Proċedura : 2014/2130(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0110/2015

Testi mressqa :

A8-0110/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.60
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0169

RAPPORT     
PDF 194kWORD 241k
31.3.2015
PE 541.303v02-00 A8-0110/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2130(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Anders Primdahl Vistisen

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2130(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2015 – C8-0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(5), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(6),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(7),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0110/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2130(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(8),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(9) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-17 ta' Frar 2014 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05306/2014 – C8-0049/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta' Ġunju 2002 rigward ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(10),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 219/2007 tas-27 ta' Frar 2007 dwar l-istabbiliment ta' Impriża Konġunta għall-iżvilupp tas-sistema Ewropea ta' ġenerazzjoni ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru (SESAR)(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(b) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(13),

–       wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta’ qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0110/2015),

1.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta SESAR, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2130(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tieghu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0110/2015),

A.     billi l-Impriża Konġunta SESAR ("l-Impriża Konġunta") twaqqfet fi Frar 2007 biex tmexxi l-programm ta' Riċerka dwar il-Ġestjoni tat-Traffiku bl-Ajru tal-Ajru Uniku Ewropew (Single European Sky Air Traffic Management Research - SESAR) li hu intenzjonat biex jimmodernizza l-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru fl-Ewropa;

B.     billi l-proġett SESAR hu maqsum f'"fażi ta' definizzjoni" (2004-2007) immexxija minn Eurocontrol, "fażi ta' żvilupp" inizjali (2008-2016), iffinanzjata mill-perjodu ta' programmazzjoni u ġestita mill-Impriża Konġunta u "fażi ta' twaqqif" (2014-2020) li tkun attiva b'mod parallel mal-"fażi ta' żvilupp"; billi hu mistenni li l-"fażi ta' twaqqif" titmexxa mill-industrija u mill-partijiet interessati għall-produzzjoni u l-implimentazzjoni fuq skala kbira tal-infrastruttura l-ġdida għall-ġestjoni tat-traffiku bl-ajru;

C.     billi l-Impriża Konġunta bdiet taħdem b'mod awtonomu fl-2007 u hemm l-obbligu li tibda l-"fażi ta' twaqqif";

D.     billi l-Impriża Konġunta ġiet iddisinjata bħala sħubija bejn is-settur pubbliku u dak privat bl-Unjoni u Eurocontrol bħala membri fundaturi;

E.     billi l-baġit għall-fażi ta' żvilupp tal-proġett SESAR fil-perjodu 2008-2016 huwa ta’ EUR 2 100 000 000 u għandu jiġi pprovdut f’partijiet ugwali mill-Unjoni, minn Eurocontrol u mis-sħab parteċipanti mis-settur pubbliku u dak privat;

1.  Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Impriża Konġunta fil-koordinament u l-implimentazzjoni tar-riċerka mwettqa mill-proġett SESAR, li huwa proġett pilastru tal-Ajru Uniku Ewropew; jikkonstata wkoll li s-sena 2014 irrappreżentat il-bidu tal-fażi ta' twaqqif tal-proġett SESAR;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jikkonstata li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") iddikjarat li l-kontijiet annwali tal-2013 tal-Impriża Konġunta jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2013 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi ta' flusha għas-sena li kienet għadha kif intemmet, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti Finanzjarji tagħha;

3.  Jikkonstata li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2013 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn li jammontaw għal EUR 64 300 000 u approprjazzjonijiet ta' pagament li jammontaw għal EUR 105 400 000; jikkonstata, barra minn hekk, li r-rati ta' użu għall-approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament kienu ta' 99,6 % u ta' 94,7 % rispettivament;

4.  Jieħu nota tal-fatt li, sal-31 ta' Diċembru 2013, il-fażi ta' żvilupp tal-Impriża Konġunta kienet tikkonsisti minn ħidma fuq proġetti minn 16-il membru, inkluż Eurocontrol, fir-rigward ta' attivitajiet fil-programm li kienu jinvolvu lil aktar minn 100 entità jew subkuntrattur mis-settur privat u dak pubbliku u li rriżultaw biex ġew implimentati jew tlestew 333 mit-358 proġett fil-programm taħt it-tielet Ftehim Qafas Multilaterali (FQM);

5.  Jindika li ġie impenjat il-100 % tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni u Eurocontrol pagabbli lill-15-il membru l-ieħor taħt it-tielet FQM ta' EUR 595 000 000; jikkonstata barra minn hekk li 55 % ta' dak l-ammont, ekwivalenti għal EUR 316 000 000, tħallas sal-31 ta' Diċembru 2013 waqt li hu mistenni li l-45 % li jifdal (EUR 279 000 000) se jitħallas sal-31 ta' Diċembru 2016;

