Proċedura : 2014/0059(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0141/2015

Testi mressqa :

A8-0141/2015

Dibattiti :

PV 19/05/2015 - 3
CRE 19/05/2015 - 3
PV 15/03/2017 - 14
CRE 15/03/2017 - 14

Votazzjonijiet :

PV 20/05/2015 - 10.7
CRE 20/05/2015 - 10.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 16/03/2017 - 6.5
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0204
P8_TA(2017)0090

RAPPORT     ***I
PDF 1092kWORD 691k
24.4.2015
PE 546.838v02-00 A8-0141/2015

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli

(COM(2014)0111 – C7‑0092/2014 – 2014/0059(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Iuliu Winkler

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli

(COM(2014)0111 – C7‑0092/2014 – 2014/0059(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0111),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0092/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A8-0141/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli − għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp jistgħu jkunu kawża ta' tilwim fejn id-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u jdgħajjfu l-isforzi nazzjonali lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn l-oqsma, il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa kruċjali għall-paċi u l-istabbiltà.

(1) Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli − għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp jistgħu jkunu kawża ta' tilwim fejn id-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u jdgħajfu l-isforzi lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn iż-żoni, il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa element kruċjali sabiex jiġu garantiti l-paċi, l-iżvilupp u l-istabbiltà.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a) L-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem huma komuni fi ħdan l-industrija estrattiva u jistgħu jinkludu tħaddim tat-tfal, vjolenza sesswali, għajbien sfurzat, ir-risistemazzjoni sfurzata u l-qerda ta' siti sinifikanti fuq livell ritwali jew kulturali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kwistjoni tikkonċerna r-reġjuni għonja fir-riżorsi fejn l-isfida ppreżentata mix-xewqa li jitnaqqas il-finanzjament ta' gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà ġiet indirizzata minn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali flimkien mal-operaturi kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili.

(2) Il-kwistjoni tikkonċerna żoni għonja fir-riżorsi fejn l-isfida ppreżentata mix-xewqa li jiġi evitat il-finanzjament ta' gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà ġiet indirizzata minn gvernijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali flimkien mal-operaturi kummerċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tan-nisa li huma fuq quddiem sabiex jiġbdu l-attenzjoni dwar il-kundizzjonijet ta' sfruttament imposti minn dawn il-gruppi, kif ukoll dwar l-istupru u l-vjolenza użati biex jiġu kkontrollati popolazzjonijiet lokali.

 

(Din l-emenda li tirriżulta fil-bdil tal-kelma "reġjuni" għal "żoni" tapplika matul it-test kollu. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu).

Ġustifikazzjoni

Fl-interess ta' konsistenza legali interna, kull referenza għal "reġjuni" għandha tkun emendata għal "żoni", peress li dan jirrifletti aħjar id-definizjoni msemmija fl-Artikolu 2, li titkellem dwar "żoni" biss u mhux dwar "reġjuni".

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Dan ir-Regolament huwa wieħed mill-mezzi biex jiġi eliminat il-finanzjament lill-gruppi armati permezz tal-kontroll fuq il-kummerċ fil-minerali minn reġjuni ta' kunflitt; dan ma jbiddilx il-fatt li l-azzjonijiet tal-politika barranija u tal-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea għandhom jiffukaw fuq il-ġlieda kontra l-korruzzjoni lokali u l-fatt li l-fruntieri huma porużi, u fuq il-forniment ta' taħriġ lill-popolazzjonijiet lokali u lir-rappreżentati tagħhom sabiex jinxteħet dawl fuq l-abbużi.

Ġustifikazzjoni

Dan ir-regolament għandu jitqies bħala mezz aktar milli l-għan aħħari, bil-għan li jiġi miġġieled it-traffikar.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fis-7 ta' Ottubru 2010, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni li titlob lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti aliasit-Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; U l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal- 2011 u 2012il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta - anki barra s-sħubija tal-OECD.

(7) Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Ottubru 2010, tat-8 ta' Marzu 2011, tal-5 ta' Lulju 2011 u tas-26 ta' Frar 2014, il-Parlament Ewropew talab lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti magħrufa bħala t-Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; u l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal-2011 u 2012 il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta - anki barra s-sħubija tal-OECD.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Ċittadini tal-Unjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili qajmu l-kuxjenza fir-rigward ta' kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-Unjoni talli ma jitqisux responsabbli għall-konnessjoni potenzjali tagħhom mal-estrazzjoni illegali u l-kummerċ ta' minerali minn reġjuni ta' kunflitt. Il-konsegwenza ta' dan hija li dawn il-minerali, potenzjalment preżenti fi prodotti tal-konsumatur, jgħaqqdu l-konsumaturi mal-kunflitti barra l-Unjoni. Għal dan l-għan, iċ-ċittadini talbu notevolment permezz ta' petizzjonijiet, li l-leġiżlazzjoni tiġi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jżommu lill-kumpaniji responsabbli skont il-linji gwida kif stabbilit min-NU u l-OECD.

(8) Ċittadini tal-Unjoni u l-atturi tas-soċjetà ċivili qajmu l-kuxjenza fir-rigward ta' kumpaniji li joperaw fil-ġurisdizzjoni tal-Unjoni talli ma jitqisux responsabbli għall-konnessjoni potenzjali tagħhom mal-estrazzjoni illegali u l-kummerċ ta' minerali minn reġjuni ta' kunflitt. Il-konsegwenza ta' dan hija li dawn il-minerali, potenzjalment preżenti fi prodotti tal-konsumatur, jgħaqqdu l-konsumaturi mal-kunflitti barra l-Unjoni. B'hekk, il-konsumaturi huma mgħaqqda indirettament ma' kunflitti li għandhom impatti severi fuq id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari d-drittijiet tan-nisa, peress li l-gruppi armati ħafna drabi jużaw l-istupru tal-massa bħala strateġija maħsuba sabiex jintimidaw u jikkontrollaw lill-popolazzjonijiet lokali sabiex jipproteġu l-interessi tagħhom. Għal dan l-għan, iċ-ċittadini talbu notevolment permezz ta' petizzjonijiet, li l-leġiżlazzjoni tiġi proposta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, u jżommu lill-kumpaniji responsabbli skont il-linji gwida kif stabbilit min-NU u l-OECD.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista hija proċess li għadu għaddej, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-operaturi tan-negozju jimmonitorjaw u jamministraw ix-xiri u l-bejgħ tagħhom, bil-għan li jiġi żgurat li ma jikkontribwixxux għal kunflitt u għall-impatti negattivi tiegħu.

(9) Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista hija proċess li għadu għaddej, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-importaturi jistgħu jimmonitorjaw u jamministraw il-katini tal-provvista tagħhom, bil-għan li jiġi żgurat li ma jikkontribwixxux għal kunflitt u għall-impatti negattivi tiegħu. Dan ir-Regolament għandu jiżgura li tinkiser ir-rabta bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali, mingħajr ma jimmina l-importanza ekonomika fis-suq ta' landa, tantalu, tungstenu u deheb għall-iżvilupp tal-pajjiżi kkonċernati.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Id-Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 1a tesiġi li kumpaniji kbar b'aktar minn 500 impjegat jiddivulgaw l-informazzjoni dwar għadd ta' politiki, fosthom id-drittijiet tal-bniedem, il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u d-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista. Id-Direttiva tipprevedi li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida sabiex tiffaċilita d-divulgazzjoni ta' din l-informazzjoni. Il-Kummissjoni għandha tikkunsidra li f'dawk il-linji gwida jiġu inklużi indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward ta' minerali ta' kunflitt.

 

__________________

 

Direttiva 2014/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 li temenda d-Direttiva 2013/34/UE fir-rigward tad-divulgazzjoni ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn ċerti impriżi u gruppi kbar (ĠU L 330, 15.11.2014, p. 1).

Ġustifikazzjoni

The directive on disclosure of non-financial and diversity information by certain large groups and companies (Directive 2014/95/EU), which was adopted by Parliament and Council in 2014 and which will be applicable in 2017, enhances business transparency on social and environmental matters and also covered supply chain due diligence. The Commission will need to draft the guidelines on the methodology in 2016 and use of international standards and non-financial performance indicators in order to assist undertakings in their reporting. In this context the rapporteur wants the Commission also to include reporting on supply chain due diligence in relation to conflict minerals. This reporting requirement for large groups and companies needs to be coordinated with the decision making on the Regulation proposed by the Commission.

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) Ħafna mis-sistemi eżistenti tad-diligenza dovuta fil-katina tal-provvista jistgħu jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ta' dan ir-Regolament. Diġà jeżistu skemi tal-industrija bil-għan li jiksru r-rabta bejn il-kunflitt u l-provenjenza tal-landa, tantalu, tungstenu u deheb. Dawn l-iskemi jużaw awditi mwettqa minn partijiet terzi indipendenti biex jiċċertifikaw biss lil dawk il-funderiji u r-raffineriji li jkollhom fis-seħħ sistemi li jiżguraw li l-metalli u l-minerali li jakkwistaw għall-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikollhom provenjenza responsabbli. Dan l-iskemi tal-industrija jistgħu jiġu rikonoxxuti fis-sistema tal-Unjoni. Madankollu, il-kriterji u l-proċeduri għar-rikonoxximent ta' dawn l-iskemi bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jeħtieġ li jiġu ċċarati biex jippermettu r-rispett għal standards għolja u jiġi evitat l-awditjar doppju.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika fil-provenjenza responsabbli ta' minerali u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-Unjoni rrappurtaw ukoll ħafna diffikultajiet biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista minħabba l-katini tal-provvista globali twal u kumplessi li jinvolvu għadd għoli ta' operaturi li spiss m'humiex konxji biżżejjed jew m'humiex ikkonċernati etikament. L-ispiża tal-provenjenza responsabbli u tal-impatt potenzjali tagħha fuq il-kompetittività l-aktar fuq l-SMEs għandha tiġi sorveljata mill-Kummissjoni.

(12) Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika biex jakkwistaw minerali bi provenjenza responsabbli u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-Unjoni rrappurtaw ukoll ħafna diffikultajiet u sfidi prattiċi biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista minħabba katini tal-provvista globali twal u kumplessi li jinvolvu għadd kbir ta' operaturi li spiss mhumiex konxji biżżejjed jew m'humiex ikkonċernati etikament. L-ispiża biex jiġu akkwistati minerali bi provenjenza responsabbli, ta' awditjar minn partijiet terzi, tal-konsegwenzi amministrattivi u tal-impatt potenzjali tagħhom fuq il-kompetittività l-aktar fuq l-SMEs għandha tiġi sorveljata mill-qrib u rappurtata mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tipprovdi lil mikrointrapriżi, intrapriżi żgħar u ta' daqs medju b'assistenza teknika u finanzjarja u għandha tiffaċilita l-iskambju ta' informazzjoni sabiex timplimenta dan ir-Regolament. L-SMEs stabbiliti fl-Unjoni li jimportaw minerali u metalli u li jistabbilixxu sistemi ta' diligenza dovuta għandhom jirċievu għajnuna finanzjarja permezz tal-programm tal-Kummissjoni COSME.

Emenda  11

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Importaturi responsabbli li jagħżlu li jidħlu fis-sistema ta' awtodikjarazzjoni skont dan ir-Regolament għandhom ikunu ċertifikati permezz ta' tikketta.

Emenda  12

Proposta għal regolament

Premessa 12b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni li joperaw downstream fil-katina tal-provvista li jistabbilixxu volantarjament sistema biex jakkwistaw minerali u metali bi provenjenza responsabbli għandhom ikunu ċertifikati mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri permezz ta' tikketta. Il-Kummissjoni għandha tistrieħ fuq il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta sabiex tistabbilixxi l-kriterji għall-għoti ta' ċertifikazzjoni u, għal dak il-għan, tista' tikkonsulta lis-Segretarjat tal-OECD. Il-kundizzjonijiet għall-għoti taċ-"Ċertifikazzjoni Ewropea ta' responsabbiltà" għandhom ikunu strinġenti daqs dawk meħtieġa mis-sistema ta' ċertifikazzjoni tal-OECD. Kumpaniji li jibbenefikaw miċ-"Ċertifikazzjoni Ewropew ta' responsabbiltà" huma mħeġġa juru dan il-fatt fuq is-sit web tagħhom u jinkluduh fl-informazzjoni li jfornu lill-konsumaturi Ewropej.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Premessa 12c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12c) Fil-Komunikazzjoni Konġunta tal-5 ta' Marzu 20141a, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà fasslu pjanijiet għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament previsti biex jinkoraġixxu provenjenza responsabbli u li b'hekk jiżguraw livell ta' parteċipazzjoni għoli minn kumpaniji, filwaqt li jitqiesu l-ispejjeż li d-diligenza dovuta ġġib magħha, b'mod partikolari għall-SMEs u mikrointrapriżi.

