill-evalwazzjoni interim ipproduċa bosta rakkomandazzjonijiet rigward l-għadd inadegwat ta' persunal tekniku għat-twettiq tal-attivitajiet tagħha, il-ħtieġa għall-armonizzazzjoni ta' rapporti ta' progress dwar l-attività u rapporti ta' evalwazzjoni teknika fost il-membri tal-ITDs tal-Impriża Konġunta kif ukoll il-ħtieġa għal titjib fil-proċeduri għall-għażla ta' sottokuntratturi; jinnota, barra minn hekk, li sabiex jissaħħu l-konformità ġenerali u l-prestazzjoni, l-Impriża Konġunta għandha tiddokumenta aħjar il-proċess tal-Ftehimiet ta' Għotja;

20. Jirrikonoxxi li d-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta adotta l-pjan tal-kontinwità tan-negozju tiegħu fid-29 ta’ Novembru 2013 li jkopri l-irkupru mid-diżastri, il-passi immedjati li għandhom jittieħdu wara, l-arranġamenti ta’ rkupru u ż-żamma tal-attivitajiet;

Qafas ġuridiku

21. Jieħu inkonsiderazzjoni l-fatt li r-Regolament Finanzjarju l-ġdid applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni ġie adottat fil-25 ta' Ottubru 2012 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2013, filwaqt li r-Regolament (UE) Nru 110/2014 ma daħalx fis-seħħ qabel it-8 ta' Frar 2014; jirrikonoxxi li r-Regoli Finanzjarji tal-Impriża Konġunta ġew emendati biex jieħdu inkonsiderazzjoni r-Regolament (UE) Nru 110/2014 fit-3 ta' Lulju 2014;

Kummenti oħra

22. Jikkonstata d-Dikjarazzjoni konġunta mill-Parlament, mill-Kunsill u mill-Kummissjoni(19) u l-qbil politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar il-kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti skont l-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju;

23. Jappella lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja sħiħa u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta bdiet topera l-Impriża Konġunta Clean Sky 2;

24. Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

25. Jinnota li f'Diċembru 2013 l-Impriża Konġunta adottat il-Kodiċi ta' Kondotta għall-prevenzjoni u l-mitigazzjoni tal-kunflitti ta' interess applikabbli għal membri privati tal-Bord ta' Tmexxija; jinsab imħasseb li l-adozzjoni tal-Kodiċi ta’ Kondotta applikabbli għall-membri tal-persunal u atturi oħra, inklużi l-esperti, kien għadu pendenti fiż-żmien tal-verifika; jindika li l-Impriża Konġunta ma żviluppatx bażi ta' data biex tirreġistra l-kunflitti ta' interess, l-inkompatibbiltajiet, id-dikjarazzjonijiet u d-dokumenti relatati.

26. Jinnota bi tħassib li l-obbligu sabiex jippubblikaw is-CVs u d-Dikjarazzjonijiet tal-Interessi ma japplikax għall-membri tal-persunal u l-esperti; jistieden lill-Aġenzija Konġunta testendi dan l-obbligu anke għall-membri tal-persunal u l-esperti; Iħeġġeġ lill-Aġenzija Konġunta biex tagħti rendikont tal-każijiet kollha ta' kunflitti ta' interess sa tmiem Settembru 2015;

27. Jitlob lill-Impriża Konġunta biex tadotta politiki komprensivi għall-ġestjoni ta’ sitwazzjonijiet ta’ kunflitt ta’ interess, bħaċ-ċessjoni tal-interess mill-uffiċjali pubbliċi, l-iskwalifika tal-uffiċjali pubbliċi milli jkunu involuti fil-proċessi ta' teħid ta' deċiżjonijiet ikkonċernati, ir-restrizzjoni ta’ aċċess mill-uffiċjali pubbliċi kkonċernati għal informazzjoni partikolari, l-arranġament mill-ġdid tad-dmirijiet tal-uffiċjali pubbliċi jew ir-riżenja tal-uffiċjali pubbliċi mill-kariga tagħhom a tmiem Settembru 2015;

28. Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza ġa talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiżguraw valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni;

29. Jemmen li, fejn xieraq, ir-rabtiet bejn l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta SESAR għandhom jissaħħu, jistieden lill-Kummissjoni biex taħdem maż-żewġ Impriżi Konġunti biex ittejjeb il-komunikazzjoni u ssaħħaħ is-sinerġiji u l-komplementaritajiet, filwaqt li fl-istess ħin jiġi żgurat li ma jkun hemm l-ebda riskju ta’ koinċidenza bejn l-attivitajiet taż-żewġ impriżi konġunti inkwistjoni;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Fulvio Martusciello, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 17.

(2)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 18.

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(6)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(7)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(9)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 17.

(10)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 18.

(11)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(12)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(13)

ĠU L 30, 4.2.2008, p. 1.

(14)

ĠU L 169, 7.6.2014, p. 77.

(15)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(16)

ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(17)

Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tat-19 ta’ Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72).

(18)

ĠU L 412, 30.12.2006, p.1;

(19)

ĠU 163, 29.5.2014, p. 21.

Avviż legali