Proċedura : 2014/2117(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0119/2015

Testi mressqa :

A8-0119/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 16
CRE 28/04/2015 - 16

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.47
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0156

RAPPORT     
PDF 167kWORD 80k
31.3.2015
PE 539.724v02-00 A8-0119/2015

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2117(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Ryszard Czarnecki

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (K E, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

1.      Jagħti l-kwittanza lid-Direttur-Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013;

2.      Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(5),

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(6) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2013 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tal-17 ta' Frar 2015 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Awtorità għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2013 (05304/2015 – C8–0054/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (K E, Euratom) Nru 1605/2002(7), u b'mod partikolari l-Artikolu 2 tiegħu,

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/114/KE tat-12 ta' Frar 2008 li tistabbilixxi l-Istatuti tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom(8), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tagħha,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

1.      Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.      Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Ġenerali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013

(2014/2117(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Procedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8–0119/2015),

A.     billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2013 kien ta' EUR 104 000, ċifra li tirrappreżenta l-istess ammont meta mqabbel mal-2012,

B.     billi l-Qorti tal-Awdituri, fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Fornitriċi tal-Euratom għas-sena finanzjarja 2013 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjoni raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2012

1.      Jinnota mir-rapport tal-Qorti dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija li għal dak li għandu x'jaqsam ma' kumment wieħed li sar fir-rapport 2011 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalih hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2012 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u issa l-azzjoni korrettiva għal dan il-kumment hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li l-azzjoni korrettiva għall-kumment li sar fir-rapport 2012 tal-Qorti issa hija mmarkata bħala "Pendenti";

Kummenti dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet

2.      Josserva li n-noti tal-Aġenzija dwar il-kontijiet annwali tagħha jispjegaw li s-salarji kollha u xi spejjeż addizzjonali għas-servizzi amministrattivi tħallsu direttament mill-baġit tal-Kummissjoni; jinnota li l-ispejjeż marbutin mas-salarji ġew żvelati filwaqt li ma ngħata l-ebda dettall dwar l-ispejjeż marbutin mas-servizzi amministrattivi; jesprimi tħassib li din is-sitwazzjoni tnaqqas it-trasparenza rigward il-livell ta' dipendenza tal-Aġenzija fil-konfront tal-Kummissjoni; jenfasizza li l-Aġenzija għandu jkolha awtonomija finanzjarja kif stabbilit fl-istatuti tal-Aġenzija;

3.      Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hija se tippreżenta lill-awtorità ta' kwittanza rapport aktar iddettaljat dwar il-bżonnijiet tagħha koperti direttament mill-Kummissjoni;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.      Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2013 irriżultaw f'rata ta' approprjazzjonijiet ta' impenn ta' 95 % u rata ta' approprjazzjonijiet ta' pagament ta' 59,22 %;

Kontrolli interni

5.      Jirrikonoxxi mir-rapport tal-Qorti li ma hemmx dokumentazzjoni suffiċjenti tal-elementi prinċipali tal-kontrolli interni tal-Aġenzija, bħal strateġija ta' ġestjoni u kontroll tar-riskju, proċeduri ta' monitoraġġ tal-prestazzjoni, valutazzjoni tal-funzjonament tas-sistema ta' kontroll intern u kodiċi ta' standards professjonali;

o

o       o

6.      Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' ... 2015(9)dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Ryszard Czarnecki, Dennis de Jong, Tamás Deutsch, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Bernd Kölmel, Bogusław Liberadzki, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Igor Šoltes, Bart Staes, Michael Theurer, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Caterina Chinnici, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Andrey Novakov, Julia Pitera, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Ferrara

(1)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.

(2)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(5)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.

(6)

ĠU C 442, 10.12.2014, p. 267.

(7)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(8)

ĠU L 41, 15.2.2008, p. 15.

(9)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA-PROV(2015)0000

Avviż legali