Proċedura : 2015/2012(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0144/2015

Testi mressqa :

A8-0144/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2015 - 10.63
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0172

RAPPORT     
PDF 373kWORD 675k
27.4.2015
PE 551.776v01-00 A8-0144/2015

dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016

(2015/2012(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: Gérard Deprez

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: ABBOZZ TAL-ESTIMI
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-estimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016

(2015/2012(BUD))

Il-Parlament Ewropew,,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2),

–       wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3), u b'mod partikolari l-punt 27 tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1023/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2013 li jemenda r-Regolamenti tal-Persunal għall-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u l-Kondizzjonijiet tal-Impjieg ta' Aġenti Oħra tal-Unjoni Ewropea(4),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2013(5) u tat-22 ta' Ottubru 2014(6) dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 rispettivament,

–       wara li kkunsidra r-rapport tas-Segretarju Ġenerali lill-Bureau bl-għan li jitħejja l-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016,

–      wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Bureau fis-27 ta' April 2015,

–       wara li kkunsidra l-abbozz preliminari tal-estimi mħejji mill-Kumitat tal-Baġits skont l-Artikolu 96(2) tar-Regoli tal-Proċedura tal-Parlament,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 96 u 97 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0144/2015),

A.     billi din il-proċedura hija l-ewwel proċedura baġitarja sħiħa mwettqa fil-leġiżlatura l-ġdida u t-tielet proċedura tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020,

B.     billi fil-laqgħa tiegħu tad-9 ta' Frar 2015 il-Bureau approva l-linji gwida għall-baġit 2016, kif ippropona is-Segretarju Ġenerali; billi dawn il-linji gwida huma impernjati fuq it-tisħiħ tal-kapaċità tal-kumitati parlamentari li jikkontrollaw l-eżekuttiv, partikolarment fir-rigward tal-atti delegati, l-investimenti fis-sigurtà tal-bini tal-Parlament u fiċ-ċibersigurtà u s-sostenn għall-Membri, partikolarment fir-rigward tal-assistenza parlamentari,

C.     billi ġie propost baġit ta' EUR 1 850 470 600 mis-Segretarju Ġenerali għall-abbozz preliminari tal-estimi tal-Parlament għall-2016, li jirrappreżenta żieda ta' 3,09 % fuq il-baġit għall-2015 u 19,51 % tal-intestatura V tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2014-2020,

D.     billi, fil-kuntest tat-tagħbija tqila ta' dejn pubbliku u konsolidament fiskali li attwalment iridu jerfgħu l-Istati Membri, il-Parlament għandu juri responsabilità u awtokontroll baġitarji filwaqt li jiggarantixxi l-allokazzjoni ta' biżżejjed riżorsi biex il-Parlament ikun jista' jeżerċita l-poteri kollha tiegħu u jiggarantixxi l-funzjonament korrett tal-istituzzjoni,

E.     billi, minkejja l-marġni limitat għall-manuvra u l-bżonn li r-riżorsi ffrankati jiġu kkontrobilanċjati f'oqsma oħrajn, għandhom jiġu kkunsidrati ċerti investimenti bil-għan li jsaħħu r-rwol istituzzjonali tal-Parlament,

F.     billi l-limitu massimu għall-Intestatura V tal-Qafas Finanzarju Pluriennali (QFP) għall-baġit 2016 huwa ta' EUR 9 483 miljun fi prezzijiet kurrenti,

G.     billi saru laqgħat ta' konċiljazzjoni bejn id-delegazzjonijiet tal-Bureau u tal-Kumitat għall-Baġits fl-24 ta' Marzu, fl-14 u fil-15 ta' April 2015;

Qafas ġenerali u baġit komplessiv

1.      Jilqa' l-kooperazzjoni tajba li ġiet stabbilita bejn il-Bureau tal-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Baġits matul il-proċedura baġitarja attwali u l-ftehim milħuq waqt il-proċess ta' konċiljazzjoni;

2.      Jikkonstata l-objettivi prijoritarji proposti mis-Segretarju Ġenerali għall-2016;

3.      Ifakkar li, mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, il-baġit tal-Parlament ġarrab nefqa addizzjonali sinifikanti minħabba l-iżviluppi segwenti: l-istabbiliment tal-Parlament Ewropew bħala koleġiżlatur ta' vera u l-politika immobiljari msaħħa (2010-2012), l-adeżjoni tal-Kroazja, Dar l-Istorja Ewropea (2013), l-istabbiliment tas-servizz ta' riċerka tal-Parlament (2014-2015); jilqa' l-fatt li l-Parlament kien kapaċi jikkumpensa għal parti kbira minn din in-nefqa bis-saħħa tar-riżorsi li ffranka b'riżultat ta' riformi strutturali u organizzattivi, biex b'hekk iż-żidiet baġitarji madwar ir-rata ta' inflazzjoni kienu moderati biss;

4.      Jikkonstata li, matul l-aħħar leġiżlatura, il-Parlament qabel fuq numru ta' prijoritajiet politiċi, li taw lok għal żidiet baġitarji moderati jew għal ekonomiji baġitarji; jikkunsidra li l-Parlament li għadu kif ġie elett għandu jagħmel skrutinju fil-fond tal-implimentazzjoni ta' dawn il-proġetti pluriennali u jiddeċiedi, abbażi ta' dan, rigward il-prijoritajiet politiċi proprji tiegħu, inklużi, jekk ikun hemm bżonn, dawk negattivi; jitlob f'dan ir-rigward lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta rapport ta' valutazzjoni dwar dawk il-proġetti pluriennali fi żmien xieraq qabel il-qari tal-Parlament fil-ħarifa 2015;

5.      Jikkunsidra li għall-2016 jeħtieġ li tingħata prijorità lir-rinforz tal-ħidma parlamentari, partikolarment billi jissaħħu l-ħidma leġiżlattiva tal-Parlament, kif ukoll il-kapaċità tiegħu ta' skrutinju fuq l-eżekuttiv, u r-rinforz tas-sigurtà tal-bini u taċ-ċibersigurtà tal-Parlament ;

6.      Huwa tal-fehma li l-Parlament imissu jkun ta' eżempju, billi jagħmel sforzi partikolari fir-rigward tad-daqs tal-baġit tiegħu u l-livell ta' żieda fin-nefqa meta mqabbla ma' dik tal-2015; jisħaq fuq il-fatt li l-baġit 2016 għandu jiġi stabbilit fuq bażi realistika u għandu jkun konformi mal-prinċipji ta' dixxiplina baġitarja u ġestjoni finanzjarja tajba;

7.      Jikkunsidra li r-riformi strutturali u organizzattivi mmirati biex jiksbu aktar effiċjenza, sostenibilità ambjentali u effikaċja għandhom jitkomplew permezz ta' eżami bir-reqqa tas-sinerġiji u tal-iffrankar possibbli; ifakkar li jistgħu jiġu ffrankati riżorsi sostanzjali jekk il-Parlament ikollu post tax-xogħol wieħed biss minflok tlieta (Brussell, Strasburgu, il-Lussemburgu); jissottolinja l-fatt li dan il-proċess għandu jitmexxa mingħajr ma jipperikola l-eċċellenza leġiżlattiva tal-Parlament, is-setgħat baġitarji u ta' skrutinju tiegħu, kif ukoll il-kwalità tal-kundizzjonijiet tax-xogħol għall-Membri, l-assistenti u l-persunal;

8.      Jisħaq fuq il-fatt li, sabiex il-Membri tal-Parlament ikunu jistgħu jwettqu l-mandat tagħhom u jqawwu l-kapaċità tal-Parlament biex jeżerċita s-setgħat kollha tiegħu, għandu jiġi żgurat livell ta' riżorsi suffiċjenti; jissottolinja l-fatt li n-nefqa statutorja u obbligatorja meħtieġa għall-2016 trid tiġi koperta;

9.      Jilqa' l-fatt li s-sehem tal-baġit tal-Parlament mit-total tal-intestatura V tal-QFP, bl-eċċezzjoni tal-2011 u l-2014, kien inqas minn 20 % matul l-aħħar leġiżlatura; jikkunsidra li s-sehem tal-baġit tal-Parlament fl-2016 għandu jinżamm ukoll taħt l-20 %;

10.    Huwa tal-fehma li ż-żieda totali tan-nefqa tal-baġit tal-Parlament għall-2016 meta mqabbla ma' dik tal-2015 għandha tiġi ddeterminata miż-żewġ fatturi segwenti:

i) ir-rata ta' żieda fin-nefqa attwali, li ma tistax taqbeż il-1,6 %;

ii) il-livell ta' nefqa eċċezzjonali meħtieġa fl-2016 għar-rinforz tas-sigurtà tal-bini tal-Parlament Ewropew u ċ-ċibersigurtà fi Brussell għal ammont massimu ta' EUR 15-il miljun;

jisħaq fuq il-fatt li, għal dan l-iskop, hemm bżonn li jiġu ffrankati r-riżorsi f'oqsma oħra;

11.    Jilqa' l-ftehim dwar ekonomiji li ntlaħaq bejn il-Kumitat għall-Baġits u d-delegazzjonijiet tal-Bureau fil-laqgħat ta' konċiljazzjoni tal-14 u l-15 ta' April 2015, meta mqabbel mal-livell tal-abbozz preliminari tal-estimi oriġinalment issuġġerit mill-Bureau;

12.    Jistabbilixxi li l-livell ta' nefqa kurrenti/operattiva tiegħu għas-sena 2016 hu ta' EUR 1 823 648 600, li jikkorrispondi għal żieda ta' 1,6 % fuq il-baġit 2015, u jżid mal-abbozz tal-estimi tiegħu n-nefqa straordinarja eċċezzjonali li tammonta għal EUR 15–il miljun mitluba fl-2016 għar-rinforz tas-sigurtà tal-bini tiegħu fi Brussell kif ukoll taċ-ċibersigurtà tal-Parlament;

13.    Jaħtaf l-opportunità ta' dan l-ewwel proċess ta’ konċiljazzjoni vera u proprja fir-rigward tal-baġit tal-Parlament taħt it-8 leġiżlatura biex jitlob lis-Segretarju Ġenerali u lill-Bureau jippreżentaw ippjanar baġitarju fuq żmien medju u twil, flimkien mad-dokumenti li għandhom x'jaqsmu mal-proċedura għall-istabbiliment tal-baġit għall-2017; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jindika b'mod ċar l-infiq relatat ma' investimenti (bini, akkwisti, eċċ.) u l-infiq relatati mal-funzjonament tal-Parlament u l-obbligi statutorji tiegħu;

14.    Ifakkar li l-Parlament, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja, għandu l-possibbiltà li jaġġusta l-prijoritajiet baġitarji u se jieħu d-deċiżjoni finali fil-ħarifa 2015;

Kwistjonijiet speċifiċi

Prijorità għall-ħidma parlamentari

15.    Jissottolinja li, b'segwitu għad-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona, fejn il-Parlament ġie stabbilit bħala koleġiżlatur ta' vera, u minħabba l-fatt li wieħed mill-kompiti l-aktar importanti tal-Parlament hu l-kontroll tal-eżekuttiv, issa huwa assolutament essenzjali li l-enfasi titqiegħed fuq il-ħidma leġiżlattiva u ta' skrutinju tal-Membri;

16.    Jikkunsidra li, b'mod li jiġi kkonsolidat ir-rwol tal-Parlament, il-kapaċità amministrattiva tas-segretarjati tal-kumitati parlamentari speċjalizzati għandha tissaħħaħ, fejn dan għadu ma sarx, essenzjalment permezz ta' tqassim mill-ġdid;

17.    Jemmen li, b'mod li jiġi żgurat sostenn adegwat għall-Membri fit-twettiq tal-attivitajiet parlamentari tagħhom, hemm bżonn li jinstab bilanċ ġdid bejn l-assistenti parlamentari akkreditati u l-assistenti lokali; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta mill-aktar fis proposta għal deċiżjoni lill-Bureau għal dan il-fini; jemmen li għandu jiġi rispettat perjodu ta' tranżizzjoni fil-każ ta' reviżjoni tar-regoli attwali u jistenna li d-deċiżjoni finali se tidħol fis-seħħ sa mhux aktar tard minn Lulju 2016;

18.    Ifakkar li, skont l-Artikolu 130 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, il-Konferenza tal-Presidenti għandha twettaq, sa Lulju 2015, valutazzjoni tar-reġim tal-mistoqsijiet bil-miktub fir-rigward tal-mistoqsijiet addizzjonali; jissottolinja l-fatt li l-fokus fuq l-istatistika tal-ħidma parlamentari m'għandux ikun għad-detriment tal-ħidma leġiżlattiva effettiva tal-Membri; jappella, għaldaqstant, għal reviżjoni ta' dak ir-reġim u jappella lill-awtorità kompetenti biex:

- tillimita, għal kull Membru, l-għadd ta' mistoqsijiet parlamentari li jistgħu jitressqu f'format elettroniku għal massimu ta' ħames mistoqsijiet kull xahar (mingħajr ma jitqiesu l-koawturi);

- tabolixxi l-pubblikazzjoni tal-mistoqsijiet fis-sit tal-Parlament fuq l-internet u l-possibilità li jitressqu mistoqsijiet addizzjonali fil-forma ta' dokument bil-miktub imqiegħed fuq il-mejda u ffirmat personalment mill-Membru;

19.    Jisħaq fuq il-fatt li tali reviżjoni tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament li jirregolaw il-mistoqsijiet għal tweġiba bil-miktub (l-Artikolu 130) tista' twassal biex jiġu ffrankati r-riżorsi u se tillimita l-piż amministrattiv tal-istituzzjonijiet Ewropej mingħajr ma tipperikola s-setgħat leġiżlattivi tal-Parlament Ewropew; jistenna li r-regoli riveduti għandhom ikunu applikabbli minn Jannar 2016;

20.    Jikkunsidra li l-Parlament jeħtieġ ikun mgħammar bi spazju tax-xogħol modern u effiċjenti ferm għall-Membri u għall-persunal;

Sigurtà

21.    Jenfasizza li fil-kuntest attwali għandha tingħata l-ogħla prijorità lis-sigurtà tal-bini tal-Parlament; jissottolinja l-fatt li l-Parlament se jkollu bżonn jieħu l-miżuri ġodda meħtieġa għat-tisħiħ tas-sigurtà ġewwa u barra l-bini tiegħu, filwaqt li jibqa' post miftuħ għaċ-ċittadini Ewropej, kif ukoll taċ-ċibersigurtà;

22.    Jitlob, f'dan ir-rigward, lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits evalwazzjoni globali tal-miżuri ta' sigurtà li ttieħdu sal-lum mill-Parlament u l-konsegwenzi baġitarja tat-tali miżuri, minn mindu ttieħdet id-deċiżjoni li s-servizzi ta' sigurtà tal-Parlament jiġu internalizzati (deċiżjoni tal-Bureau ta' Ġunju 2012) u jagħti deskrizzjoni ħafifa tal-miżuri previsti għat-tisħiħ tas-sigurtà tal-Parlament kemm fil-bini tiegħu u kemm barra minnu, kif ukoll l-impatt tat-tali miżuri fuq il-baġit 2016; jappella għal informazzjoni dwar il-konsegwenzi finanzjarji tal-arranġamenti għal kooperazzjoni amministrattiva interistituzzjonali fil-qasam tas-sigurtà;

Ċibersigurtà

23.    Huwa tal-fehma li, minħabba l-użu dejjem akbar ta' apparat u mezzi elettroniċi, għandha tingħata attenzjoni partikolari lis-sigurtà informatika, bil-għan li jiġi garantit il-livell massimu possibbli ta' sigurtà tas-sistemi ta' informazzjoni u komunikazzjoni tiegħu; jikkunsidra li kwalunkwe miżura f'dan il-qasam għandha tissejjes fuq evalwazzjoni ċara tal-ħtiġijiet tal-Parlament u tiġi deċiża fil-kuntest tal-proċedura baġitarja;

