Proċedura : 2014/2209(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0135/2015

Testi mressqa :

A8-0135/2015

Dibattiti :

PV 18/05/2015 - 22
CRE 18/05/2015 - 22

Votazzjonijiet :

PV 19/05/2015 - 5.14
CRE 19/05/2015 - 5.14
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0198

RAPPORT     
PDF 278kWORD 185k
28.4.2015
PE 546.606v02-00 A8-0135/2015

dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs

(2014/2209(INI))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Philippe De Backer

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs

(2014/2209(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs(1),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2014 dwar ir-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa biex jiġu promossi l-kompetittività u s-sostenibbiltà(2),

       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-27 ta' Novembru 2014 dwar ir-reviżjoni tal-linji gwida tal-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni u r-rwol tat-test tal-SMEs(3),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Aħseb l-Ewwel fiż-Żgħir', 'Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa, (COM(2008)0394),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Reviżjoni tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar' għall-Ewropa (COM(2011)0078),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Opportunitajiet għall-Effiċjenza fir-Riżorsi fis-Settur tal-Bini' (COM(2014)0445),

–       wara li kkunsidra l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar l-SMEs, l-effiċjenza fir-riżorsi u s-swieq ekoloġiċi (Flash Eurobarometer 381), u l-Istħarriġ tal-Ewrobarometru dwar ir-rwol ta' appoġġ pubbliku għall-kummerċjalizzazzjoni tal-innovazzjonijiet (Flash Eurobarometer 394),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni (adottata matul il-109 sessjoni plenarja tat-3-4 ta' Diċembru 2014) dwar il-Pakkett dwar il-Politika Industrijali,

       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku għall-SMEs' (COM(2014)0440),

       wara li kkunsidra l-Manifest u r-Rakkomandazzjonijiet Politiċi dwar il-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi – Marzu 2014,

       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'Tranżizzjoni għal ekonomija ċirkolari: Programm ta' skart żero għall-Ewropa' (COM(2014)0398),

       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titolu 'L-innovazzjoni għal Futur Sostenibbli – Il-Pjan ta' Azzjoni għall-Ekoinnovazzjoni (Eco-AP)' (COM(2011)0899),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits u l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0135/2015),

A.     billi l-SMEs jirrappreżentaw aktar minn 98 % tan-negozji Ewropej u jipprovdu aktar minn 67 % tal-impjieg totali fl-Unjoni u 58 % ta' valur miżjud gross; billi huma s-sinsla tal-ekonomija tal-Unjoni Ewropea u l-ixpruni ewlenin tat-tkabbir ekonomiku Ewropew fit-tul u ta' opportunitajiet ta' ħolqien ta' impjiegi sostenibbli fi ħdan it-28 Stat Membru; billi l-impjiegi fis-settur tal-prodotti u s-servizzi ambjentali fis-snin 2007-2011 żdiedu b'20 % minkejja l-kriżi u huma opportunità għall-SMEs li dejjem jiġġeneraw aktar attività ekonomika u impjiegi, anke f'żoni milquta mid-depopolazzjoni u t-tixjiħ; billi għalhekk huma jaqdu rwol importanti fl-ekosistema industrijali flimkien ma' kumpaniji b'kapitalizzazzjoni medja u kumpaniji multinazzjonali; billi disgħa minn għaxar SMEs huma negozji żgħar li jimpjegaw 10 persuni jew inqas u dawn il-mikrointrapriżi jammontaw għal 53 % tal-impjiegi kollha fl-Ewropa;

B.     billi fil-preżent, is-suq globali għal prodotti u servizzi ambjentali huwa stmat għal EUR 1 000 biljun kull sena, u huwa previst li dan l-ammont ser jirdoppja jew saħansitra jittriplika sal-2020, u b'hekk jinħolqu opportunitajiet kbar għall-SMEs tal-Ewropa u t-tkabbir ekonomiku b'mod ġenerali fl-UE; billi l-Unjoni Ewropea hija mexxej globali kemm fl-importazzjoni kif ukoll fl-esportazzjoni ta' prodotti ambjentali; billi s-servizzi huma konnessi indissolubilment ma' dawn il-prodotti, iżda għad hemm ostakli nontariffarji għall-fornituri ta' servizzi ambjentali;

C.     billi l-Unjoni Ewropea impenjat ruħha li tirriindustrijalizza lill-Ewropa billi tinvesti u tappoġġa l-prinċipji tas-sostenibilità, tal-kompetittività u tal-innovazzjoni, sabiex tikseb sehem ta' mill-inqas 20 % fil-produzzjoni industrijali bħala parti mill-PDG tal-Istati Membri tal-UE sal-2020; billi l-Kunsill Ewropew impenja ruħu sabiex inaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra domestiċi b'mill-inqas 40 %, li jżid is-sehem ta' enerġija rinnovabbli mill-inqas sa 27 % u l-effiċjenza enerġetika b'mill-inqas 27 % sal-2030, bil-għan li jżid din il-mira sa 30 %; billi l-SMEs għandhom jaqdu r-rwol tagħhom sabiex jintlaħqu dawn il-miri, peress li 93 %(4) minnhom diġà qed jieħdu miżuri biex isiru aktar effiċjenti fl-użu tar-riżorsi; billi skont il-Kummissjoni, livell aħjar ta' ekodisinn, prevenzjoni tal-iskart, riċiklaġġ u riutilizzazzjoni jista' jipprovdi tfaddil nett għal negozji tal-UE, li huma stmati li jirrappreżentaw sa EUR 600 biljun, jew 8 % tal-fatturat annwali, filwaqt li jnaqqas ukoll l-emissjonijiet totali tal-gassijiet serra bi 2 sa 4 %;

D.     billi li l-SMEs jiġu permessi jbiddlu l-isfidi ambjentali f'opportunitajiet ekonomiċi filwaqt li jaġixxu b'mod sostenibbli huwa wieħed mill-prinċipji tal-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar, iżda billi ma sar l-ebda progress sinifikanti fil-politika u l-SMEs ta' spiss jaffaċċjaw politiki inkonsistenti meta jibdew in-negozju u jimplimentaw l-istandards ambjentali;

E.     billi kemm is-suq kif ukoll il-leġiżlazzjoni se jiffavorixxu r-rispett tal-istandards ambjentali li dejjem qed jiżdiedu mill-SMEs; billi l-UE u l-Istati Membri għandhom inaqqsu kemm jista' jkun il-piż amministrattiv f'regolamenti ġodda u eżistenti, u għandhom jagħmlu ħilithom biex jevitaw li joħolqu spejjeż addizzjonali għall-impriżi sabiex ikunu konformi ma' tali regolamenti; billi ġew proposti inizjattivi ġodda sabiex jitnaqqsu l-piżijiet regolatorji fuq l-SMEs u fuq setturi oħra u għandhom jiġu implementati mill-Kummissjoni u l-Istati Membri;

F.     billi 90 % tal-intrapriżi tal-UE huma mikrointrapriżi; billi minkejja sforzi reċenti, l-SMEs u l-mikrointrapriżi baqa' jkollhom diffikultajiet fl-aċċess għall-ħiliet, l-informazzjoni u l-finanzi, u għal għażla diversifikata biżżejjed ta' strumenti ta' ekwità u ta' dejn meħtieġa tul il-perkors tat-tkabbir ta' kumpanija, u billi l-programmi tal-UE xorta ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni; billi l-proċeduri ta' applikazzjoni għall-finanzjament tal-UE għall-SMEs għadhom wisq burokratiċi u għalhekk projbittivi għal ħafna mill-SMEs;

G.     billi għandu jitqies l-potenzjal tal-baġit tal-UE, bħala baġit ibbażat fuq l-investiment, biex jiġi faċilitat l-aċċess tal-SMEs Ewropej għall-finanzjament permezz ta' inqas burokrazija u permezz ta' għodod finanzjarji dedikati u ż-żieda fil-finanzjament tal-uffiċċji ta' intrapriżi lokali; billi għandu jiġi msaħħaħ l-iżvilupp ta' proċeduri li huma faċli biex jintużaw għal diversi forom ta' appoġġ;

H.     billi l-kumpaniji ż-żgħar jibbenefikaw proporzjonalment iktar minn entitajiet kbar minn azzjonijiet biex tittejjeb l-effiċjenza fir-riżorsi u għandhom jirċievu aktar attenzjoni mill-politika; billi l-potenzjal ta' benefiċċju gross li l-effiċjenza fir-riżorsi tittejjeb huwa 10-17 % tal-fatturat, skont is-settur operattiv;

I.      billi t-teknoloġija diġitali hija kemm mezz importanti għall-SMEs biex jiksbu l-benefiċċji mistennija minn użu ottimali tar-riżorsi, kif ukoll settur konvenjenti għall-bidu u l-iżvilupp ta' SMEs ġodda;

J.      billi l-attenzjoni taqa' primarjament fuq SMEs ta' teknoloġija għolja li direttament iwasslu għal innovazzjonijiet ekoloġiċi, iżda hemm bżonn ta' appoġġ għal kumpaniji oħra fil-konformità tagħhom mar-regolamenti ambjentali, li jimplimentaw miżuri ta' innovazzjoni u jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tagħhom; billi l-ekoinnovazzjoni tista' tkun idea għal kumpanija ġdida, iżda wkoll miżura li ttejjeb negozji eżistenti fil-qafas tal-ekonomija ekoloġika;