 

__________________

 

Komunikazzjoni Konġunta tal-5 ta' Marzu 2014 lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar "Il-Provenjenza Responsabbli ta' minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli" (JOIN(2014)0008).

Emenda  14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-funderiji u r-raffineriji huma kwistjoni importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali peress li jinsabu tipikament fl-aħħar stadju li fih tista' tiġi assigurata b'mod effettiv id-diliġenza dovuta bil-ġbir, id-divulgar u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u tal-katina ta' kustodja. Wara dan l-istadju ta' trasformazzjoni huwa ta' spiss ikkunsidrat li mhux fattibbli biex jiġu traċċati l-oriġini tal-minerali. Lista tal-Unjoni ta' funderiji u raffineriji responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal kumpaniji downstream fir-rigward tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista.

(13) Il-funderiji u r-raffineriji huma punt importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali peress li jinsabu tipikament fl-aħħar stadju li fih tista' tiġi assigurata b'mod effettiv id-diliġenza dovuta bil-ġbir, id-divulgar u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u tal-katina ta' kustodja. Wara dan l-istadju ta' trasformazzjoni huwa ta' spiss ikkunsidrat li mhux fattibbli li jiġu traċċati l-oriġini tal-minerali. Dan japplika wkoll għall-metalli riċiklati, li jkunu għaddew minn fażijiet saħansitra aktar avvanzati fil-proċess tat-trasformazzjoni. Lista tal-Unjoni ta' funderiji u raffineriji responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal kumpaniji downstream fir-rigward tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, impriżi upstream bħal funderiji u raffineriji għandhom jgħaddu minn awditu minn partijiet terzi indipendenti dwar il-prattiki ta' diligenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħhom, bil-għan li jiddaħħlu fil-lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Funderiji u raffineriji li jipproċessaw u jimportaw minerali u konċentrati tagħhom għandhom l-obbligu li japplikaw is-sistema tal-Unjoni tad-diligenza dovuta fil-katina tal-provvista.

Ġustifikazzjoni

Funderiji u raffineriji huma atturi ewlenin fil-katina tal-provvista, peress li dawn huma involuti fl-istadju fejn il-minerali u l-konċentrati tagħhom huma pproċessati. Għaldaqstant, huma jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex jiġbru, jikkomunikaw u jivverifikaw informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u l-operaturi diveri li kienu responsabbli minnhom. Għal din ir-raġuni, il-konformità mar-Regolament għandha tkun obbligatorja għalihom.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) Il-minerali u l-metalli kollha fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandhom jintużaw f'konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fih. Huwa essenzjali li l-importaturi jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda  17

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni marbuta mal-lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli u l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

(15) Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni marbuta mal-lista tal-importaturi responsabbli, il-lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli u l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jixtieq jinkludi lista ta' importaturi responsabbli bħala anness tar-Regolament. Peress li l-Kummissjoni tabbozza dawn il-listi b'marġni ta' diskrezzjoni żgħir, li ma jmurx lil hinn mis-sempliċi implimentazzjoni, jidher li atti ta' implimentazzjoni huma l-għażla t-tajba.

Emenda  18

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sabiex tiġi garantita l-implimentazzjoni effiċjenti ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi previst perjodu tranżitorju ta' sentejn biex jippermetti lill-Kummissjoni Ewropea tistabbilixxi sistema ta' awditjar minn partijiet terzi u lill-importaturi responsabbli biex isiru familjari mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur huwa konxju tal-isfidi kumplessi involuti, iżda jittama li l-Kummissjoni tkun tista' ddaħħal l-istrutturi meħtieġa sabiex topera s-sistema fi żmien sentejn.

Emenda  19

Proposta għal regolament

Premessa 15b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) Il-Kummissjoni għandha regolarment teżamina mill-ġdid l-assistenza finanzjarja u l-impenji politiċi tagħha fir-rigward ta' żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli fejn il-landa, it-tantalu, it-tungstenu u d-deheb huma estratti, speċjalment fir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, sabiex tiżgura l-koerenza fil-politika, u tinċentiva u ssaħħaħ ir-rispett għal governanza tajba, l-istat tad-dritt u fuq kollox estrazzjoni etika.

Emenda  20

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-effetti tal-iskema. Mhux aktar minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ, u kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tħaddim u l-effettività ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni ta' provenjenza responsabbli ta' minerali fl-ambitu tagħha f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati, li jistgħu jinkludu miżuri obbligatorji,

(16) Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-effetti tal-iskema. Sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha teżamina mill-ġdid it-tħaddim u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament u l-aħħar impatt tal-iskema fil-post fir-rigward tal-promozzjoni ta' prattiki biex jiġu akkwistati minerali bi provenjenza responsabbli fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tiegħu f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli u tirraporta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Fit-twettiq ta' dan ir-rieżami, il-Kummissjoni għandha tanalizza u tivvaluta bis-sħiħ l-aspetti kollha ta' dan ir-Regolament, fil-kuntest tal-approċċ integrat, u l-effetti u l-ispejjeż tiegħu, b'mod partikolari fuq il-funderiji, ir-raffineriji u l-importaturi li huma konformi mar-rekwiżiti tad-diliġenza dovuta, kull devjazzjoni possibbli tal-kummerċ minn żoni ta' estrazzjoni u l-impatti tiegħu fuq l-għajxien tan-nies li jaħdmu fil-post, b'enfasi partikolari fuq minaturi artiġjanali. Ir-rieżami għandu jinkludi kontribuzzjoni minn partijiet interessati rilevanti, inklużi gvernijiet, negozji, SMEs, soċjetà ċivili lokali kif ukoll dawk li huma direttament affettwati fuq il-post f'żoni ta' kunflitt. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati, li jistgħu jinkludu aktar miżuri obbligatorji,

Emenda  21

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Fil-Komunikazzjoni Konġunta tagħhom tal-5 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni u l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà impenjaw ruħhom għall-implimentazzjoni ta' miżuri ta' akkumpanjament li jwasslu għal approċċ integrat tal-UE dwar il-prattiki biex tiġi akkwistata materja prima bi provenjenza responsabbli flimkien ma' dan ir-Regolament, bil-għan li mhux biss jintlaħaq livell għoli ta' parteċipazzjoni minn kumpaniji fis-sistema tal-Unjoni prevista f'dan ir-Regolament iżda wkoll li jiġi żgurat li jittieħed approċċ globali, koerenti u komprensiv għall-promozzjoni ta' prattiki biex tinstab materja prima bi provenjenza responsabbli minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

Ġustifikazzjoni

Minerali ta' kunflitt huma aspett li jmexxi l-kunflitt armat. Ta' spiss, kawżi politiċi, ekonomiċi u soċjali oħra huma fatturi ewlenin, u għaldaqstant dawn għandhom jitqiesu. Huwa importanti, għalhekk, li dan ir-Regolament ikun parti minn qafas wiesa' ta' azzjonijiet u miżuri maħsuba sabiex jipprevjenu u jtemmi kunflitti armati.

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi tal-Unjoni li jagħżlu li jkunu awtoċertifikati bħala importaturi responsabbli ta' minerali jew metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tungstenu, tantalu u deheb, kif stipulat fl-Anness I.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi tal-Unjoni li jagħżlu li jkunu awtodikjarati bħala importaturi responsabbli ta' minerali jew metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tungstenu, tantalu u deheb, kif stipulat fl-Anness I.

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu).

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Metalli li huma raġonevolment preżunti li huma riċiklati huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Skont l-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerali from Conflicted-Areas and High-Risk Areas (il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta), metalli li huma raġonevolment preżunti li huma riċiklati huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat, żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inkluż abbużi mid-drittijiet tal-bniedem;

(e) "żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat, bi preżenza ta' vjolenza mifruxa, kollass tal-infrastruttura ċivili, żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, ikkaratterizzati minn ksur mifrux u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, kif stabbilit skont id-dritt internazzjonali;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni kif proposta mill-Kummissjoni hija vaga u tista' tati lok għal inċertezza fl-implimentazzjoni. Għalhekkm, huwa suġġerit, għall-finijiet taċ-ċarezza ġuridika, li din id-definizzjoni tiġi emendata.

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-minerali jew il-metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/1992;

(g) "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika stabbilita fl-Unjoni li tagħmel dikjarazzjoni għar-rilaxx f'ċirkolazzjoni libera ta' minerali u metalli fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-regolament f'ismu stess jew f'isem il-persuna li għan-nom tagħha ssir id-dikjarazzjoni; rappreżentant li jagħmel id-dikjarazzjoni filwaqt li jaġixxi f'isem u għan-nom ta' persuna oħra jew rappreżentant li jaġixxi f'ismu u għan-nom ta' persuna oħra huma wkoll meqjusa bħala importaturi għall-fini ta' dan ir-Regolament;

__________________

 

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

 

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) "metalli riċiklati" tfisser prodotti riġenerati, li kienu intenzjonati għall-utent finali jew li ġa għaddew minn konsumatur, jew fdal ta' metalli pproċessati maħluq waqt il-fabbrikazzjoni ta' prodott. 'metalli riċiklati' tinkludi materjali żejda, skaduti, difettużi, u ruttam tal-metall li jkun fihom metalli raffinati jew ipproċessati li jkunu jistgħu jiġu riċiklati fil-produzzjoni ta' landa, tantalu, tungstenu, u/jew deheb; minerali ipproċessati parzjalment, mhux ipproċessati jew li jkunu prodott sekondarju minn metall ieħor mhux maħdum mhumiex metalli riċiklati;

Ġustifikazzjoni

Skont l-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerali from Conflicted-Areas and High-Risk Areas (il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta), metalli li huma raġonevolment preżunti li huma riċiklati huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) "awtoċertifikazzjoni" tfisser l-att ta' dikjarazzjoni tal-osservanza għall-obbligi dwar sistemi ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju u l-verifika u d-divulgar ta' partijiet terzi kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

(i) "awtoċertifikazzjoni" tfisser l-att ta' dikjarazzjoni tal-osservanza għall-obbligi dwar sistemi ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju u l-valutazzjoni tal-konformità u d-divulgar ta' partijiet terzi kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

 

(Din l-emenda tapplika matul it-test kollu.. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ tibdil korrispondenti fit-test kollu).

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt p

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(p) "funderiji jew raffineriji responsabbli" tfisser funderiji jew raffineriji fil-katina tal-provvista tal-importatur responsabbli;

(p) "funderija jew raffinerija responsabbli" tfisser kull funderija jew raffinerija li hija konformi mal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta u li r-rapporti verifikati tagħha ġew sottomessi skont il-punt (c) tal-Artikolu 7(1).

Ġustifikazzjoni

Din id-definizzjoni tinkludi funderiji, raffineriji u atturi upstrean oħra globali stabbiliti barra mill-UE.

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qa) "skema tal-industrija" tfisser tgħaqqid ta' proċeduri, għodod u mekkaniżmi għall-eżerċizzju voluntarju tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista, żviluppati u sorveljati minn assoċjazzjonijiet rilevanti tal-industrija, inkluż valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi;

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – punt q b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qb) "gruppi armati u forzi tas-sigurtà" tfisser il-gruppi msemmija fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;;

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jadotta u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;

(a) jadotta u jikkomunika b'mod ċar u sistematiku lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-importatur responsabbli tal-minerali jew metalli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, iwettaq verifiki permezz ta' parti terza indipendenti.

L-importatur responsabbli tal-minerali jew metalli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, jitlob lil korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità sabiex iwettaq valutazzjoni tal-konformità skont l-iskema ta' valutazzjoni tal-konformità imsemmija fl-Artikolu 6a.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifika tal-parti terza indipendenti

imħassar

(a) tinkludu fl-ambitu tal-verifika l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-importatur responsabbli għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista dwar minerali jew metalli fl-ambitu tar-Regolament, inklużi s-sistema ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju, u l-iżvelar ta' informazzjoni tal-importatur responsabbli,

 

(b) tiddetermina bħala l-objettiv tal-verifika l-konformità tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tal-importatur responsabbli mal-Artikoli 4, 5 u 7 ta' dan ir-Regolament,

 

(c) tirrispetta l-prinċipji tal-awditjar ta' indipendenza, kompetenza u kontabilità kif stipulati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.

 

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6a

 

Skema ta' valutazzjoni tal-konformità

 

Il-Kummissjoni tadotta att ta' implimentazzjoni li jistabbilixxi skema jew skemi ta' valutazzjoni tal-konformità li:

 

a) tkopri l-attivitajiet, il-proċessi u s-sistemi kollha użati mill-importatur responsabbli għall-implimentazzjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista dwar minerali jew metalli fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, inklużi s-sistema ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju, u d-divulgazzjoni ta' informazzjoni tal-importatur responsabbli;

 

u

 

b) tipprovdi għal presunzjoni ta' konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 4, 5 u 7.