Politika immobiljari

24.    Ifakkar li l-istrateġija immobiljari fuq żmien medju, adottata mill-Bureau fl-2010, hija attwalment f'fażi ta' reviżjoni; jistieden lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits l-istrateġija immobiljari fuq żmien medju l-ġdida mill-aktar fis possibbli u qabel il-qari tal-baġit min-naħa tal-Parlament fil-ħarifa 2015;

25.    Itenni li l-investimenti fuq żmien twil, bħall-proġetti immobiljari tal-Parlament, għandhom jiġu ġestiti bi prudenza u trasparenza; jinsisti li jkun hemm dixxiplina fil-ġestjoni tal-ispejjeż u fil-programmazzjoni u s-superviżjoni tal-proġetti; itenni l-appell tiegħu għal proċess deċiżjonali trasparenti fil-qasam tal-politika immobiljari, abbażi ta' informazzjoni bikrija, waqt li jitqies kif dovut l-Artikolu 203 tar-Regolament Finanzjarju;

26.    Jistieden lill-Viċi Presidenti responsabbli jippreżentaw lill-Kumitat responsabbli l-istrateġija immobiljari l-ġdida ta' nofs it-terminu kif ukoll rapport ta' progress dwar il-Bini KAD, b'inklużi l-għażliet ta' finanzjament; abbażi ta' dan se jiddeċiedi matul il-qari tal-baġit dwar l-inklużjoni ta' finanzjament għall-Bini KAD fil-baġit 2016 tal-Parlament waqt li jikkunsidra l-possibilità li jiffranka mir-rati tal-imgħax;

27.    Ifakkar li, minħabba l-kostruzzjoni tal-Bini KAD, fil-ġejjieni l-pagamenti totali fis-sena se jkunu ħafna anqas mill-ispejjeż biex tinkera proprjetà immobbli paragunabbli;

Komunikazzjoni

28.    Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jirrapporta lill-Kumitat għall-Baġits dwar l-evalwazzjoni tal-kampanja elettorali parlamentari tal-2014 kif ukoll dwar l-effikaċja tal-miżuri ta' komunikazzjoni tal-Parlament indirizzati lejn il-pubbliku ġenerali;

29.    Jemmen bil-qawwa li l-mandat ewlieni tal-Membri huwa l-ħidma leġiżlattiva; jikkunsidra, għalhekk, li għal dan l-għan għandha tingħata prijorità għall-komunikazzjoni mal-pubbliku u partijiet interessati oħra permezz tal-aġġornament tat-tagħmir tekniku u l-faċilitajiet medjatiċi minħabba l-interess medjatiku akbar, l-importanza dejjem tikber tal-media soċjali u l-bżonnijiet addizzjonali tal-Membri matul is-sessjonijiet plenarji ordinarji;

30.    Jitlob lill-Bureau jipproċedi għal evalwazzjoni indipendenti tal-ewwel Avveniment Ewropew taż-Żgħażagħ qabel jorganizza avveniment ulterjuri;

Dar l-Istorja Ewropea

31.    Jikkonstata li l-ftuħ ta' Dar l-Istorja Ewropea hu previst għall-2016; jitlob lis-Segretarju Ġenerali jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits, fi żmien utli qabel il-qari tal-Parlament fil-ħarifa 2015, programmazzjoni baġitarja aġġornata fuq il-ħames snin li ġejjin għan-nefqa operattiva u ta' funzjonament prevista għal Dar l-Istorja Ewropea minn mindu tiftaħ, inkluża l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni; ifakkar li, fil-baġit 2014, inħolqot linja tal-baġit ġdida, il-linja 16 03 04 "Dar l-Istorja tal-Ewropa" fit-Taqsima III tal-baġit tal-Unjoni għall-kontribuzzjoni tal-Kummissjoni għall-ispejjeż operattivi ta' Dar l-Istorja Ewropea;

Miżuri dwar il-persunal

32.    Jisħaq fuq il-fatt li l-implimentazzjoni tal-objettiv tat-tnaqqis tal-persunal b'5 %, kif deċiż fil-qafas tal-Ftehim dwar il-QFP 2014-2020, għandha tkompli fl-2016; jilqa' l-konferma biex it-tnaqqis tal-persunal ma jiġix estiż għall-persunal tal-gruppi politiċi, li hu totalment konformi mar-riżoluzzjonijiet tal-Parlament imsemmijin hawn fuq fir-rigward tal-baġits 2014 u 2015;

33.    Jikkonstata li, għall-2016, qed jiġi propost li jitneħħew 57 pożizzjoni mill-organigramma tas-Segretarjat tal-Parlament, b'mod li jiġu ffrankati madwar EUR 1,8 miljun, wara li kkunsidra li wħud minn dawn il-pożizzjonijiet huma attwalment battala u li l-okkupanti tal-pożizzjonijiet li fadal se jirtiraw jew jiġu mċaqalqa lejn pożizzjonijiet oħra matul is-sena; jikkonstata li qed jiġi propost li żewġ pożizzjonijiet ulterjuri jitneħħew mill-organigramma tal-Parlament biex jiġu ttrasferiti lill-Kummissjoni fir-rigward ta' żewġ proġetti informatiċi interistituzzjonali ġestiti mill-Kummissjoni, u li konsegwentement se jinħolqu żewġ pożizzjonijiet addizzjonali fl-organigramma tal-Kummissjoni għall-2016;

34.    Japprova l-proposta tas-Segretarju Ġenerali biex jinħolqu 25 pożizzjoni addizzjonali ħalli jissaħħaħ id-DĠ SAFE, b'mod li jittejbu l-effikaċja tas-sistemi ta' sigurtà kemm fil-bini tal-Parlament u kemm barra minnu, il-prevenzjoni kontra n-nirien tal-bini, kif ukoll b'mod li tiġi żgurata protezzjoni adegwata għall-Membri, il-persunal u l-mistednin ta' livell għoli tiegħu fil-bini tal-Parlament; jitlob li jiġi mgħarraf dwar kemm se jiġu jiswew eżatt dawn il-pożizzjonijiet; jikkunsidra madankollu li s-sistema ta' sigurtà barra l-bini tal-Parlament għandha tiġi ggarantita mill-awtoritajiet Belġjani;

35.    Jilqa' l-proposta biex jissaħħu s-segretarjati tal-kumitati parlamentari b'mod li l-Membri jitħallew jirċievu s-sostenn neċessarju fil-qadi tal-funzjoni ta' skrutinju, partikolarment f'dawk il-kumitati parlamentari bl-ogħla numru ta' atti ta' implimentazzjoni u delegati, attwalment jew fil-ġejjieni;

36.    Jikkonstata li, għal dan il-għan, is-Segretarju Ġenerali qed jipproponi l-ħolqien ta' 20 pożizzjoni addizzjonali biex jissaħħu s-segretarjati tal-kumitati parlamentari kkonċernati (ECON, ENVI, ITRE, TRAN u LIBE);

37.    Jappella lis-Segretarju Ġenerali biex jippreżenta lill-Kumitat għall-Baġits b'deskrizzjoni ġenerali sħiħa tal-iżvilupp tal-pożizzjonijiet fil-Parlament u ta' kif ġie ttrattat s'issa l-objettiv tat-tnaqqis tal-persunal b'5 % u kif se jintlaħaq fil-ħin u liema numru ta' riferiment tal-pożizzjonijiet fl-organigramma qed jintuża għall-implimentazzjoni ta' dan l-għan;

Kunsiderazzjonijiet finali

38.    Jadotta l-abbozz tal-estimi għas-sena finanzjarja 2016;

39.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni u l-estimi lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)

ĠU L 287, 29.10.2013, p. 15.

(5)

Testi adottati, P7_TA(2013)0437.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2014)0036.


ANNESS: ABBOZZ TAL-ESTIMI

 

ABBOZZ TAL-ESTIMI GĦAS-SENA FINANZJARJA 2016

 

HEKK KIF STABBILIT MILL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS FIL-LAQGĦA TIEGĦU

 

TAS-27 TA' APRIL 2015

 

 

ABBOZZ TAL-ESTIMI

2016

Kontribuzzjoni tal-Unjoni Ewropea għall-finanzjament tan-nefqa

tal-Parlament Ewropew għas-sena finanzjarja 2016

Intestatura

Total

 

 

Nefqa

1.838.648.600

Riżorsi proprji

152.437.131

Kontribuzzjoni li għandha tiġi riċevuta

1.686.211.469

DIKJARAZZJONI TAD-DĦUL

Titolu Kapitolu Artikolu Partita

Intestatura

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

 

 

 

 

 

4

DĦUL LI ĠEJ MINGĦAND PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRAJN TAL-UNJONI

 

 

 

4 0

TAXXI U TNAQQIS VARJI

 

 

 

4 0 0

Rikavat mit-tassazzjoni fuq il-pagi, is-salarji u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali, aġenti oħra u persuni li jirċievu pensjoni

73.021.345

69.674.060

71.471.886,11

4 0 3

Rikavat mill-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

p.m.

p.m.

25.197,48

4 0 4

Rikavat mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

10.710.325

9.412.163

9.772.278,65

 

 

83.731.670

79.086.223

81.269.362,24

Kapitolu 4 0 — Total

4 1

KONTRIBUZZJONIJIET GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 1 0

Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

59.184.461

60.237.843

53.614.328,60

4 1 1

Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni mill-persunal

9.100.000

9.100.000

11.352.853,21

4 1 2

Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet persunali

10.000

10.000

24.042,14

 

 

68.294.461

69.347.843

64.991.223.95

Kapitolu 4 1 — Total

4 2

KONTRIBUZZJONIJIET OĦRA GĦALL-ISKEMA TAL-PENSJONIJIET

 

 

 

4 2 1

Kontribuzzjonijiet tal-Membri tal-Parlament għall-iskema tal-pensjonijiet

p.m.

p.m.

-

 

Kapitolu 4 2 — Total

p.m.

p.m.

-

 

Titolu 4 — Total

152.026.131

148.434.066

146.260.586,19

5

DĦUL MILL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 0

RIKAVAT MILL-BEJGĦ TA' PROPRJETÀ MOBBLI (FORNIMENT TA' OĠĠETTI) U IMMOBBLI

 

 

 

5 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti)

 

 

 

5 0 0 0

Rikavat mill-bejgħ ta' vetturi — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

-

5 0 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

6.888,00

5 0 0 2

Rikavat mill-forniment ta' oġġetti lil istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

6.427,81

5 0 1

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

p.m.

p.m.

-

5 0 2

Rikavat mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, stampar u films — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

5.848,47

 

Kapitolu 5 0 — Total

p.m.

p.m.

19.164,28

5 1

RIKAVAT MINN KIRI

 

 

 

5 1 1

Rikavat minn kiri u sullokazzjoni ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' nfiq ieħor konness mal-kiri

 

 

 

5 1 1 0

Rikavat minn kiri u sullokazzjoni ta' proprjetà immobbli — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

2.728.921,78

5 1 1 1

Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

10.681,12

 

Kapitolu 5 1 — Total

p.m.

p.m.

2.739.602,90

5 2

DĦUL MINN INVESTIMENTI JEW SELF MOGĦTI, IMGĦAX BANKARJU U MGĦAX IEĦOR

 

 

 

5 2 0

Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjoni

410.000

410.000

442.335,67

 

Kapitolu 5 2 — Total

410.000

410.000

442.335,67

5 5

DĦUL MIR-RIKAVAT TA' SERVIZZI FORNUTI U XOGĦLIJIET IMWETTQA

 

 

 

 

5 5 0

Dħul mir-rikavat ta' servizzi fornuti u xogħlijiet imwettqa għal istituzzjonijiet jew korpi oħra, inklużi r-rifużjonijiet ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

5.232.191,62

5 5 1

Dħul minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

1.105.304,58

 

Kapitolu 5 5 — Total

p.m.

p.m.

6.337.496,20

5 7

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA MARBUTA MAL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

5 7 0

Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

4.705.964,82

5 7 1

Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u benefiċċji oħra, inkluż id-dħul iddestinat, speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

-

5 7 2

Ħlas lura tan-nefqa fuq il-“welfare” li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra

p.m.

p.m.

-

5 7 3

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-operat amministrattiv tal-istituzzjoni — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

2.084.376,41

 

Kapitolu 5 7 — Total

p.m.

p.m.

6.790.341,23

5 8

ĦLASIJIET VARJI

 

 

 

5 8 1

Dħul mill-ħlasijiet maħruġa mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

185.508,04

 

Kapitolu 5 8 — Total

p.m.

p.m.

185.508,04

 

Titolu 5 — Total

410.000

410.000

16.514.448,32

6

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET FIL-QAFAS TAL-FTEHIMIET U TAL-PROGRAMMI TAL-UNJONI

 

 

 

6 6

KONTRIBUZZJONIJIET U RIFUŻJONIJIET OĦRA

 

 

 

6 6 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

 

 

 

6 6 0 0

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati — Dħul assenjat

p.m.

p.m.

10.906.918,89

6 6 0 1

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra mhux assenjati

p.m.

p.m.

-

 

Kapitolu 6 6 — Total

p.m.

p.m.

10.906.918,89

 

Titolu 6 — Total

p.m.

p.m.

10.906.918,89

9

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0

DĦUL VARJU

 

 

 

9 0 0

Dħul varju

1.000

1.000

754.898,78

 

Kapitolu 9 0 — Total

1.000

1.000

754.898,78

 

Titolu 9 — Total

1.000

1.000

754.898,78

 

TOTAL FINALI

152.437.131

148.845.066

174.436.852,18

DIKJARAZZJONI TAN-NEFQA

Sommarju ġenerali tal-approprjazzjonijiet (2016 u 2015) u tal-implimentazzjoni (2014)

Titolu Kapitolu

Intestatura

Approprjazzjonijiet 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

 

 

 

 

 

1

PERSUNI LI JAĦDMU MAL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

1 0

MEMBRI TAL-ISTITUZZJONI

214.240.500

220.252.000

223.348.317,16

1 2

UFFIĊJALI U PERSUNAL TEMPORANJU

624.331.000

608.733.635

592.225.771,19

1 4

PERSUNAL IEĦOR U SERVIZZI ESTERNI

122.001.000

121.114.400

89.659.625,67

1 6

INFIQ IEĦOR RELATAT MAL-PERSUNI LI JAĦDMU FL-ISTITUZZJONI

17.522.500

18.314.480

15.769.390,60

 

Titolu 1 — Total

978.095.000

968.414.515

921.003.104,62

 

 

 

 

 

2

BINI, GĦAMARA, TAGĦMIR U NFIQ

 

 

 

 

OPERAZZJONALI VARJU

 

 

 

 

 

 

 

 

2 0

BINI U SPEJJEŻ RELATATI

212.568.000

210.241.500

261.255.176,91

2 1

PROĊESSAR TA' DATA, TAGĦMIR U GĦAMARA

167.886.850

149.330.149

127.593.866,92

2 3

INFIQ GĦALL-FUNZJONAMENT AMMINISTRATTIV KURRENTII

5.912.750

6.049.000

4.824.591,00

 

Titolu 2 — Total

386.367.600

365.620.649

393.673.634,83

 

 

 

 

 

3

NEFQA LI TIRRIŻULTA MINN FUNZJONIJIET SPEĊJALI LI JSIRU MILL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

3 0

LAQGĦAT U KONFERENZI

35.093.000

36.175.971

28.562.579,97

3 2

APPOĠĠ ESPERT U INFORMAZZJONI: AKKWIŻIZZJONI, ARKIVJAR, PRODUZZJONI U DISSEMINAZZJONI

115.433.000

115.686.393

112.532.749,84

 

Titolu 3 — Total

150.526.000

151.862.364

141.095.329,81

 

 

 

 

 

4

NEFQA LI TIRRIŻULTA MINN FUNZJONIJIET SPEĊJALI LI JSIRU MILL-ISTITUZZJONI

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

4 0

INFIQ RELATAT MA' ĊERTI ISTITUZZJONIJIET U MA' ĊERTI KORPI

111.100.000

104.818.084

100.523.786,23

4 2

INFIQ RELATAT MAL-ASSISTENZA PARLAMENTARI

202.140.000

192.113.500

181.048.836,81

4 4

LAQGĦAT U ATTIVITAJIET OĦRA TAL-MEMBRI TAL-PARLAMENT U TAL-EX MEMBRI

420.000

400.000

400.000

 

Titolu 4 — Total

313.660.000

297.331.584

281.972.623,04

 

 

 

 

 

10

INFIQ IEĦOR

 

 

 

 

 

 

 

 

10 0

APPROPRJAZZJONIJIET PROVVIŻORJI

p.m.

p.m.