K.     billi għalkemm m'hemm ebda definizzjoni maqbula internazzjonalment ta' tkabbir ekoloġiku, hemm kunsens li huwa taħlita ta' tkabbir ekonomiku u ta' sostenibbiltà ambjentali; billi t-titjib tal-ħiliet u t-taħriġ huwa sfida ewlenija għall-SMEs, li għandu jirċievi attenzjoni partikolari, speċjalment fir-rigward tal-innovazzjoni u l-effiċjenza fir-riżorsi; billi aċċess inadegwatgħal kapital ta' riskju, partikolarment fl-istadji tal-bidu, għadu waħda mill-aktar restrizzjonijiet sinifikanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tad-ditti orjentati lejn it-tkabbir;

L.     billi minħabba li l-mikrointrapriżi jiġġeneraw eluf ta' impjiegi u xi 53 % tal-impjiegi madwar l-Ewropa, u bħala tali jeħtieġu qafas differenti biex jaħdmu fih, huwa meħtieġ b'mod urġenti użu konsistenti tad-definizzjoni ta' mikrointrapriżi; billi l-mikrointrapriżi jiffaċċjaw diversi diffikultajiet kbar, bħalma huma l-ostakli fir-regoli ta' akkwist, piż regolatorju żejjed u l-aċċess għall-finanzi;

Kwistjonijiet ġenerali

1.      Jappoġġja l-kunċett ta' tkabbir ekoloġiku u ekonomija ċirkolari u jinnota li l-opportunitajiet li jirriżultaw minnu huma relatati ma' diversi oqsma ta' importanza sinifikanti bħal sorsi ta' enerġija rinnovabbli, u b'mod partikolari l-isfruttament ekonomikament vijabbli ta' enerġija mir-riħ, mix-xemx u mill-ilma u l-enerġija ġeotermali, l-effiċjenza fl-enerġija u fir-riżorsi, il-ġestjoni tal-iskart, it-tnaqqis ta' emissjonijiet, l-elettrifikazzjoni u l-kunċett 'minn nieqa sa nieqa'; jindika l-potenzjal ekonomiku u tal-impjiegi konsiderevoli li dawn l-oqsma għandhom għal setturi differenti; jinnota li t-tkabbir ekoloġiku għandu jkun parti minn strateġija iktar wiesgħa għall-promozzjoni tal-ħolqien tax-xogħol u t-tkabbir ekonomiku fost l-SMEs;

2.      Jenfasizza li t-tkabbir ekoloġiku għandu jitqiegħed f'perspettiva wiesgħa, u għandu jinkludi l-isforzi magħmula matul il-katina ta' valur kollha u tal-ekosistema intraprenditorjali kollha, inklużi l-isforzi minn atturi industrijali ta' manifattura biex jitnaqqas l-impatt ekoloġiku tal-prodotti tagħhom, proċessi ta' produzzjoni, prattiki tan-negozju u servizzi; ifakkar fir-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma Ewropea għall-Użu Effiċjenti tar-Riżorsi li jenfassizzaw li l-effiċjenza fir-riżorsi teħtieġ qafas regolatorju dinamiku li jagħti sinjali adegwati lill-produtturi u lill-konsumaturi sabiex tittejjeb il-prestazzjoni tal-prodotti tul iċ-ċiklu tal-ħajja tagħhom; jistieden lill-Kummissjoni biex tistabbilixxi qafas ta' politika komprensiv, inklużi objettivi konkreti ta' politika u integrazzjoni aħjar u s-simplifikazzjoni ta' għodod ta' politika eżistenti biex jiġu żgurati opportunitajiet u l-parteċipazzjoni tal-SMEs fl-ekonomija ekoloġika u ċirkulari;

3.      Jenfasizza l-fatt li l-ekonomija globali se jkollha tipprovdi għal popolazzjoni li kull ma jmur qiegħda dejjem tikber – 9 biljun persuna sal-2050 – u li r-riżorsi naturali tagħna huma limitati u għalhekk għandhom jintużaw b'mod sostenibbli u effiċjenti ħafna; jindika soluzzjonijiet innovattivi, ekoloġiċi u sostenibbli ġodda għal dawn l-isfidi, bħal prodotti ġodda, proċessi ta' produzzjoni, prattiki u servizzi tan-negozju, pereżempju permezz tal-integrazzjoni ta' teknoloġiji diġitali innovattivi, u qafas legali ġdid ta' appoġġ;

4.      Ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li l-SMEs madwar l-Ewropa huma eteroġenji ħafna, minn negozji tradizzjonali ħafna mmexxija mill-familja, għal intrapriżi li jikbru b'rata mgħaġġla, ditti ta' teknoloġija avvanzata, mikrointrapriżi, intrapriżi soċjali u negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu, u li l-approċċi biex jiġu assistiti għandhom ikunu daqstant diversi;

5.      Jemmen li jeħtieġ li l-UE tbiddel b'mod drastiku l-kultura intraprenditorjali tagħha sabiex tikkontribwixxi għat-tkabbir ekonomiku billi aktar nies jibdew in-negozji tagħhom stess u billi jfittxu aktar opportunitajiet għan-negozju, b'mod partikolari fit-tkabbir ekoloġiku, u billi jiġi aċċettat il-falliment u t-teħid ta' riskji; jenfasizza l-importanza li din il-kwistjoni titqiegħed fiċ-ċentru tat-tfassil tal-politika; jistieden lill-Istati Membri biex jipprovdu għal tranżizzjoni aktar faċli wara l-falliment kummerċjali, fil-qafas legali rilevanti tagħhom, biex in-nies ikunu jistgħu jiftħu negozju malajr wara l-falliment ta' impriża preċedenti, speċjalment f'setturi ġodda u innovattivi; jistieden lill-Kummissjoni ttaffi l-biża' ta' falliment permezz ta' kampanji ta' għarfien u edukazzjoni;

6.      Jenfasizza l-valur miżjud tal-baġit tal-UE sabiex jgħin lill-SMEs, il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi soċjali u l-kooperattivi jiksbu aċċess għall-finanzjament u s-swieq internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-programm COSME u taħt Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE); jenfasizza l-ħtieġa ta' interpretazzjoni ċara u uniformi madwar l-UE kollha mir-regolaturi nazzjonali u regoli miftuħa tal-akkwist pubbliku;

7.      Jinnota li ħafna SMEs Ewropej illum il-ġurnata jikkompetu internazzjonalment fuq soluzzjonijiet li jinkludu kemm prodotti kif ukoll l-hekk imsejħa 'servizzi ekoloġiċi', bħall-kostruzzjoni, l-installazzjoni, it-tiswija u l-ġestjoni; jinnota li dawn is-servizzi huma ċentrali għall-iżvilupp, il-bejgħ u l-esportazzjoni tal-prodotti ekoloġiċi; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi s-servizzi ekoloġiċi fin-negozjati kontinwi dwar il-Ftehim dwar il-Prodotti Ekoloġiċi, kif ukoll fi ftehimiet kummerċjali bilaterali bħat-TTIP, sabiex jitnaqqsu l-ostakli għall-SMEs Ewropej u l-fornituri tas-servizzi li jixtiequ joperaw internazzjonalment;

8.      Jenfasizza l-importanza ta' governanza tajba, ta' ġudikatura indipendenti, trasparenza u l-istat tad-dritt fl-UE għall-ħolqien ta' klima favur in-negozju u suq b'kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-SMEs;

Finanzjament ta' inizjattivi ekoloġiċi

9.      Jirrimarka li fiċ-ċirkostanzi attwali fejn l-aċċess insuffiċjenti għal sorsi adegwati ta' kapital ta' riskju, partikolarment fl-istadji tal-bidu, għadu waħda mill-aktar restrizzjonijiet sinifikanti għall-ħolqien u l-iżvilupp tad-ditti orjentati lejn it-tkabbir, il-Pjan ta' Azzjoni tal-Kummissjoni dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs jenfasizza ħafna l-kapital ta' riskju bħala mezz possibbli ta' finanzjament tat-tkabbir; jenfasizza, madankollu, li dan it-tip ta' finanzjament huwa adegwat biss għal numru żgħir ta' SMEs u li s-self bankarju għadu sors importanti ta' finanzjament, u li għandhom jiġu żviluppati alternattivi mis-settur privat; jinnota f'dan il-kuntest l-importanza tal-promozzjoni ta' forom alternattivi ta' self għall-SMEs, bħalma huma l-unjonijiet tal-kreditu; jindika l-opportunitajiet ta' finanzjament potenzjali li għandhom jiġu esplorati permezz tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi;

10.    Iħeġġeġ lill-Istati Membri jinċentivaw lill-investituri barranin billi jneħħu l-ostakli lingwistiċi; jinnota li l-aċċettazzjoni tal-applikazzjonijiet u l-provvista tad-data bl-Ingliż, flimkien mal-lingwa/i uffiċjali ta' Stat Membru, huma pass lejn dak l-għan;