6.  Jirrikonoxxi l-fatt li, fl-2013, l-Impriża Konġunta kkonkludiet ir-raba' FQM tagħha, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014 u li hu mistenni li jibqa' fis-seħħ għat-tliet snin li jifdal mill-ħajja operattiva tal-Impriża Konġunta; jikkonstata li r-raba' FQM jiddisponi biex in-numru ta' proġetti jitnaqqas għal 250 billi proġetti attwali jiġu magħquda flimkien, u biex jiġu allokati EUR 38 000 000 għall-finanzjament ta' attivitajiet operattivi ġodda; jirrikonoxxi li din l-allokazzjoni se tiġi pprovduta mill-Impriża Konġunta u se tirriżulta mis-sinerġiji meta l-proġetti msemmija jiġu magħquda flimkien;

7.  Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza rigward il-kontribuzzjonijiet tal-membri kollha apparti l-Kummissjoni, inkluża l-applikazzjoni tar-regoli dwar l-evalwazzjoni għall-kontribuzzjonijiet in natura, flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

Qafas ġuridiku

8.  Jieħu nota tal-fatt li, nhar it-13 ta' Diċembru 2013, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta, bi qbil mal-Kummissjoni, adotta r-Regolamenti Finanzjarji tiegħu għall-perjodu ta' programmazzjoni 2014-2020 fuq bażi provviżorja; ifakkar li r-Regolamenti Finanzjarji ġew adottati skont ir-regolament finanzjarju ta' qafas tal-Kummissjoni(15) b'seħħ mill-1 ta' Jannar 2014;

9.  Jikkonstata li r-Regolamenti Finanzjarji tal-Impriża Konġunta huma soġġetti għall-opinjonijiet u d-deċiżjonijiet li daqt toħroġ il-Kummissjoni, b'attenzjoni partikolari għall-kontinwazzjoni tad-derogi ta' finanzjament li kienu fis-seħħ fil-perjodu ta' programmazzjoni preċedenti;

10. Jikkonstata d-Dikjarazzjoni Konġunta mill-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni(16) u l-qbil politiku sussegwenti li ntlaħaq dwar kwittanza separata għall-Impriżi Konġunti;

Sistemi ta' kontroll intern

11. Jikkonstata li, bi qbil mal-pjan ta' awditjar strateġiku kkoordinat għall-Impriża Konġunta għall-perjodu 2012-2014, twettqu rieżami limitat tal-proċedura ta' għeluq applikabbli għall-proġetti ta' ġestjoni tal-għotjiet, kif ukoll valutazzjoni tar-riskji tat-teknoloġija informatika mis-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni; jikkonstata barra minn hekk li twettqu awditjar tal-konformità tal-ġestjoni tal-akkwisti u l-kuntratti, kif ukoll rieżami tal-awtorizzazzjonijiet għall-proċeduri tax-xogħol fis-sistema ABAC mill-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) fl-2013;

12. Jindika li l-Impriża Konġunta implimentat miżuri speċifiċi għall-prevenzjoni ta' kunflitti ta’ interess fir-rigward tat-tliet partijiet interessati ewlenin tagħha: il-membri tal-Bord Amministrattiv, l-impjegati u l-esperti;

13. Jieħu nota tal-fatt li bejn Ottubru 2012 u Marzu 2014, twettqet it-Tieni Evalwazzjoni Interim tal-Kummissjoni sabiex l-Impriża Konġunta tiġi vvalutata fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-regolament fundatur tagħha, il-metodi ta' ħidma tagħha, ir-riżultati li kisbet u l-qagħda finanzjarja ġenerali tagħha; jenfasizza l-fatt li r-rapport ipproduċa żewġ rakkomandazzjonijiet ewlenin, waħda li tindirizza l-ħtieġa li jittejjeb l-approċċ rigward il-ħtiġijiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni speċifiċi tal-Istati Membri u l-oħra li tindirizza l-ħtieġa li jitkomplew l-isforzi biex tittejjeb ir-rata ta' tlestija tal-għanijiet annwali min-naħa tal-Impriża Konġunta; jinsab imħasseb dwar il-fatt li r-rata ta' tlestija tal-għanijiet annwali kienet ta' 82 % sal-aħħar tal-2012 (60 % fl-2010) u jemmen li l-prestazzjoni trid tittejjeb;

14. Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li ġie implimentat it-titjib fil-qasam tal-kontrolli ex ante;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