 

L-att ta' implimentazzjoni jiġi adottat skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 13(2a).

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6b

 

Notifika dwar il-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità

 

1. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra dwar il-korpi awtorizzati li jwettqu kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi skont dan ir-Regolament.

 

2. Il-Kummissjoni tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku l-lista tal-korpi nnotifikati skont il-paragrafu 1, inklużi n-numri ta' identifikazzjoni li jiġu assenjati lilhom u l-attivitajiet li għalihom ġew innotifikati. Il-Kummissjoni tiżgura li dik il-lista tinżamm aġġornata.

 

3. L-Istati Membri jistgħu jinnotifikaw biss korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jkunu ssodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6c.

 

4. Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li huma akkreditati skont ir-Regolament (KE) Nru 765/2008 bi standard ta' akkreditazzjoni armonizzat b'mod xieraq għat-twettiq ta' valutazzjonijiet tal-konformità bbażat fuq skema ta' valutazzjoni tal-konformità nominata, jitqiesu bħala konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6c.

 

5. Meta awtorità notifikanti taċċerta ruħha jew tkun ġiet mgħarrfa li korp notifikat ma jkunx għadu jissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 6c, jew li jkun qiegħed jonqos milli jaqdi l-obbligi tiegħu, l-awtorità notifikanti tillimita, tissospendi jew tirtira n-notifika kif ikun xieraq, skont il-gravità tan-nuqqas fir-rigward tar-rekwiżiti u tal-obbligi li jridu jiġu sodisfatti. Hija tgħarraf minnufih lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri l-oħra kif xieraq.

 

6. Fil-każ li tiġi limitata, sospiża jew irtirata n-notifika, jew fejn il-korp notifikat ma jkunx għadu attiv, l-Istat Membru tan-notifika jieħu l-passi meħtieġa biex jiżgura li l-fajls ta' dak il-korp jiġu pproċessati minn korp notifikat ieħor jew jinżammu disponibbli għall-awtorità notifikanti responsabbli, suġġetti għat-talba tagħha.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6c

 

Rekwiżiti dwar korpi ta' valutazzjoni tal-konformità li jfittxu notifika

 

1. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun stabbilit skont id-dritt nazzjonali u jkollu personalità ġuridika.

 

2. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun korp parti terza indipendenti mill-importatur li huwa jivvaluta u mill-funderiji jew raffineriji, mis-sussidjarji tal-funderiji jew raffineriji, persuni li ngħatatilhom liċenzja, kuntratturi, fornituri u kumpaniji li jikkooperaw fil-valutazzjoni tal-konformità.

 

Korp li jkun jappartjeni lil xi assoċjazzjoni ta' impriżi jew federazzjoni professjonali li tirrappreżenta impriżi fl-importazzjoni, tidwib jew raffinar ta' minerali li huwa jivvaluta, jista', bil-kundizzjoni li l-indipendenza tiegħu u n-nuqqas ta' kull kunflitt ta' interess jiġu murija, jitqies bħala korp ta' valutazzjoni tal-konformità.

 

3. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu importatur, funderija jew raffinerija ta' landa, tantalu u tungstenu, u minerali tagħhom, u deheb.

 

Korp ta' valutazzjoni tal-konformità, il-maniġment superjuri tiegħu u l-persunal responsabbli mit-twettiq tal-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhomx ikunu direttament involuti fin-negozju u fit-tidwib u raffinar ta' landa, tantalu u tungstenu, minerali tagħhom, u deheb u lanqas ma għandhom jirrappreżentaw lill-partijiet li jwettqu dawk l-attivitajiet. Dawn ma għandhom ikunu involuti fl-ebda attività li tista' toħloq kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju jew l-integrità tagħhom b'rabta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom jkunu ġew notifikati. Dan japplika b'mod partikolari għas-servizzi ta' konsulenza.

 

Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jiżguraw li l-attivitajiet tas-sussidjarji jew tas-sottokuntratturi tagħhom ma jaffettwawx il-kunfidenzjalità, l-oġġettività jew l-imparzjalità tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom.

 

5. Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità u l-persunal tagħhom iwettqu l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità bl-ogħla livell ta' integrità professjonali u l-kompetenza teknika meħtieġa fil-qasam speċifiku u jkunu ħielsa minn kull pressjoni u persważjoni, partikolarment finanzjarja, li tista' tinfluwenza l-ġudizzju tagħhom jew ir-riżultati tal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità tagħhom, speċjalment fir-rigward ta' persuni jew gruppi ta' persuni b'interess fir-riżultati ta' dawk l-attivitajiet.

 

6. Korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun kapaċi jwettaq il-kompiti kollha ta' valutazzjoni tal-konformità assenjati lilu permezz tal-Artikolu 6d u li fir-rigward tagħhom ikun ġie notifikat, kemm jekk dawk il-kompiti jsiru mill-korp ta' valutazzjoni tal-konformità stess kif ukoll jekk f'ismu u taħt ir-responsabbiltà tiegħu.

 

F'kull ħin u għal kull proċedura ta' valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħha jkun ġie notifikat, il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkollu għad-dispożizzjoni tiegħu in-neċessitajiet li ġejjin:

 

(a) persunal b'għarfien tekniku u esperjenza suffiċjenti u xierqa biex iwettaq il-kompiti ta' valutazzjoni tal-konformità;

 

(b) deskrizzjonijiet tal-proċeduri li f'konformità magħhom titwettaq il-valutazzjoni tal-konformità, filwaqt li jiġu żgurati t-trasparenza u l-kapaċità ta' riproduzzjoni ta' dawk il-proċeduri. huwa jkollu politiki u proċeduri xierqa fis-seħħ li jiddistingwu bejn il-kompiti li jwettaq bħala korp notifikat u attivitajiet oħra;

 

(c) proċeduri għat-twettiq ta' attivitajiet li jqisu b'mod xieraq id-daqs tal-impriża, is-settur li fih topera, l-istruttura tagħha, il-grad ta' kumplessità tat-teknoloġija tal-prodott ikkonċernat u n-natura ta' massa jew ta' serje tal-proċess ta' produzzjoni.

 

Huwa jkollu l-mezzi neċessarji biex iwettaq il-ħidmiet tekniċi u amministrattivi marbuta mal-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità b'mod xieraq u jkollu aċċess għal tagħmir u faċilitajiet kollha meħtieġa.

 

7. Il-persunal responsabbli biex iwettaq l-attivitajiet ta' valutazzjoni tal-konformità jkollu:

 

(a) taħriġ tekniku u vokazzjonali sod li jkopri l-attivitajiet kollha ta' valutazzjoni tal-konformità li fir-rigward tagħhom il-korp ta' valutazzjoni tal-konformità jkun ġie notifikat;

 

(b) għarfien sodisfaċenti dwar ir-rekwiżiti tal-valutazzjonijiet imwettqa minnu u awtorità adegwata biex iwettaq dawk il-valutazzjonijiet;

 

(c) għarfien u fehim xieraq tar-rekwiżiti essenzjali, tal-istandards armonizzati applikabbli u tad-dispożizzjonjiet rilevanti tal-leġislazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni u tar-regolamenti ta' implimentazzjoni tagħha;

 

(d) il-kapaċità meħtieġa biex ifassal ċertifikati, rekords u rapporti li juru li l-valutazzjonijiet ġew imwettqa.

 

8. Għandha tkun garantita l-imparzjalità tal-korpi ta' valutazzjoni tal-konformità, tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni tagħhom.

 

Ir-remunerazzjoni tal-maniġment superjuri u tal-persunal tal-valutazzjoni ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità ma għandhiex tiddependi mill-għadd ta' valutazzjonijiet imwettqa, u lanqas mir-riżultati ta' dawk il-valutazzjonijiet.

 

9. Korpi ta' valutazzjoni tal-konformità jipprovdu għal polza ta' assigurazzjoni ta' responsabbiltà sakemm ir-responsabbiltà ma tkunx assunta mill-Istat skont id-dritt nazzjonali, jew sakemm l-Istat Membru nnifsu ma jkunx direttament responsabbli għall-valutazzjoni tal-konformità.

 

10. Il-persunal ta' korp ta' valutazzjoni tal-konformità josserva segretezza professjonali fir-rigward tal-informazzjoni kollha miksuba fit-twettiq tal-kompiti tiegħu skont l-Artikolu 6d jew skont kwalunkwe dispożizzjoni ta' liġi nazzjonali li ddaħħalha fis-seħħ, ħlief fir-rigward tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih jitwettqu l-attivitajiet tal-korp. Għandhom jitħarsu d-drittijiet ta' proprjetà.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 6d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 6d

 

Obligazzjonijiet ta' korpi notifikati ta' valutazzjoni tal-konformità

 

1. Korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità jwettaq il-valutazzjoni tal-konformità skont skema ta' valutazzjoni tal-konformità stabbilita skont l-Artikolu 6a.

 

2. Meta korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità jsib li rekwiżiti tal-iskema ta' valutazzjoni tal-konformità ma ġewx sodisfatti mill-importatur, huwa jesiġi li l-importatur jieħu miżuri korrettivi xierqa u ma joħroġx ċertifikat.

 

3. Meta, waqt li jkun qiegħed jagħmel monitoraġġ tal-konformità wara l-ħruġ ta' ċertifikat, korp notifikat isib li prodott ma jkunx għadu konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-iskema ta' valutazzjoni tal-konformità, il-korp notifikat jesiġi li l-importatur jieħu miżuri korrettivi xierqa u jissospendi jew jirtira ċ-ċerifikat jekk ikun meħtieġ.

 

4. Meta ma jittiħdux miżuri korrettivi jew ma jkollhomx l-effett meħtieġ, il-korp notifikat ta' valutazzjoni tal-konformità jillimita, jissospendi jew jirtira kull ċertifikat, kif xieraq.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) verifiki indipendenti ta' partijiet terzi li jsiru skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

(c) iċ-ċertifikat maħruġ wara l-valutazzjoni tal-konformità ta' partijiet terzi li tkun saret skont l-Artikolu 6 ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-verifiki minn partijiet terzi indipendenti dwar kull funderija jew raffinerija responsabbli fil-katina ta' provvista tiegħu, imwettqa skont l-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament,

(b) ċertifikati tal-korp parti terza indipendenti ta' valutazzjoni tal-konformità dwar kull funderija jew raffinerija responsabbli fil-katina tal-provvista tiegħu, imwettqa skont l-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament,

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 7a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Lista ta' importaturi responsabbli

 

1. Abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom, kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament, deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' importaturi ta' minerali u metalli responsabbli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

 

2. Il-Kummissjoni tadotta l-lista skont il-mudell stabbilit fl-Anness Ia u l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2).

 

3. Il-Kummissjoni taġġorna u tippubblika, anki fuq l-internet, l-informazzjoni inkluża fil-lista b'mod puntwali. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-importaturi li, f'każ ta' azzjoni ta' rimedju inadegwata mill-importaturi responsabbli, ma jkunux għadhom rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l- Artikolu 14(3).

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jixtieq jipprovdi viżibbiltà lill-isforzi ta' kumpaniji li ħadu impenji f'dan il-qasam. Sabiex jinkiseb dan, ir-rapporteur jixtieq li l-Kummissjoni telenka lista ta' importaturi responsabbli abbażi ta' rapporti dwar l-implimentazzjoni tar-Regolament mill-Istati Membri. Din il-lista tista' toffri lill-kumpaniji inċentiv addizzjonali biex jipparteċipaw fis-sistema u tħeġġeġ lill-kompetituri biex jagħmlu l-istess permezz ta' attenzjoni (medjatika) pożittiva.

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 7b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7 b

 

It-tikketta "Importatur responsabbli Ewropew"

 

1. Importaturi responsabbli jingħataw tikketta "Importatur responsabbli Ewropew" mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

 

2. F'każ ta' nuqqas ta' konformità ma' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jirtiraw jew jissospendu t-tikketta "Importatur responsabbli Ewropew".

 

3. L-elementi grafiċi tat-tikketta "Importatur responsabbli Ewropew" jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 7c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7c

 

Skemi tal-industrija

 

1. Matul il-perjodu tranżitorju, l-assoċjazzjonijiet tal-industrija rilevanti jistgħu jressqu applikazzjoni lill-Kummissjoni sabiex skema tal-industrija tkun rikonoxxuta bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

 

L-applikazzjoni tiġi sostanzjata bi provi u informazzjoni.