11.    Jenfasizza li m'hemmx mezz ta' finanzjament wieħed tajjeb għal kulħadd, u jistieden lill-Kummissjoni tqis l-interessi tal-SMEs fil-programmi, strumenti u inizjattivi kollha eżistenti u possibbli, speċjalment għal mudelli ġodda ta' negozju fl-ekonomija ekoloġika, li jvarjaw minn ekwità (bħal investituri privati (business angels), finanzjament kollettiv u faċilitajiet ta' kummerċ multilaterali), kważi ekwità (bħal finanzjament intermedju) u strumenti ta' dejn (bħal bonds ta' kumpaniji ta' ammonti żgħar (small-ticket company bonds), faċilitajiet ta' garanzija u pjattaformi), u sħubiji bejn il-banek u l-operaturi oħra involuti fil-finanzjament tal-SMEs (il-professjonisti tal-kontabilità, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju jew tal-SMEs jew kmamar tal-kummerċ), sabiex tappoġġa n-negozji fil-fażijiet tagħhom tal-bidu, tat-tkabbir, kif ukoll fil-fażijiet ta' trasferiment, filwaqt li jitqies id-daqs, il-qligħ u l-ħtiġijiet ta' finanzjament tagħhom; jistieden lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet lokali u reġjonali biex jiżguraw li jkun hemm inċentivi adegwati u biex jipprovdu inċentivi fiskali għal dawn il-mudelli ta' finanzjament; jenfasizza l-importanza tar-rieżami ta' strumenti ta' appoġġ eżistenti tal-SMEs biex jinkludu aktar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku;

12.    Jenfasizza l-bżonn li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn strumenti finanzjarji fil-baġit tal-UE, b'mod partikolari taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Programm LIFE;

13.    Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jissorveljaw ir-riżultati miksuba effettivament mill-SMEs li kellhom aċċess għall-miżuri ta' finanzjament għall-innovazzjoni ekoloġika, sabiex tiġi valutata l-effiċjenza tal-miżuri stess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, jekk ir-riżultati ma jkunux sodisfaċenti, twettaq l-emendi xierqa fi żmien qasir sabiex ittejjeb l-effiċjenza tagħhom;

14.    Jinnota li minħabba n-natura teknika ħafna ta' bosta pjanijiet ta' investiment ekoloġiku huwa essenzjali li tiġi enfasizzata l-importanza ta' mudelli standardizzati tar-riskju u ta' ritorn u tal-iżvilupp ta' mudelli ġodda għal sfidi u setturi ġodda;

15.    Ifakkar li l-SMEs huma mistennija li jkollhom rwol importanti fl-ekonomija ċirkolari, billi jipprovdu servizzi sostenibbli, iżda li jirrikjedu ħafna ħaddiema, bħat-tiswija, ir-rikondizzjonament u r-riċiklaġġ; jikkunsidra li bidla fit-taxxa mix-xogħol għall-użu tar-riżorsi naturali huwa prerekwiżit għas-suċċess fit-tul tal-SMEs; jinnota li l-Kummissjoni, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp (l-OECD), il-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), il-Parlament u l-Grupp tal-Euro jappoġġaw b'mod wiesa' il-prinċipju ta' trasferiment tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq l-użu ta' riżorsi naturali u konsum; jitlob li l-Kummissjoni tivvaluta l-impatt ta' trasferiment tat-taxxa minn fuq ix-xogħol għal fuq l-użu tar-riżorsi naturali;

16.    Jenfasizza li l-intraprendituri, l-SMEs, l-assoċjazzjonijiet tan-negozju u l-organizzazzjonijiet ta' appoġġ għandhom ikunu aktar familjari mal-possibbiltajiet ta' finanzjament għal teknoloġiji aktar effettivi, jew biex jingħataw kuntratti għal servizzi bħal servizzi ta' konsulenza, kowċing u taħriġ dwar l-Ekodisinn, ġestjoni tar-riżorsi u l-intraprenditorija ekoloġika u d-disponibbiltà ta' teknoloġiji ekoloġiċi, prodotti u servizzi li jistgħu jkunu ta' benefiċċju għall-attività ekonomika tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex itejbu l-provvista ta' servizzi għall-SMEs f'dawk l-oqsma u jenfasizza wkoll il-ħtieġa għal sorsi ta' informazzjoni sempliċi u aċċessibbli u bażijiet ta' data għal dawn il-prodotti u servizzi; ifakkar lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri li din l-informazzjoni għandha tiġi kkomunikata b'mod li jikkorrispondi l-aħjar mal-loġika u l-metodi ta' ħidma ta' SMEs;

17.    Jinnota li l-programmi tal-UE ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għall-ekoinnovazzjoni u l-ekonomija ċirkolari u li l-Kummissjoni, għalhekk, teħtieġ li tikkonċentra finanzjament aħjar mill-programm COSME u Orizzont 2020 lejn l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ekoinnovattivi minn u għal SMEs u għall-appoġġ ta' finanzjament għat-titjib tat-tfassil tal-prodott u l-proċessi ta' prestazzjoni, li tibni fuq esperjenzi ta' suċċess f'dan l-aħħar QFP; iqis, b'mod partikolari, li l-Istrument tal-SMEs taħt Orizzont 2020 jeħtieġ jiġi implimentat bis-sħiħ;

18.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-BEI biex jiżguraw li fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-'Pjan ta' investiment għall-Ewropa', l-SMEs, inklużi dawk innovattivi u ekoloġiċi, ikunu l-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ previst skont din il-proposta; jinsisti li kriterji ċari, inkluż il-valur miżjud Ewropew, għandhom jiġu żviluppati sabiex tinkiseb din il-mira u li għandha tissaħħaħ il-provvista ta' servizzi konsultattivi għall-effiċjenza tar-riżorsi u l-ekoinnovazzjoni għall-SMEs; jitlob lill-BEI u l-Kummissjoni sabiex jiżguraw li l-kategoriji kollha elenkati fir-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 'dwar it-tifsira ta' mikrointrapriżi u intrapriżi żgħar u medji' (C(2003)1422) jibbenefikaw b'mod suffiċjenti; jiġbed l-attenzjoni lejn l-importanza ta' Orizzont 2020 u COSME għall-appoġġ tal-SMEs, u l-ħtieġa għall-implimentazzjoni sħiħa tal-istrument tal-SMEs taħt Orizzont 2020;

19.    Iqis li, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-iskemi finanzjarji għall-SMEs, huwa essenzjali li jiġu kkoordinati l-miżuri meħuda fl-ambitu tal-Politika ta' Koeżjoni u programmi oħra, bħall-programm Orizzont 2020, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali; jisħaq fuq l-importanza ta' leġiżlazzjoni mfassla b'tali mod li tippermetti lill-SMEs jibqgħu kompetittivi;

20.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjoni rapida u dejjiema biex l-ammont enormi ta' pagamenti arretrati marbuta mal-politika reġjonali u ma' dak li jikkonċerna t-trattament ta' assistenza tal-FSIE fil-perjodu ta' finanzjament preċedenti, sabiex jiġi żgurat li l-SMEs bħala sħab fil-proġett ma jiġux skoraġġati milli jipparteċipaw fi programmi u proġetti ta' appoġġ minħabba li l-ħlas idum ma jsir;

Ġestjoni tal-għarfien

21.    Jenfasizza l-importanza ta' sforzi attivi għal kollaborazzjoni bejn is-setturi, tul ktajjen ta' valur kif ukoll żoni ġeografiċi, li toffri l-potenzjal li tqanqal l-innovazzjoni u opportunitajiet ġodda ta' tkabbir permezz ta' ispirazzjoni reċiproka ta' ideat u ta' kunċetti innovattivi; jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni tal-programm Orizzont 2020 'Cluster facilitated projects for new industrial value chains', sabiex jiġi sfruttat aħjar il-potenzjal tal-innovazzjoni tal-SMEs, inklużi s-soluzzjonijiet ekoinnovattivi u ta' effiċjenza fl-użu tar-riżorsi li joffru;

22.    Jilqa' l-istabbiliment ta' Ċentru Ewropew tal-Eċċellenza fl-Effiċjenza fir-Riżorsi li jagħti pariri u jgħin lill-SMEs li jixtiequ jtejbu l-prestazzjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi tagħhom; jenfasizza l-bżonn li dan iċ-ċentru jiġi stabbilit bħala netwerk b'saħħtu ta' sħab fir-reġjuni tal-UE u li jinbena fuq esperjenzi ppruvati fl-Istati Membri; jemmen li dan għandu jiggwida lill-SMEs lejn programmi Ewropej, nazzjonali u reġjonali f'dan il-kamp ta' azzjoni, u jipprovdi aċċess għal kompetenza, netwerks u infrastrutturi;

