Proċedura : 2014/0121(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0158/2015

Testi mressqa :

A8-0158/2015

Dibattiti :

PV 07/07/2015 - 10
CRE 07/07/2015 - 10
PV 13/03/2017 - 12
CRE 13/03/2017 - 12

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2015 - 4.6
CRE 08/07/2015 - 4.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 14/03/2017 - 6.3

Testi adottati :

P8_TA(2015)0257
P8_TA(2017)0067

ABBOZZ TA' RAPPORT     ***I
PDF 1425kWORD 827k
12.5.2015
PE 544.471v03-00 A8-0158/2015

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

(COM(2014)0213 – C7‑0147/2014 – 2014/0121(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Sergio Gaetano Cofferati

Rapporteur għal opinjoni (*):

Olle Ludvigsson, Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

(*)       Proċedura b'kumitati assoċjati - Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji(*)
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

(COM(2014)0213 – C7‑0147/2014 – 2014/0121(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0213),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikoli 50 u 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8–0147/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tad-9 ta' Lulju 2014(1),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0158/2014),

1.      Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(2)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

DIRETTIVA (UE) 2015/...TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

ta'

li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti f'kumpaniji kkwotati, kumpaniji kbar u gruppi kbar, u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva u d-Direttiva 2004/109/KE

(Test b'relevanza għaż-ŻEE)

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikoli 50 u 114 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew(3),

Wara li kkonsultaw lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)         Id-Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4) tistabbilixxi r-rekwiżiti fir-rigward tal-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti marbuta ma' ishma ta' votazzjoni fir-rigward tal-laqgħat ġenerali ta' kumpaniji li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru u li l-ishma tagħhom ikunu ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru. Din id-Direttiva għandha tkopri wkoll lill-kumpaniji kbar u l-gruppi kbar, kif definiti fid-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, li ma jkollhomx ishma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat, dment li jwettqu wkoll attivitajiet li jkollhom impatt sinifikanti.

(2)         Minkejja li ma jkunux is-sidien tal-korporazzjonijiet, li huma entitajiet ġuridiċi separati lil hinn mill-kontroll sħiħ tagħhom, l-azzjonisti jiżvolġu rwol rilevanti fil-governanza ta' dawk il-korporazzjonijiet. Il-kriżi finanzjarja wriet li f'ħafna każijiet, l-azzjonisti appoġġaw it-teħid eċċessiv ta' riskji fuq żmien qasir mill-maniġers. Barra minn hekk, ▌il-livell attwali ta' "monitoraġġ" u involviment fil-kumpaniji li fihom isir investiment mill-investituri istituzzjonali u mill-maniġers tal-assi ta' spiss ma jkunx adegwat u jkun wisq iffokat fuq reditti fuq żmien qasir, u dan iwassal għal governanza korporattiva u prestazzjoni subottimali tal-kumpaniji kkwotati.

(2a)  Involviment ikbar min-naħa tal-azzjonisti fil-governanza korporattiva tal-kumpaniji huwa waħda mill-lievi li jistgħu jikkontribwixxu għal titjib fil-prestazzjoni finanzjarja u dik mhux finanzjarja ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, peress li d-drittijiet tal-azzjonisti mhumiex l-uniku fattur fuq żmien twil li hemm bżonn jiġi kkunsidrat fil-governanza korporattiva , għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri addizzjonali biex jiġi żgurat involviment ikbar mill-partijiet interessati kollha, b'mod partikolari l-impjegati, l-awtoritajiet lokali u s-soċjetà ċivili.

(3)         Fil-Pjan ta' Azzjoni dwar id-dritt soċjetarju Ewropew u l-governanza korporattiva(5), il-Kummissjoni ħabbret għadd ta' azzjonijiet fil-qasam tal-governanza korporattiva, b'mod partikolari sabiex tħeġġeġ l-involviment fit-tul tal-azzjonisti u biex ittejjeb it-trasparenza bejn il-kumpaniji u l-investituri.

(4)         Sabiex jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u l-involviment bejn il-kumpaniji kkwotati u l-azzjonisti, il-kumpaniji kkwotati għandu jkollhom il-possibbiltà li jidentifikaw lill-azzjonisti tagħhom u li jikkomunikaw direttament magħhom. Għalhekk, sabiex ittejjeb it-trasparenza u d-djalogu, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal qafas li jiżgura li l-azzjonisti jistgħu jiġu identifikati.