 

2. L-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jsiru biss fir-rigward ta' skemi tal-industrija eżistenti fiż-żmien tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

 

3. Meta, abbażi tal-provi u tal-informazzjoni fornuti skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni tiddetermina li l-iskema tal-industrija, fil-każ li din tkun implimentata minn importatur responsabbli b'mod effikaċi, tippermetti lill-importatur responsabbli jottempera ruħu mal-obbligi skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 7, hija tagħti r-rikonoxximent tal-ekwivalenza.

 

4. Il-partijiet interessati jinfurmaw lill-Kummissjoni bi kwalunkwe bidla jew aġġornament li jsir lill-iskemi tal-industrija li għalihom ingħata rikonoxximent ta' ekwivalenza skont il-paragrafu 3.

 

5. Il-Kummissjoni tirtira r-rikonoxximent ta' ekwivalenza meta tiddetermina li bidliet jew aġġornamenti fi skema tal-industrija jikkompromettu l-kapaċità li importatur responsabbli jottempera ruħu mal-obbligi skont l-Artikoli 4, 5, 6 u 7, jew f'każijiet ripetuti jew sinifikanti ta' nuqqas ta' konformità minn importaturi responsabbli minħabba lakuni fl-iskema.

 

6. Il-Kummissjoni tistabbilixxi u żżomm aġġornat reġistru fuq l-internet ta' skemi tal-industrija li ngħataw rikonoxximent ta' ekwivalenza.

 

7. Importaturi responsabbli ta' minerali u metalli li għalihom jista' jintwera li joriġinaw esklużivament minn partijiet iċċertifikati minn skema tal-industrija li ngħatalha rikonoxximent tal-ekwivalenza, jew direttament iċċertifikati minn skema tal-industrija li ingħatatilha rikonoxximent tal-ekwivalenza, huma eżentati mill-awditu indipendenti ta' partijiet terzi. Din iċ-ċertifikazzjoni minn skema tal-industrija tintbagħat lill-awtoritajiet kompetenti.

Ġustifikazzjoni

The rapporteur wants to avoid duplication of audits and ensure coherence with  the existing industry schemes, recognizing the responsible efforts already done by industry associations. To that end, the rapporteur wants to create a procedure for recognition of equivalence after verification by the Commission. A procedure for withdrawal of the recognition is included as well. For the sake of efficiency for the responsible importers, the rapporteur wants to give publicity to this list on internet. Your rapporteur also wants responsible importers that sourced from an industry scheme for which a recognition of equivalence has been granted to be exempted from the independent third party audit.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 7d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7d:

 

Obbligi ta' diliġenza dovuta applikabbli għall-funderiji u raffineriji

 

1. Funderiji u raffineriji stabbiliti fl-Unjoni li jipproċessaw u jimportaw minerali u konċentrati tagħhom għandhom l-obbligu li japplikaw is-sistema tal-Unjoni tad-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista jew sistema ta' diliġenza dovuta rikonoxxuta bħala ekwivalenti mill-Kummissjoni.

 

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni korretta tas-sistema Ewropea tad-diliġenza dovuta mill-funderiji u raffineriji. Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità ma' dawn l-obbligi, l-awtoritajiet jinnotifikaw il-fatt lill-funderija jew raffinerija, u jitolbuha tieħu miżuri korrettivi sabiex tkun konformi mas-sistema Ewropea tad-diliġenza dovuta. F'każ ta' nuqqas persistenti ta' konformità, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jimponu penali għall-ksur ta' dan ir-Regolament. Dawn il-penali jieqfu meta l-funderija jew ir-raffinerija tottempora mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Funderiji u raffineriji Ewropej huma atturi ewlenin fil-katina tal-provvista, peress li dawn huma involuti fl-istadju fejn il-minerali huma pproċessati. Għalhekk, huma jinsabu f'pożizzjoni aħjar biex jiġbru, jikkomunikaw u jivverifikaw informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u l-operaturi diversi li kienu responsabbli minnhom. Għal din ir-raġuni, il-konformità mar-Regolament għandha tkun obbligatorja għalihom.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli ta' minerali fl-ambitu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli.

Ġustifikazzjoni

Il-lista tal-Kummissjoni hija definita bħala lista ta' kull funderija u raffinerija fil-katina tal-provvista ta' importatur responsabbli irrespettivament minn jekk dawk il-funderiji jew raffinierija, li jinsabu fl-UE jew barra minnha, jissodisfawx l-istandards tal-OECD Guidance. Sabiex din il-lista tkun inċentiv ġenwin, huma għandhom pereżempju jirraportaw pubblikament dwar id-diliġenza dovuta tagħhom u jagħmlu l-verifika tagħhom disponsibbli, skont l-OECD Guidance. Din is-sistema għandha tkun miftuħa għal funderiji/raffineriji li attwalment mhumiex fil-katina tal-provvista ta' kumpaniji Ewropej.

Emenda 45

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tidentifika fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 dawk il-funderiji u raffineriji responsabbli li qed jissorsjaw għall-anqas b'mod parzjali minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli.

2. Il-Kummissjoni tidentifika fil-lista msemmija fil-paragrafu 1 dawk il-funderiji u raffineriji responsabbli li jakkwistaw il-metalli u l-minerali li jużaw fil-proċessi ta' produzzjoni tagħhom għall-anqas b'mod parzjali minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli. Din il-lista titfassal billi tieħu inkunsiderazzjoni skemi ekwivalenti tal-industrija, governattivi, jew oħrajn ta' diliġenza dovuta li jkopru l-minerali u l-metalli fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tadotta l-lista skont il-mudell fl-Anness II u l-proċedura regolatorja msemmija fl-Artikolu 13(2). Is-segretarjat tal-OECD jiġi kkonsultat.

3. Il-Kummissjoni tadotta l-lista billi tuża l-mudell fl-Anness II u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13(2). Is-segretarjat tal-OECD jiġi kkonsultat.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur ibiddel il-lingwa tal-komitoloġija, juża juża l-mudelli korretti u jġib l-Artikolu 9(2) f'konformità mal-Artikolu 13(2), fejn il-proċedura konsultattiva qed tiġi proposta.

Emenda 47

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni taġġorna l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji li ma għadhomx rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina ta' provvista tal-importaturi responsabbli li mhumiex rikonoxxuti aktar.

4. Il-Kummissjoni taġġorna u tippubblika, anki fuq l-internet, l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji li ma jkunux għadhom rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina tal-provvista tal-importaturi responsabbli li ma jkunux għadhom rikonoxxuti.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika, inkluż fuq l-Internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti skont il-mudell fl-Anness III u l-proċedura msemmija fil-paragrafu 2 tal-Artikolu 13. Il-Kummissjoni taġġorna l-lista regolarment.

2. Il-Kummissjoni tiddeċiedi li tippubblika, inkluż fuq l-internet, lista tal-awtoritajiet kompetenti billi tuża l-mudell fl-Anness III u skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 13(2). Il-Kummissjoni taġġorna l-lista regolarment.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur ibiddel il-lingwa tal-komitoloġija, juża l-mudelli korretti u jġib l-Artikolu 9(2) f'konformità mal-Artikolu 13(2), fejn il-proċedura konsultattiva qed tiġi proposta.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jistgħu jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f'idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta' tħassib sostanzjali minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur responsabbli ma' dan ir-Regolament.

2. Il-kontrolli msemmija fil-paragrafu 1 jitwettqu b'approċċ ibbażat fuq ir-riskju. Barra minn hekk, jitwettqu kontrolli wkoll meta awtorità kompetenti jkollha f'idejha tagħrif rilevanti, inkluż fuq il-bażi ta' tħassib sostanzjali minn partijiet terzi, dwar il-konformità ta' operatur responsabbli ma' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur jixtieq jiżgura li awtorità kompetenti ta' Stat Membru ma tabbużax mis-setgħa diskrezzjonali tagħha u twettaq kontrolli meta tkun fil-pussess ta' talbiet rilevanti sostanzjati. Għaldaqstant ir-rapporteur jixtieq li jneħħi l-kelma "tista'".

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Twaqqif ta' "Ċertifikazzjoni Ewropea ta' responsabbiltà" għal kumpaniji li joperaw downstream fil-katina tal-provvista ta' minerali permezz ta' tikketta

 

1. Kumpaniji li joperaw downstream fil-katina tal-provvista u jieħdu miżuri ta' diliġenza dovuta, abbażi tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta jew skema ekwivalenti ta' diliġenza dovuta rikonoxxuta skont dan ir-Regolament, jistgħu jingħataw "Ċertifikazzjoni Ewropea ta' responsabbiltà";

 

2. Kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni li joperaw downstream fil-katina tal-provvista ta' minerali li jixtiequ jkunu ċertifikati jistgħu japplikaw mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri billi jiddeskrivu l-miżuri ta' diliġenza dovuta li huma stabbilixxew.

 

3. Abbażi tal-kriterji stabbiliti mill-Kummisjoni, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jistgħu jiċċertifikaw kumpaniji stabbiliti fl-Unjoni li joperaw downstream fil-katina tal-provvista tal-minerali. Skemi tal-industrija jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament.

 

4. L-elementi grafiċi tat-tikketta "Ċertifikazzjoni Ewropea ta' responsabbiltà"jiġu stabbiliti mill-Kummissjoni.

Emenda  51

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Sabiex tinħoloq ċarezza u ċertezza għal konsistenza bejn l-operaturi ekonomiċi, b'mod partikolari l-SMEs, il-Kummissjoni, b'konsultazzjoni mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u l-OECD, tipprepara linji gwida mhux vinkolanti f'forma ta' manwal għall-kumpaniji, fejn tispjega l-aħjar mod kif jiġu applikati l-kriterji għal dawk l-oqsma li jaqaw fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Dan il-manwal ikun ibbażat fuq id-definizzjoni ta' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli skont l-Artikolu 2(e) ta' dan ir-Regolament u jieħu inkunsiderazzjoni l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta f'dan il-qasam.

Emenda  52

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-opinjoni tal-kumitat tinkiseb permezz ta' proċedura bil-miktub, din il-proċedura tintemm mingħajr riżultat meta, fil-limitu taż-żmien għall-għoti tal-opinjoni, il-mexxej tal-kumitat jiddeċiedi hekk jew meta titlob dan maġġoranza sempliċi tal-membri tal-kumitat.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li m'hemm l-ebda ġustifikazzjoni biex tiġi inkluża klawsola biex ma titressaqx opinjoni f'dan ir-rapport u għalhekk jipproponi li titħassar it-tieni parti tal- Artikolu 13(2).

Emenda  53

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Fejn issir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jitħaffef il-proċess leġiżlattiv din l-emenda tintroduċi idea proposta mill-Pajjiżi l-Baxxi li bħalissa qiegħda tiġi diskussa fil-Kunsill. Din l-emenda ġiet imressqa sabiex il-Parlament Ewropew ikun jista' jiddiskuti minn qabel din il-proposta u jieħu pożizzjoni rispettiva.

Emenda  54

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni tirrevedi l-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, inkluż dwar il-promozzjoni u l-ispiża tal-provenjenza responsabbli tal-minerali fl-ambitu tagħha f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Il-Kummissjoni tissottometti r-rapport ta' reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

3. Sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni teżamina mill-ġdid il-funzjonament u l-effikaċja ta' dan ir-Regolament u l-aħħar impatt tal-iskema kemm fl-UE kif ukoll fil-post, inkluż dwar il-promozzjoni u l-ispiża tal-prattiki biex jiġu akkwistati l-minerali fil-kamp ta' applikazzjoni tiegħu bi provenjenza responsabblif'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Il-Kummissjoni tissottometti r-rapport ta' rieżami lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

Permezz tal-proċess ta' rieżami, il-Kummissjoni:

 

- tevalwa l-fattibbiltà għal impriżi downstream sabiex jidentifikaw, bl-aħjar sforzi tagħhom, u jeżaminaw mill-ġdid il-proċess tad-diliġenza dovuta tal-funderiji u raffineriji fil-katina tal-provvista tagħhom u jivvalutaw jekk humiex jaderixxu mal-miżuri tad-diliġenza dovuta mressqa fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

 

- tanalizza l-possibbiltà li żżid minerali u metalli ġodda fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament abbażi ta' valutazzjoni tal-impatt xierqa, u fejn ikun hemm biżżejjed esperjenza u speċjalizzazzjoni fid-diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista għal imsemmija minerali u metalli.

Emenda  55

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Miżuri ta' akkumpanjament

 

1. Il-Kummissjoni tressaq proposta leġiżlattiva, kif xieraq, fi ħdan il-perjodu tranżitorju li tistabbilixxi miżuri ta' akkumpanjament sabiex tissaħħaħ l-effikaċja ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu "Il-Provenjenza Responsabbli ta' minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Lejn Approċċ integrat tal-UE" (JOIN (2014)8).