23.    Jenfasizza l-importanza tat-trasferimenti tal-għarfien u l-qsim tal-għarfien bejn diversi partijiet ikkonċernati, inklużi dawk transkonfinali, permezz ta' netwerks informali, speċjalment għall-SMEs u l-mikrointrapriżi, biex titqajjem kuxjenza dwar tekniki innovattivi eżistenti u ġodda, l-aħjar prattiki, il-modi biex jinkiseb finanzjament xieraq, l-iskemi possibbli ta' appoġġ tal-gvern u l-oqfsa leġiżlattivi rilevanti li jinvolvu l-inqas piż amministrattiv u jfakkar li l-punti ta' kuntatt nazzjonali eżistenti għall-programmi ta' finanzjament tal-UE u n-Netwerk Enterprise Europe (NEE) għandhom ikunu kompletament involuti fl-appoġġ tal-SMEs u jinfurmaw, iħarrġu u jappoġġjaw b'mod proattiv lill-SMEs sabiex jidentifikaw possibbiltajiet ta' finanzjament fuq livell tal-UE, nazzjonali jew reġjonali; jappoġġja l-organizzazzjoni ta' Kampanja Ewropea dwar l-Effiċjenza fir-Riżorsi sabiex tinforma l-SMEs dwar il-benefiċċji u l-opportunitajiet offruti mill-effiċjenza fir-riżorsi u kif jistgħu jinħolqu sinerġiji industrijali dwar ir-riċiklaġġ; jistieden lill-Kummissjoni u l-EEN jikkoperaw fuq l-effiċjenza fir-riżorsi mal-assoċjazzjonijiet industrijali, it-trejdjunjins, l-SMEs, l-NGOs, u d-dinja akkademika, kif ukoll inizjattivi reġjonali; jilqa' f'dan ir-rigward, l-attenzjoni tal-Kummissjoni fuq simbjożi u raggruppamenti u jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tressaq inizjattivi konkreti sabiex jiġu ffaċilitati l-kooperazzjoni transsettorjali u l-ġestjoni tar-riżorsi;

24.    Iħeġġeġ lill-federazzjonijiet settorjali jkollhom rwol aktar prominenti fl-għoti ta' informazzjoni adegwata u pariri fuq teknoloġiji ekoloġiċi, fuq il-possibbiltajiet ta' finanzjament u l-proċeduri rilevanti; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex ipattu għan-nuqqasijiet fl-appoġġ u, b'kooperazzjoni mal-federazzjonijiet u l-kumpaniji tas-settur, biex ikomplu jinvestigaw liema opportunitajiet jeżistu u jiġu aċċellerati soluzzjonijiet sostenibbli, u jinvestu f'teknoloġiji li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, fl-effiċjenza fir-riżorsi u l-ekonomija tar-riċiklaġġ; jinnota d-diskrepanza li qed tikber bejn il-bżonnijiet tal-SMEs u l-ħiliet tal-impjegati; jinnota li 26 % ta' dawk li jimpjegaw fl-Ewropa qed jiffaċċjaw diffikultajiet biex isibu impjegati li għandhom il-ħiliet it-tajba;

Riċerka, żvilupp u innovazzjoni, u ħiliet

25.    Jenfasizza l-ħtieġa ta' iktar effettività fl-iżvilupp ta' R&Ż bażiċi, li l-SMEs jiġu totalment involuti f'dan il-proċess u biex tiġi appoġġjata b'mod attiv aktar trasformazzjoni tar-riżultati tar-R&Ż bażiċi fi żviluppi teknoloġiċi ulterjuri; jenfasizza l-importanza tar-riindustrijalizzazzjoni tal-Ewropa minħabba l-importanza tal-industrija tal-manifattura għal R&Ż&I u b'hekk il-futur tal-vantaġġ kompetittiv tal-UE; jemmen li sistemi mhux teknoloġiċi, organizzattivi, u l-innovazzjoni tas-settur pubbliku għandhom jingħataw attenzjoni suffiċjenti, flimkien ma' soluzzjonijiet xprunati mit-teknoloġija;

26.    Jenfasizza l-importanza tal-kummerċjalizzazzjoni u l-valorizzazzjoni minn kumpaniji Ewropej tal-eżitu tar-R&Ż; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jipprevedu qafas regolatorju iktar stabbli u skemi finanzjarji adegwati sabiex tkun possibbli l-inizjattiva ekonomika u l-intraprenditorija u biex jiġi llimitat iż-żmien ta' kummerċjalizzazzjoni ta' prodotti, servizzi u prattiki ta' negozju ġodda, b'mod partikolari fl-ekonomija ekoloġika;

27.    Jenfasizza l-potenzjal għall-innovazzjoni u t-tkabbir ekoloġiku, li jinsab f'infrastruttura spazjali Ewropea ġdida; jistieden lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-użu ta' data maħruġa minn dawn l-infrastrutturi mill-SMEs billi jattendu ċentri ta' żvilupp u inkubaturi għall-intrapriżi; jistieden lill-Kummissjoni biex tippermetti li l-SMEs jibbenefikaw minn skema favorevoli fir-rigward tal-aċċess għad-data maħruġa minn dawn l-infrastrutturi fil-fażijiet ta' riċerka, żvilupp u kummerċjalizzazzjoni;

28.    Jinnota li skont l-Innobarometer ta' Mejju 2014 huma biss 9 % tal-kumpaniji kollha li jgħidu li gawdew minn appoġġ finanzjarju pubbliku għal attivitajiet ta' R&Ż&I minn Jannar 2011; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu żviluppati proċeduri faċli għall-utent għad-diversi forom ta' appoġġ;

29.    Jinnota l-vantaġġi mogħtija mill-privattiva unitarja Ewropea għall-SMEs. b'mod partikolari fil-qasam tat-teknoloġiji ekoloġiċi; jistieden lill-Istati Membri biex jingħaqdu mal-privattiva unitarja Ewropea; jistieden lill-Istati Membri biex jipproċedu b'ħeffa għar-ratifika tal-ftehim dwar ġurisdizzjoni unifikata ta' privattiva meħtieġa għall-applikazzjoni tal-privattiva unitarja Ewropea; jistieden lill-Kummissjoni biex tipproponi proċedura simplifikata fir-rigward tal-SMEs biex jinbdew prosekuzzjonijiet kontra l-falsifikazzjoni fir-rigward ta' ġurisdizzjoni unifikata tal-privattiva;

30.    Jitlob qafas politiku mtejjeb għall-ekonomija ċirkolari inkluża l-adozzjoni u l-implimentazzjoni ta' regolamentazzjoni, standards u kodiċi ta' kondotta intelliġenti li jimmiraw biex jinternalizzaw l-esternalitajiet, l-indirizzar ta' prodotti li jużaw ħafna riżorsi, il-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni, l-ippremjar ta' dawk li jkunu minn ta' quddiem u l-aċċelerazzjoni tat-tranżizzjoni lejn effiċjenza fir-riżorsi u ekonomija sostenibbli;

31.    Jistieden lill-Kummissjoni tinkludi, bħala parti mill-Pakkett tal-Ekonomija Ċirkolari, l-estensjoni tal-istrument tal-ekodisinn sabiex tiġi inkluża d-dimensjoni tal-effiċjenza fir-riżorsi; jemmen li l-ekodisinn għandu jindirizza d-durabilità, ir-riparabilità u r-riċiklabilità tal-prodotti, inklużi standards għall-ħajja minima garantita u ż-żarmar;

32.    Iħeġġeġ l-estensjoni ta' skemi ta' sostenn innovattivi, bħal kupuni ta' innovazzjoni ekoloġika, li jistgħu jippromwovu l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji sostenibbli u soluzzjonijiet li jieħdu ħsieb l-ambjent u reżiljenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-klima; iqis, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal appoġġ, li jeħtieġ li r-regoli jkunu sempliċi u ċari u li m'għandhomx jikkostitwixxu piż amministrattiv; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet innovattivi ta' finanzjament għall-SMEs u li jipprovdu strumenti ta' finanzjament aċċessibbli għalkollox; ifakkar li t-tkabbir sostenibbli u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs Ewropej huwa wieħed mill-vantaġġi kompetittivi ewlenin li l-UE għandha fis-swieq globalizzati;

(De)regolamentazzjoni bħala xprun għat-tkabbir

33.    Jistieden lill-Istati Membri biex jevitaw li joħolqu ostakoli għas-suq intern minħabba regolamentazzjoni żejda, jirrevedu r-reġimi regolatorji attwali tagħhom, ineħħu kwalunkwe regolament superfluwu jew mhux effettiv li jikkostitwixxi ostaklu għas-suq, u biex tiġi żgurata traspożizzjoni konsistenti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali; jistieden lill-Kummissjoni sabiex tiżgura li t-Test tal-SMEs ikun applikat totalment fil-valutazzjonijiet tal-impatt kollha; jistieden lill-Kummissjoni biex iżżid l-isforzi tagħha fl-indirizzar tar-regolamentazzjoni żejda ma' Stati Membri individwali; jenfasizza l-ħtieġa ta' interpretazzjoni ċara u uniformi madwar l-UE minn regolaturi nazzjonali u regoli miftuħa tal-akkwist pubbliku, inkluż l-akkwist ekoloġiku u l-akkwist elettroniku, li attwalment jirrappreżenta ostaklu sostanzjali għall-SMEs li jixtiequ jsiru internazzjonali u fl-istess ħin opportunità kbira biex l-Istati Membri jkunu minn ta' quddiem biex jadattaw ruħhom, inkluż f'prodotti u soluzzjonijiet li huma effiċjenti fir-riżorsi u l-enerġija;