0

10 1

RIŻERVA TA' KONTINĠENZA

10.000.000

11.700.000

0

10 3

RIŻERVA GĦAT-TKABBIR

p.m.

p.m.

0

10 4

Riżerva għall-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

p.m.

p.m.

0

10 5

APPROPRJAZZJONI PROVVIŻORJA GĦALL-BINI

p.m.

p.m.

0

10 6

RIŻERVA GĦAL OBJETTIVI PRIJORITARJI ĠODDA

p.m.

p.m.

0

10 8

RIŻERVA TAL-EMAS

p.m.

p.m.

0

 

Titolu 10 — Total

10.000.000

11.700.000

0

 

TOTAL FINALI

1.838.648.600

1.794.929.112

1.737.744.692,30

Dħul — Riżorsi proprji

Titolu 4 — Dhul li ġej mingħand persuni li jaħdmu mal-istituzzjonijiet u korpi oħrajn tal-Unjoni

Kapitolu 4 0 — Taxxi u tnaqqis varji

Artikolu 4 0 0 — Rikavat mit-tassazzjoni fuq il-pagi, is-salarji u l-allowances tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali, aġenti oħra u persuni li jirċievu pensjoni

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

73 021 345

69 674 060

71 471 886,11

Kummenti

Il-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom, KEFA) Nru 260/68 tad-29 ta' Frar 1968 li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet u l-proċedura għall-applikazzjoni tat-taxxa għall-benefiċċju tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 56, 4.3.1968, p. 8).

Artikolu 4 0 3 — Rikavat mill-kontribuzzjoni temporanja mis-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

25 197,48

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 66a tagħhom fil-verżjoni fis-seħħ sal-15 ta' Diċembru 2003.

Artikolu 4 0 4 — Rikavat mill-imposta speċjali fuq is-salarji tal-Membri tal-istituzzjoni, uffiċjali u aġenti oħra fis-servizz

Figuri

Baġit 2016

 

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

10 710 325

9 412 163

9 772 278,65

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 66a tagħhom.

KAPITOLU 4 1 — Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet

Artikolu 4 1 0 — Kontribuzzjonijiet tal-persunal għall-iskema tal-pensjonijiet

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

59 184 461

60 237 843

53 614 328,60

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 83(2) tagħhom.

Artikolu 4 1 1 — Trasferimenti jew xiri tad-drittijiet għall-pensjoni mill-persunal

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

9 100 000

9 100 000

11 352 853,21

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 4, l-Artikolu 11(2) u (3), u l-Artikolu 48 tal-Anness VIII tagħhom.

Artikolu 4 1 2 — Kontribuzzjonijiet għall-iskema tal-pensjonijiet tal-uffiċjali u l-aġenti temporanji bil-liv mix-xogħol minħabba raġunijiet persunali

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

10 000

10 000

24 042,14

KAPITOLU 4 2 — Kontribuzzjonijiet oħra għall-iskema tal-pensjonijiet

Artikolu 4 2 1 — Kontribuzzjonijiet tal-Membri tal-Parlament għall-iskema tal-pensjonijiet

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Anness III tiegħu.

Titolu 5 — DĦUL MILL-OPERAT AMMINISTRATTIV TAL-ISTITUZZJONI

Kapitolu 5 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti) u immobbli

Artikolu 5 0 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli (forniment ta' oġġetti)

Partita 5 0 0 0 — Rikavat mill-bejgħ ta' vetturi — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit ta’ vetturi tal-istituzzjoni.

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Partita 5 0 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà mobbli oħra — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

6 888,00

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul mill-bejgħ jew mit-tpartit ta’ proprjetà mobbli oħra tal-istituzzjoni, apparti l-vetturi.

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Partita 5 0 0 2 — Rikavat mill-forniment ta' oġġetti lil istituzzjonijiet jew korpi oħra — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

6 427,81

Commentaires

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan il-punt huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Artikolu 5 0 1 — Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub li jinkludi d-dħul mill-bejgħ ta' proprjetà immobbli tal-istituzzjoni.

Artikolu 5 0 2 — Rikavat mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, stampar u films — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

5 848,47

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll id-dħul mill-bejgħ ta’ dawn il-prodotti b’mod elettroniku.

Kapitolu 5 1 — Rikavat minn kiri

Artikolu 5 1 1 — Rikavat minn kiri u sullokazzjoni ta' proprjetà immobbli u rimborż ta' nfiq ieħor konness mal-kiri

Partita 5 1 1 0 — Rikavat minn kiri u sullokazzjoni ta' proprjetà immobbli — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

2 728 921,78

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan il-punt huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Partita 5 1 1 1 — Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

10 681,12

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Kapitolu 5 2 — Dhul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor

Artikolu 5 2 0 — Dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjoni

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

410 000

410 000

442 335,67

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi d-dħul minn investimenti jew self mogħti, imgħax bankarju u mgħax ieħor fuq il-kontijiet tal-istituzzjoni.

Kapitolu 5 5 — Dħul mir-rikavat ta' servizzi fornuti u xogħlijiet imwettqa

Artikolu 5 5 0 — Dħul mir-rikavat ta' servizzi fornuti u xogħlijiet imwettqa għal istituzzjonijiet jew korpi oħra, inklużi r-rifużjonijiet ta' allowances għall-missjonijiet minn istituzzjonijiet jew korpi oħra mħallsa f'isimhom — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

5 232 191,62

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Artikolu 5 5 1 — Dħul minn terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

1 105 304,58

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Kapitolu 5 7 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-operat amministrattiv tal-istituzzjoni

Artikolu 5 7 0 — Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

4 705 964,82

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Artikolu 5 7 1 — Dħul iddestinat għal skop speċifiku, bħad-dħul minn fondazzjonijiet, sussidji, rigali u benefiċċji oħra, inkluż id-dħul iddestinat, speċifiku għal kull istituzzjoni — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 21(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrespondenti.

Artikolu 5 7 2 — Ħlas lura tan-nefqa fuq il-“welfare” li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

0,00

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jinkludi dħul marbut ma’ ħlas lura tan-nefqa fuq il-“welfare” li saret għan-nom ta' istituzzjoni oħra.

Artikolu 5 7 3 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-operat amministrattiv tal-istituzzjoni — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

2 084 376,41

Kapitolu 5 8 — Ħlasijiet varji

Artikolu 5 8 1 — Dħul mill-ħlasijiet maħruġa mill-kumpaniji tal-assigurazzjoni — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

185 508,04

Kummenti

B'konformità mal-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju, dan id-dħul jitqies bħala assenjat u jwassal għall-ftuħ ta' approprjazzjonijiet supplimentari li għandhom jiġu inklużi fil-punti li jappoġġaw l-infiq inizjali li wassal għad-dħul korrispondenti.

Dan l-artikolu jinkludi wkoll ir-rifużjoni mill-assigurazzjoni tal-pagi tal-uffiċjali involuti f’inċidenti.

Titolu 6 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet fil-qafas tal-ftehimiet u tal-programmi tal-unjoni

Kapitolu 6 6 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Artikolu 6 6 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra

Partita 6 6 0 0 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra assenjati — Dħul assenjat

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

10 906 918,89

Kummenti

B’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Finanzjarju, din il-partita hija maħsuba biex tinkludi d-dħul eventwali mhux previst fil-partijiet l-oħra tat-Titolu 6 u li jwasslu għall-ftuħ ta’ approprjazzjonijiet supplimentari maħsuba biex jirffinanzjaw l-infiq li għalih huwa assenjat dan id-dħul.

Partita 6 6 0 1 — Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra mhux assenjati

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

0,00

Titolu 9 — Dħul varju

Kapitolu 9 0 — Dħul varju

Artikolu 9 0 — Dħul varju

Figuri

Baġit 2016

Baġit 2015

Implimentazzjoni 2014

1 000

1 000

754 898,78

Kummenti

Dan l-artikolu huwa maħsub biex jiġbor fih id-dħul varju.

Id-dettalji tal-infiq u d-dħul mis-self jew mill-kiri jew mill-għoti tas-servizzi taħt dan l-Artikolu huma indikati f’anness ta’ dan il-baġit.

Nefqa — Infiq

Titolu 1 — Persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni

Kapitolu 1 0 — Membri tal-istituzzjoni

Artikolu 1 0 0 — Salarji u allowances

Partita 1 0 0 0 — Salarji

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

72 520 000

71 530 000

74 881 314,28

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tiegħu.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 1 u 2 tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-finanzjament tal-allowance prevista mill-Istatut tal-Membri tal-Parlament.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 1 0 0 4 — Spejjeż tal-ivvjaġġar regolari

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

74 700 000

72 800 000

66 550 000,00

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 10 sa 21 u 24 tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rimborż tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza marbuta ma' vjaġġi lejn il-postijiet ta' xogħol u minn dawn il-postijiet u ma' missjonijiet oħra.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 25 000.

Partita 1 0 0 5 — Spejjeż oħra tal-ivvjaġġar

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

6 550 000

5 850 000

7 500 000,00

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 22 u 23 tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri r-rimborż ta' spejjeż tal-ivvjaġġar addizzjonali, ta' spejjeż tal-ivvjaġġar li jkunu saru fl-Istat Membru fejn il-Membru tal-Parlament Ewropew ikun ġie elett.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 1 000.

Partita 1 0 0 6 — Allowance għall-ispejjeż ġenerali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

39 814 000

39 715 000

43 215 516,17

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u b'mod partikolari l-Artikoli 25 sa 28 tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż li jirriżultaw mill-attivitajiet parlamentari tal-Membri, b'konformità mal-Artikoli fuq imsemmija tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 75 000.

Partita 1 0 0 7 — Allowances għat-twettiq tad-dmirijiet

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

181 500

179 000

171 049,74

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 20 tiegħu.

Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 u s-17 ta' Ġunju 2009.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances għas-sussistenza u għar-rappreżentanza marbuta mal-kariga ta' President tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 1 0 1 — Polza ta’ assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Partita 1 0 1 0 — Polza ta' assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

3 058 000

3 358 000

2 339 883,01

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 18 u 19 tiegħu.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-Artikoli 3 sa 9, u 29 tiegħu.

Regoli komuni rigward l-assigurazzjoni kontra l-inċidenti, il-mard kkawżat mix-xogħol tal-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Regoli komuni rigward l-assigurazzjoni kontra r-riskji tal-mard tal-uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali ta' eżekuzzjoni fir-rigward tar-rimborż tal-ispejjeż mediċi.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri poloz tal-assigurazzjoni kontra l-inċidenti u l-ispejjeż mediċi tal-Membri tal-Parlament u r-riskji ta' serq ta' oġġetti personali tal-Membri tal-Parlament.

Hija maħsuba wkoll biex tassigura u tassisti lill-Membri f'każ ta' ħtieġa ta' ripatrijazzjoni, waqt li jkunu fuq xi żjara uffiċjali, minħabba li jimirdu serjament, jisfaw vittmi ta' inċident jew ta' avvenimenti mhux previsti li jimpeduhom milli jkomplu l-vjaġġ tagħhom. Din l-assistenza tinkludi l-organizzazzjoni tar-ripatrijazzjoni tal-Membru u l-assunzjoni tal-ispejjeż relatati.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 79 000.

Partita 1 0 1 2 — Miżuri speċifiċi għall-benefiċċju tal-Membri tal-Parlament li għandhom diżabilità

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

798 000

301 000

239 224,34

Kummenti

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 30 tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri ċerti spejjeż meħtieġa biex tkun fornuta assistenza lil Membru b'diżabbiltà serja.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Artikolu 1 0 2 — Allowances tranżitorji

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 770 000

11 810 000

14 766 194,17

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu.

Miżuri ta’ implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikoli 45 sa 48 u 77 tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-finanzjament tal-allowance tranżitorja fi tmiem il-mandat ta' Membru.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Artikolu 1 0 3 — Pensjonijiet

Partita 1 0 3 0 –– Pensjonijiet tal-irtirar (PEAM)

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

11 450 000

11 010 000

10 422 836,85

Kummenti

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, u l-Anness III tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (minn hawn 'il quddiem ir-"regoli PEAM").

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' pensjoni tal-anzjanità wara t-tmiem tal-mandat ta' Membru.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 150 000.

Partita 1 0 3 1 — Pensjonijiet tad-diżabilità (PEAM)

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

291 000

285 000

282 186,10

Kummenti

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, u l-Anness II tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (minn hawn 'il quddiem ir-"regoli PEAM").

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ pensjoni f'każ ta' diżabilità ta' Membru matul il-mandat tiegħu.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 1 0 3 2 — Pensjonijiet tar-romol (PEAM)

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

2 458 000

2 782 000

2 454 828,14

Kummenti

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 75 tiegħu, u l-Anness I tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (minn hawn 'il quddiem ir-"regoli PEAM").

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ pensjoni tar-romol u/jew tal-orfni f’każ ta’ mewt ta’ Membru jew ta’ ex Membru.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 15 000.

Partita 1 0 3 3 — Skemi ta' pensjonijiet volontarji għall-Membri

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

32 000

25 284,36

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 27 tiegħu.

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 76 tiegħu, u l-Anness VII tar-Regoli dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew (minn hawn 'il quddiem ir-"regoli PEAM").

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-istituzzjoni fl-iskemi ta' pensjonijiet komplementari volontarji tal-Membri.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 500.

Artikolu 1 0 5 — Korsijiet tal-lingwi u tal-ipproċessar tad-data

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

650 000

600 000

500 000,00

Kummenti

Miżuri ta' implimentazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 44 tiegħu.

Deċiżjoni tal-Bureau tal-4 ta' Mejju 2009 dwar korsijiet tal-lingwi u tal-ipproċessar tad-data lill-Membri.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-korsijiet tal-lingwi u tal-ipproċessar tad-data għall-Membri.

Artikolu 1 0 9 — Approprjazzjoni proviżorja

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-effett ta' kwalunkwe aġġustament fir-remunerazzjoni tal-Membri tal-istituzzjoni.

Din l-approprjazzjoni hija purament proviżorja u tista' tintuża biss wara t-trasferiment tagħha lejn intestaturi oħra f'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

Kapitolu  1 2 — Uffiċjali u persunal temporanju

Artikolu 1 2 0 — Remunerazzjoni u drittijiet oħra

Partita 1 2 0 0 — Remunerazzjoni u allowances

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

620 033 000

604 340 535

588 325 126,76

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija prinċipalment maħsuba biex tkopri, għal uffiċjali u aġenti temporanji li għandhom impjieg li jidher fl-organigramma:

 il-pagi, l-allowances u l-benefiċċji relatati mal-pagi,

 ir-riskji tal-mard, tal-inċidenti, ta’ mard professjonali u ħlasijiet oħra tas-sigurtà soċjali,

 l-allowances għas-sahra,

 il-benefiċċji u l-allowances l-oħra,

 il-ħlas tal-ispejjeż tal-ivvjaġġar għall-uffiċjali jew għall-aġenti temporanji, għas-sieħeb/sieħba tagħhom u d-dipendenti tagħhom, mill-post tal-impjieg sal-post tal-oriġini,

 l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għar-remunerazzjoni u l-proporzjon ta' emolumenti trasferiti lejn pajjiż ieħor minn dak tal-impjieg,

 ir-riskji tal-qgħad għall-aġenti temporanji kif ukoll il-ħlasijiet li għandhom isiru mill-istituzzjoni favur aġenti temporanji sabiex ikunu kostitwiti jew miżmuma d-drittijiet tagħhom għall-pensjoni fil-pajjiż ta’ oriġini tagħhom.

Hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ħlas tal-assigurazzjoni “inċidenti waqt attivitajiet sportivi” għall-persuni li jużaw iċ-ċentru sportiv tal-Parlament Ewropew fi Brussell u fi Strasburgu.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 300 000.

Partita 1 2 0 2 — Sahra mħallsa

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

248 000

296 500

110 000,00

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 56 tagħhom u l-Anness VI tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta' sahra skont il-kondizzjonijiet previsti fid-dispożizzjonijiet imsemmija hawn fuq.

Partita 1 2 0 4 — Drittijiet marbuta mad-dħul fis-servizz, trasferimenti jew tluq mis-servizz

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

2 950 000

3 760 000

3 200 000,00

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż tal-ivvjaġġar ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporanji (inklużi l-membri tal-familji tagħhom) li jidħlu fis-servizz fi jew jitilqu mis-servizz jew li jgħaddu minn bidla li timplika riorganizzazzjoni ġeografika,

 l-allowances ta' installazzjoni, ta' installazzjoni mill-ġdid u ta' trasferiment li jingħataw lill-uffiċjali u aġenti temporanji li jkollhom ibiddlu r-residenza wara li jibdew il-ħidma tagħhom, jew li jiġu trasferiti għal post tax-xogħol ġdid, jew meta jieqfu definittivament mill-ħidma tagħhom u jmorru jgħixu f’post ieħor,

 l-allowances ta' kuljum għal uffiċjali u aġenti temporanji li huma obbligati jbiddlu l-post ta’ residenza meta jieħdu l-funzjonijiet tagħhom jew meta jiġu trasferiti għal post ta’ ħidma ġdid,

 l-allowance għat-tkeċċija għal uffiċjal taħt prova, imkeċċi f’każ ta’ nuqqas ċar ta’ prestazzjoni,

 l-allowance ta’ tmiem ta’ kuntratt ta’ aġent temporanju mill-istituzzjoni,

 id-differenza bejn ħlasijiet magħmula mill-persunal kuntrattwali għall-iskema ta’ pensjoni ta’ Stat Membru u dawk li għandhom jitħallsu għall-iskema tal-Unjoni f’każ ta' tiġdid ta’ kuntratt.

Artikolu 1 2 2 — Allowances għall-irtirar kmieni mis-servizz

Partita 1 2 2 0 — Allowances fil-każ ta' persunal irtirat mix-xogħol jew li jibbenefika minn liv fl-interess tas-servizz

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 100 000

335 600

418 515,27

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 41, 42c u 50 u l-Anness IV tagħhom kif ukoll l-Artikolu 48a tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-allowances imħallsa:

 lill-uffiċjali assenjati għal status mhux attiv wara tnaqqis ta' għadd ta' impjiegi fl-istituzzjoni,

 lill-uffiċjali li jitqiegħdu fuq liv minħabba bżonnijiet organizzattivi marbutin mal-akkwist ta' kompetenzi ġodda fi ħdan l-istituzzjoni,

 lill-uffiċjali u l-aġenti temporanji fil-qafas tal-gruppi politiċi li għandhom kariga ta' AD 16 jew AD 15 li rtiraw fl-interess tas-servizz.

Din tkopri wkoll il-kontribuzzjoni ta' min iħaddem għal assigurazzjoni tal-mard u l-impatt tad-differenzi applikabbli għal dawn l-allowances (bl-eċċezzjoni tal-benefiċjarji tal-Artikolu 42c li m'għandhomx id-dritt għall-koeffiċjent ta' korrezzjoni).

Partita 1 2 2 2 — Allowances għal persunal li l-impjieg tiegħu jitwaqqaf u skema speċjali għall-irtirar għall-uffiċjali u aġenti temporanji

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

1 000

172 129,16

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 64 u 72 tagħhom.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom, ECSC) Nru 2689/95 tas-17 ta’ Novembru 1995 li jintroduċi miżuri speċjali biex jintemm is-servizz ta’ aġenti temporanji tal-Unjoni Ewropea, bħala riżultat tal-adeżjoni tal-Awstrija, l-Finlandja u l-Isvezja (ĠU L 280, 23.11.1995, p. 4).

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom ) Nru 1748/2002 tat-30 ta’ Settembru 2002 li jintroduċi, fil-kuntest tar-riforma tal-Kummissjoni, miżuri speċjali biex jitterminaw l-impjieg ta' uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej appuntati għal post stabbilit fil-Parlament Ewropew u tal-impjegati temporanji li jaħdmu fil-Gruppi Politiċi tal-Parlament Ewropew (ĠU L 264, 2.10.2002, p. 9).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-allowances pagabbli skont ir-Regolamenti tal-Persunal jew ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE, Euratom, KEFA) Nru 2689/95 u (KE, Euratom) Nru 1748/2002,

 il-kontribuzzjoni ta’ min iħaddem lejn assigurazzjoni kontra l-mard għar-riċevituri ta’ din l-allowance,

 l-impatt tal-koeffiċjenti korrettivi applikabbli għad-diversi allowances.

Artikolu 1 2 4 — Approprjazzjoni proviżorja

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 65 u l-Anness XI tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-effetti ta’ kwalunkwe aġġustament fis-salarji li jiġi deċiż mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja.

Din l-approprjazzjoni hija proviżorja u tista' tintuża biss wara li tiġi trasferita għall-intestaturi xierqa ta' dan il-kapitolu.

Kapitolu 1 4 — Persunal ieħor u servizzi esterni

Artikolu 1 4 0 — Aġenti oħra u ħaddiema esterni

Partita 1 4 0 0 — Aġenti oħra

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

60 801 000

54 199 000

45 051 879,32

Kummenti

Il-Kondizzjonijiet tax-Xogħol tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea (Titolu 4).

Dispożizzjonijiet Ġenerali ta' Implimentazzjoni dwar il-kompetizzjonijiet u l-proċeduri ta' selezzjoni u l-gradi ta' uffiċjali u ta' aġenti oħra tal-Parlament Ewropew fis-seħħ mill-1 ta' Novembru 2014.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba l-aktar biex tkopri l-infiq li ġej:

 ir-remunerazzjonijiet, inkużi l-approprjazzjonijiet u l-allowances, tal-aġenti l-oħra, inklużi l-aġenti kuntrattwali u l-konsulenti speċjali (skont it-tifsira tal-Kondizzjonijiet tal-Impjieg tal-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea), il-ħlasijiet ta' min iħaddem għall-iskemi differenti ta' sigurtà soċjali għall-bżonnijiet bażiċi tal-Komunità kif ukoll l-impatt tal-adattament salarjali applikabbli għar-remunerazzjonijiet ta' dawn l-aġenti,

 l-impjieg ta’ persunal temporanju.

 il-fatturi maħruġa mill-PMO għall-impjieg ta' aġenti destinati li jittrattaw ir-reġistri amministrattivi tal-aġenti tal-Parlament Ewropew (speċjalment il-benefiċċji tal-qgħad, id-drittijiet għall-pensjoni, eċċ.).

Parti minn din l-approprjazzjoni għandha tiintuża għar-reklutaġġ ta' aġenti kuntrattwali b'diżabilità b'konformità mad-deċiżjoni tal-Bureau tas-7 u 9 ta' Lulju 2008.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 3 000 000.

Partita 1 4 0 2 — Nefqa fuq l-interpretazzjoni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

45 125 000

49 524 900

34 553 991,00

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Konvenzjoni li tistabbilixxi l-kondizzjonijiet tal-impjieg u l-emolumenti tal-aġenti interpreti tal-konferenzi (AIC) (u d-Dispożizzjonijiet ta' implimentazzjoni tagħhom) stabbilita fit-28 ta' Lulju 1999 hekk kif ġiet annotata fit-13 ta' Ottubru 2004 u riveduta fil-31 ta' Lulju 2008.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq li ġej:

 ir-remunerazzjonijiet u l-allowances assimilati, il-kontribuzzjonijiet soċjali, l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u spejjeż oħra tal-interpreti awżiljarji tal-konferenzi impjegati mill-Parlament Ewropew għal laqgħat organizzati mill-Parlament Ewropew għall-ħtiġijiet tiegħu jew għall-ħtiġijiet ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra, f'każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw mill-interpreti uffiċjali jew temporanji tal-Parlament Ewropew,

 l-infiq għal operaturi, persunal tekniku u persuni responsabbli mill-immaniġġjar tal-konferenzi għal-laqgħat imsemmija hawn fuq, f'każijiet fejn is-servizzi meħtieġa ma jkunux jistgħu jingħataw minn uffiċjali, aġenti temporanji jew aġenti oħra tal-Parlament Ewropew,

 l-ispejjeż marbuta mas-servizzi pprovduti lill-Parlament Ewropew minn interpreti li huma membri tal-persunal ta' istituzzjonijiet reġjonali, nazzjonali jew internazzjonali,

 l-ispejjeż marbuta mal-attivitajiet relatati mal-interpretazzjoni, b'mod partikolari t-tħejjija għal-laqgħat u t-taħriġ u l-għażla tal-interpreti.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 3 570 000.

Partita 1 4 0 4 — Traineeships, għotjiet u skambji ta' uffiċjali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

7 185 000

7 390 500

5 791 881,77

Kummenti

Regolament li jirregola t-tqegħid ta' uffiċjali tal-Parlament Ewropew u membri temporanji tal-persunal tal-gruppi politiċi għad-dispożizzjoni ta' awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, organi assimilati ma’ dawn l-awtoritajiet pubbliċi u organizzazzjonijiet internazzjonali (Deċiżjoni tal-Bureau tas-7 ta’ Marzu 2005).

Regolament dwar l-issekondar ta’ esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tal-Bureau tal-4 ta’ Mejju 2009).

Regoli interni dwar traineeships u żjarat ta' studju mas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew (Deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament Ewropew tal-1 ta' Frar 2013).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 ir-remunerazzjonijiet għat-trainees gradwati (boroż ta’ studju), inklużi l-allowances eventwali tal-familja, kif ukoll l-allowances imħallsa lit-trainess waqt il-formazzjoni,

 l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tat-trainees,

 l-ispejjeż supplementari direttament marbuta mad-diżabilità tagħhom għal trainees tal-programm pilota ta' traineeships li jkollhom diżabilità, b'konformità mal-Artikolu 24(9) (ex Artikolu 20(8) tar-regoli interni dwar it-traineeships u ż-żjarat ta' studju fis-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew. Dawn jinkludu l-kost ta' suppliment (sa 50 % tal-ammont tas-suq) imħallas għal raġunijiet ta' diżabilità,

 l-ispejjeż ta' assigurazzjoni tas-saħħa u ta' assigurazzjoni tal-inċidenti għat-trainees,

 l-ispejjeż relatati mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta' informazzjoni/formazzjoni għat-trainees (partikolarment l-ispejjeż biex it-trainees jiġu milqugħa),

 l-ispejjeż marbuta mad-disponibilità tal-persunal bejn il-Parlament u s-settur pubbliku tal-Istati Membri jew ta’ pajjiżi oħra, speċifikati fir-regolamenti,

 l-ispejjeż relatati mas-sekondar ta' esperti nazzjonali mal-Parlament Ewropew, b'mod partikolari l-allowances u l-ispejjeż tal-ivvjaġġar tagħhom,

 l-ispejjeż ta' assigurazzjoni tal-inċidenti għall-esperti nazzjonali sekondati,

 il-kumpens għaż-żjarat ta' studju,

 l-organizzazzjoni ta’ skemi ta’ taħriġ ta’ interpreti tal-konferenzi u ta’ tradutturi, speċjalment b’kollaborazzjoni mal-iskejjel tal-interpreti u universitajiet li joffru taħriġ fit-traduzzjoni, kif ukoll l-għoti ta’ boroż ta’ studju għat-taħriġ u għat-taħriġ professjonali avanzat tal-interpreti u t-tradutturi, ix-xiri ta’ materjal għat-tagħlim u spejjeż oħra relatati,

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 1 4 0 6 — Osservaturi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas tal-ispejjeż marbuta mal-osservaturi, b'konformità mal-Artikolu 13 (ex Artikolu 11) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.

Artikolu 1 4 2 — Servizzi esterni tat-traduzzjoni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

8 890 000

10 000 000

4 261 873,58

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-servizzi ta’ traduzzjoni, ta’ ttajpjar, ta’ kodifikazzjoni u ta’ assistenza teknika li jitwettqu minn fornituri minn barra.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 135 000.

Artikolu 1 4 4 — Approprjazzjoni proviżorja

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-effetti ta’ kwalunkwe aġġustament fis-salarji li jiġi deċiż mill-Kunsill matul is-sena finanzjarja.

Din l-approprjazzjoni hija proviżorja u tista' tintuża biss wara li tiġi trasferita għall-intestaturi xierqa ta' dan il-kapitolu.

Kapitolu 1 6 — Infiq ieħor relatat mal-persuni li jaħdmu fl-istituzzjoni

Artikolu 1 6 1 — Infiq relatat mal-amministrazzjoni tal-persunal

Partita 1 6 1 0 — Spejjeż għar-reklutaġġ

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

254 000

328 980

236 000,00

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 27 sa 31 u 33 u l-Anness III tagħhom.

Id-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill, tal-Kummissjoni, tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-Qorti tal-Awdituri, tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 li tistabbilixxi Uffiċċju għas-Selezzjoni tal-Persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 53) u d-Deċiżjoni tas-Segretarjat Ġenerali tal-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kummissjoni, ir-Reġistratur tal-Qorti tal-Ġustizzja, is-Segretarjat Ġenerali tal-Qorti tal-Awdituri, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali, il-Kumitat tar-Reġjuni, u r-Rappreżentant tal-Ombudsman Ewropew tal-25 ta' Lulju 2002 dwar l-organizzazzjonijiet u l-ħidma tal-Uffiċċju għas-selezzjoni tal-persunal tal-Komunitajiet Ewropej (ĠU L 197, 26.7.2002, p. 56).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-infiq tal-organizzazzjoni tal-kompetizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 3 tad-Deċiżjoni 2002/621/KE, kif ukoll l-ispejjeż tal-ivvjaġġar u tas-sussistenza tal-kandidati f'każ ta' intervisti u ta' visti mediċi qabel ma dawn jiġu impjegati,

 il-kostijiet tal-organizzazzjoni ta’ proċeduri tal-għażla tal-persunal.

F'każijiet ġustifikati b’mod xieraq minn ħtiġijiet funzjonali u wara li jiġi kkonsultat l-Uffiċċju Ewropew għall-Għażla tal-Persunal, din l-approprjazzjoni tista' tintuża għal kompetizzjonijiet organizzati mill-istituzzjoni nnifisha.

Partita 1 6 1 2 — Taħriġ ulterjuri

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

6 400 000

5 200 000

4 835 590,94

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 24a tagħhom.

Il-Kondizzjonijiet tal-Impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni Ewropea.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri n-nefqa għat-taħriġ biex jittejbu l-ħiliet tal-persunal u r-rendiment u l-effiċjenza tal-istituzzjoni, eż. permezz ta' korsijiet tal-lingwi għall-lingwi ufficjali ta' ħidma.