(5)         L-eżerċitar effettiv tad-drittijiet tagħhom mill-azzjonisti jiddependi ħafna fuq l-effiċjenza tal-katina tal-intermedjarji li jżommu l-kontijiet tat-titoli għall-azzjonisti, speċjalment f'kuntest transkonfinali. Din id-Direttiva għandha l-għan li ttejjeb it-trażmissjoni ta' informazzjoni mill-intermedjarji tul il-katina ta' parteċipazzjoni fil-kapital biex jiġi ffaċiltat l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti.

(6)  Fid-dawl tar-rwol importanti tal-intermedjarji, għandhom ikunu obbligati jiffaċilitaw l-eżerċitar tad-drittijiet mill-azzjonisti ▌meta l-azzjonisti jkunu jixtiequ jeżerċitaw dawn id-drittijiet huma stess jew meta jkunu jixtiequ jinnominaw lil persuna terza biex tagħmel dan. Meta l-azzjonisti ma jkunux iridu jeżerċitaw id-drittijiet huma stess u jkunu nnominaw lill-intermedjarju bħala terza persuna, dan tal-aħħar għandu jkun obbligat li jeżerċita dawn id-drittijiet fuq l-awtorizzazzjoni u l-istruzzjoni espliċiti tal-azzjonisti u għall-benefiċċju tagħhom.

(7)         Sabiex jiġi promoss l-investiment fil-kapital madwar l-Unjoni u l-eżerċitar tad-drittijiet relatati mal-ishma, din id-Direttiva għandha tistabbilixxi grad għoli ta' trasparenza fir-rigward ta' kemm jiswew is-servizzi fornuti mill-intermedjarji. Saiex tipprevjeni d-diskriminazzjoni fil-prezzijiet tal-parteċipazzjoni f'ishma transkonfinali meta mqabbla ma' parteċipazzjoni f'ishma purament domestiċi, kwalunkwe differenza fil-ħlasijiet imposti bejn l-eżerċizzju domestiku u transkonfinali tad-drittijiet għandha tiġi ġġustifikata kif dovut u għandha tirrifletti l-varjazzjoni fl-ispejjeż reali mġarrba għall-forniment tas-servizzi pprovduti mill-intermedjarji. L-intermedjarji f'pajjiżi terzi li jkunu waqqfu fergħa fl-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għar-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni ta' informazzjoni, il-faċilitazzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u t-trasparenza tal-ispejjeż biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar l-ishma miżmuma permezz ta' intermedjarji ta' dan it-tip;

(8)  L-involviment effettiv u sostenibbli tal-azzjonisti huwa element rilevanti tal-mudell ta' governanza korporattiva tal-kumpaniji kkwotati, li jiddependi fuq is-sistema ta' kontrolli u bilanċi bejn l-organi u l-partijiet interessati differenti. L-involviment xieraq tal-partijiet interessati, b'mod partikolari tal-impjegati, għandu jiġi kkunsidrat bħala element tal-ogħla importanza fl-iżvilupp ta' qafas Ewropew ibbilanċjat fir-rigward tal-governanza korporattiva.

(9)         Investituri istituzzjonali u maniġers tal-assi ta' spiss ikunu azzjonisti importanti tal-kumpaniji kkwotati fl-Unjoni u għalhekk jistgħu jiżvolġu rwol sinifikanti fil-governanza korporattiva ta' dawn il-kumpaniji, iżda wkoll b'mod aktar ġenerali fir-rigward tal-istrateġija u l-prestazzjoni fuq żmien twil ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, l-esperjenza tal-aħħar snin uriet li ħafna drabi l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jinvolvux ruħhom b'mod xieraq mal-kumpaniji li fihom ikollhom ishma u ▌s-swieq kapitali spiss jagħmlu pressjoni fuq il-kumpaniji biex jagħtu riżultati fuq żmien qasir, li jipperikola l-prestazzjoni finanzjarja u dik mhux finanzjarja tal-kumpaniji fuq żmien twil u jwassal, fost diversi konsegwenzi negattivi oħra, għal livell subottimali ta' investimenti, pereżempju fir-riċerka u l-iżvilupp għad-detriment tal-prestazzjoni fuq żmien twil ▌tal-kumpaniji ▌.

(9a)       Il-parteċipazzjoni azzjonarja fuq żmien twil tipprovdi iżjed stabbiltà għall-kumpaniji u normalment tħeġġiġhom jiffokaw l-istrateġiji tagħhom fuq il-prestazzjoni finanzjarja u dik mhux finanzjarja fuq żmien twil. Sabiex jitħeġġeġ involviment pożittiv u fqu żmien twil min-naħa ttal-azzjonisti , għandhom jiġu implimentati mekkaniżmi li jinċentivaw il-parteċipazzjoni azzjonarja fuq żmien twil.