 

Miżuri ta' akkumpanjament li jiżguraw approċċ integrat tal-UE għad-dmir li, għall-proċessi ta' produzzjoni, jiġu akkwistati metalli u minerali bi provenjenza responsabbli jipprevedu:

 

(a) appoġġ lill-intrapriżi li jkollhom prattiki biex il-metalli u l-minerali li jakkwistaw għall-proċessi ta' produzzjoni tagħhom ikollhom provenjenza responsabbli fil-forma ta' inċentivi, assistenza teknika u gwida għall-intrapriżi, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex tkun iffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

 

(b) djalogi ta' politika li għaddejjin ma' pajjiżi terzi u partijiet interessati oħra, inkluża l-possibbiltà ta' armonizzazzjoni ma' sistemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali u reġjonali u kooperazzjoni ma' inizjattivi pubbliċi privati;

 

(c) kooperazzjoni għall-iżvilupp kontinwa u mmirata ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta' minerali mhux ta' kunflitt u għajnuna sabiex l-intrapriżi lokali jitqiegħdu f'pożizzjoni aħjar biex jottemporaw ruħhom ma' dan ir-Regolament;

 

(d) kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri għat-tnedija ta' inizjattivi komplementari fil-qasam ta' tagħrif għall-konsumatur, l-investitur u l-klijent u aktar inċentivi għal imġiba responsabbli tal-kumpaniji u għal klawsoli ta' prestazzjoni f'kuntratti ta' akkwist iffirmati mill-awtoritajiet nazzjonali skont it-termini tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

2. Il-Kummissjoni tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-miżuri ta' akkumpanjament implimentati skont il-paragrafu 1 u dwar l-impatt u l-effikaċja tagħhom.

Emenda  56

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dan ir-Regolament japplika minn …*

 

___________________________

 

*ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament


NOTA SPJEGATTIVA

Fil-5 ta' Marzu 2014, il-Kummissjoni Ewropea ppreżentat proposta leġiżlattiva bil-għan li tagħmilha aktar diffiċli għall-gruppi armati f'żoni affettwati minn kunflitti u ta' riskju għoli biex jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom permezz tat-tħaffir u l-kummerċ tal-minerali. Fil-qalba tal-approċċ hemm il-fatt li ssirilhom aktar faċli lill-kumpaniji li jiksbu b'mod responsabbli landa, tantalu, tungstenu u deheb u inkoraġġiment għal mezzi ta' kummerċ leġittimi.

Kuntest storiku

Din il-proposta hija kontribut tal-UE għall-isforzi internazzjonali biex jiġu indirizzati l-problemi f'pajjiżi mogħnija b'riżorsi iżda vulnerabbli għal kunflitt armat, bħar-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, u sabiex l-UE titgħallem minn dawn l-isforzi. L-aktar żewġ miżuri magħrufa ġew adottati fl-2011 u l-2010 rispettivament: l-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas (Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta) u Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act tal-Istati Uniti.

Kontenut

Il-Kummissjoni tipproponi abbozz ta' Regolament, anki bħala risposta għar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament, li jistabbilixxi sistema ta' awtoċertifikazzjoni tal-UE għall-importaturi tal-landa, tat-tantalu, tat-tungstenu u tad-deheb li jagħżlu li jimpurtaw b'mod responsabbli fl-Unjoni. L-awtoċertifikazzjoni tirrikjedi li l-importaturi tal-UE ta' dawn il-metalli u tal-minerali tagħhom jeżerċitaw "diliġenza dovuta" – jiġifieri, li jevitaw li tiġi kkawżata ħsara fil-post – permezz tal-monitoraġġ u tal-ġestjoni tal-akkwisti u tal-bejgħ tagħhom skont il-ħames miżuri tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta. Ir-Regolament jagħti opportunità lill-importaturi tal-UE jkabbru l-isforzi li għaddejjin bħalissa biex jiżguraw katini tal-provvista nodfa meta jsir kummerċ leġittimu ma' operaturi f'pajjiżi affettwati minn kunflitti. Biex tiżdied ir-responsabbiltà pubblika tal-funderiji u tar-raffineriji, tissaħħaħ it-trasparenza tal-katina tal-provvista u tiġi ffaċilitata l-provenjenza responsabbli tal-minerali, l-UE għandha l-għan li tippubblika lista annwali tal-"funderiji u tar-raffineriji responsabbli" tal-UE u dawk globali. B'aktar minn 400 importatur ta' minerali u metalli, l-UE hija fost l-akbar swieq tal-landa, tat-tantalu, tat-tungstenu u tad-deheb.

Appoġġ għall-proposta tal-Kummissjoni

Ir-rapporteur jappoġġa b'mod ġenerali l-proposta għal Regolament tal-Kummissjoni. Il-proposta tiffoka fuq l-iktar livell effikaċi tal-katina tal-provvista tal-UE fir-rigward ta' dawn il-minerali, il-funderiji u r-raffineriji tal-minerali, sabiex jiġi ffaċilitat il-fluss tal-informazzjoni dwar id-diliġenza dovuta sal-utenti finali. Il-funderiji u r-raffineriji huma l-aħħar punt fejn l-oriġini tal-minerali jistgħu jiġu traċċati. Kwalunkwe informazzjoni li tista' tinkiseb mill-funderiji u mir-raffineriji dwar il-fornituri tagħhom hija importanti għad-diliġenza dovuta. Il-proposta tal-Kummissjoni tippermetti li l-kumpaniji tal-EU jikkonformaw aħjar mar-rekwiżiti tal-liġi Dodd-Frank.

Ir-rapporteur jaqbel ukoll li li din is-sistema tal-UE (bħall-Gwida tal-OECD) għandha tkopri iż-Żoni Affettwati minn Kunflitti u ż-Żoni ta' Riskju Għoli kollha. Differenti mill-Att Dodd Frank tal-Istati Uniti li s'issa jiffoka biss fuq ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar, l-UE tixtieq li l-kumpaniji madwar id-dinja kollha jevitaw li jagħmlu ħsara. Ir-rapporteur hu tal-fehma li l-UE m'għandhiex tfassal lista għal Żoni Affettwati minn Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli, iżda pjuttost tipprovdi manwal lill-kumpaniji bl-għodda li jeħtieġu biex jagħmlu d-diliġenza dovuta.

Ir-rapporteur jappoġġa wkoll l-approċċ volontarju, li huwa rifless fil-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur jemmen li l-pressjonijiet tas-suq fis-suq żgħir u trasparenti tal-importaturi u tal-funderiji u raffineriji għandhom iwasslu għal livelli għolja ta' parteċipazzjoni. Ir-rapporteur jilqa' b'sodisfazzjon miżuri ta' akkumpanjament previsti fil-komunikazzjoni ta' akumpanjament(1) li jippromwovu livelli għolja ta' parteċipazzjoni u jittama li mhux biss dawn il-miżuri jkunu jistgħu jiġu implimentati b'mod parallel mar-Regolament, iżda li l-Parlament jinżamm infurmat dwar l-implimentazzjoni tagħhom.

Barra minn hekk, ir-rapporteur huwa tal-fehma li biex l-għażla għall-approċċ volontarju se tippermetti lill-UE biex taħdem b'mod aktar effikaċi ma' skemi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista żviluppati minn assoċjazzjonijiet kummerċjali, li f'konformità mal-gwida tal-OECD stabbilew standards globali dwar l-oqsma tagħhom.

L-importaturi responsabbli jistgħu jakkwistaw biss minn funderiji/raffineriji b'verifika ta' parti terza. Permezz ta' dawn il-verifiki, is-sistema tal-UE għalhekk se tagħti prodott ġewwa lill-fornituri u lill-minjieri. Iż-żieda gradwali fin-numru ta' funderiji suġġetti għal verifika se tippermetti lis-settur jadatta għar-regoli mingħajr xokkijiet fil-provvista.

L-approċċ volontarju se jinteressa kumpaniji responsabbli fl-avangwardja biex jipparteċipaw. Dan il-grupp gradwalment se jikber minħabba pressjonijiet tal-kompetizzjoni tas-suq. Il-kumpaniji jistgħu jagħżlu li jingħaqdu bir-ritmu tagħhom. Deċiżjoni biex jissieħbu tista' tiġi ppreparata tajjeb u bi spejjeż u impatti limitati.

Ir-rapporteur jixtieq jaħdem ma' impriżi responsabbli biex jiġi evitat tnaqqis temporanju fil-provvista, jiġi evitat tnaqqis fl-attività ekonomika f'żoni affettwati minn kunflitti u għal promozzjoni tal-kummerċ leġittimu.

Direttiva ta' Rappurtar Mhux Finanzjarju

Ir-rapporteur jiffavorixxi l-użu tal-għodod eżistenti biex jiġi promoss ir-rappurtar dwar diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tal-kummerċ tal-minerali. Id-Direttiva dwar l-iżvelar ta' informazzjoni mhux finanzjarja u dwar id-diversità minn kumpaniji u gruppi kbar tesiġi li kumpaniji kbar b'aktar minn 500 impjegat jiżvelaw informazzjoni dwar politiki dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Id-Direttiva tipprevedi li l-Kummissjoni tiżviluppa linji gwida fl-2016 sabiex tiffaċilita l-iżvelar ta' din l-informazzjoni mid-dħul fis-seħħ fl-2017. Ir-rapporteur se jgħin biex jikkonvinċi lill-Kummissjoni tinkludi f'dawk il-linji gwida indikaturi tal-prestazzjoni fir-rigward tal-obbligu tal-iżvelar dwar kummerċ tal-minerali koperti minn dan ir-Regolament. Il-problemi rigward l-involviment ta' kumpanija fil-kummerċ ta' minerali ta' kunflitt, bl-effett sekondarju possibbli li l-kunflitt jiħrax, huwa wisq importanti biex jiġi injorat f'dan il-kuntest. Ladarba l-Kummissjoni impenjat ruħha għal dan, ir-rekwiżiti ta' rappurtar kif previst fil-Gwida tal-OECD għandhom għalhekk ukoll ikunu operattivi għall-kumpaniji kbar tal-UE.

Impriżi Żgħar u Medji

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-SMEs għandhom jitqiegħdu f'pożizzjoni li jipparteċipaw fis-sistema tal-UE jekk dawn jixtiequ jkunu parti mill-avangwardja, iżda ma jixtieqx li dawn ikunu mġiegħla. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li f'dan ir-rigward ukoll il-Kummissjoni għandha raġun li tagħżel l-approċċ volontarju. B'għajnuna u inċentivi tajba, kif previst fil-miżuri ta' akkumpanjament, l-SMEs jistgħu jiġu konvinti biex jipparteċipaw minn rajhom u f'konformità mal-loġika tan-negozju tagħhom.

Sabiex ir-Regolament ikun aktar effiċjenti

Ir-rapporteur jipproponi aktar emendi bil-għan li jagħmel ir-Regolament aktar effiċjenti. Sabiex ma jiġux preġudikati l-operaturi li jaħdmu favur l-ambjent, ir-rapporteur jipproponi li hu korrett li tiġi segwita l-Gwida tal-OECD u jiġu esklużi metalli li huma raġonevolment preżunti li huma riċiklati. Dan hu rifless kemm fl-għerf prattiku tal-Gwida tal-OECD kif ukoll fid-diliġenza dovuta kontinwament rikjesta sabiex twaqqaf l-abbuż.

Ħafna sistemi oħra ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ġew żviluppati. Ir-rapporteur jixtieq li tiġi evitata verifika doppja. Sistema volontarja għandha tkun kemm jista' jkun effiċjenti u effikaċi. Il-Kummissjoni għandha tiżviluppa l-għodod it-tajba biex tevalwa x-xogħol ta' sistemi oħra ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Kriterji ċari għandhom jiġu żviluppati biex jiġi deċiż liema sistemi għandhom jiġu rikonoxxuti.

Ir-rapporteur huwa favur reviżjoni ta' tliet snin bħala żmien importanti għat-twaqqif tal-aktar sistema effiċjenti. Iż-żmien tar-reviżjoni se jiddependi madankollu fuq meta s-sistema tkun operattiva. Żewġ ċikli annwali jeħtieġ li jgħaddu qabel ma ssir reviżjoni li titwettaq bis-serjetà.

Żieda fil-parteċipazzjoni fl-iskema b'inċentivi tajba

Ir-rapporteur jixtieq jagħti viżibbiltà massima lill-kumpaniji li jieħdu d-deċiżjonijet korretti. Il-lista tal-funderiji għandha tinkludi kolonna bil-minerali u tgħaqqad il-funderiji/raffineriji skont il-minerali sabiex importaturi u oħrajn jkunu jistgħu jikkonsultaw d-dokument b'mod faċli.