Artikolu 1 6 3 — Miżuri sabiex jiġi assistit il-persunal tal-istituzzjoni

Partita 1 6 3 0 — Servizzi soċjali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

784 000

764 000

517 180,69

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 1d, it-tielet paragrafu tal-Artikolu 9(3)u l-Artikolu 76 tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 fil-qafas ta’ politika interistituzzjonali favur persuni b’diżabilità li jiffurmaw parti mill-kategoriji lil ġejjin:

 uffiċjali u aġenti temporanji f’impjieg attiv,

 is-sħab ta’ uffiċjali u ta’ aġenti temporanji f’impjieg attiv,

 tfal dipendenti fit-tifsira tar-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ir-rimborż, fi ħdan il-limiti tar-riżorsi disponibbli fil-baġit u wara li jkunu intużaw l-intitolamenti nazzjonali fil-pajjiż ta' residenza jew ta' oriġini, ta' spejjeż mhux mediċi, li jkunu rikonoxxuti bħala neċessarji bħala riżultat tad-diżabbiltà u li jkunu ġustifikati kif xieraq u mhux rimborżati mill-iskema komuni tal-assigurazzjoni tal-mard,

 miżuri favur uffiċjali u aġenti li jinsabu f’qagħda partikularment diffiċli,

 l-iffinanzjar ta’ għotja għall-kumitat għall-persunal u għal infiq inċidentali tas-Servizzi Soċjali. Il-kontribuzzjonijiet jew il-ħlas tal-ispejjeż mill-Kumitat għall-Persunal għal parteċipanti f'attività ta' assistenza soċjali se jkollhom l-għan li jiffinanzjaw attivitajiet li għandhom dimensjoni soċjali, kulturali jew lingwistika iżda mhu se jkun hemm l-ebda sussidji għal membri tal-persunal jew familji individwali,

 azzjonijiet oħra ta' natura soċjali, fil-livell istituzzjonali u interistituzzjonali, fir-rigward tal-integrazzjoni tal-uffiċjali u l-aġenti,

 il-finanzjament ta' miżuri speċifiċi għal akkomodazzjoni raġonevoli għal uffiċjali u aġenti oħra b'diżabilitajiet u apprendisti b'diżabilitajiet b'applikazzjoni tal-Artikolu 1d tar-Regolamenti tal-Persunal, b'mod partikolari l-assistenza personali fil-post tax-xogħol jew matul missjonijiet.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100 000.

Partita 1 6 3 1 — Mobilità

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

754 000

754 000

702 914,74

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq relatat mal-pjan ta' mobilità fil-bosta postijiet tax-xogħol.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Partita 1 6 3 2 — Relazzjonijiet soċjali bejn il-membri tal-persunal u miżuri soċjali oħra

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

238 000

255 000

248 522,25

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tħeġġeġ u tagħti appoġġ finanzjarju lil skemi għall-promozzjoni tal-kuntatti soċjali bejn il-persunal ta' nazzjonalitajiet differenti, bħal pereżempju sussidji għal klabbs, assoċjazzjonijiet, attivitajiet kulturali tal-persunal, kif ukoll biex issir kontribuzzjoni lejn l-infiq relatat ma' ċentru permanenti fejn persuni jiltaqgħu fil-ħin liberu tagħhom (attivitajiet kulturali u sportivi, faċilitajiet tal-ikel, eċċ.).

Hija tkopri wkoll il-parteċipazzjoni finanzjarja fl-attivitajiet soċjali interistituzzjonali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 600 000.

Artikolu 1 6 5 — Attivitajiet relatati mal-persuni kollha li jaħdmu mal-istituzzjoni

Partita 1 6 5 0 — Servizzi mediċi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 100 000

1 100 000

1 172 537,01

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal għall-uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 59 tagħhom u l-Artikolu 8 tal-Anness II tagħhom.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tal-klinika fit-tliet postijiet tax-xogħol, li tinkludi x-xiri ta’ materjal, ta’ prodotti farmaċewtiċi, eċċ., l-ispejjeż marbuta mal-eżamijiet mediċi ta’ prevenzjoni, l-ispejjeż ikkawżati mill-operat tal-kumitat tal-invalidità, kif ukoll l-ispejjeż marbuta ma' servizzi esterni mogħtija minn speċjalisti mediċi li jkunu meqjusa neċessarji mit-tobba konsulenti.

Hija tkopri wkoll l-ispejjeż għax-xiri ta’ xi apparat li jkun meqjus neċessarju fil-qasam mediku, kif ukoll l-ispejjeż marbuta mal-persunal mediku jew paramediku fl-iskema tal-għoti tas-servizzi jew ma' sostituti temporanji ta' membri tal-persunal mediku.

Partita 1 6 5 2 — Spejjeż kurrenti għall-operat amministrattiv tar-ristoranti u l-kantins

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 365 000

3 500 000

4 050 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-ġestjoni u l-operat tar-ristoranti u tal-kantins.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 1 000 000.

Partita 1 6 5 4 — Faċilitajiet li jieħdu ħsieb it-tfal

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

6 427 500

6 212 500

4 006 644,97

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sehem tal-Parlament Ewropew fl-infiq għaċ-ċentri għat-tfal żgħar u l-iskejjel materni esterni li magħhom ikun hemm ftehim.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 4 762 000.

Partita 1 6 5 5 — Kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej akkreditati (Tip II)

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

200 000

200 000

 

Kummenti

Implimentazzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2013)4886 tal-1 ta' Awwissu 2013 (ĠU C 222, 2.8.2013, p. 8).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej jew ir-rimborż tal-kontribuzzjoni mħallsa mill-Kummissjoni f'isem il-Parlament Ewropew għall-Iskejjel Ewropej tat-Tip II akkreditati mill-Bord tal-Gvernaturi tal-Iskejjel Ewropej, bi qbil mal-ftehim ta' servizz iffirmat mal-Kummissjoni. Din tkopri il-kostijiet relatati ma' wlied il-membri tal-persunal statutorju tal-Parlament Ewropew li huma miktubin f'dawn l-iskejjel.

Titolu 2 — Bini, għamara, tagħmir u nfiq operazzjonali varju

Kummenti

Billi l-kumpaniji tal-assigurazzjoni m’għadhomx ikopru r-riskju ta’ tilwim industrijali u ta’ attentati terroristiċi li għalihom huma esposti l-binjiet tal-Parlament Ewropew, dan għandu jkun kopert mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea.

Għalhekk, l-approprjazzjonijiet stipulati f’dan it-titolu jkopru l-infiq kollu kkawżat minn ħsarat li jirriżultaw minn tilwim industrijali u minn attentati terroristiċi.

Kapitolu 2 0 — Bini u spejjeż relatati

Artikolu 2 0 0 — Bini

Partita 2 0 0 0 — Kiri

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

33 058 000

28 782 000

29 109 302,26

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-kiri marbut ma’ bini jew partijiet ta’ bini okkupati mill-Parlament Ewropew.

Hija tkopri wkoll it-taxxa fuq il-proprjetà marbuta ma’ dan il-bini. Il-kirjiet jiġu kkalkulati fuq 12-il xahar u fuq il-bażi ta’ kuntratti eżistenti jew li qed jitħejjew, li normalment jistipulaw indiċi fuq l-għoli tal-ħajja jew fuq il-prezz tal-bini.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 1 500 000.

Il-kontribuzzjonijiet finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-kostijiet u l-ispejjeż marbuta mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbuta mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 1 — Ħlasijiet ta' ċnus

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

6 590 000

76 914 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlasijiet ta’ ċnus marbuta ma’ bini jew ma’ partijiet ta’ bini koperti minn kuntratti li jinsabu fis-seħħ jew kuntratti li qed jitħejjew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50,000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 3 — Akkwist ta' bini

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-akkwist ta’ bini. Is-sussidji li jikkonċernaw l-artijiet u l-vijabilità tagħhom għandhom jiġu ttrattati b'konformità mar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 1,000,000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 5 — Il-kostruzzjoni ta' bini

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

15 770 000

18 560 000

29 037 044,51

Kummenti

Din il-partita hija maħsuba biex tilqa' r-reġistrazzjoni eventwali ta' approprjazzjoni għall-kostruzzjoni ta' bini (xogħlijiet, drittijiet tal-konsulenti u kull spiża relatata).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 7 —  Sistemazzjoni fil-bini

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

57 940 000

45 471 000

23 517 399,72

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-eżekuzzjoni ta’ xogħlijiet ta’ sistemazzjoni kif ukoll infiq ieħor marbut ma’ dawn is-sistemazzjonijiet, b’mod partikulari l-ispejjeż għall-periti u għall-inġiniera, eċċ.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 600,000.

Il-kontributi finanzjarji min-naħa tal-Istati Membri jew l-aġenziji jew l-entitajiet pubbliċi tagħhom fil-forma ta' finanzjament jew rimborż tal-ispejjeż u dawk marbutin mal-akkwist jew l-użu ta' art jew bini, jew l-ispejjeż marbutin mal-bini jew tagħmir tal-istituzzjoni, jitqiesu bħala dħul assenjat estern skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament Finanzjarju.

Partita 2 0 0 8 — Ġestjoni tal-proprjetà speċifika

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

5 256 000

5 561 000

4 060 467,21

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż f’dik li hi ġestjoni tal-proprjetà immobbli bini li mhumiex speċifikament previsti f’Artikoli oħra ta’ dan il-kapitolu, speċjalment għal:

 il-ġestjoni u t-trattament tal-iskart,

 l-ispezzjonijiet obbligatorji, spezzjonijiet tal-kwalità, perizji, verifikar, sorveljanza tal-konformità, eċċ.,

 il-librerija teknika,

 l-assistenza għall-ġestjoni (Helpdesk tal-bini),

 l-immaniġġjar tal-pjanti tal-bini u tal-midja li jappoġġaw id-dejta,

 l-ispejjeż l-oħra.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50,000.

Artikolu 2 0 2 — L-ispejjeż marbutin mal-bini

Partita 2 0 2 2 —  Manutenzjoni, żamma, operat u tindif tal-bini

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

62 944 000

62 400 000

54 930 847,78

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ta’ manutenzjoni, żamma, operat u tindif, skont il-kuntratti fis-seħħ, tal-bini (il-lokijiet u t-tagħmir tekniku) okkupat, b'kiri jew bi sjieda, mill-Parlament Ewropew.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (prezz, munita magħżula, indiċizzazzjoni, tul, klawsoli oħra) miksuba minn kull waħda minnhom u bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 200,000.

Partita 2 0 2 4 — Konsum tal-enerġija

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

20 160 000

21 690 000

17 034 803,69

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba b’mod partikulari biex tkopri l-ispejjeż tal-konsum tal-ilma, tal-gass, tal-elettriku u tat-tisħin.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100,000.

Partita 2 0 2 6 — Sigurtà u sorveljanza tal-bini

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

16 760 000

20 211 500

25 890 784,21

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex essenzjalment tkopri l-ispejjeż tal-għassa u tas-sorveljanza tal-bini okkupat mill-Parlament Ewropew fit-tliet postijiet abitwali ta’ xogħol u fl-uffiċċji tal-informazzjoni tiegħu fl-Unjoni kif ukoll fl-uffiċċji fil-pajjiżi terzi.

Qabel it-tiġdid jew il-konklużjoni tal-kuntratti, l-istituzzjoni għandha tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali (prezz, munita magħżula, indiċizzazzjoni, tul, klawsoli oħra) miksuba minn kull waħda minnhom u bi qbil mal-Artikolu 104 tar-Regolament Finanzjarju.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 120,000.

Partita 2 0 2 8 — Assikurazzjoni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

680 000

976 000

760 527,53

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ħlas ta’ primjums tal-assikurazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50,000.

Kapitolu 2 1 — Informatika, apparat u għamara

Kummenti

Fil-qasam tas-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 1 0 —       Informatika u telekomunikazzjonijiet

Partita 2 1 0 0 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — attivitajiet rikorrenti relatati mal-funzjonament

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

25 310 000

28 560 000

21 066 292,36

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għal operazzjonijiet ta' attivitajiet rikorrenti meħtieġa għall-funzjonament tajjeb tas-sistemi informatiċi u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawk l-ispejjeż jirrigwardaw partikolarment is-sistemi taċ-ċentru tal-informatika u ta' telekomunikazzjonijiet, l-informatika dipartimentali u l-ġestjoni tan-netwerk.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 140,000.

Partita 2 1 0 1 —  Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti relatati mal-infrastruttura

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

19 029 000

18 404 000

21 890 682,48

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għal operazzjonijiet ta' attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni u żamma tal-infrastrutturi relatati mas-sistemi informatiċi u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw partikolarment l-infrastruttura relatata man-netwerks, kejbils, telekomunikazzjoni, tagħmir individwali kif ukoll sistemi ta' votazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 291,000.

Partita 2 1 0 2 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti relatati mas-sostenn ġenerali lill-utenti

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

13 910 000

13 202 500

11 763 534,15

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għal operazzjonijiet ta' attivitajiet rikorrenti ta' għajnuna u ta' sostenn ġenerali lill-utenti fir-rigward tas-sistemi informatiċi u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw partikolarment is-servizzi ta' sostenn għall-Membri Parlamentari kif ukoll l-applikazzjonijiet amministrattivi u leġiżlattivi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000.

Partita 2 1 0 3 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni tal-applikazzjonijiet ICT

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

18 920 365

18 380 809

13 812 344,88

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq għax-xiri, il-kiri, iż-żamma u l-manutenzjoni tal-ħardwer u tas-softwer u x-xogħol marbut magħhom, kif ukoll l-infiq għall-assistenza ta' kumpaniji ta' servizzi u ta' konsulenti għall-attivitajiet rikorrenti ta' ġestjoni tal-applikazzjonijiet ICT fl-istituzzjoni. Dawn l-ispejjeż jirrigwardaw partikolarment l-applikazzjonijiet relatati mal-Membri, dawk relatati mal-komunikazzjoni, kif ukoll l-applikazzjonijiet amministrattivi u leġiżlattivi.

Hija maħsuba biex tkopri wkoll l-ispejjeż rigward l-għodda tal-ICT ffinanzjati b'mod konġunt fil-qafas tal-kooperazzjoni interistituzzjonali fil-qasam tal-lingwi, wara d-deċiżjonijiet meħuda mill-Kumitat Interistituzzjonali tat-Traduzzjoni u l-Interpretazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 32,000.

Partita 2 1 0 4 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fl-infrastrutturi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

21 824 135

21 173 000

19 352 736,86

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri ta' ta' ħardwer u ta' softwer u mal-assistenza esterna minn entitajiet ta' servizzi u konsulenti tal-informatika għall-investimenti relatati mal-infrastruttura tas-sistema tal-informatika u ta' telekomunikazzjonijiet tal-Parlament Ewropew. L-investimenti jirrigwardaw partikolarment is-sistemi taċ-ċentru tal-informatika u ta' telekomunikazzjonijiet, in-netwerks, il-kejbils, kif ukoll is-sistemi ta' vidjokonferenzi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 30,000.

Partita 2 1 0 5 — Informatika u telekomunikazzjonijiet — Investimenti fil-proġetti

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

24 324 750

15 454 750

12 213 961,44

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xiri ta' ħardwer u ta' softwer kif ukoll l-ispejjeż ta' assistenza ta' kumpaniji ta' servizzi u ta' konsulenza għall-investimenti relatati mal-proġetti ICT eżistenti jew ġodda. L-investimenti jirrigwardaw partikolarment applikazzjonijiet relatati mal-Membri Parlamentari, l-applikazzjonijiet tal-qasam leġiżlattiv, amministrattiv u finanzjarju kif ukoll dawk relatati mal-governanza tal-ICT.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 2,000.

Artikolu 2 1 2 — Għamara

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

7 018 500

3 007 000

3 168 096,49

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta’ għamara, b’mod partikulari x-xiri ta’ għamara ergonomika tal-uffiċini, is-sostituzzjoni ta’ għamara antikwata u bla użu kif ukoll magni tal-uffiċini. Din l-approprjazzjoni hija maħsuba wkoll biex tkopri l-ispejjeż differenti ta’ ġestjoni tal-beni mobbli tal-Parlament Ewropew.

Rigward ix-xogħlijiet tal-arti, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri kemm l-ispejjeż għall-akkwist u dawk għax-xiri ta’ materjal speċifiku, kif ukoll l-ispejjeż kurrenti marbuta magħhom, bħall-ispejjeż għal konsulenza, konservazzjoni, gwarniċi, restawr, tindif u assikurazzjoni, kif ukoll spejjeż għat-trasport okkażjonali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000.