34.    Jilqa' b'sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira proposti leġiżlattivi li m'għadhomx jintużaw jew li huma ta' piż żejjed; jistenna li l-Kummissjoni tressaq proposta aktar ambizzjuża dwar il-leġiżlazzjoni tal-iskart, kif imħabbar mill-Viċi President Timmermans fis-sessjoni plenarja tal-Parlament ta' Diċembru 2014; jistieden lill-Kummissjoni biex tibqa' lura milli tressaq proposti leġiżlattivi li jwasslu għal piż amministrattiv bla bżonn għan-negozji u għall-SMEs u li kontinwament tirrieżamina leġiżlazzjoni eżistenti bil-għan li jitnaqqas il-piż amministrattiv attwali, li ttejjeb il-kwalità u l-effettività tal-leġiżlazzjoni u li tadattaha għal mudelli kummerċjali ġodda; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa għal azzjonijiet ambizzjużi, l-implimentazzjoni xierqa u f'waqtha tal-leġiżlazzjoni eżistenti u l-involviment bikri tal-partijiet interessati mill-industriji u SMEs rilevanti, inkluż fil-valutazzjoni tal-impatt, sabiex jintlaħqu l-miri ambjentali tal-UE;

35.    Ifakkar fl-importanza ta' leġiżlazzjoni li hija teknoloġikament newtrali u favur l-innovazzjoni, li tippermetti li teknoloġiji ġodda differenti jiġu ttestjati u vvalutati mis-suq; jilqa' l-iżvilupp ta' skema tal-Verifika tat-Teknoloġija Ambjentali (ETV) bħala għodda ġdida li tgħin lil teknoloġiji ambjentali innovattivi jilħqu s-suq; jistieden lill-Istati Membri jużaw adegwatament strumenti bbażati fuq is-suq fl-iskemi ta' appoġġ pubbliku tagħhom u biex joqogħdu lura milli jużaw sussidji ħżiena għall-ambjent li joħolqu distorsjoni fis-suq; ifakkar li l-intervent pubbliku għandu jintuża sabiex jiġu indirizzati nuqqasijiet tas-suq, bħal pereżempju non-pricing ta' esternalitajiet; jistieden lill-Kummissjoni tfassal linji gwida komuni għal skemi nazzjonali ta' appoġġ pubbliku għal proġetti ta' investiment ekoloġiku sabiex jinħoloq sett ta' miżuri aktar uniformi;

36.    Jinnota li l-industriji u t-teknoloġiji ta' tfixkil ta' sikwit jindikaw nuqqasijiet fil-leġiżlazzjoni eżistenti; jenfasizza l-ħtieġa għal monitoraġġ u l-aġġornament kontinwu tal-leġiżlazzjoni u l-implementazzjoni tagħha, sabiex teknoloġiji sostenibbli jew ekoinnovattivi u teknoloġiji ġodda ma jiffaċċjawx barrieri;

Miżuri mixxellanji ta' appoġġ

37.    Jemmen li l-iżvilupp ta' ħiliet intraprenditorjali kif ukoll programmi ta' tagħlim dwar kif is-suq, l-ekonomija u s-sistema finanzjarja joperaw, jiffunzjonaw u jinteraġixxu, flimkien ma' għarfien ambjentali, u kif it-teknoloġiji l-ġodda jistgħu jagħtu spinta effettiva, innovattiva u opportunitajiet ekoloġiċi, għandhom jiġu inklużi fis-sistemi ta' edukazzjoni bażiċi u ogħla, u jiġu promossi wkoll permezz ta' attivitajiet extrakurrikulari u t-tagħlim tul il-ħajja; jemmen li pjan ta' negozju mħejji tajjeb huwa l-ewwel pass lejn aċċess aħjar għall-finanzi u l-vijabilità; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinkludu mingħajr dewmien l-edukazzjoni intraprenditorjali, finanzjarja, ekonomika u ambjentali fil-programmi edukattivi tagħhom; jappoġġa, f'dan ir-rigward, il-programm “Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ”, imfassal sabiex jippromwovi kultura intraprenditorjali u jiżviluppa s-suq uniku u l-kompetittività;

38.    Jenfasizza li anke l-mikrointrapriżi u n-negozji li għadhom jibdew għandhom ukoll jingħataw għajnuna u gwida dwar kif jimxu lejn tkabbir ekoloġiku sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni biex tiżgura li dawn in-negozji jkunu adegwatament koperti minn inizjattivi ġodda ffukati fuq opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs;

39.    Jinnota li l-programm Erasmus+ jagħmilha possibbli għal studenti u żgħażagħ li jiżviluppaw il-ħiliet intraprenditorjali permezz ta', fost l-oħrajn, il-finanzjament ta' apprendistati, u jemmen li l-ewwel prijorità tal-programm fis-snin li ġejjin għandu jibqa' l-appoġġ għat-trawwim ta' intraprendituri żgħażagħ u ambizzjużi; jappoġġa il-programm 'Erasmus għall-Imprendituri Żgħażagħ', imfassal sabiex jippromwovi kultura intraprenditorjali u jiżviluppa s-suq uniku u l-kompetittività;

40.    Jinnota l-importanza li jiġu indirizzati t-tendenzi insostenibbli tal-konsum u li jippromwovu bidla fl-imġiba tal-konsumaturi; jenfasizza l-ħtieġa għal edukazzjoni adegwata tal-konsumatur u l-ħtieġa biex jiġu inkoraġġuti inċentivi għal konsum aktar sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsaħħu l-miżuri orjentati lejn id-domanda bħall-użu tal-akkwist pubbliku sabiex jitjieb l-użu ta' riżorsi u prodotti u soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija; jenfasizza l-valur tal-inklużjoni tal-użu tar-riżorsi fl-informazzjoni dwar il-prodott u l-ekotikketti sabiex tingħata s-setgħa lill-konsumaturi;

41.    Jenfasizza l-importanza li jkunu ffaċilitati negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu u spin-offs permezz ta' kollaborazzjoni mal-universitajiet, l-istabbilimenti ta' tagħlim professjonali u istituti ta' riċerka teknoloġika;

42.    Jenfasizza l-importanza tal-esportazzjonijiet għall-ħolqien ta' impjiegi u tkabbir fl-Ewropa; jistieden lill-Kummissjoni tħaffef ftehimiet kummerċjali pendenti mas-sħab tagħna sabiex jiġi faċilitat l-aċċess tal-SMEs Ewropej għal swieq ġodda;

43.    Jemmen li l-intraprenditorija femminili hija assi li s'issa ma ġietx meqjusa b'mod suffiċjenti għat-tkabbir u l-kompetittività tal-UE, li għandu jiġi mrawwem u msaħħaħ u li l-ostakli kollha, b'mod partikolari d-diskriminazzjoni fil-pagi, li jiffaċċaw in-nisa, inkluż fl-ekonomija ekoloġika, għandhom jitneħħew sabiex in-nisa u l-irġiel jibbenefikaw b'mod ugwali; jemmen li ġabra regolari ta' statistika armonizzata, inkluż dwar l-impatt ta' leġiżlazzjoni speċifika għall-ġeneru u li data dwar ix-xogħol diżaggregata skont is-sess, jiffaċilitaw aktar tfassil ta' politika bbażata fuq l-evidenza u l-monitoraġġ u timla lakuna fl-għarfien fid-diskors ekoloġiku;

44.    Jistieden lill-Kummissjoni biex tistudja u tidentifika s-setturi tal-industrija Ewropea u żoni ġeografiċi fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet għall-ħolqien ta' raggruppamenti u ċentri ġodda u tappoġġja l-iżvilupp tagħhom;

45.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari, u jirrispondu għall-opportunitajiet u l-isfidi ppreżentati minn żoni rurali f'dak li għandu x'jaqsam mal-SMEs, it-tkabbir ekoloġiku u l-ekoinnovazzjoni;

46.    Jistieden lill-Istati Membri (fil-livell ta' dawk li jfasslu l-politika u l-awtoritajiet maniġerjali nazzjonali, reġjonali u lokali) biex jippromovu kontinwament it-tkabbir sostenibbli, skont l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, li tiffavorixxi r-raggruppament, is-sinerġiji u n-netwerks fil-kuntest tal-attivitajiet tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rendikont lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, fejn xieraq, u b'mod speċjali fir-rigward tad-diversi tendenzi ta' 'azzjonijiet downstream' użati fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu tagħrif dwar il-miżuri prattiċi li ttieħdu għall-iżvilupp tal-kompetenzi għal SMEs ekoinnovattivi permezz tal-interkonnessjoni ta' ċentri ta' innovazzjoni reġjonali u n-netwerks ewlenin ta' sostenn;

47.    Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-ambitu tal-politika reġjonali, tfassal programmi speċifiċi li jħaddnu l-elementi tat-tkabbir ekoloġiku kollha relevanti għall-SMEs; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-potenzjal tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ jintuża bis-sħiħ fil-kuntest tat-tkabbir ekoloġiku tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tħejji miżuri li joħolqu rabta bejn l-istituzzjonijiet edukattivi ma' programmi Ewropej u miżuri għas-sostenn tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprovdu pariri lil ħaddiema tal-SMEs u jqajmu l-kuxjenza tagħhom bil-għan li jtejbu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom; jitlob li jkun hemm sostenn għal taħriġ li jkun iffukat fuq iż-żgħażagħ u l-gruppi l-aktar żvantaġġati;

48.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

Testi adottati, P7_TA(2013)0036.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2014)0032.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2014)0069.

(4)

http://ec.europa.eu/public_opinion/flash/fl_381_en.pdf


NOTA SPJEGATTIVA

Setturi tat-tkabbir ekoloġiku joffru benefiċċji ekonomiċi u ekoloġiċi kbar għall-SMEs fl-UE, u huwa stmat li dawn jikbru b'mod konsiderevoli fis-snin li ġejjin. Il-punt tat-tluq huwa li dan it-tkabbir ekonomiku jista' jmur id f'id mas-sostenibbiltà ambjentali. L-SMEs huma s-sinsla tal-ekonomija Ewropea u huma xpruni importanti għat-tkabbir ekonomiku u għall-ħolqien tal-impjiegi.