(10)  Ħafna drabi, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jkunux trasparenti dwar l-istrateġiji ta' investiment u l-politika ta' involviment tagħhom u dwar l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħhom. L-iżvelar pubbliku ta' din l-informazzjoni kieku jkollu impatt pożittiv fuq l-għarfien tal-investituri, jippermetti li l-benefiċjarji aħħarin bħall-pensjonanti futuri jottimizzaw id-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom, jiffaċilita d-djalogu bejn il-kumpaniji u l-azzjonisti tagħhom, itejjeb l-involviment tal-azzjonisti u jsaħħaħ ir-responsabiltà tal-kumpaniji fir-rigward tal-partijiet interessati u s-soċjetà ċivili.

(11)       Għalhekk, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom jiżviluppaw politika dwar l-involviment tal-azzjonisti, li tiddetermina, fost l-oħrajn, kif jintegraw l-involviment tal-azzjonisti fl-istrateġija ta' investiment tagħhom, kif jimmonitorjaw il-kumpaniji li fihom jinvestu, inklużi r-riskji ambjentali u soċjali, imexxu djalogi mal-kumpaniji li fihom jinvestu u mal-partijiet interessati tagħhom u jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot. Politika dwar l-involviment ta' dan it-tip għandha tinkludi politiki biex jiġu ġestiti l-kunflitti ta' interessi reali jew potenzjali, bħall-provvista ta' servizzi finanzjarji mill-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew il-kumpaniji affiljati magħhom, lill-entità li fiha jsir investiment Din il-politika, l-implimentazzjoni tagħha u r-riżultati ta' dawn għandhom jiġu żvelati pubblikament u jintbagħtu lill-klijenti tal-investituri istituzzjonali kull sena. Meta l-investituri istituzzjonali jew il-maniġers tal-assi jiddeċiedu li ma jiżviluppawx politika ta' involviment u/jew jiddeċiedu li ma jiżvelawx l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħha huma għandhom jagħtu spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ.

(12)  Kull sena l-investituri istituzzjonali għandhom jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija ta' investiment tagħhom ▌hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-assi tagħhom fuq żmien medju sa żmien twil. Meta jagħmlu użu minn maniġers tal-assi, jew permezz ta' mandati diskrezzjonali li jinvolvu l-ġestjoni tal-assi fuq bażi individwali jew permezz ta' fondi raggruppati, għandhom jiżvelaw pubblikament l-elementi ewlenin tal-arranġament mal-maniġer tal-assi fir-rigward ta' għadd ta' kwistjonijiet, bħal jekk jinċentivawx lill-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta' investiment tiegħu mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, jekk jinċentivawx lill-maniġer tal-assi biex jieħu deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' prestazzjoni tal-kumpanija fuq żmien medju sa żmien twil u biex jinvolvi ruħu mal-kumpaniji, kif jivvalutaw il-prestazzjoni tal-maniġers tal-assi, l-istruttura tal-korrispettiv għas-servizzi ta' ġestjoni tal-assi u l-fatturat tal-portafoll fil-mira. Dan kieku jikkontribwixxi għal allinjament xieraq tal-interessi bejn il-benefiċjarji finali tal-investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi u l-kumpaniji li fihom isir investiment u potenzjalment għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' investiment fuq żmien itwal u relazzjonijiet fuq żmien itwal mal-kumpaniji li fihom isir investiment li jinvolvu l-involviment tal-azzjonisti.

(13)  Il-maniġers tal-assi għandhom ikunu rikjesti jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija ta' investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha huma konformi mal-arranġament tal-ġestjoni tal-assi u kif l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta' investiment jikkontribwixxu għall-prestazzjoni fuq żmien medju sa żmien twil tal-assi tal-investitur istituzzjonali. Barra minn hekk, għandhom jiżvelaw pubblikament il-fatturat tal-portafoll, jekk jagħmlux deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' ġudizzji dwar il-prestazzjoni fuq żmien medju sa żmien twil tal-kumpanija li fiha jsir investiment, ▌u jekk il-maniġer tal-assi jużax konsulenti bi prokura għall-finijiet tal-attivitajiet ta' involviment tiegħu. Għandha tiġi żvelata informazzjoni ulterjuri mill-maniġers tal-assi direttament lill-investituri istituzzjonali, inkluża informazzjoni dwar il-kompożizzjoni tal-portafoll, dwar l-ispejjeż tal-fatturat tal-portafoll, dwar il-kunflitti ta' interess li jkunu rriżultaw u dwar kif ġew indirizzati. Din l-informazzjoni tippermetti li l-investitur istituzzjonali jimmonitorja aħjar il-maniġer tal-assi, tipprovdi inċentivi għal allinjament xieraq tal-interessi u għall-involviment tal-azzjonisti.