Article 2 1 4 —  Materjal u installazzjonijiet tekniċi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

30 868 100

24 159 090

19 365 043,88

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba għax-xiri, il-kiri, iż-żamma u t-tiswija ta' materjal u ta' installazzjonijiet tekniċi kif ukoll għall-ġestjoni tagħhom, b'mod partikulari:

 bosta tipi ta' materjal u ta' installazzjonijiet tekniċi, fissi jew mobbli, marbuta mal-pubblikazzjoni, is-sigurtà (inkluż is-softwer), il-kantins, il-bini, eċċ.,

 tagħmir, b'mod partikulari tat-tipografija, tas-servizz tat-telefon, tal-kantins, tal-ħwienet, tas-sigurtà, tas-servizz tekniku tal-konferenzi, tas-settur awdjoviżiv, eċċ.,

 materjal speċjali (elettroniku, informatiku, elettriku) flimkien mas-servizzi esterni relatati,

 taż-żewġ linji tat-telefon supplimentari li, fuq talba, iridu jiġu installati fl-uffiċini tal-Membri.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż għar-riklamar għall-bejgħ mill-ġdid u għall-iskrappjar ta' oġġetti li m'għadhomx jaħdmu kif ukoll l-ispejjeż marbutin mal-assistenza teknika (konsultazzjoni) għal dossiers li jeħtieġu għarfien espert estern.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 135,000.

Artikolu 2 1 6 — Trasport ta' Membri, persuni oħra u ta' beni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

6 682 000

6 989 000

4 961 174,18

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri, iż-żamma, l-użu u t-tiswija ta' vetturi (il-flotta tal-karozzi u tar-roti) u l-kiri ta' vetturi, taksis, kowċis u trakkijiet, b'sewwieq jew mingħajru, inkluża l-assikurazzjoni li tikkorrespondi ma’ dawn u spejjeż oħra ta' ġestjoni. Meta tiġġedded il-flotta tal-karozzi u meta jinxtraw jew jinkrew il-vetturi, tingħata preferenza għall-vetturi li l-inqas iħammġu, bħall-vetturi ibridi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100,000.

Kapitolu 2 3 — L-infiq għall-funzjonament amministrattiv kurrenti

Kummenti

Fil-qasam tas-akkwist pubbliku, l-istituzzjoni tikkonsulta mal-istituzzjonijiet l-oħra dwar il-kundizzjonijiet kuntrattwali miksuba minn kull istituzzjoni individwali.

Artikolu 2 3 0 — Kanċellerija, provvisti għall-uffiċċju u oġġetti għall-konsum diversi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 756 000

2 263 000

1 463 016,51

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri x-xiri ta’ karti, invilopps, għamara tal-uffiċini, prodotti għall-istamperija u għall-istudjows tar-riproduzzjoni, eċċ. kif ukoll l-ispejjeż ta’ ġestjoni f’dan ir-rigward.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 2,500.

Artikolu 2 3 1 — Tariffi finanzjarji

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

40 000

40 000

19 598,46

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż bankarji (prijmjums, prijmjums ta' skambju, spejjeż oħra) u l-ispejjeż finanzjarji l-oħra, fosthom l-ispejjeż marbuta mal-iffinanzjar tal-bini.

Artikolu 2 3 2 — Spejjeż legali u ta' ħsarat

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 110 000

1 035 000

842 916,34

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż li l-Parlament Ewropew jista’ jiġi obbligat iħallas mill-Qorti tal-Ġustizzja, mill-Qorti Ġenerali, mit-Tribunal tas-Servizz Ċivili jew mill-qrati nazzjonali,

 in-nefqiet għas-servizzi ta’ avukati esterni li jirrappreżentaw lill-Parlament Ewropew fit-Tribunali tal-Unjoni u nazzjonali, kif ukoll in-nefqiet għas-servizzi ta' konsulenti legali jew esperti biex jgħinu fis-servizz legali,

 ir-rifużjoni ta' spejjeż għas-servizzi ta’ avukat fil-kuntest tal-proċeduri dixxiplinarji u simili,

 spejjeż ta' ħsarat u interessi,

 l-ammont ta’ ħlasijiet approvati għal soluzzjoni ta' tilwimiet, skont l-applikazzjoni tal-Artikoli 91 u 92 (qabel 69 u 70) tar-Regoli ta' Proċedura tat-Tribunal tas-Servizz Ċivili tal-Unjoni Ewropea.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000.

Artikolu 2 3 6 — Tariffi postali u spejjeż tal-ġarr

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

303 000

355 000

297 523,89

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri t-tariffi postali, l-ipproċessar u l-kunsinna ta’ oġġetti permezz tas-servizzi postali nazzjonali jew permezz ta’ kumpaniji privati tal-ġarr.

Hija wkoll maħsuba biex tkopri l-forniment ta' servizzi fil-qasam postali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 25,000.

Artikolu 2 3 7 — Rilokazzjonijiet

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 440 000

1 160 000

1 512 597,25

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta max-xogħol tar-rilokazzjoni u tal-manutenzjoni magħmula permezz ta' kumpaniji ta' rilokazzjoni jew minn persunal temporanju pprovdut minn aġenziji esterni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5 000.

Artikolu 2 3 8 — Infiq ieħor għall-funzjonament amministrattiv

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 013 750

946 000

688 938,55

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba sabiex tiffinanzja:

 l-assikurazzjonijiet li mhumiex stipulati b’mod speċifiku f’xi punt ieħor,

 ix-xiri u l-kura ta' uniformijiet għall-uxxiera, għax-xufiera, għar-receptionists, għall-ħaddiema tal-imħażen, għall-persuni li jaħdmu fil-ġarr u l-persunal impjegati fis-servizz ta' żjarat u seminars, il-Parlamentarium, is-servizzi mediċi, is-servizzi ta' sigurtà, is-servizzi ta' manutenzjoni tal-bini u servizzi ta' manutenzjoni tal-bini u servizzi tekniċi differenti,

 spejjeż varji għall-funzjonament u l-ġestjoni, xiri ta' proprjetà mobbli jew ta' servizzi mhux speċifikament previsti f'partita oħra,

 xiri varju marbut mal-attivitajiet tal-Iskema ta' Ġestjoni Ekoloġika u Verifika (EMAS) (kampanji promozzjonali, eċċ).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000.

Artikolu 2 3 9 — L-attivitajiet tal-EMAS, inkluż il-promozzjoni, u l-iskema tal-Parlament Ewropew ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

250 000

250 000

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispiża relatata mal-attivitajiet tal-EMAS li jfittxu li jtejbu l-prestazzjoni ambjentali tal-Parlament, inkluż il-promozzjoni ta' dawn l-attivitajiet, u għall-iskema tal-Parlament Ewropew ta' kumpens għall-emissjonijiet tal-karbonju

TITOLU 3 — L-infiq li jirriżulta mit-twettiq tal-missjonijiet ġenerali tal-istituzzjoni

Kapitolu 3 0 — laqgħat u konferenzi

Artikolu 3 0 0 — Spejjeż għall-missjonijiet tal-persunal u vjaġġar fuq xogħol bejn it-tliet postijiet ta' xogħol

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

27 700 000

28 748 281

22 818 505,73

Kummenti

Ir-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 71 tiegħu u l-Artikoli 11, 12 u 13 tal-Anness VII tiegħu.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut mal-ivvjaġġar magħmul mill-persunal tal-istituzzjoni, mill-esperti nazzjonali sekondati, trainees u persunal ta' istituzzjonijiet Ewropej jew internazzjonali oħra mistiedna mill-istituzzjoni mill-post tal-impieg lejn xi wieħed mit-tliet postijiet ta' xogħol tal-Parlament Ewropew (Brussell, Lussemburgu u Strasburgu) u għal missjonijiet lejn kull post ieħor barra mit-tliet postijiet ta' xogħol. L-infiq kopert huwa l-ispejjeż tat-trasport, il-ħlas ta’ allowances ta’ kuljum, l-ispejjeż ta' akkomodazzjoni u l-allowances ta' kumpens għal xogħol li jsir barra l-ħinijiet normali. L-ispejjeż supplimentari (fosthom il-kanċellazzjoni ta' biljetti tat-trasport u ta' riżervazzjonijiet ta' lukandi, l-ispejjeż marbuta mas-sistema ta' fatturazzjoni elettronika, l-ispejjeż marbuta mal-assikurazzjoni għall-missjonijiet) huma koperti wkoll.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut mal-possibilità ta' kumpens għall-emissjoni tal-karbonju għall-missjonijiet u vjaġġar tal-istaff.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 240,000.

Artikolu 3 0 2 — Spejjeż għal riċevimenti u rappreżentazzjoni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 388 000

1 392 690

816 097,91

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż marbuta mal-obbligi tal-istituzzjoni rigward riċevimenti, inklużi dawk tal-grupp ta’ ħidma għall-Evalwazzjoni ta' Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (il-grupp STOA), u spejjeż ta' rappreżentanza għall-Membri tal-Parlament Ewropew,

 l-ispejjeż ta’ rappreżentanza tal-President fil-vjaġġi tiegħu barra mill-postijiet tax-xogħol,

 l-ispejjeż ta’ rappreżentanza u kontribuzzjoni għall-ispejjeż tas-segretarjat tal-uffiċċju tal-President,

 l-ispejjeż ta’ riċeviment u ta’ rappreżentanza tas-Segretarjat Ġenerali, fosthom ix-xiri ta’ artikoli u ta’ medalji għall-uffiċjali li laħqu l-ħmistax u/jew il-ħamsa u għoxrin sena ta’ servizz,

 l-ispejjeż varji tal-protokoll, bħal bnadar, apparat tal-wiri, kartolini ta’ stedina, stampar ta’ menus, eċċ.,

 l-ispejjeż ta' vvjaġġar u sussistenza li jkollhom il-viżitaturi VIP tal-istituzzjoni,

 l-ispejjeż tal-viża tal-Membri u l-aġenti tal-Parlament Ewropew relatati mal-vjaġġi uffiċjali,

 l-ispejjeż għal riċevimenti u rappreżentazzjoni u l-ispejjeż l-oħra speċifiċi għall-Membri li għandhom funzjoni uffiċjali fi ħdan il-Parlament Ewropew.

Artikolu 3 0 4 — Spejjeż mixxellanji għal-laqgħat interni

Partita 3 0 4 0 — Spejjeż varji għal laqgħat interni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 400 000

1 400 000

2 246 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż marbuta ma’ xarbiet, u kultant ikliet ħfief, servuti fil-laqgħat tal-istituzzjoni, kif ukoll il-ġestjoni ta’ dawn is-servizzi.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000.

Partita 3 0 4 2 — Laqgħat, kungressi u konferenzi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 465 000

1 435 000

440 674,05

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, fost l-oħrajn:

 l-ispejjeż marbuta mal-organizzazzjoni ta’ laqgħat barra mill-postijiet tax-xogħol (kumitati jew id-delegazzjonijiet tagħhom, gruppi politiċi), inklużi, fejn xieraq, spejjeż ta’ rappreżentazzjoni.

 il-ħlas lill-organizzazzjonijiet internazzjonali fejn il-Parlament jew wieħed mill-korpi tiegħu huwa membru (l-Unjoni Interparlamentari, l-Assoċjazzjoni tas-Segretarji Ġenerali tal-Parlamenti, il-Grupp 12+ tal-Unjoni Interparlamentari),

 ir-rimborż lill-Kummissjoni, abbażi ta' ftehim ta' servizz iffirmat bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni, tas-sehem tal-Parlament mill-ispejjeż tal-produzzjoni tal-laissez-passer Komunitarju (tagħmir, persunal u provvisti), f'konformità mal-Protokoll dwar il-privileġġi u l-immunitajiet (Artikolu 6), għall-Artikolu 23 tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, l-Artikoli 11 u 81 tal-kondizzjonijiet tal-impjieg applikabbli għall-aġenti l-oħra tal-Unjoni u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1417/2013 tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistipula l-għamla tal-laissez-passer maħruġ mill-Unjoni Ewropea (ĠU L 353, 28.12.2013, p. 26).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 20,000.

Partita 3 0 4 3 — Spejjeż varji għall-organizzazzjoni ta' laqgħat ta' assemblej parlamentari, delegazzjonijiet interparlamentari u delegazzjonijiet oħra

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 100 000

1 200 000

256 302,28

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż, barra minn dawk koperti mill-Kapitolu 1 0 u l-Artikolu 3 0 0, marbuta mal-organizzazzjoni tal-laqgħat ta':

 delegazzjonijiet lejn l-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE, l-Assemblea Parlamentari EuroLat, l-Assemblea Parlamentari Euronest u l-korpi tagħhom,

 l-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran, tal-kumitati tagħha u tal-bureau tagħha; dawn in-nefqiet fihom il-kontribut tal-Parlament Ewropew għall-baġit tas-segretarjat awtonomu tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran jew ir-responsabilità diretta tal-ispejjeż li jirrappreżentaw is-sehem tal-Parlament Ewropew għall-baġit tal-Assemblea Parlamentari tal-Unjoni għall-Mediterran,

 id-delegazzjonijiet interparlamentari, id-delegazzjonijiet ad hoc, il-kumitati parlamentari mħallta, il-kumitati parlamentari ta’ kooperazzjoni u d-delegazzjonijiet parlamentari għad-WTO, kif ukoll l-organizzazzjoni ta’ laqgħat tal-konferenza parlamentari dwar id-WTO u tal-kumitat ta’ tmexxija tagħha.

Partita 3 0 4 9 — Spejjeż għall-aġenziji tal-ivvjaġġar

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

2 040 000

2 000 000

1 985 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-operat tal-aġenzija tal-ivvjaġġar li għandhom kuntratt mal-Parlament Ewropew.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50,000.

Kapitolu 3 2 — Appoġġ espert u informazzjoni: akkwistar, arkivjar, produzzjoni u disseminazzjoni

Artikolu 3 2 0 — Akkwist ta' appoġġ espert

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

9 309 500

8 957 000

4 963 870,79

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż ta' kuntratti ma' esperti kwalifikati u istituti ta' riċerka għall-istudji u l-attivitajiet l-oħra ta' riċerka (workshops, round tables, bordijiet u seduti ta' smigħ ma' esperti, konferenzi) magħmula mill-korpi tal-Parlament Ewropew għall-kumitati parlamentari u għall-amministrazzjoni,

 l-ispejjeż għall-ivvjaġġar, għas-soġġorn u nfiq ieħor tal-esperti u personalitajiet oħra — inklużi persuni li jressqu petizzjonijiet lill-Parlament Ewropew — li jiġu mistiedna biex jipparteċipaw fil-kumitati, fid-delegazzjonijiet u fil-gruppi ta' studju u ta' ħidma, kif ukoll fil-workshops,

 l-ispejjeż tat-tqassim ta' prodotti tar-riċerka parlamentari interna jew esterna u ta' prodotti rilevanti oħra, għall-benefiċċju tal-istituzzjoni u tal-pubbliku (partikolarment permezz tal-pubblikazzjonijiet fuq l-internet, ta' bażijiet ta' data interni, fuljetti u pubblikazzjonijiet),

 l-ispejjeż sabiex jissejħu persuni esterni biex jieħdu sehem fix-xogħol ta’ entitajiet bħall-Bord tad-Dixxiplina jew il-Bord Speċjalizzat dwar l-Irregolaritajiet Finanzjarji.

Artikolu 3 2 1 — Akkwist ta' appoġġ espert għall-EPRS, Bibljoteka u Arkivji

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

8 829 000

9 107 200

5 876 203,82

Kummenti

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43) u d-Deċiżjoni tal-Bureau tat-28 ta' Novembru 2001 dwar regoli li jirregolaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, kif emendata l-aħħar fit-22 ta' Ġunju 2011 (ĠU C 216, 22.7.2011, p. 19).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tas-16 ta’ Diċembru 2002 dwar it-tisħiħ tal-informazzjoni u t-trasparenza: l-arkivji tal-Parlament Ewropew.

