Proċedura : 2013/0224(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0122/2015

Testi mressqa :

A8-0122/2015

Dibattiti :

PV 28/04/2015 - 6
CRE 28/04/2015 - 6

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2015 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0102

RAKKOMANDAZZJONI GĦAT-TIENI QARI     ***II
PDF 167kWORD 73k
31.3.2015
PE 551.871v03-00 A8-0122/2015

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

(17086/1/2014 – C8-0072/2015 – 2013/0224(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: José Inácio Faria

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari għall-adozzjoni tar-regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE

(17086/1/2014 – C8-0072/2015 – 2013/0224(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: it-tieni qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari (17086/1/2014 – C8-0072/2015),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-16 ta' Ottubru 2013(1),

–       wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari(2) dwar il-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0480),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(7) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 76 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għat-tieni qari tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0122/2015),

1.      Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari;

2.      Jinnota li l-att qed jiġi adottat b'konformità mal-pożizzjoni tal-Kunsill;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jiffirma l-att flimkien mal-President tal-Kunsill, skont l-Artikolu 297(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lis-Segretarju Ġenerali tiegħu biex jiffirma l-att, wara li jkun ġie vverifikat li l-proċeduri ntemmu kif imiss, u biex, bi qbil mas-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill, jipproċedi għall-pubblikazzjoni tal-att f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

(1)

             ĠU C 67, 6.3.2014, p. 70.

(2)

Testi Adottati 16.4.2014, P7_TA(2014)0424.


NOTA SPJEGATTIVA

Din il-proposta tintroduċi sistema għall-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu.

Il-Parlament adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fis-16 ta' April 2014. Fl-24 ta’ Settembru 2014 il-Kumitat ENVI ddeċieda li jiftaħ negozjati interistituzzjonali bi qbil mal-Artikolu 74 tar-Regoli ta’ Proċedura. It-timijiet ta' negozjar tal-Parlament u tal-Kunsill, bil-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni, laħqu ftehim informali dwar il-fajl fit-18 ta’ Novembru 2014. It-test tal-ftehim tressaq quddiem il-Kumitat ENVI għal votazzjoni ta' approvazzjoni fit-3 ta' Diċembru 2014, u ġie approvat b'maġġoranza kbira. Wara verifika ġuridika-lingwistika, il-Kunsill adotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tikkonferma l-ftehim tal-5 ta' Marzu 2015.

Billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari hija konformi mal-ftehim milħuq fit-trilogi, ir-Rapporteur jirrakkomanda lill-Kumitat li jaċċettaha mingħajr emendi addizzjonali.


PROĊEDURA

Titolu

Il-monitoraġġ, ir-rappurtar u l-verifika tal-emissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju mit-trasport marittimu u emenda tar-Regolament (UE) Nru 525/2013

Referenzi

17086/1/2014 – C8-0072/2015 – 2013/0224(COD)

Data tal-1 qari tal-PE - Numru P

16.4.2014                     T7-0424/2014

Proposta tal-Kummissjoni

COM(2013)0480 - C7-0201/2013

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja ta’ meta l-Parlament irċieva l-pożizzjoni tal-Kunsill fl-ewwel qari

12.3.2015

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

12.3.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

José Inácio Faria

5.9.2013

 

 

 

Eżami fil-kumitat

18.3.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

26.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

0

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Nessa Childers, Alberto Cirio, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Giovanni La Via, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Michèle Rivasi, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Simona Bonafè, Marie-Christine Boutonnet, Nicola Caputo, Herbert Dorfmann, Linnéa Engström, Luke Ming Flanagan, Jan Huitema, Karol Karski, Anthea McIntyre, James Nicholson, Aldo Patriciello, Marit Paulsen, Theodor Dumitru Stolojan, Dubravka Šuica, Tom Vandenkendelaere

Data tat-tressiq

1.4.2015

Avviż legali - Politika tal-privatezza