Huwa importanti li dawk li jfasslu l-linji politiċi jifhmu b'mod sħiħ il-potenzjal tal-ekonomija ekoloġika, filwaqt li fl-istess ħin ikunu konxji mid-diffikultajiet li l-SMEs qed jiffaċċjaw fil-preżent, b'mod partikolari rigward it-titjib ekoloġiku tal-prodotti, il-proċessi ta' produzzjoni, in-negozji u s-servizzi tagħhom. Il-Pjan ta' Azzjoni Ekoloġiku tal-Kummissjoni għall-SMEs huwa inizjattiva apprezzata biex tistimula aktar lill-SMEs sabiex jiżviluppaw l-benefiċċji tat-tkabbir ekoloġiku.

Matul il-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati li saru matul r-reviżjoni ta' dan ir-rapport, tqajmu bosta kwistjonijiet. Min-naħa l-oħra, hemm qbil wiesa' ħafna li t-tkabbir ekoloġiku għandu firxa wiesgħa ta' benefiċċji. Fl-istess ħin ħafna intraprendituri, SMEs u assoċjazzjonijiet tal-industrija indikaw diversi problemi kbar li qegħdin iħabbtu wiċċhom magħhom fil-preżent. Dawn jistgħu jinqasmu fil-parti l-kbira fl-intestaturi li ġejjin: il-finanzjament, ir-riċerka u l-iżvilupp u l-innovazzjoni, il-kisba tal-għarfien korrett u l-qafas regolatorju fis-seħħ.

Bosta partijiet ikkonċernati indikaw ukoll l-attitudni avversa ta' riskju ġenerali fost iċ-ċittadini Ewropej. B'bidu fl-edukazzjoni bikrija, iż-żgħażagħ għandhom isiru konxji tal-intraprenditorija u l-kwistjonijiet involuti, bħal diversi modi ta' finanzjament. Ħafna drabi jkun meħtieġ li sseħħ xi forma ta' falliment biex imbagħad jinkiseb suċċess, u ġie maqbul ukoll li l-liġijiet dwar il-falliment huma ta' spiss stretti wisq, u ma jippermettux li jkun faċli li wieħed jerġa' jibda wara l-falliment tan-negozju.

Fir-rigward tal-finanzjament tal-SMEs, il-biċċa l-kbira tal-problemi ffaċċjati huma magħrufa sew u identifikati sew. Waħda mid-diffikultajiet il-kbar fin-negozjar ta' kuntratt ta' kreditu hija n-nuqqas ta' informazzjoni bejn l-SMEs u l-kredituri. Iż-żewġ partijiet jaqblu li komunikazzjoni aħjar għandha twassal biex il-kredituri jifhmu aħjar il-ħtieġa ta' kreditu għall-SME u biex l-SMEs jifhmu aħjar id-diversi għażliet ta' kreditu. Il-kapital ta' riskju, l-investituri privati u l-finanzjament kollettiv għandhom jiġi preżentati b'mod aktar espliċitu bħala alternattivi għall-finanzjament għal self bankarju regolari. Minħabba l-firxa wiesgħa ta' talbiet għal finanzjament, skont il-prodott, id-daqs tal-kumpanija, it-teknoloġija, l-innovazzjoni eċċ., il-Kummissjoni għandha tieħu kont ta' dan meta tiżviluppa programmi, strumenti u inizjattivi. Speċjalment għall-ekonomija ekoloġika, fejn għad hemm xi inċertezza dwar il-qligħ fuq l-investiment minħabba t-teknoloġiji ġodda u l-mudelli kummerċjali, hija meħtieġa pjattaforma wiesgħa ta' strumenti.

Punt ieħor ewlieni fl-iżvilupp ta' opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku huwa l-ħtieġa għall-kondiviżjoni u t-tixrid ta' għarfien. Kuntrarjament għal intrapriżi multinazzjonali, l-SMEs ta' sikwit ma għandhomx l-istess aċċess għal netwerks ta' għarfien biex jibqgħu aġġornati ma' teknoloġiji ġodda, jew li jgħaddu l-messaġġ tagħhom lil klijenti jew investituri potenzjali. Għal dawn ir-raġunijiet, dan ir-rapport jiddedika titolu separat dwar kif l-SMEs jistgħu japprofittaw aktar minn l-għarfien li hemm disponibbli. L-iktar kwistjonijiet importanti hawnhekk huma kollaborazzjonijiet transsettorjali, it-twaqqif ta' netwerks informali u rwol imprezzabbli li l-federazzjonijiet settorjali jistgħu u għandu jkollhom f'dan ir-rigward. Dan ir-raġunament huwa, u dan ġie rifless f'konsultazzjonijiet mal-partijiet interessati, li l-federazzjonijiet settorjali u n-netwerks informali huma s-sors ewlieni ta' informazzjoni, li jvarjaw minn teknoloġiji, fornituri, l-iskemi ta' appoġġ tal-gvern, eċċ. Għal setturi fejn dawn il-pjattaformi huma nieqsa, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jintervjenu u jipprovdu servizzi simili.

Il-potenzjal kbir tal-ekonomija ekoloġika jista' jiġi sfruttat b'mod sħiħ biss jekk ikun hemm qafas tajjeb għar-riċerka, l-iżvilupp u l-innovazzjoni. Għalkemm id-diversi skemi ta' appoġġ pubbliku jistgħu jistimulaw ir-R&Ż&I sa ċertu punt, l-aktar fattur importanti huwa qafas regolatorju u ta' investiment li huwa miftuħ, stabbli u li jiffaċilita l-innovazzjoni. Dan ifisser li jiġi żgurat li jinżamm qasir iż-żmien għal kummerċjalizzazzjoni, ma jintgħażilx rebbieħ iżda l-forzi tas-suq jitħallew jagħmlu s-sehem tagħhom u jkun żgurat li ma jiġux esklużi a priori teknoloġiji jew prodotti innovattivi potenzjali.

Dan jirriżulta wkoll fl-intestatura tar-rapport li jitratta r-regolamentazzjoni, ostakolu ieħor ewlieni għat-tkabbir b'mod ġenerali, u b'mod partikolari għat-tkabbir ekoloġiku. Ġew enfasizzati diversi kwistjonijiet, kemm fil-konsultazzjonijiet bejn il-partijiet ikkonċernati kif ukoll fis-seduta fil-Kumitat ITRE tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ ta' negozji li jkunu għadhom kemm jiftħu u SMEs innovattivi, peress li spiss wisq ikun hemm eċċess ta' regoli stretti, obbligi ta' rappurtar jew proċeduri ta' applikazzjoni. Aktar speċifikament, ir-regolamentazzjoni żejda u interpretazzjonijiet differenti fost regolaturi varji jżidu l-piżijiet u joħolqu wkoll ostaklu għall-funzjonament tas-suq intern. Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirtira xi biċċiet ta' leġiżlazzjoni li huma meqjusa li huma ta' piż kbir wisq għandha tintlaqa' b'mod pożittiv. Hija tenfasizza l-idea li l-ewwel ħaġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom jagħmlu fl-abbozzar ta' leġiżlazzjoni ġdida hija li jirriflettu fuq liema problema jew liema falliment tas-suq ikunu qed jippruvaw isolvu.

Dwar l-iskemi ta' appoġġ, ir-Rapporteur jistieden lill-Kummissjoni biex tiżviluppa linji gwida biex jiġu razzjonalizzati d-diversi sistemi nazzjonali differenti, sabiex ikun hemm sett ta' miżuri aktar unifikat. Wieħed mill-punti ewlenin li l-gvern għandu jiffoka fuqu biex l-ekonomija tagħhna tkompli ssir iktar ekoloġika filwaqt li l-baġit jinżamm taħt kontroll, hu li tingħata attenzjoni għal teknoloġiji maturi li huma kosteffiċjenti. Għandhom joqogħdu lura milli jinkoraġġixxu l-użu fuq skala kbira ta' innovazzjonijiet ġodda li jiswew ħafna flus. F'dan il-każ, il-gvernijiet jistgħu minflok jagħżlu li jkollhom ir-rwol ta' faċilitatur, fejn isostnu proġett ta' dimostrazzjoni fuq skala żgħira li jgħin biex jiġu żviluppati aktar it-teknoloġiji.

L-abbozz ta' rapport jikkonkludi billi jippreċiża diversi sfidi oħra importanti, bħalma huma l-potenzjal intraprenditorjali tan-nisa, is-sensibilizzazzjoni tal-konsumatur u miżuri ta' appoġġ għall-intraprenditorija ġenerali.

