Proċedura : 2015/2071(IMM)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0151/2015

Testi mressqa :

A8-0151/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 19/05/2015 - 5.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0194

RAPPORT     
PDF 140kWORD 60k
11.5.2015
PE 554.969v01-00 A8-0151/2015

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II)

(2015/2071(IMM))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Andrzej Duda

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis (II)

(2015/2071(IMM))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra t-talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis, li ntbagħtet fl-10 ta' Marzu 2015 mis-Sostitut tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja b'rabta mal-proċediment Nru ΑΒΜ Δ2011/5382, Β2012/564, pendenti quddiem il-Qorti tal-Prim Istanza ta' Thessaloniki u mħabbra fil-plenarja fil-25 ta' Marzu 2015,

–       wara li kkunsidra l-fatt li s-Sur Zagorakis irrinunzja għad-dritt li jinstema' f'konformità mal-Artikolu 9(5) tar-Regoli ta' Proċedura,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 8 u 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll l-Artikolu 6(2) tal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 dwar l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett,

–       wara li kkunsidra s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tat-12 ta' Mejju 1964, tal-10 ta' Lulju 1986, tal-15 u tal-21 ta' Ottubru 2008, tad-19 ta' Marzu 2010 u tas-6 ta' Settembru 2011(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 5(2), l-Artikolu 6(1), u l-Artikolu 9 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A8-0151/2015),

A.     billi s-Sostitut tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja talab it-tneħħija tal-immunità ta' Theodoros Zagorakis, Membru tal-Parlament Ewropew, b'rabta ma' azzjoni legali possibbli fir-rigward ta' reat allegat;

B.     billi l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea jiddikjara li l-Membri tal-Parlament Ewropew għandhom igawdu, fit-territorju tal-istat tagħhom stess, l-immunitajiet mogħtija lil membri tal-parlament ta' dak l-istat;

C.     billi l-Artikolu 62 tal-Kostituzzjoni tar-Repubblika Ellenika jipprevedi li, tul il-leġiżlatura parlamentari, il-membri tal-parlament ma jistgħux jitressqu quddiem il-qorti, jiġu arrestati, impriġunati jew detenuti b'xi mod ieħor mingħajr il-permess minn qabel tal-parlament;

D.     billi s-Sur Zagorakis huwa akkużat li huwa responsabbli għal irregolaritajiet finanzjarji bejn l-2007 u l-2012 fil-klabb tal-futbol PAOK, li dak iż-żmien kien president tiegħu;

E.     billi huwa evidenti li r-reat allegat m'għandu l-ebda rabta mal-kariga tas-Sur Zagorakis bħala Membru tal-Parlament Ewropew, iżda pjuttost huwa marbut mal-pożizzjoni tiegħu bħala president tal-klabb tal-futbol PAOK;

F.     billi l-prosekuzzjoni ma tikkonċernax l-opinjonijiet espressi jew il-voti mogħtija fil-qadi tad-dmirijiet bħala Membru tal-Parlament Ewropew għall-iskopijiet tal-Artikolu 8 tal-Protokoll Nru 7 dwar il-Privileġġi u l-Immunitajiet tal-Unjoni Ewropea;

G.     billi m'hemm l-ebda raġuni għal suspett li l-intenzjoni wara dawn il-proċedimenti kriminali hija biex issir ħsara lill-attività politika tal-Membru (fumus persecutionis), minħabba l-fatt li l-prosekuzzjoni nbdiet għadd ta' snin qabel ma l-Membru beda l-kariga tiegħu;

1.      Jiddeċiedi li jneħħi l-immunità ta' Theodoros Zagorakis;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi minnufih din id-deċiżjoni, flimkien mar-rapport tal-kumitat responsabbli, lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku fil-Qorti Suprema tal-Greċja u lil Theodoros Zagorakis.

(1)

Sentenza tad-9 ta' Ottubru 1964 fil-Kawża 101/63 Wagner v Fohrmann u Krier (ECR 1964, p. 419); Sentenza tal-10 ta' Lulju 1986 fil-Kawża 149/85 Wybot v Faure u oħrajn (ECR 1986, p. 2403); Sentenza tal-15 ta' Ottubru 2008 fil-Kawża T-345/05 Mote v il-Parlament (ECR 2008, p. II-2849); Sentenza tal-21 ta' Ottubru 2008 fil-Kawżi Konġunti C-200/07 u C-201/07 Marra v De Gregorio u Clemente (ECR 2008, p. I-7929); Sentenza tad-19 ta' Marzu 2010 fil-Kawża T-42/06 Gollnisch v il-Parlament (ECR 2010, p. II-1135); Sentenza tas-6 ta' Settembru 2011 fil-Kawża C-163/10 Patriciello (ECR 2011, p. I-7565).


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

6.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Joëlle Bergeron, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Kostas Chrysogonos, Therese Comodini Cachia, Mady Delvaux, Laura Ferrara, Dietmar Köster, Gilles Lebreton, António Marinho e Pinto, Pavel Svoboda, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Luis de Grandes Pascual, Angel Dzhambazki, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Virginie Rozière

Avviż legali