Deċiżjoni tal-Bureau tal-10 ta' Marzu 2014 dwar proċeduri li jirregolaw l-akkwist mill-Parlament Ewropew tal-arkivju privat ta' Membri u ex-Membri tal-Parlament Ewropew.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq għal attivitajiet tad-DĠ EPRS, b'mod partikolari:

 l-akkwist tal-għarfien speċjalizzat u ta' sostenn għal attivitajiet ta' riċerka tal-Parlament Ewropew (inkluż artikli, studji, workshops, seminars, round tables, bordijiet ta' esperti u konferenzi), li jistgħu jsiru jekk meħtieġ flimkien ma' istituzzjonijiet oħra, organizzazzjonijiet internazzjonali, dipartimenti tar-riċerka u bibljoteki tal-parlamenti nazzjonali, gruppi ta' riflessjoni, korpi ta' riċerka u esperti kwalifikati oħra,

 l-akkwist tal-għarfien speċjalizzat fl-oqsma tal-istudju tal-impatt/valutazzjoni ex-ante u ex-post, tal-valur miżjud Ewropew, u tal-evalwazzjoni tal-Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (STOA),

 l-akkwist jew il-kiri ta' kotba, rivisti, ġurnali, bażijiet ta' data, prodotti tal-aġenziji tal-istamperiji u kwalunkwe appoġġ ta' informazzjoni mmirat għall-Bibljoteki f'formati differenti, inkluż l-ispejjeż tad-drittijiet tal-awtur, is-sistema tal-ġestjoni tal-kwalità, il-materjali u x-xogħol tal-legatura tal-kotba u l-konservazzjoni, u ta' servizzi rilevanti oħra,

 l-ispiża tas-servizzi esterni tal-arkivjar (organizzazzjoni, għażla, deskrizzjoni, trasferiment għal midja differenti u għal forma mingħajr karta, l-akkwist ta' sorsi tal-arkivji primarji),

 l-akkwist, l-iżvilupp, l-installazzjoni, l-użu u ż-żamma ta' dokumentazzjoni speċjali ta' bibljoteka u tal-arkivjar u ta' materjali speċjali medjatiċi, inkluż materjali u/jew sistemi elettroniċi u informatiċi, kif ukoll materjali għal-legatura u l-konservazzjoni,

 l-ispejjeż tat-tqassim ta' prodotti tar-riċerka parlamentari interna jew esterna u ta' prodotti rilevanti oħra, għall-benefiċċju tal-istituzzjoni u tal-pubbliku (jiġifieri permezz tal-pubblikazzjonijiet fuq l-internet, ta' bażijiet ta' data interni, fuljetti u pubblikazzjonijiet),

 l-ispejjeż għall-ivjaġġar, is-soġġorn u aċċessorji tal-esperti u awturi mistiedna biex jipparteċipaw għall-preżentazzjonijiet, is-seminars, il-workshops jew attivitajiet oħra ta' dan it-tip organizzati minn DĠ EPRS,

 il-parteċipazzjoni tal-grupp tal-Valutazzjoni tal-Għażliet Xjentifiċi u Teknoloġiċi (il-grupp STOA) fl-attivitajiet ta' entitajiet xjentifiċi Ewropej u internazzjonali,

 l-obbligi tal-Parlament Ewropew skont il-ftehimiet ta' kooperazzjoni internazzjonali u/jew interistituzzjonali, inkluża l-kontribuzzjoni tal-Parlament Ewropew għall-ispejjeż marbuta mal-ġestjoni tal-arkivji storiċi tal-Unjoni (Regolament tal-Kunsill (KEE, Euratom) Nru 345/83 tal-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku tal-arkivji storiċi tal-KEE/Euratom, kif ġew emendati sussegwentement).

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 20,000.

Artikolu 3 2 2 — In-nefqa tad-dokumentazzjoni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

2 217 000

2 308 000

2 464 212,10

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-abbonamenti għall-ġurnali, perjodiċi u aġenziji tal-informazzjoni, għall-pubblikazzjonijiet u s-servizzi online tagħhom, inklużi l-ispejjeż tal-copyright għar-riproduzzjoni u d-disseminazzjoni bil-miktub u/jew b’mod elettoniku ta’ dawn l-abbonamenti u l-kuntratti tas-servizz għall-analiżi tal-istampa u għas-siltiet mill-istampa,

 l-abbonamenti jew il-kuntratti ta’ servizz għall-forniment ta’ sommarji u analiżi tal-kontenut tal-perjodiċi jew il-ħażna ta’ artikoli meħuda minn sorsi ta’ dan it-tip fuq midja viżiva,

 l-ispejjeż marbuta mal-użu ta’ bażijiet ta' data esterni tad-dokumentazzjoni u tal-istatistika, minbarra l-hardware, u l-ispejjeż għat-telekomunikazzjoni,

 ix-xiri jew is-sostituzzjoni ta’ dizzjunarji u glossarji ġodda ta' kull tip, anke għat-taqsimiet tal-lingwi l-ġodda, u xogħlijiet oħra għas-servizzi lingwistiċi u għall-unitajiet tal-verifika tal-kwalità tat-testi leġiżlattivi.

Artikolu 3 2 3 — Appoġġ għad-demokrazija u l-bini tal-kapaċità parlamentari tal-parlamenti ta’ pajjiżi terzi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

1 100 000

1 340 000

512 925,74

Kummenti

Deċiżjoni tal-Bureau tat-12 ta' Diċembru 2012 li toħloq id-direttorat għall-appoġġ tad-demokrazija fid-DĠ EXPO.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-infiq fuq programmi għall-iskambju ta' informazzjoni u kooperazzjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali tal-pajjiżi ta' qabel l-adeżjoni, b'mod partikolari l-Balkani tal-Punent u t-Turkija;

 l-infiq li jsir għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u parlamenti nazzjonali eletti demokratikament minn pajjiżi terzi (għajr dawk imsemmija fl-inċiż preċedenti) kif ukoll ma' organizzazzjonijiet parlamentari reġjonali korrispondenti. L-attivitajiet ikkonċernati huma partikolarment maħsuba għat-tisħiħ tal-kapaċità parlamentari f'demokraziji ġodda u emerġenti b'mod partikolari fil-Viċinat Ewropew (Nofsinhar u Lvant);

 l-infiq fuq il-promozzjoni ta' attivitajiet b'appoġġ għall-medjazzjoni, u programmi għal mexxejja politiċi żgħażagħ mill-Unjoni Ewropea u minn pajjiżi fil-Viċinat Ewropew;

 l-ispejjeż magħmula għall-organizzazzjoni tal-premju Sakharov (b'mod partikolari l-ammont tal-premju, l-ispejjeż marbuta mal-ivvjaġġar tar-rebbieħ(a) u tal-akkoljenza tagħhom, l-ispejjeż tal-funzjonament tan-netwerk ta' Sakharov u l-missjonjiet tal-membri tan-netwerk) u għal attivitajiet li għandhom l-għan li jippromwovu d-drittijiet tal-bniedem.

Dawn l-operazzjonijiet jinkludu ż-żjarat ta' informazzjoni fil-Parlament Ewropew fi Brussell, il-Lussemburgu jew Strasburgu, u l-approprjazzjonijiet ikopru l-ispejjeż totali jew parti minnhom tal-parteċipanti, partikolarment il-vjaġġi u n-nefqiet marbuta magħhom, l-akkomodazzjoni u l-allowance għas-sussistenza għal kull jum.

Artikolu 3 2 4 — Produzzjoni u tixrid

Partita 3 2 4 0 — Il-Ġurnal Uffiċjali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

4 373 000

4 244 000

4 202 107,46

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-parti tal-istituzzjoni għall-infiq tal-pubblikazzjonijiet, it-tixrid u spejjeż oħra marbutin mal-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet għat-testi li għandhom ikunu ppubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Partita 3 2 4 1 — Pubblikazzjonijiet diġitali u tradizzjonali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

3 771 000

3 705 000

3 496 946,08

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż kollha għall-pubblikazzjoni b’mod diġitali (siti tal-Intranet) u tradizzjonali (dokumenti u materjal stampat varji maħruġa b’sottokuntratt), inkluża d-distribuzzjoni,

 l-aġġornament u l-manutenzjoni evoluttiva u ta' korrezzjoni tas-sistemi editorjali.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 6,000.

Partita 3 2 4 2 — Nefqiet għall-pubblikazzjoni, it-tagħrif u l-parteċipazzjoni f’manifestazzjonijiet pubbliċi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

16 662 000

16 501 034

19 651 446,69

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni, inkluż il-pubblikazzjonijiet elettroniċi, l-attivitajiet tal-informazzjoni, ir-relazzjonijiet pubbliċi, il-parteċipazzjoni għall-manifestazzjonijiet pubbliċi, l-espożizzjonijiet u l-fieri fl-Istati Membri, il-pajjiżi aderenti u l-pajjiżi li fihom il-Parlament Ewropew għandu uffiċċju ta' kollegament kif ukoll l-aġġornament tal-Osservatorju Leġiżlattiv tal-Parlament Ewropew (OEIL) u l-iżvilupp ta' għodod jew mezzi bil-għan li jsaħħu u jiffaċilitaw l-aċċessibilità tagħhom għall-pubbliku permezz ta' apparat mobbli.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000.

Partita 3 2 4 3 — Parlamentarium — Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

6 030 000

4 150 000

4 748 380,08

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-Parlamentarium — Iċ-Ċentru għall-Viżitaturi tal-Parlament Ewropew fi Brussell kif ukoll l-installazzjonijiet, il-wirjiet u l-materjali adattati jew riprodotti għall-użu separat barra Brussell.

L-ammont ta’ dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 9 300.

Partita 3 2 4 4 — L-Organizzazzjoni u l-ospitalità ta' gruppi ta' viżitaturi, il-programm Euroscola u stediniet għall-multiplikaturi tal-opinjoni minn pajjiżi terzi

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

30 723 500

31 739 039

27 249 058,55

Kummenti

Deċiżjoni tal-Bureau tas-16 ta' Diċembru 2002, kif emendata l-aħħar fis-26 ta' Frar 2013.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri s-sussidji mogħtija lill-gruppi ta' viżitaturi u l-ispejjeż ta' sorveljanza u ta' infrastruttura marbuta magħhom, il-finanzjament ta' korsijiet għall-multiplikaturi tal-opinjoni ta' pajjiżi terzi (EUVP) u l-ispejjeż għall-funzjonament tal-programmi Euroscola, Euromed-Scola u Euronest-Scola. Il-programmi Euromed-Scola u Euronest-Scola jsiru kull sena, alternattivament, f'postijiet tal-Parlament Ewropew fi Strasburgu jew fi Brussell, minbarra fis-snin elettorali.

Din l-approprjazzjoni għandha tiżdied kull sena fuq il-bażi ta' deflatur li jqis il-varjazzjonijiet tad-dħul nazzjonali gross u tal-prezzijiet.

Kull Membru tal-Parlament Ewropew għandu d-dritt jistieden, kull sena ta' kalendarju, massimu ta' ħames gruppi, għal total ta' 110 viżitaturi.

Ammont xieraq huwa inkluż għall-viżitaturi b'diżabilità.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 100,000.

Punt 3 2 4 5 — L-organizzazzjoni ta' symposia, seminars u attivitajiet kulturali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

5 262 000

5 077 120

5 610 918,40

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-infiq jew is-sussidji marbuta mal-organizzazzjoni ta' symposia u seminars nazzjonali jew internazzjonali għall-multiplikaturi tal-opinjonijiet li ġejjin mill-Istati Membri, mill-pajjiżi fil-proċess ta' adeżjoni u mill-pajjiżi li fihom il-Parlament Ewropew għandu Uffiċċju ta' Kollegament, l-ispiża tal-organizzazzjoni ta' symposia u seminars parlamentari, u mal-finanzjament ta' proġetti kulturali ta' interess Ewropew, bħalma huma l-Premju LUX tal-Parlament Ewropew għaċ-Ċinema Ewropea,

 l-infiq marbut ma' "avvenimenti speċjali fis-Swali tal-plenarja", fi Strasburgu u fi Brussell, skont il-programm annwali adottat mill-Bureau,

 miżuri u għodod ta' appoġġ għall-multilingwiżmu bħal seminars u konferenzi, laqgħat b'taħriġ ta' interpreti jew tradutturi, miżuri u azzjonijiet għas-sensibilizzazzjoni dwar il-multilingwiżmu u ssir promozzjoni tal-professjoni ta' interpretu jew ta' traduttur, inkluż programm ta' għotjiet għall-universitajiet, l-iskejjel u organizzazzjonijiet oħra li joffru korsijiet għall-interpretazzjoni jew it-traduzzjoni, soluzzjonijiet ta' komunikazzjoni virtwali, kif ukoll parteċipazzjoni f'azzjonijiet u miżuri simili organizzati b'mod konġunt ma' servizzi oħra fil-kuntest ta' kooperazzjoni interistituzzjonali u internazzjonali.

Din l-approprjazzjoni tkopri wkoll l-ispejjeż għall-organizzazzjoni ta' dawn l-attivitajiet, inklużi s-servizzi tal-forniment tal-ikel u l-ispejjeż tagħhom, l-ispejjeż marbutin ma' stediniet lil ġurnalisti biex jirrappurtaw dwar l-attivitajiet.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 25,000.

Partita 3 2 4 6 — L-istazzjon televiżiv parlamentari (Web TV)

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

5 000 000

5 000 000

4 994 665,86

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-ispejjeż marbuta mal-produzzjoni u l-hosting min-naħa tal-Parlament Ewropew (EuroparlTV) tal-filmati għall-web u tal-materjal awdjoviżiv lest għax-xandir, skont l-istrateġija ta' komunikazzjoni tal-Parlament Ewropew.

Partita 3 2 4 7 — Dar l-Istorja Ewropea

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

6 500 000

10 000 000

9 571 045,83

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-attivitajiet tad-Dar l-Istorja Ewropea, bħat-twettiq ta' xogħol ta' tagħmir intern speċifiku, l-akkwist tal-kollezzjonijiet, l-organizzazzjoni tal-wirjiet u l-ispejjeż operattivi inklużi l-ispejjeż relatati max-xiri ta' kotba, rivisti u pubblikazzjonijiet oħra marbuta mal-attività tad-Dar l-Istorja Ewropea.

Hija mmirata wkoll li tkopri l-ispejjeż ta' kuntratti ma' esperti kwalifikati u istituti ta' riċerka għall-istudji u l-attivitajiet l-oħra ta' riċerka (workshops, round tables, bordijiet ta' esperti, konferenzi) li jsiru għad-Dar l-Istorja Ewropea.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 5,000,000.

Partita 3 2 4 8 — L-infiq għall-informazzjoni awdjoviżiva

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

14 506 000

12 608 000

15 484 852,11

Kummenti

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta’ Marzu 2002 dwar il-linji ta' gwida dwar il-proċedura baġitarja 2003 (ĠU C 47 E, 27.2.2003, p. 72).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2002 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2003 (ĠU C 180 E, 31.7.2003, p. 150).

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Mejju 2003 dwar l-istimi tad-dħul u tal-infiq tal-Parlament għas-sena finanzjarja 2004 (ĠU C 67 E, 17.3.2004, p. 179).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 il-baġit tal-funzjonament tas-settur awdjoviżiv (inklużi s-servizzi taħt il-kontroll proprju u assistenza esterna bħal servizzi tekniċi għal stazzjonijiet tar-radju u tat-televiżjoni, tfassil, produzzjoni, koproduzzjoni u xandir ta’ programmi awdjoviżivi, kiri ta’ linji, tranżmissjoni ta’ programmi tat-televiżjoni u tar-radju, azzjonijiet oħra ta’ żvilupp ta’ relazzjonijiet tal-istituzzjoni mal-entitajiet tax-xandir awdjoviżiv),

 l-ispejjeż marbuta max-xandir dirett, fuq l-internet, tas-seduti plenarji u tal-laqgħat tal-kumitati parlamentari,

 il-ħolqien ta’ arkivji xierqa li jiżguraw l-aċċess permanenti tal-midja u ċ-ċittadini għal din l-informazzjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 13,000.