Bl-istess mod ir-rapporteur jixtieq jistabbilixxi lista ta' importaturi responsabbli. Dawk l-importaturi li jiddeċiedu li jistinkaw ftit iktar għandhom jiksbu krettu u jkollhom l-opportunità li jirbħu f'termini ta' immaġni pubblika minħabba f'hekk. Lista ta' importaturi responsabbli tista' toħloq dan l-għan.

Ir-rapporteur huwa tal-fehma li l-parteċipazzjoni minn importaturi u l-funderiji/raffineriji hija importanti għas-suċċess ta' dan ir-Regolament. Permezz ta' miżuri ta' akkumpanjament, bħall-inċentivi għall-SMEs, bosta importaturi oħra se jipparteċipaw u jtejbu s-sistema.

Ir-rapporteur jixtieq ukoll li d-definizzjoni ta' importaturi titwessa' wkoll biex in-negozjanti jkunu jistgħu jagħmlu awtoċertifikazzjoni u jipparteċipaw fis-sistema l-ġdida.

Involviment tal-Parlament u komitoloġija

Ir-rapporteur huwa konxju li ħafna kwistjonijiet prattiċi ser jiġu ttrattati fil-kuntest ta' manwali u dokumenti ta' gwida. Ir-rapporteur jixtieq jiddiskuti fil-Parlament mal-kollegi kif jista' jinstab bilanċ tajjeb fir-rigward tal-flessibbiltà operattiva tal-implimentazzjoni u min-naħa l-oħra l-involviment korrett tal-leġiżlatur dwar kwistjonijiet prattiċi importanti, bħal pereżempju r-ritmu ta' verifiki meħtieġa.

Barra minn hekk, ir-rapporteur jixtieq jipproponi xi emendi rigward il-komitoloġija. Meta r-Regolament jesiġi li l-Kummissjoni ma tingħatax setgħa diskrezzjonali, iżda biss dik li timplimenta, f'dan il-każ huma l-atti ta' implimentazzjoni li huma xierqa. Jekk, madankollu, matul il-proċedura leġiżlattiva n-natura ta' dik ir-relazzjoni tinbidel u l-Kummissjoni tiżdidilha s-setgħa diskrezzjonali minħabba emendi, allura atti delegati jistgħu jkunu aktar xierqa.

Ir-rapporteur diġà jixtieq jirrifjuta l-proċedura regolatorja skaduta u jbiddilha bi proċedura konsultattiva, kif maħsub mill-Kummissjoni fl-Artikolu 13(2). Barra minn hekk, l-inklużjoni ta' klawsola li ma titressaqx opinjoni mhijiex aċċettabbli għar-rapporteur.

(1)

Komunikazzjoni Konġunta dwar il-provenjenza responsabbli ta' minerali li joriġinaw f’żoni affettwati minn kunflitt u ta riskju għoli: Lejn Approċċ integrat tal-5 ta' Marzu 2014, (JOIN (2014) 8)


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (23.3.2015)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli

(COM(2014)0111 – C8‑0092/2014 – 2014/0059(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Is-Sur Bogdan Brunon Wenta

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Ir-rapporteur jappoġġja bis-sħiħ l-għan ewlieni tal-proposta leġiżlattiva, jiġifieri li tinqata' r-rabta bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali ta' minerali. Li tinqata' r-rabta huwa essenzjali, peress li dawk l-hekk imsejħa minerali ta' kunflitt idgħajfu l-aspirazzjonijiet tal-gvernijiet għal żvilupp soċjoekonomiku inklussiv, governanza tajba, l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem.

Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli ġiet adottata fil-25 ta' Mejju 2011 mill-Kunsill Ministerjali tal-OECD. L-għan tagħha huwa li tgħin il-kumpaniji biex jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u jevitaw li jikkontribwixxu għall-kunflitt permezz tal-prattiki tagħhom marbuta mas-sorsi minerali. Il-Gwida tal-OECD hija rikonoxxuta bħala qafas internazzjonali volontarju għal miżuri ta' diliġenza dovuta li għandhom jittieħdu minn kumpaniji li huma meħtieġa jippreżentaw rapport dwar minerali ta' kunflitt taħt it-Taqsima 1502 tal-Att Dodd-Frank. Barra minn hekk, irċeviet l-appoġġ tan-Nazzjonijiet Uniti filwaqt li d-Dikjarazzjoni ta' Lusaka, iffirmata minn 11-il Kap ta' Stat tal-Konferenza Internazzjonali dwar ir-Reġjun tal-Lagi l-Kbar (ICGLR), tistqarr li l-proċessi u l-istandards tal-Gwida tal-OECD se jiġu integrati fi ħdan is-sitt strumenti tal-Inizjattiva Reġjonali kontra l-isfruttament illegali tar-riżorsi naturali. Minkejja dan l-appoġġ estiż, l-adozzjoni ta' dan il-qafas volontarju ta' diliġenza dovuta mill-kumpaniji kien dgħajjef (12 % biss).

Il-proposta tal-Kummissjoni kif inhi bħalissa, ibbażata fuq l-approċċ "tagħmilx ħsara", tissogra li lanqas ma tkun ta' ġid. Ir-rapporteur huwa tal-opinjoni li l-Unjoni Ewropea għandha turi sens ta' tmexxija dwar din il-kwistjoni u tistabbilixxi mekkaniżmu ta' awtoċertifikazzjoni obbligatorja għar-raffinaturi u l-importaturi ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Dan l-approċċ se jkun konformi mal-għażla IV meqjusa fil-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni.

Din il-proposta għal regolament ma tistax titqies li hija biss strument indipendenti ta' politika kummerċjali u fil-fatt għandha titqies minn perspettiva internazzjonali usa', inkluża l-kooperazzjoni għall-iżvilupp. Sabiex tiġi garantita l-effiċjenza tal-implimentazzjoni, huwa essenzjali li l-miżuri ta' akkumpanjament deskritti fil-Komunikazzjoni Konġunta bit-titlu "Il-provenjenza responsabbli ta' minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Lejn approċċ integrat tal-UE" (JOIN (2014) 8) jiġu stabbiliti b'mod parallel ma' dan ir-Regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli − għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp jistgħu jkunu kawża ta' tilwim fejn id-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u jdgħajjfu l-isforzi nazzjonali lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn l-oqsma, il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa kruċjali għall-paċi u l-istabbiltà.

(1) Riżorsi minerali naturali f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli − għalkemm għandhom potenzjal għoli għall-iżvilupp meta ġestiti b'mod sostenibbbli huma kawża ta' tilwim u d-dħul tagħhom jalimenta t-tifqigħa jew il-kontinwazzjoni ta' kunflitt vjolenti, u jdgħajjfu l-isforzi nazzjonali lejn l-iżvilupp, il-governanza tajba u l-istat tad-dritt. F'dawn l-oqsma, il-ksur tar-rabta ta' bejn il-kunflitt u l-isfruttament illegali tal-minerali huwa kruċjali għall-paċi u l-istabbiltà.

Emenda  2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1 a) L-abbużi mid-drittijiet tal-bniedem huma komuni fi ħdan l-industrija estrattiva u jistgħu jinkludu t-tħaddim tat-tfal, il-vjolenza sesswali, l-għajbien ta' persuni, ir-risistemazzjoni sfurzata u l-qerda ta' siti sinifikanti fuq livell ritwali jew kulturali.

Emenda  3

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fis-7 ta' Ottubru 2010, il-Parlament Ewropew adotta Riżoluzzjoni li titlob lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti aliasit-Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; u l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal-20119 u 201210 il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta - anki barra s-sħubija tal-OECD.

(7) Fir-riżoluzzjonijiet tiegħu tas-7 ta' Ottubru 20108a, tat-8 ta' Marzu 20118b, tal-5 ta' Lulju 20118c u tas-26 ta'Frar 20148d, il-Parlament Ewropew talab lill-Unjoni sabiex tagħmel leġiżlazzjoni fuq il-mudell tal-liġi tal-'minerali ta' kunflitt' tal-Istati Uniti alias it-Taqsima 1502 tad-Dodd-Frank Wall Street Reform and Consumer Protection Act; u l-Kummissjoni ħabbret fil-Komunikazzjonijiet tagħha tal-20119 u 201210 il-ħsieb tagħha biex tesplora modi kif tista' tittejjeb it-trasparenza fil-katina tal-provvista kollha, inklużi aspetti ta' diliġenza dovuta. F'din il-komunikazzjoni tal-aħħar u b'konformità mal-impenn li għamlet fil-Kunsill Ministerjali tal-OECD ta' Mejju 2011, il-Kummissjoni ppromwoviet aktar appoġġ għal u l-użu tal-Linji Gwida tal-OECD għal Intrapriżi Multinazzjonali, u tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta - anki barra s-sħubija tal-OECD.

__________________

__________________

 

8a Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta' Ottubru 2010 dwar in-nuqqasijiet fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-ġustizzja fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo.

 

8b Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-8 ta' Marzu 2011 dwar it-Taxxa u l-Iżvilupp – kooperazzjoni ma' pajjiżi li qed jiżviluppaw dwar il-promozzjoni ta' governanza tajba fi kwistjonijiet fiskali.

 

8c Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-5 ta' Lulju 2011 dwar żieda fl-impatt tal-politika tal-iżvilupp tal-UE.

 

8d Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-26 ta' Frar 2014 dwar il-promozzjoni tal-iżvilupp permezz ta' prattiki ta' negozju responsabbli, inkluż ir-rwol tal-industriji estrattivi fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw.

9 Is-swieq tal-komoditajiet u l-materja prima, COM(2011) 25 FINALI.

9 Is-swieq tal-komoditajiet u l-materja prima, COM(2011) 25 FINALI.

10 Il-kummerċ, it-tkabbir u l-iżvilupp, COM(2012) 22 FINALI.

10 Il-kummerċ, it-tkabbir u l-iżvilupp, COM(2012) 22 FINALI.

Emenda  4

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista hija proċess li għadu għaddej, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-operaturi tan-negozju jimmonitorjaw u jamministraw ix-xiri u l-bejgħ tagħhom, bil-għan li jiġi żgurat li ma jikkontribwixxux għal kunflitt u għall-impatti negattivi tiegħu.

(9) Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, u skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta, id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista hija proċess li għadu għaddej, proattiv u reattiv li permezz tiegħu l-operaturi tan-negozju jimmonitorjaw u jamministraw ix-xiri u l-bejgħ tagħhom 'il fuq u 'l isfel tal-katina tal-provvista, bil-għan li jiġi żgurat li jirrispettaw id-drittijiet tal-bniedem u ma jikkontribwixxux għal kunflitt u għall-impatti negattivi tiegħu, kemm direttament fis-settur tal-minjieri kif ukoll indirettament fil-komunitajiet usa'.

Emenda  5

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika fil-provenjenza responsabbli ta' minerali u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Madankollu, il-kumpaniji tal-Unjoni rrappurtaw ukoll ħafna diffikultajiet biex jeżerċitaw id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista minħabba l-katini tal-provvista globali twal u kumplessi li jinvolvu għadd għoli ta' operaturi li spiss m'humiex konxji biżżejjed jew m'humiex ikkonċernati etikament. L-ispiża tal-provenjenza responsabbli u tal-impatt potenzjali tagħha fuq il-kompetittività l-aktar fuq l-SMEs għandha tiġi sorveljata mill-Kummissjoni.

(12) Il-kumpaniji tal-Unjoni esprimew l-interess tagħhom permezz ta' konsultazzjoni pubblika fil-provenjenza responsabbli ta' minerali u rrappurtaw dwar skemi attwali tal-industrija, imfassla biex ikomplu l-għanijiet tar-responsabbiltà soċjali korporattiva tagħhom, it-talbiet tal-klijenti, jew is-sigurtà tal-provvisti tagħhom. Skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta huwa rikonoxxut li d-diliġenza dovuta f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli tippreżenta sfidi prattiċi u li għalhekk hemm bżonn li jkun hemm flessibilità fl-applikazzjoni tagħha. In-natura u l-grad ta' diliġenza dovuta li hija xierqa għaċ-ċirkostanzi individwali ta' impriżi jiddependu fuq għadd ta' fatturi, inklużi d-daqs u l-pożizzjoni fil-katina tal-provvista, b'kunsiderazzjoni sħiħa tal-isfidi li jħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs.