Huwa ċar li hemm potenzjal kbir għal tkabbir ekoloġiku, iżda dan il-potenzjal ma jistax jiġi sfruttat bis-sħiħ jekk ma jkunux issodisfati diversi kundizzjonijiet bażiċi. Dawn huma kundizzjonijiet bħall-ħolqien ta' mentalità aktar intraprenditorjali, l-iżvilupp ta' regoli miftuħa u favur l-innovazzjoni, l-istabbiliment ta' aċċess diversifikat aktar għal finanzjament jew il-ħolqien ta' aktar opportunitajiet ta' kondiviżjoni tal-għarfien.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (1.4.2015)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs

(2014/2209(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Liadh Ní Riada

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A. billi huwa essenzjali li l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u r-riżorsi tkun fil-bażi tat-tiġdid industrijali Ewropew jekk l-industrija Ewropea trid iżżomm it-tkabbir intelliġenti, sostenibbli, inklussiv u kompetittiv tagħha fil-ġejjieni;

B.  billi l-SMEs li jikkonformaw mal-istandards ambjentali se jżidu l-opportunitajiet tan-negozju tagħhom u se jkunu aktar kapaċi jirreżistu l-pressjoni tal-ispejjeż li ġejja minn spejjeż akbar fir-riżorsi;

C. billi l-SMEs huma s-sinsla ekonomika tal-Ewropa, jagħtu kontribut kbir għall-koeżjoni ekonomika u soċjali fl-Istati Membri, jammontaw għal madwar 99 % tan-negozji kollha Ewropej u jipprovdu madwar 75 miljun impjieg;

D. billi l-aċċess għall-finanzjament għadu wieħed mill-aktar sfidi sinifikanti għall-ħolqien, għas-sopravivenza u għat-tkabbir ta' SMEs, mikrointrapriżi, intrapriżi soċjali u kooperattivi; billi huwa kruċjali li jiġi ffaċilitat l-aċċess għall-finanzjament lill-SMEs għall-adozzjoni ta' teknoloġija iktar ekoloġika u għall-investiment fi prattiki ta' negozju sostenibbli; billi s-settur privat għandu rwol importanti biex jiġu żviluppati modi alternattivi ta' finanzjament;

E.  billi għandu jitqies l-potenzjal tal-baġit tal-UE, bħala baġit ibbażat fuq l-investiment, biex jiġi faċilitat l-aċċess tal-SMEs Ewropej għall-finanzjament permezz ta' inqas burokrazija u permezz ta' għodod finanzjarji dedikati u ż-żieda fil-finanzjament tal-uffiċċji ta' intrapriżi lokali; billi għandu jiġi msaħħaħ l-iżvilupp ta' proċeduri li huma faċli biex jintużaw għal diversi forom ta' appoġġ;

F.  billi l-Fond Ewropew il-ġdid għal Investimenti Strateġiċi (EFSI) jista' jkun sors ewlieni ta' finanzjament għall-SMEs flimkien mal-użu ta' opportunitajiet diġà pprovduti taħt il-baġit tal-UE;

1.  Jenfasizza l-valur miżjud tal-baġit tal-UE sabiex jgħin lill-SMEs, il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi soċjali u l-kooperattivi jiksbu aċċess għall-finanzjament u s-swieq internazzjonali, b'mod partikolari permezz tal-programm COSME u taħt l-Orizzont 2020 u l-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE); jenfasizza l-ħtieġa ta' interpretazzjoni ċara u uniformi madwar l-UE kollha mir-regolaturi nazzjonali u regoli miftuħa tal-akkwist pubbliku;

2.  Jinnota li l-programmi tal-UE ma jikkontribwixxux b'mod sinifikanti għall-ekoinnovazzjoni u l-ekonomija ċirkolari u li l-Kummissjoni, għalhekk, teħtieġ li tikkonċentra finanzjament aħjar mill-programm COSME u Orizzont 2020 lejn l-iżvilupp ta' soluzzjonijiet ekoinnovattivi minn u għal SMEs u għall-appoġġ ta' finanzjament għat-titjib tat-tfassil tal-prodott u l-proċessi ta' prestazzjoni, li tibni fuq esperjenzi ta' suċċess f'dan l-aħħar QFP; iqis, b'mod partikolari, li l-Istrument tal-SMEs taħt Orizzont 2020 jeħtieġ jiġi implimentat bis-sħiħ;

3.  Jinnota li l-Kummissjoni qed tpoġġi enfasi kbira fuq il-kapital ta' riskju sabiex ittejjeb l-aċċess tal-SMEs għall-finanzjament; dan huwa bla dubju meħtieġ, iżda se jibbenefikaw għadd żgħir biss ta' SMEs;

4.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-UE jipprovdu aktar appoġġ lil SMEs u intrapriżi soċjali bbażati fil-komunità u b'mod partikolari dawk li jikkontribwixxu biex itejbu l-effiċjenza tal-enerġija tagħhom u l-użu effikaċi tar-riżorsi u s-sistemi ta' enerġija rinnovabbli;

5.  Jenfasizza l-ħtieġa li jiġu inċentivati r-riċerka u l-investimenti f'teknoloġiji ġodda u avvanzati li jippermettu żvilupp lejn it-tkabbir sostenibbli u l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi, permezz ta' oqfsa ta' politika kemm fil-livell tal-Istati Membri kif ukoll fil-livell tal-UE; jissottolinja l-fatt li l-koerenza bejn il-leġiżlazzjoni tal-UE teħtieġ titjieb sabiex issaħħaħ is-sinerġiji u ċ-ċertezza legali;

6.  Jenfasizza l-bżonn li jiġu żgurati l-koordinazzjoni u l-komplementarjetà bejn strumenti finanzjarji fil-baġit tal-UE, b'mod partikolari taħt il-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE), il-Programm tal-UE għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) u l-Programm LIFE;

7.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-SMEs ekoloġiċi, il-mikrointrapriżi, l-intrapriżi soċjali u l-kooperattivi, fatt li joħloq impjiegi sostenibbli, inkluż għaż-żgħażagħ, b'mod partikolari permezz ta' regolamentazzjoni aħjar, li jnaqqas il-piż amministrattiv eċċessiv, jipprovdi benefiċċji fiskali u jadotta miżuri soċjali speċifiċi għal imprendituri żgħar, u biex itejbu l-aċċess tagħhom għall-finanzjament permezz tal-programmi tal-UE;

8.  Jieħu nota tal-Fond Ewropew il-ġdid għal Investimenti Strateġiċi (FEIS); jenfasizza li l-SMEs u l-mikrointrapriżi, inklużi dawk ekoloġiċi u innovattivi, għandhom ikunu benefiċjarji importanti ta' dan il-Fond, peress li l-użu effiċjenti tar-riżorsi jista' jitqies bħala investiment b'riskju għoli u s-self bankarju għadu jikkostitwixxi s-sors ewlieni ta' finanzjament għall-SMEs; jenfasizza l-potenzjal li l-effiċjenza fl-użu tar-riżorsi għandha għat-tkabbir ekonomiku u l-fatt li dan jippreżenta għadd ta' opportunitajiet ta' negozju għall-SMEs.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

1.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jean Arthuis, Richard Ashworth, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Carlos Iturgaiz, Bernd Kölmel, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureșan, Victor Negrescu, Liadh Ní Riada, Jan Olbrycht, Urmas Paet, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Marusik, Andrey Novakov, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (30.3.2015)

għall-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

dwar opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku għall-SMEs

(2014/2209(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Dan Nica

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jissottolinja l-importanza ta' kull Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropew (FSIE) u tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS) fit-titjib tal-kompetittività tal-SMEs, fl-appoġġ għall-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju u fil-promozzjoni ta' użu effiċjenti tar-riżorsi; huwa tal-opinjoni li dawk il-fondi se jikkontribwixxu għall-ksib tal-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, kif ukoll għall-Inizjattivi Emblematiċi tal-istrateġija; jisħaq fuq l-importanza tal-konċentrazzjoni tematika sabiex jiġi żgurat li l-opportunitajiet ta' finanzjament ikunu mmirati lejn tkabbir ekoloġiku;

2.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tidentifika l-ostakli ewlenin li qed jipprevjenu l-assorbiment sħiħ tal-fondi disponibbli, filwaqt li tiżgura l-anqas piż amministrattiv possibbli, kif ukoll tfassal politiki ċari u fattibbli, bil-għan li tikkombinahom ma' strateġiji u possibbiltajiet ta' sostenn eżistenti sabiex jipprovdu bażi għal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għal azzjoni, u sabiex jipprovdugwida għall-bidla lejn ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju filwaqt li jippromvowu din il-bidla; iqis li dawn il-politiki, barra minn hekk, iħeġġu lill-SMEs jinvestu kemm fi proċessi biex itejbu l-użu effiċjenti tar-riżorsi u l-enerġija, kif ukoll fl-ekoinnovazzjoni, bil-għan li jippromwovu opportunitajiet ġodda ta' impjiegi fi ħdan l-UE, itejbu t-tkabbir sostenibbli u l-protezzjoni tal-ambjent u l-klima;