Partita 3 2 4 9 — Skambji ta' informazzjoni mal-Parlamenti nazzjonali

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

250 000

250 000

65 334,15

Kummenti

Konferenzi tal-Presidenti tal-Assembleji Parlamentari Ewropej (Ġunju 1977) u tal-Parlamenti tal-Unjoni Ewropea (Settembru 2000, Marzu 2001).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri:

 l-ispejjeż imwiegħda għall-promozzjoni tar-relazzjonijiet bejn il-Parlament Ewropew u l-Parlamenti nazzjonali. Dawn huma marbuta mar-relazzjonijiet parlamentari minbarra dawk koperti mill-kapitoli 1 0 u 3 0, l-iskambji ta’ informazzjoni u ta’ dokumentazzjoni, l-għajnuna għall-analiżi u għall-ġestjoni ta’ din l-informazzjoni, inklużi l-iskambji maċ-Ċentru Ewropew tar-Riċerka u tad-Dokumentazzjoni Parlamentari (ECPRD),

 l-iffinanzjar ta' programmi ta' koperazzjoni u ta' skemi ta' formazzjoni għal uffiċjali tal-Parlamenti msemmija hawn fuq u, b'mod ġenerali, tal-attivitajiet sabiex isaħħu l-kapaċitajiet parlamentari tagħhom,

Skemi ta' taħriġ jinkludu żjarat ta' studju fil-Parlament Ewropew fi Brussell, il-Lussemburgu u Strasburgu; l-approprjazzjonijiet ikopru l-ispejjeż kollha tal-parteċipanti jew parti minnhom, b'mod partikolari l-vjaġġi u l-ispejjeż marbuta magħhom, l-akkomodazzjoni u l-allowance għall-manteniment ta' kuljum,

 l-azzjonijiet ta’ kooperazzjoni, inklużi dawk marbuta mal-attività leġiżlattiva, kif ukoll l-azzjonijiet marbuta mal-attività ta’ dokumentazzjoni, ta’ analiżi u ta’ informazzjoni, u dik tas-sigurtà tad-domain www.ipex.eu, inklużi l-azzjonijiet imwettqa mis-CERDP.

Din l-approprjazzjoni għandha l-għan li tiffinanzja l-kooperazjoni bejn il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali fl-iskrutinju parlamentari tal-PESK/PSDK, skont it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u b’mod partikolari l-Artikoli 9 u 10 tal-Protokoll Nru 1 dwar ir-rwol tal-parlamenti nazzjonali fl-Unjoni Ewropea.

Artikolu 3 2 5 — L-infiq relatat mal-Uffiċċji tal-Informazzjoni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

900 000

700 000

980 570,90

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż ġenerali u spejjeż żgħar oħra relatati mal-uffiċċji tal-informazzjoni tal-Parlament Ewropew (b'mod partikolari provvisti għall-uffiċċju, it-telekomunikazzjonijiet, l-ispejjeż ta' spedizzjoni, il-manutenzjoni, it-trasport, il-ħżin, l-oġġetti promozzjonali ġeneriċi, il-bażijiet ta' data).

Titolu 4 — Infiq li jirriżulta minn missjonijiet speċifiċi tal-istituzzjoni

Kapitolu 4 0 — Infiq relatat ma' ċerti istituzzjonijiet u ma' ċerti korpi

Artikolu 4 0 0 — Infiq amministrattiv kurrenti u nfiq marbut mal-attivitajiet politiċi ta' informazzjoni tal-gruppi politiċi u tal-Membri mhux affiljati

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

61 000 000

59 800 000

59 416 002,23

Kummenti

Regoli adottati permezz tad-Deċiżjoni tal-Bureau tat-30 ta' Ġunju 2003, kif emendata l-aħħar fl-14 ta' April 2014.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri, għall-gruppi politiċi u għall-membri mhux affiljati:

 l-ispejjeż tas-segretarjat, amministrattivi u operattivi,

 l-infiq marbut mal-attivitajiet politiċi u ta' tagħrif tagħhom fil-qafas tal-attivitajiet politiċi tal-Unjoni.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 50,000.

Artikolu 4 0 2 — Finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

31 400 000

28 350 084

27 713 795,20

Kummenti

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, Artikolu 10(4).

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, Artikolu 224.

Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjoniet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċì fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 112, 9.4.2011, p. 1).

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tiffinanzja l-partiti politiì fil-livell Ewropew.

Artikolu 4 0 3 —  Finanzjament tal-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

18 700 000

16 668 000

13 393 988,80

Kummenti

Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 10(4) tiegħu.

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 224 tiegħu.

Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f'livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU L 297, 15.11.2003, p. 1).

Deċiżjoni tal-Bureau tal-Parlament Ewropew tad-29 ta' Marzu 2004 li tistabbilixxi d-dispożizzjoniet għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 2004/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċì fil-livell Ewropew u r-regoli dwar il-finanzjament tagħhom (ĠU C 112, 9.4.2011, p. 1).

Approprjazzjoni maħsuba biex tiffinanzja l-Fondazzjonijiet politċi fil-livell Ewropew.

Kapitolu 4 2 — Infiq relatat mal-assistenza parlamentari

Artikolu 4 2 2 — Infiq relatat mal-assistenza parlamentari

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

202 140 000

192 113 500

181 048 836,81

Kummenti

L-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew, u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu.

Miżuri ta’ applikazzjoni tal-Istatut tal-Membri tal-Parlament Ewropew u speċjalment l-Artikoli 33 sa 44 tiegħu.

Kondizzjonijiet applikabbli għall-uffiċjali l-oħra tal-Unjoni Ewropea u b'mod partikolari l-Artikoli 5a u 125 sa 139 tagħhom.

Miżuri ta' implimentazzjoni għat-Titolu VII tal-Kondizzjonijiet tax-xogħol tal-ħaddiema l-oħra tal-Komunitajiet Ewropej adottati mill-Bureau fid-9 ta'Marzu 2009.kif emendat l-aħħar fit-13 ta' Diċembru 2010.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż relatati mal-assistenza parlamentari.

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri t-telf mill-kambju mġarrab mill-Parlament Ewropew, skont id-dispożizzjonijiet applikabbli għar-rimborż tal-ispejjeż tal-assistenza parlamentari.

L-ammont ta' dħul assenjat skont l-Artikolu 21(3) tar-Regolament Finanzjarju huwa stmat għal EUR 775,000.

Kapitolu 4 4 — Laqgħat u attivitajiet oħra tal-Membri parlamentari u tal-ex Membri

Artikolu 4 4 0 — Spejjeż għal-laqgħat u għal attivitajiet oħra tal-eks Membri

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

210 000

200 000

200 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni tal-eks Membri tal-Parlament Ewropew u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

Artikolu 4 4 2 — L-infiq għal-laqgħat u attivitajiet oħra tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

210 000

200 000

200 000,00

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tal-laqgħat tal-Assoċjazzjoni Parlamentari Ewropea u, skont il-każ, spejjeż oħra magħmula fl-istess kuntest.

Titolu 10 — Infiq ieħor

Kapitolu 10 0 — Approprjazzjonijiet proviżorji

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kapitolu 10 1 — Riżerva ta' kontinġenza

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

10 000 000

11 700 000

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq mhux prevedibbli li jirriżulta mid-deċiżjonijiet baġitarji meħuda matul is-sena finanzjarja.

Kapitolu 10 3 — Riżerva għat-tkabbir

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-ispejjeż tat-tħejjija tal-istituzzjoni għat-tkabbir.

Kapitolu 10 4 — Riżerva għall-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq relatat mal-politika tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni.

Kapitolu 10 5 — Approprjazzjoni proviżorja għall-bini

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri l-infiq marbut mal-investimenti fil-bini u max-xogħlijiet ta’ tagħmir tal-istituzzjoni. Il-Bureau tal-Parlament Ewropew huwa mitlub li jadotta strateġija fuq medda twila ta' żmien li tkun koerenti u responsabbli fil-qasam tal-proprjetà u l-binjiet li tqis il-problema partikulari taż-żieda fl-ispejjeż tal-manutenzjoni, il-bżonnijiet ta' rinnovament u l-ispejjeż marbuta mas-sigurtà u tiżgura s-sostenibilità tal-baġit tal-Parlament Ewropew.

Kapitolu 10 6 — Riżerva għall-objettivi ta' prijorità l-ġodda

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex tkopri spejjeż marbuta ma’ proġetti prijoritarji tal-istituzzjoni li qed jiġu żviluppati.

Kapitolu 10 8 — Riżerva tal-EMAS

Figuri

Baġit 2016

Approprjazzjonijiet 2015

Implimentazzjoni 2014

p.m.

p.m.

 

Kummenti

Bħala segwitu għad-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu mill-Bureau għall-implimentazzjoni tal-pjan ta' azzjoni tal-EMAS, b'mod partikolari wara l-evalwazzjoni tal-"carbon footprint" tal-Parlament Ewropew, din l-approprjazzjoni hija maħsuba biex jiġu ffinanzjati l-intestaturi operazzjonali.

1. S — PERSUNAL

1.1. S 1 — Taqsima I — Parlament Ewropew

Grupp ta’ funzjoni u grad

2015

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet tax-xogħol temporanji

Oħrajn

Gruppi politiċi

Mhux f'kategorija

1

0

0

0

AD 16

13

0

1

7

AD 15

40

0

1

4

AD 14

234

2

7

26

AD 13

456

8

2

43

AD 12

204

0

12

64

AD 11

189

0

6

29

AD 10

180

0

9

27

AD 9

178

0

5

24

AD 8

420

0

3

33

AD 7

328

0

7

47

AD 6

198

0

7

53

AD 5

209

0

6

58

Total AD

2649

10

66

415

AST 11

147

10

0

34

AST 10

95

0

20

30

AST 9

364

0

4

44

AST 8

421

0

6

41

AST 7

443

0

1

44

AST 6

311

0

7

71

AST 5

295

0

17

62

AST 4

320

0

6

76

AST 3

270

0

5

71

AST 2

168

0

0

60

AST 1

37

0

0

68

Total AST

2871

10

66

601

AST/SC 6

0

0

0

0

AST/SC 5

0

0

0

0

AST/SC 4

0

0

0

0

AST/SC 3

0

0

0

0

AST/SC 2

50

0

0

0

AST/SC 1

20

0

0

0

AST/SC total

70

0

0

0

Total

5591(1)

20(2)

132

1 016

Total Finali

6739(3)

Grupp ta’ funzjoni u grad

2016

Postijiet tax-xogħol permanenti

Postijiet tax-xogħol temporanji

Oħrajn

Gruppi politiċi

Mhux f'kategorija

1

0

0

0

AD 16

13

0

1

7

AD 15

47

0

1

4

AD 14

227

2

7

29

AD 13

456

8

2

40

AD 12

244

0

12

64

AD 11

174

0

6

30

AD 10

195

0

9

26

AD 9

178

0

6

29

AD 8

435

0

3

37

AD 7

286

0

6

57

AD 6

196

0

8

48

AD 5

223

0

5

44

Total AD

2 674

10

66

415

AST 11

147

10

0

36

AST 10

95

0

20

33

AST 9

494

0

4

44

AST 8

321

0

6

40

AST 7

413

0

2

43

AST 6

321

0

6

72

AST 5

307

0

19

69

AST 4

400

0

5

78

AST 3

249

0

4

73

AST 2

93

0

0

58

AST 1

52

0

0

55

Total AST

2 892

10

66

601

SC 6

0

0

0

0

SC 5

0

0

0

0

SC 4

0

0

0

0

SC 3

0

0

0

0

SC 2

50

0

0

0

SC 1

20

0

0

0

Total SC

70

0

0

0

Total

5 637(4)

20(5)

132

1 016

Total Finali

6 785(6) (7)

Anness

DĦUL ASSENJAT

Linja baġitarja

Intestatura

Dħul użat

Stimi

2014

2016

5000

Rikavat mill-bejgħ ta' materjal tat-trsaport

-

p.m.

5001

Rikavat mill-bejgħ ta' proprjetajiet oħrajn

6.888

5.000

5002

Dħul li jiġi mir-rikavat tal-provvista mogħtija lill-istituzzjonijiet jew korpi oħra

6.428

19.000

502

Rikavat mill-bejgħ ta’ pubblikazzjonijiet, stampar u films

5.848

1.000

5110

Rikavat minn kirjiet u sottokirjiet ta' proprjetajiet

2.728.922

2.540.000

5111

Rimborż tal-ispejjeż tal-kiri

10.681

10.000

550

Dħul li jiġi mir-rikavat mill-forniment ta' servizzi u xogħol magħmula għal istituzzjonijiet jew korpi oħra, inkluż ir-rifużjoni ta' allowances għal missjonijiet imħallsa mill-kontijiet ta' istituzzjonijiet jew korpi oħra u mħallsa f'isimhom

5.232.192

1.745.000

551

Dħul li jiġi minn partijiet terzi għall-forniment ta' servizzi jew xogħlijiet magħmula fuq talba tagħhom

1.105.305

p.m.

570

Dħul mill-ħlas lura ta' somom li ma kinux imħallsa kif suppost

4.705.965

154.000

571

Dħul iddestinat għal skop determinat, bħad-dħul minn fondazzjonjiet, sussidji, rigali u benefiċċji oħra, inkluż id-dħul proprju assenjat għal kull istituzzjoni

-

p.m.

573

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet oħra marbuta mal-ħidma amministrattiva tal-istituzzjoni

2.084.376

25.000

581

Dħul li jiġi mill-ħlasijiet tal-assigurazzjonijiet riċevuti

185.508

p.m.

6600

Kontribuzzjonijiet u rifużjonijiet assenjati oħra

10.875.372

2.188.000

 

 TOTAL

26.947.485

6.687.000

(1)

Li minnhom tliet promozzjonijiet "ad personam" (tliet AD 14 għal AD 15) ingħataw f'każijiet eċċezzjonali bil-mertu tal-uffiċjali.

(2)

Riżerva konċettwali għall-uffiċjali sekondati fl-interessi tas-servizz mhux inklużi fit-Total Ġenerali.

(3)

Il-ftehim ta' kooperazzjoni interistituzzjonali ffirmat fil-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jipprevedi t-trasferiment ta' massimu ta' 80 post ġdid (60 AD u 20 AST) minn dawk il-kumitati. Din l-implimentazzjoni effettiva titwettaq b'mod gradwali, mill-ħarifa tal-2014, u ż-żieda tal-pożizzjonijiet imsemmija fit-tabella tal-persunal tal-Parlament (li seħħet diġà fl-2014) trid tiġi kkumpensata mill-abolizzjoni ta' numru korrispondenti ta' postijiet fit-tabella tal-persunal taż-żewġ kumitati.

(4)

Li minnhom tliet promozzjonijiet "ad personam" (tliet AD 14 għal AD 15) ingħataw f'każijiet eċċezzjonali bil-mertu tal-uffiċjali.

(5)

Riżerva konċettwali għall-uffiċjali sekondati fl-interessi tas-servizz mhux inklużi fit-Total Ġenerali.

(6)

Il-ftehim ta' kooperazzjoni interistituzzjonali ffirmat fil-5 ta' Frar 2014 bejn il-Parlament, il-Kumitat tar-Reġjuni u l-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jipprevedi t-trasferiment ta' massimu ta' 80 post ġdid (60 AD u 20 AST) minn dawk il-kumitati. Din l-implimentazzjoni effettiva titwettaq b'mod gradwali, mill-ħarifa tal-2014, u ż-żieda tal-pożizzjonijiet imsemmija fit-tabella tal-persunal tal-Parlament (li seħħet diġà fl-2014) trid tiġi kkumpensata mill-abolizzjoni ta' numru korrispondenti ta' pożizzjonijiet fit-tabella tal-persunal taż-żewġ kumitati.

(7)

L-imputazzjoni dwar it-total, skont il-grad u l-kategorija tat-tnaqqis iddikjarat ta' 1 % tal-persunal (57 pożizzjoni) se ssir waqt il-qari tal-PE dwar l-abbozz tal-baġit tal-2016.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

27.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

25

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Richard Ashworth, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureșan, Jan Olbrycht, Younous Omarjee, Urmas Paet, Pina Picierno, Paul Rübig, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Marco Valli, Monika Vana, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andrey Novakov, Stanisław Ożóg, Ivan Štefanec, Flavio Zanonato

Avviż legali