15. Jieħu nota tal-fatt li, nhar il-31 ta' Mejju 2013, l-Impriża Konġunta ppubblikat ir-Rapport Annwali tagħha dwar il-monitoraġġ tal-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar il-Proprjetà Intellettwali f'kull sena finanzjarja qabel l-2013; jikkonstata barra minn hekk li, nhar it-30 ta' Ottubru 2013, il-Bord Amministrattiv tal-Impriża Konġunta adotta l-lista kkompilata bil-valutazzjoni tas-sjieda tar-riżultati miksuba mir-riċerka u tal-istatus tas-sjieda relatata għal kull sena finanzjarja qabel l-2013;

16. Jemmen li, fejn ikun xieraq, ir-rabtiet bejn l-Impriża Konġunta u l-Impriża Konġunta "Clean Sky" għandhom jissaħħu; jistieden lill-Kummissjoni taħdem maż-żewġ impriżi konġunti sabiex itejbu l-komunikazzjoni u jsaħħu s-sinerġiji u l-komplementarjetajiet, waqt li jiżguraw fl-istess ħin li ma jkun hemm l-ebda riskju ta' elementi dduplikati bejn l-attivitajiet taż-żewġ impriżi konġunti kkonċernati;

17. Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta kompliet bid-disseminazzjoni tar-riżultati miksuba mir-riċerka billi qiegħdet għad-dispożizzjoni tal-partijiet interessati rilevanti informazzjoni dettaljata dwar ir-riżultati tanġibbli mistennija u l-proċessi tagħhom fuq l-extranet tagħha, kif ukoll billi ppubblikat id-dettalji ġenerali tar-riżultati tanġibbli mistennija fl-2013 fir-rapport annwali tal-attività 2013 tagħha.

18. Jappella lill-Impriża Konġunta biex tippreżenta rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-benefiċċji soċjoekonomiċi tal-proġetti li diġà tlestew; jappella biex dak ir-rapport jiġi ppreżentat lill-awtorità ta' kwittanza flimkien ma' valutazzjoni mill-Kummissjoni;

19. Ifakkar li l-Parlament ġa talab lill-Qorti tal-Awdituri tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, biex jiġu żgurati valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni għar-riċerka, l-iżvilupp teknoloġiku u d-dimostrazzjoni.

11.03.2015

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta SESAR għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2130(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Dominique Riquet

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ċċertifikat ir-regolarità tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta SESAR ('l-Impriża') għas-sena finanzjarja 2013;

2.  Jinnota li l-baġit annwali tal-Impriża għas-sena 2013 kien ta' EUR 64,3 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn u EUR 105,4 miljun f'approprjazzjonijiet ta' pagament, u li r-rati ta' implimentazzjoni kienu ta' 99,6 % u 94,7 % rispettivament;

3.  Jenfasizza r-rwol essenzjali tal-Impriża fil-koordinazzjoni u l-implimentazzjoni tar-riċerka mwettqa mill-proġett SESAR, li huwa proġett pilastru tal-Ajru Uniku Ewropew; jinnota wkoll li s-sena 2014 irrappreżentat il-bidu tal-fażi ta' implimentazzjoni tal-proġett SESAR;

4.  Jinnota li sal-31 ta' Diċembru 2013, il-fażi ta' żvilupp tal-Impriża kienet tikkonsisti f'ħidma proġettwali minn 16-il membru (inkluża l-Eurocontrol) fuq attivitajiet tal-programm li kienu jinvolvu aktar minn 100 entità privata u pubblika u sottokuntratturi; jinnota li mit-358 proġett tal-programm SESAR, 333 (93 %) kienu qed jiġu implimentati jew kienu ġew kompletati;

5.  Jilqa' l-fatt li l-Impriża adottat miżuri speċifiċi biex tipprevjeni l-kunflitti, u li t-titjib fir-rigward tal-qasam ta' kontroll ex ante ġie implimentat; jitlob, barra minn hekk, li jiġi applikat prinċipju ġenerali ta' trasparenza;

6.  Jipproponi li l-Parlament jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta għall-implimentazzjoni tal-baġit tagħha għas-sena finanzjarja 2013.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Bogusław Liberadzki, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Georg Mayer, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Claudia Tapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Wim van de Camp, Elissavet Vozemberg, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato, Werner Kuhn, Jörg Leichtfried

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Rina Ronja Kari, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Fulvio Martusciello, Dan Nica, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Marian-Jean Marinescu, Andrey Novakov, Julia Pitera

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 58

(2)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 59

(3)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(4)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(5)

ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(6)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(7)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(8)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 58

(9)

ĠU C 452, 16.12.2014, p. 59

(10)

ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.

(11)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

ĠU L 64, 2.3.2007, p. 1.

(13)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(14)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(15)

Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42).

(16)

           ĠU L 163, 29.5.2014, p. 21.

Avviż legali