Emenda  6

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-funderiji u r-raffineriji huma kwistjoni importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali peress li jinsabu tipikament fl-aħħar stadju li fih tista' tiġi assigurata b'mod effettiv id-diliġenza dovuta bil-ġbir, id-divulgar u l-verifika tal-informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u tal-katina ta' kustodja. Wara dan l-istadju ta' trasformazzjoni huwa ta' spiss ikkunsidrat li mhux fattibbli biex jiġu traċċati l-oriġini tal-minerali. Lista tal-Unjoni ta' funderiji u raffineriji responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal kumpaniji downstream fir-rigward tal-prattiki ta' diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista.

(13) L-importaturi huma kwistjoni importanti fil-katini tal-provvista globali tal-minerali u l-metalli peress li jinsabu tipikament f'pożizzjoni aħjar biex jiġbru, jiżvelaw u jivverifikaw informazzjoni dwar l-oriġini tal-minerali u l-metalli u tal-katina ta' kustodja. Lista tal-Unjoni ta' importaturi responsabbli tista' għalhekk tipprovdi trasparenza u ċertezza għal impriżi downstream, li fihom infushom għandhom jikkonformaw, skont il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, ma' prattiki ta' diliġenza dovuta kif stabbilit f'dan ir-Regolament u l-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.

Emenda  7

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw il-konformità uniformi tal-awtoċertifikazzjoni tal-importaturi responsabbli billi jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jivverifikaw jekk l-importaturi responsabbli awtoċertifikati tal-minerali u/jew metalli fl-ambitu tar-Regolament jikkonformaw mal-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Għandhom jinżammu rekords ta' kontrolli bħal dawn għal mill-inqas ħames snin. L-Istati Membri huma responsabbli biex jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament.

(14) L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri huma responsabbli biex jiżguraw il-konformità uniformi taċ-ċertifikazzjoni tal-importaturi responsabbli billi jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jivverifikaw jekk l-importaturi responsabbli ċertifikati tal-minerali u/jew metalli fl-ambitu tar-Regolament jikkonformawx mal-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista. Għandhom jinżammu rekords ta' kontrolli bħal dawn għal mill-inqas ħames snin. Il-Kummissjoni għandha tkun responsabbli biex tistabbilixxi r-regoli applikabbli għal ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament u biex tinnotifika dawk ir-regoli lill-Istati Membri.

Emenda  8

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni marbuta mal-lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli u l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201111.

(15) Sabiex tiżgura l-implimentazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Is-setgħat ta' implimentazzjoni marbuta mal-lista ta' importaturi responsabbli u l-lista tal-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru għandhom ikunu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/201111.

__________________

_______________

11 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

11 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  9

Proposta għal regolament

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Sabiex tiżgura l-effikaċja ta' dan ir-Regolament, permezz tal-identifikazzjoni, fuq bażi kontinwa, tal-minerali u l-metalli li s-sors tagħhom jintuża biex jiffinanzja gruppi armati u forzi tas-sigurtà f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli, is-setgħa li jiġu adottati atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għandha tkun delegata lill-Kummissjoni fir-rigward ta' emendar, kif u meta meħtieġ, tal-lista ta' minerali u metalli kif stipulat fl-Anness I. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  10

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-effetti tal-iskema. Mhux aktar minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ, u kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tħaddim u l-effettività ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni ta' provenjenza responsabbli ta' minerali fl-ambitu tagħha f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati, li jistgħu jinkludu miżuri obbligatorji,

(16) Il-Kummissjoni għandha tirrapporta regolarment lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-effetti tal-iskema. Mhux aktar minn tliet snin wara li jkun daħal fis-seħħ, u kull sitt snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrevedi t-tħaddim u l-effettività ta' dan ir-Regolament, inkluż fir-rigward tal-promozzjoni ta' provenjenza responsabbli ta' minerali u metalli fl-ambitu tagħha f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli. Ir-rapporti jistgħu jkunu akkumpanjati, jekk meħtieġ, minn proposti leġiżlattivi adegwati;

Emenda  11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta għall-katina ta' provvista sabiex irażżan l-opportunitajiet għall-gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà12 għal kummerċ fil-landa, tantalu u tungstenu, minerali tagħhom, u deheb. Huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fejn jidħlu l-prattiki tal-provvista ta' importaturi, funderiji u raffineriji bi provenjenza f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli.

1. Dan ir-Regolament jistabbilixxi sistema tal-Unjoni għad-diliġenza dovuta għall-katina ta' provvista li għandha tkun obbligatorja sabiex teqred il-kummerċ fil-minerali u l-metalli minn gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà12. Huwa mfassal biex jipprovdi trasparenza u ċertezza fejn tidħol il-katina tal-provvista ta' minerali u metalli, b'mod partikolari funderiji u raffineriji bi provenjenza f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli.

__________________

 

12 "Gruppi armati u l-forzi tas-sigurtà" kif definiti fl-Anness II tal-OECD Due Diligence Guidance for Responsible Supply Chains of Minerals from Conflict-Affected and High-Risk Areas: It-tieni edizzjoni Pubblikazzjoni tal-OECD (OECD (2013), http://dx.doi.org/10.1787/9789264185050-en.

 

Emenda  12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

 

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi tal-Unjoni li jagħżlu li jkunu awtoċertifikati bħala importaturi responsabbli ta' minerali jew metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tungstenu, tantalu u deheb, kif stipulat fl-Anness I.

2. Dan ir-Regolament jistabbilixxi l-obbligi tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tal-importaturi kollha tal-Unjoni li l-fornimenti tagħhom tal-minerali u l-metalli jaqgħu fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta. Huwa mfassal biex jiggarantixxi trasparenza u traċċabbiltà fir-rigward tal-prattiki tal-provvista tagħhom f'żoni affettwati minn kunflitti jew f'żoni ta' riskju għoli, sabiex jiġu minimizzati jew evitati kunflitti vjolenti u abbużi mid-drittijiet tal-bniedem billi jitnaqqsu l-opportunitajiet għal gruppi armati u forzi tas-sigurtà biex jinnegozjaw f'dawk il-minerali u l-metalli.

Emenda  13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Dan ir-Regolament għandu japplika għal impriżi fil-punti kollha tal-katina tal-provvista tal-minerali u l-metalli li jistgħu jipprovdu jew jużaw minerali jew metalli minn żoni affettwati minn kunflitti jew żoni ta' riskju għoli.

Emenda  14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Sabiex jipprevjeni distorsjonijiet mhux intenzjonati fis-suq, dan ir-Regolament għandu jiddistingwi bejn ir-rwol tal-impriżi li jinsabu fil-parti inizjali tal-katina tal-provvista u dawk li jinsabu aktar 'il fuq. L-eżerċizzju tad-diliġenza dovuta jeħtieġ ikun imfassal speċifikament għall-attivitajiet tal-impriża konċernata u l-pożizzjoni tagħha fil-katina tal-provvista.

Emenda  15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

 

 

2c. Il-Kummissjoni, b'ħidma mal-korpi ta' ċertifikazzjoni u skont il-Gwida tal-OECD tista' tipprovdi linji gwida ulterjuri dwar l-obbligi li għandhom jissodisfaw l-impriżi, skont il-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, u sabiex tiżgura li s-sistema tinvolvi proċedura flessibbli li tqis il-pożizzjoni tal-SMEs.

Emenda  16

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) "minerali" tfisser minerali u konċentrati li fihom il-landa, tantalu, tungstenu, u deheb kif stipulat fl-Anness I;

(a) "minerali u metalli fl-ambitu tar-Regolament" tfisser il-minerali u l-metalli kollha kif stipulat fl-Anness I;

Emenda  17

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "metalli" tfisser metalli li fihom jew li jikkonsistu minn landa, tantalu, tungstenu u deheb kif stipulat fl-Anness I;

imħassar

Emenda  18

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) "Il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta" tfisser il-Gwida ta' Diliġenza Dovuta tal-OECD għal Ktajjen ta' Provvista Responsabbli tal-Minerali minn Żoni Affettwati mill-Kunflitti u Żoni ta' Riskju Għoli , it-tieni edizzjoni, pubblikazzjoni tal-OECD (OECD (2013)), inklużi r-rakkomandazzjonijiet, l-annessi u s-supplimenti kollha tal-Kunsill, li tista' tiġi modifikata jew sostitwita perjodikament;

Emenda  19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) "żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni fi stat ta' kunflitt armat, żoni fraġli wara l-kunflitt kif ukoll żoni b'governanza u sigurtà dgħajfa jew ineżistenti, bħalma huma stati falluti, u l-ksur mifrux u sistematiku tal-liġi internazzjonali, inkluż abbużi mid-drittijiet tal-bniedem;

(e) "żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli" tfisser żoni identifikati mill-preżenza ta' kunflitti armati, vjolenza mifruxa jew riskji oħra ta' dannu għan-nies u, għal dan il-għan, huwa rikonoxxut li:

 

(i) kunflitt armat jista' jieħu diversi forom, bħal kunflitt ta' karattru internazzjonali jew mhux internazzjonali, li jista' jinvolvi żewġ stati jew aktar, jew jista' jikkonsisti minn gwerer ta' ħelsien, rewwixti jew gwerer ċivili; kif ukoll

 

(ii) żoni ta' riskju għoli jistgħu jinkludu żoni ta' instabbiltà politika jew ripressjoni, dgħufija istituzzjonali, nuqqas ta' sigurtà, il-kollass tal-infrastruttura ċivili u l-vjolenza mifruxa, li fil-każ tagħhom iż-żoni spiss ikunu kkaratterizzati minn abbużi mifruxa mid-drittijiet tal-bniedem u mill-ksur tal-liġi nazzjonali jew internazzjonali;

Emenda  20

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(f a) "impriżi downstream" tfisser negozjanti tal-metall u persuni li jiskambjaw il-metall, manifatturi ta' komponenti, manifatturi ta' prodotti, manifatturi ta' tagħmir oriġinali u bejjiegħa bl-imnut;

Emenda  21

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tiddikjara l-minerali jew il-metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/199213;

(g) "importatur" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika li tpoġġi fis-suq għall-ewwel darba l-minerali jew il-metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament għal rilaxx għal ċirkolazzjoni libera skont it-tifsira tal-Artikolu 79 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/199213;

__________________

__________________

13 Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi Kodiċi Doganali tal-Komunità (ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1).

Emenda  22

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) "importatur responsabbli" tfisser kull importatur li jagħżel li jkun awtoċertifikat skont ir-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament;

(h) "importatur responsabbli" tfisser kull importatur ta' minerali u metalli li jkun konformi mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament;

Emenda  23

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha) "impriża responsabbli" tfisser kwalunkwe impriża li tkun konformi mad-diliġenza dovuta kif definita fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

Emenda  24

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt i

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(i) "awtoċertifikazzjoni" tfisser l-att ta' dikjarazzjoni tal-osservanza għall-obbligi dwar sistemi ta' ġestjoni, il-ġestjoni tar-riskju u l-verifika u d-divulgar ta' partijiet terzi kif stabbilit f'dan ir-Regolament;

(i) "ċertifikat Ewropew għal importatur responsabbli" tfisser id-dokument maħruġ mill-awtoritajiet kompetenti lil kwalunkwe importatur li jkun konformi mar-regoli stabbiliti f'dan ir-Regolament;

Emenda  25

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt na (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(n a) "impriżi upstream" tfisser minaturi (produtturi artiġjanali u fuq skala żgħira jew kbira), negozjanti lokali jew esportaturi mill-pajjiż tal-oriġini tal-minerali u l-metalli, negozjanti internazzjonali tal-konċentrati, min jipproċessa mill-ġdid il-minerali u l-metalli u l-funderiji/raffineriji;

Emenda  26

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt o

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(o) "diliġenza dovuta fil-katina tal-provista" tirreferi għall-obbligi ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb f'relazzjoni mas-sistema ta' ġestjoni tagħhom, il-ġestjoni tar-riskju, il-verifiki ta' partijiet terzi u d-divulgar ta' informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati u indirizzati r-riskji attwali u potenzjali marbuta ma' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' risjku għoli biex jiġu evitati jew imnaqqsa l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet ta' provenjenza tagħhom;

(o) "diliġenza dovuta fil-katina tal-provvista" tirreferi għall-obbligi ta' impriżi responsabbli f'relazzjoni mas-sistemi ta' ġestjoni tagħhom, il-ġestjoni tar-riskju, il-verifiki ta' partijiet terzi u d-divulgar ta' informazzjoni bl-għan li jiġu identifikati u indirizzati r-riskji attwali u potenzjali marbuta ma' żoni affettwati minn kunflitti u żoni ta' riskju għoli biex jiġu evitati jew imnaqqsa l-impatti negattivi assoċjati mal-attivitajiet ta' provenjenza tagħhom u li jiġi żgurat li dawn l-attivitajiet ma jikkontribwixxux għall-kummerċ illegali f'minerali u metalli u għall-finanzjament ta' kunflitti u li ma jżidux l-abbużi mid-drittijiet tal-bniedem;

Emenda  27

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt qa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(qa) "gruppi armati u forzi tas-sigurtà" tfisser il-gruppi msemmija fl-Anness II tal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta;

Emenda  28

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-awtoċertifikazzjoni bħala importatur responsabbli

Iċ-ċertifikazzjoni bħala importatur responsabbli

Emenda  29

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Kull importatur ta' minerali jew metalli fl-ambitu tar-Regolament jista' jagħmel awtoċertifikazzjoni bħala importatur responsabbli billi jiddikjara li awtorità kompetenti ta' Stat Membru li taderixxi mal-obbligi ta' diliġenza dovuta stabbiliti f'dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni jkun fiha dokumentazzjoni li fiha l-importatur jikkonferma l-impenn tiegħu għall-obbligi inklużi r-riżultati tal-verifiki mwettqa tal-partijiet terzi indipendenti.