3.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet lokali u reġjonali jipprovdu informazzjoni u analiżijiet adegwati lill-SMEs dwar is-setturi tal-produzzjoni u strutturi produttivi li fihom jistgħu jipproċedu bi tkabbir ekoloġiku, u barra minn hekk iħeġġiġhom jipprovdulhom sostenn f'din id-dinamika;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali biex ineħħu l-ostakli u jiffaċilitaw l-aċċess għall-kreditu lill-SMEs, fosthom permezz ta' inċentivi finanzjarji, u biex jattiraw il-kapital privat, mingħajr ma joħolqu distorsjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni, u mingħajr ma jiżdied il-piż amministrattiv u regolamentazzjoni żejda li l-SMEs ma jistgħux ilaħħqu magħhom; iqis li, sabiex tiġi żgurata l-komplementarjetà tal-iskemi finanzjarji għall-SMEs, huwa essenzjali li jiġu kkoordinati l-miżuri meħuda fl-ambitu tal-Politika ta' Koeżjoni u programmi oħra, bħall-programm Orizzont 2020, kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak reġjonali; jisħaq fuq l-importanza ta' leġiżlazzjoni mfassla b'tali mod li tippermetti lill-SMEs jibqgħu kompetittivi;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjoni rapida u dejjiema biex l-ammont enormi ta' pagamenti arretrati marbuta mal-politika reġjonali u ma' dak li jikkonċerna t-trattament ta' assistenza tal-FSIE fil-perjodu ta' finanzjament preċedenti, sabiex jiġi żgurat li l-SMEs bħala sħab fil-proġett ma jiġux skoraġġati milli jipparteċipaw fi programmi u proġetti ta' appoġġ minħabba li l-ħlas idum ma jsir;

6.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex, għal proġetti ffinanzjati mill-UE, jabbozzaw kriterji tal-għażla ċari u oġġettivi bil-għan jagħmlu l-proġetti aktar attraenti, u b'hekk jitħeġġeġ l-iżvilupp sostenibbli u jista' jibdel l-isfidi ambjentali f'opportunitajiet ta' tkabbir; iqis li rappreżentanza bilanċjata tal-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha, inklużi s-sħab soċjali, l-assoċjazzjonijiet tal-SMEs u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandha tiġi żgurata meta jiġu stabbiliti l-kumitati għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; iqis li s-sistemi tal-monitoraġġ u tar-rappurtar għandhom ikunu bbażati fuq indikaturi li jirrigwardaw il-kontribut tal-SMEs għat-tkabbir ekoloġiku u l-impatt tal-finanzjament lill-SMEs fuq l-impjiegi ekoloġiċi u l-marka tal-karbonju;

7.  Jistieden lill-Istati Membri kollha biex, filwaqt li jqisu l-ħtiġijiet nazzjonali u reġjonali tagħhom, jinkludu politika ta' akkwist pubbliku ekoloġiku fil-programmi operattivi tagħhom u jħeġġu lill-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali jżidu l-proporzjon ta' akkwist pubbliku ekoloġiku, biex b'hekk iħeġġu l-promozzjoni ta' opportunitajiet ġodda għall-impjiegi u t-tkabbir ekoloġiku għall-SMEs (bħar-riċiklaġġ, il-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli, l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u skemi ta' ffrankar tal-enerġija); jistieden lill-Kummissjoni tinforma lill-Parlament dwar il-perċentwal/l-għadd ta' SMEs li jinvestu fit-tkabbir ekoloġiku u l-ekoinnovazzjoni u li huma ffinanzjati permezz ta' programmi operazzjonali f'kull Stat Membru, kif ukoll dwar ir-riżultati miksuba u l-għadd ta' impjiegi maħluqa/miżmuma; jirrakkomanda li jsiru aktar sforzi għall-ksib ta' sinerġiji permezz ta' użu integrat tal-fondi disponibbli;

8.  Iħeġġeġ l-estensjoni ta' skemi ta' sostenn innovattivi, bħal kupuni ta' innovazzjoni ekoloġika, li jistgħu jippromwovu l-introduzzjoni fis-suq ta' teknoloġiji sostenibbli u soluzzjonijiet li jieħdu ħsieb l-ambjent u reżiljenti f'dak li għandu x'jaqsam mal-klima; iqis, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal appoġġ, li jeħtieġ li r-regoli jkunu sempliċi u ċari u li m'għandhomx jikkostitwixxu piż amministrattiv; jistieden, barra minn hekk, lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jsibu soluzzjonijiet innovattivi ta' finanzjament għall-SMEs u li jipprovdu strumenti ta' finanzjament aċċessibbli għalkollox; ifakkar li t-tkabbir sostenibbli u l-kapaċità ta' innovazzjoni tal-SMEs Ewropej huwa wieħed mill-vantaġġi kompetittivi ewlenin li l-UE għandha fis-swieq globalizzati;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jappoġġaw u jippromwovu l-ħolqien ta' pjattaformi, raggruppamenti tematiċi u ġeografiċi/reġjonali, kif ukoll assoċjazzjonijiet reġjonali u lokali li permezz tagħhom il-proġetti ekoinnovattivi inkrimentali jew rivoluzzjonarji jattiraw investimenti privati, u jħeġġu l-kooperazzjoni bejn il-partijiet ikkonċernati sabiex jarrikkixxu l-katina tal-valur Ewropea; jilqa' l-inizjattivi ambjentali proposti dan l-aħħar mill-Kummissjoni, u jistieden lill-Istati Membri, flimkien mas-settur tan-negozju u s-soċjetà ċivili, biex joħolqu sħubijiet ta' innovazzjoni għal żvilupp sostenibbli;

10. Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu attenzjoni partikolari, u jirrispondu għall-opportunitajiet u l-isfidi ppreżentati minn żoni rurali f'dak li għandu x'jaqsam mal-SMEs, it-tkabbir ekoloġiku u l-ekoinnovazzjoni;

11. Jistieden lill-Istati Membri (fil-livell ta' dawk li jfasslu l-politika u l-awtoritajiet maniġerjali nazzjonali, reġjonali u lokali) biex jippromovu kontinwament it-tkabbir sostenibbli, skont l-istrateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti bil-parteċipazzjoni tal-partijiet ikkonċernati ewlenin, li tiffavorixxi r-raggruppament, is-sinerġiji u n-netwerks fil-kuntest tal-attivitajiet tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni tippreżenta rendikont lill-Parlament dwar l-implimentazzjoni ta' strateġiji ta' speċjalizzazzjoni intelliġenti fil-livell nazzjonali u/jew reġjonali, fejn xieraq, u b'mod speċjali fir-rigward tad-diversi tendenzi ta' 'azzjonijiet downstream' użati fil-livell tal-UE u fl-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jipprovdu tagħrif dwar il-miżuri prattiċi li ttieħdu għall-iżvilupp tal-kompetenzi għal SMEs ekoinnovattivi permezz tal-interkonnessjoni ta' ċentri ta' innovazzjoni reġjonali u n-netwerks ewlenin ta' sostenn.

12. Jenfasizza l-ħtieġa li l-SMEs jiġu informati dwar l-opportunitajiet ta' kompetittività/tkabbir, impjieg u protezzjoni ambjentali li jistgħu jġibu magħhom dawn il-mudelli u prattiki ġodda tan-negozju; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-awtoritajiet reġjonali u lokali jinformaw aħjar lill-SMEs dwar l-opportunitajiet ta' tkabbir ekoloġiku (bħalma huma l-effiċjenza fl-użu tal-enerġija u l-materjali) u l-iskala u l-implikazzjonijiet tat-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju permezz ta' qawmien tal-kuxjenza fost l-SMEs u l-imprendituri; jistieden lill-awtoritajiet pubbliċi jindirizzaw in-nuqqas ta' għarfien, riżorsi u ħiliet billi b'mod proattiv jipprovdu konsulenza u assistenza teknika u billi jappoġġaw l-iskambji tal-aħjar prattiki;

13. Jistieden lill-Kummissjoni biex, fl-ambitu tal-politika reġjonali, tfassal programmi speċifiċi li jħaddnu l-elementi tat-tkabbir ekoloġiku kollha relevanti għall-SMEs; jisħaq fuq il-ħtieġa li l-potenzjal tal-intraprenditorija fost iż-żgħażagħ jintuża bis-sħiħ fil-kuntest tat-tkabbir ekoloġiku tal-SMEs; jistieden lill-Kummissjoni tħejji miżuri li joħolqu rabta bejn l-istituzzjonijiet edukattivi ma' programmi Ewropej u miżuri għas-sostenn tal-ekonomija ekoloġika; jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jużaw il-mezzi kollha għad-dispożizzjoni tagħhom biex jipprovdu pariri lil ħaddiema tal-SMEs u jqajmu l-kuxjenza tagħhom bil-għan li jtejbu l-għarfien u l-ħiliet tagħhom; jitlob li jkun hemm sostenn għal taħriġ li jkun iffukat fuq iż-żgħażagħ u l-gruppi l-aktar żvantaġġati.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

26.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, José Blanco López, Franc Bogovič, Victor Boștinaru, Mercedes Bresso, Rosa D’Amato, Michela Giuffrida, Anna Hedh, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Martina Anderson, Daniel Buda, Enrique Calvet Chambon, Salvatore Cicu, Tunne Kelam, Ivana Maletić, Dan Nica, Jan Olbrycht, Bronis Ropė, Julie Ward, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Noichl


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

14.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

54

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Soledad Cabezón Ruiz, Philippe De Backer, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Dawid Bohdan Jackiewicz, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Aldo Patriciello, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Miloslav Ransdorf, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Jean-Luc Schaffhauser, Neoklis Sylikiotis, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Miguel Urbán Crespo, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Simona Bonafè, Lefteris Christoforou, Cornelia Ernst, Eugen Freund, Werner Langen, Michèle Rivasi, Maria Spyraki, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Enrique Calvet Chambon, Stanisław Ożóg

Avviż legali