1. Kull importatur ta' minerali jew metalli fl-ambitu tar-Regolament għandu jkun ċertifikat mill-awtorità kompetenti ta' Stat Membru bħala importatur responsabbli wara li jiddikjara li jimxi mal-obbligi ta' diliġenza dovuta stabbiliti f'dan ir-Regolament. Id-dikjarazzjoni għandu jkollha dokumentazzjoni li fiha l-importatur jikkonferma l-impenn tiegħu għall-obbligi inklużi r-riżultati tal-verifiki mwettqa tal-partijiet terzi indipendenti.

Emenda  30

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jiżguraw li l-importaturi responsabbli awtoċertifikati tal-minerali jew metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament ikunu konformi mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 4, 5, 6, u 7 ta' dan ir-Regolament.

2. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jwettqu kontrolli ex post xierqa sabiex jiżguraw li l-importaturi responsabbli ċertifikati tal-minerali jew metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament ikunu konformi mal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 4, 5, 6, u 7 ta' dan ir-Regolament.

Emenda  31

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligi tas-sistema ta' ġestjoni

L-obbligi tas-sistema ta' ġestjoni għall-importaturi

Emenda  32

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-importatur responsabbli mill-minerali jew metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament:

Kull importatur tal-minerali u l-metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament, skont il-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta:

Emenda  33

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) jadotta u jikkomunika b'mod ċar lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;

(a) jadotta u jikkomunika b'mod ċar u sistematiku lill-fornituri u lill-pubbliku l-katina tal-provvista tiegħu għall-minerali u metalli li potenzjalment joriġinaw minn żoni affettwati minn kunflitti u żoni b'riskju għoli;

Emenda  34

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-obbligi ta' mmaniġar tar-riskji

L-obbligi ta' mmaniġġar tar-riskji għall-importaturi

Emenda  35

Proposta għal regolament

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

L-obbligi tas-sistema ta' mmaniġġar u l-obbligi ta' mmaniġġar tar-riskji għall-impriżi

 

Fost affarijiet oħra, l-impriżi downstream jidentifikaw mill-aħjar li jistgħu u jeżaminaw il-proċess tad-diliġenza dovuta tal-funderiji/raffineriji fil-katina tal-provvista tagħhom u jivvalutaw jekk humiex jimxu mal-miżuri tad-diliġenza dovuta mressqa fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta. Impriżi downstream jistgħu jipparteċipaw fi skemi mifruxin mal-industrija kollha li jivvalutaw il-konformità tal-funderiji/raffineriji mal-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta u jistgħu jużaw l-informazzjoni li dawn l-iskemi jipprovdu sabiex tgħinhom jissodisfaw ir-rakkomandazzjonijiet fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta u jagħmlu din l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku.

Emenda  36

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) tirrispetta l-prinċipji tal-awditjar ta' indipendenza, kompetenza u kontabilità kif stipulati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.

(c) tirrispetta l-prinċipji tal-awditjar ta' indipendenza, kompetenza u kontabilità u kwalunkwe ambitu, kriterju u attività tal-awditjar applikabbli, kif stipulati fil-Gwida tal-OECD dwar id-Diliġenza Dovuta.

Emenda  37

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-isem u l-indirizz tal-funderiji u r-raffineriji kollha responsabbli tal-katina ta' provvista tiegħu,

(a) l-isem u l-indirizz tal-funderiji u r-raffineriji u/jew kwalunkwe impriża tal-katina ta' provvista tiegħu,

Emenda  38

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-verifiki minn partijiet terzi indipendenti dwar kull funderija jew raffinerija responsabbli fil-katina ta' provvista tiegħu, imwettqa skont l-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament,

(b) il-verifiki minn partijiet terzi indipendenti dwar kull funderija jew raffinerija u/jew kwalunkwe impriża fil-katina ta' provvista tiegħu, imwettqa skont l-ambitu, l-għanijiet u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament,

Emenda  39

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-importatur responsabbli ta' minerali jew metalli fl-ambitu ta' dan ir-Regolament jagħmel disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tiegħu, l-informazzjoni kollha miksuba u miżmuma skont id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tiegħu, b'rigward xieraq għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib kompetittiv ieħor.

4. Kwalunkwe impriża għandha tagħmel disponibbli għax-xerrejja downstream diretti tagħha, l-informazzjoni kollha miksuba u miżmuma skont id-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista tagħha, b'rigward xieraq għall-kunfidenzjalità tan-negozju u tħassib kompetittiv ieħor.

Emenda  40

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Lista ta' funderiji u raffineriji responsabbli

Lista ta' importaturi responsabbli ta' minerali u metalli

Emenda  41

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' funderiji u raffineriji responsabbli ta' minerali fl-ambitu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

1. Fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-Istati Membri fir-rapporti tagħhom kif imsemmi fl-Artikolu 15, il-Kummissjoni għandha tadotta u tagħmel disponibbli pubblikament deċiżjoni li fiha telenka l-ismijiet u l-indirizzi ta' importaturi responsabbli ta' minerali u metalli fl-ambitu ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda  42

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni taġġorna l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Il-Kummissjoni tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji li ma għadhomx rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina ta' provvista tal-importaturi responsabbli li mhumiex rikonoxxuti aktar.

4. Il-Kummissjoni taġġorna l-informazzjoni inkluża fil-lista fil-ħin. Kull sitt xhur, il-Kummissjoni għandha tneħħi mil-lista l-ismijiet tal-importaturi li ma għadhomx rikonoxxuti bħala importaturi responsabbli mill-Istati Membri skont l-Artikolu 14(3), jew l-ismijiet tal-funderiji u r-raffineriji fil-katina ta' provvista tal-importaturi responsabbli li mhumiex rikonoxxuti aktar.

Emenda  43

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jippubblikaw rapport li jagħti dettalji dwar is-sejbiet kollha ta' kwalunwe kontrolli ex post, flimkien ma' spjegazzjoni raġonevoli għalfejn saru dawk is-sejbiet u kull dokumentazzjoni li fuqha l-awtorità kompetenti bbażat is-sejbiet tagħha.

Emenda  44

Proposta għal regolament

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Informazzjoni dwar "żona affettwata minn kunflitti" jew "żona ta' riskju għoli":

 

Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mill-qrib mas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, għandha tagħmel disponibbli informazzjoni adegwata għall-pubbliku u l-impriżi dwar xi tfisser "żona affettwata minn kunflitti" jew "żona ta' riskju għoli" u kif jiġu determinati.

Emenda  45

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jippubblikaw notifika ta' azzjonijiet ta' rimedju li tittieħed mill-importatur responsabbli.

2. F'każ ta' ksur tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-impriża responsabbli dwar l-azzjoni ta' rimedju li għandha tittieħed minnha.

Emenda  46

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Dan ir-Regolament jipprevedi perjodu ta' tranżizzjoni ta' sentejn biex jippermetti lill-importaturi tal-minerali u l-metalli jkunu konformi mal-obbligi tar-rappurtar pubbliku.

Emenda  47

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. Kwalunkwe tibdil fil-linji gwida tal-OECD għandu japplika mutatis mutandis għal dan ir-Regolament.

Emenda  48

Proposta għal regolament

Artikolu 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15a

 

Miżuri ta' akkumpanjament

 

1. Il-Kummissjoni se tressaq proposta leġiżlattiva fi ħdan il-perjodu tranżitorju li tistabbilixxi miżuri ta' akkumpanjament sabiex tissaħħaħ l-effikaċja ta' dan ir-Regolament f'konformità mal-Komunikazzjoni Konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill bit-titlu "Il-Provenjenza Responsabbli ta' minerali li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli Lejn Approċċ integrat tal-UE" (JOIN (2014)8)

 

- Miżuri ta' akkumpanjament li jiżguraw approċċ integrat tal-UE għall-obbligu tal-provenjenza responsabbli:

 

(a) appoġġ lill-intrapriżi bi provenjenza responsabbli fil-forma ta' inċentivi, assistenza teknika u gwida għall-intrapriżi, filwaqt li titqies is-sitwazzjoni ta' intrapriżi żgħar u ta' daqs medju u l-pożizzjoni tagħhom fil-katina tal-provvista, sabiex tkun iffaċilitata l-konformità mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament;

 

(b) djalogi ta' politika li għaddejjin ma' pajjiżi terzi u partijiet interessati oħra, inkluża l-possibbiltà ta' armonizzazzjoni ma' sistemi ta' ċertifikazzjoni nazzjonali u reġjonali u kooperazzjoni ma' inizjattivi pubbliċi privati;

 

(c) kooperazzjoni għall-iżvilupp kontinwa u mmirata ma' pajjiżi terzi, b'mod partikolari għajnuna għall-kummerċjalizzazzjoni ta' minerali mhux ta' kunflitt u għajnuna sabiex l-intrapriżi lokali jitqiegħdu f'pożizzjoni aħjar biex jikkonformaw ma' dan ir-Regolament;

 

(d) kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri għat-tnedija ta' inizjattivi komplementari fil-qasam ta' tagħrif għall-konsumatur, l-investitur u l-klijent u aktar inċentivi għal imġiba responsabbli tal-kumpaniji u għal klawsoli ta' prestazzjoni f'kuntratti ta' akkwist iffirmati mill-awtoritajiet nazzjonali skont it-termini tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport annwali dwar il-prestazzjoni tal-miżuri ta' akkumpanjament implimentati skont il-paragrafu 1 u dwar l-impatt u l-effikaċja tagħhom.

Emenda  49

Proposta għal regolament

Artikolu 15b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15b

 

Delega tas-setgħat

 

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa tadotta atti delegati skont l-Artikolu 15c biex temenda l-lista ta' minerali u metalli kif stabbilita fl-Anness I.

Emenda  50

Proposta għal regolament

Artikolu 15c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 15c

 

L-eżerċizzju tad-delega

 

Is-setgħa li jiġu adottati l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 15a għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ... snin minn*. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport rigward id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perjodu ta' ... snin. Id-delega tas-setgħa għandha tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi tal-istess tul, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

_________________

 

*ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

PROĊEDURA

Titolu

Sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli

Referenzi

COM(2014)0111 – C7-0092/2014 – 2014/0059(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.3.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

13.3.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Bogdan Brunon Wenta

29.9.2014

Eżami fil-kumitat

10.11.2014

21.1.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

9.3.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Nirj Deva, Doru-Claudian Frunzulică, Maria Heubuch, Hans Jansen, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Paavo Väyrynen, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Seb Dance, Paul Rübig, Judith Sargentini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Hilde Vautmans


PROĊEDURA

Titolu

Sistema tal-Unjoni għall-awtoċertifikazzjoni tad-diliġenza dovuta tal-katina tal-provvista ta' importaturi responsabbli ta' landa, tantalu u tungstenu, il-minerali tagħhom, u deheb li joriġinaw f'żoni affettwati minn kunflitti u f'żoni ta' riskju għoli

Referenzi

COM(2014)0111 – C7-0092/2014 – 2014/0059(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.3.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

13.3.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

13.3.2014

DEVE

13.3.2014

BUDG

13.3.2014

ITRE

13.3.2014

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

9.3.2015

BUDG

25.6.2014

ITRE

22.7.2014

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Iuliu Winkler

3.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

6.11.2014

23.2.2015

19.3.2015

 

Data tal-adozzjoni

14.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

16

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, David Campbell Bannerman, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Christofer Fjellner, Eleonora Forenza, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Alexander Graf Lambsdorff, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Jörg Leichtfried, Marine Le Pen, David Martin, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Reimer Böge, Klaus Buchner, Fabio Massimo Castaldo, Dita Charanzová, Nicola Danti, Danuta Maria Hübner, Stelios Kouloglou, Sander Loones, Frédérique Ries, Pedro Silva Pereira, Marita Ulvskog, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Judith Sargentini

Data tat-tressiq

24.4.2015

Avviż legali