(14)       Sabiex itejbu l-informazzjoni fil-katina ta' investiment fil-kapital, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiżguraw sa fejn jistgħu li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom rigward il-votazzjoni jkunu preċiżi u kredibbli, abbażi ta' analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli għalihom u li ma jkunux affettwati minn xi kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju. Il-konsulenti bi prokura għandhom jadottaw u jsegwu kodiċi ta' kondotta. Devjazzjonijiet mill-kodiċi għandhom jiġu ddikjarati u spjegati, flimkien ma' kwalunkwe soluzzjoni alternattiva li tkun ġiet adottata. Il-konsulenti bi prokura għandhom jirrapportaw dwar l-applikazzjoni tal-kodiċi ta' kondotta tagħhom kull sena. Għandhom jiżvelaw ċerta informazzjoni importanti relatata mat-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tagħhom rigward il-votazzjoni u kwalunkwe kunflitt ta' interessi reali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta' negozju li jistgħu jinfluwenzaw it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet rigward il-votazzjoni.

(15)  Peress li r-remunerazzjoni hija waħda mill-istrumenti fundamentali għall-kumpaniji biex jallinjaw l-interessi tagħhom ma' dawk tad-diretturi tagħhom u fid-dawl tar-rwol kruċjali tad-diretturi fil-kumpaniji, huwa importanti li l-politika ta' remunerazzjoni tal-kumpaniji tiġi stabbilita b'mod xieraq mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6) u waqt li jitqiesu d-differenzi fl-istrutturi tal-bordijiet applikati mill-kumpaniji fl-Istati Membri differenti. Il-prestazzjoni tad-diretturi għandha tiġi vvalutata kemm permezz ta' kriterji dwar il-prestazzjoni finanzjarja u kemm permezz ta' kriterji dwar il-prestazzjoni mhux finanzjarja, inklużi fatturi ambjentali, soċjali u ta' governanza.

(15a)     Il-politika ta' remunerazzjoni għad-diretturi tal-kumpaniji għandha tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir fuq żmien twil tal-kumpanija sabiex tiġi tikkorrispondi għal prattika aktar effettiva ta' governanza korporattiva u ma tkunx marbuta għal kollox jew fil-biċċa l-kbira mal-objettivi ta' investiment fuq żmien qasir.

(16)       Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti jkollhom vuċi effettiva fir-rigward tal-politika ta' remunerazzjoni, għandhom jingħataw id-dritt li japprovaw il-politika ta' remunerazzjoni, abbażi ta' ħarsa ġenerali ċara, li tinftiehem u komprensiva tal-politika ta' remunerazzjoni tal-kumpanija, li għandha tkun allinjata mal-istrateġija kummerċjali, l-għanijiet, il-valuri u l-interessi fuq żmien twil tal-kumpanija u għandhom jinkorporaw miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. Il-kumpaniji għandhom iħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont politika ta' remunerazzjoni li tkun ġiet approvata mill-azzjonisti. Il-partijiet interessati, b'mod partikolari l-impjegati, għandhom ikunu intitolati, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, li jesprimu opinjoni dwar il-politika ta' remunerazzjoni qabel ma tiġi ppreżentata għall-votazzjoni tal-azzjonisti. Il-politika ta' remunerazzjoni approvata għandha tiġi żvelata pubblikament mingħajr dewmien.

(17)  Biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni tkun konformi mal-politika approvata, l-azzjonisti għandhom jingħataw id-dritt li jivvotaw fuq ir-rapport ta' remunerazzjoni tal-kumpanija. Sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà tad-diretturi, ir-rapport ta' remunerazzjoni għandu jkun ċar u jinftiehem u għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tar-remunerazzjoni mogħtija lid-diretturi individwali fl-aħħar sena finanzjarja. Fejn l-azzjonisti jivvotaw kontra r-rapport ta' remunerazzjoni, il-kumpanija għandha, fejn ikun meħtieġ, tidħol fi djalogu mal-azzjonisti sabiex tidentifika r-raġunijiet għar-rifjut. Il-kumpanija għandha tispjega fir-rapport ta' remunerazzjoni li jmiss kif il-vot tal-azzjonisti jkun ġie kkunsidrat. Il-partijiet interessati, b'mod partikolari l-impjegati, għandhom ikunu intitolati, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, li jesprimu opinjoni dwar ir-rapport ta' remunerazzjoni qabel ma jiġi ppreżentat għall-votazzjoni tal-azzjonisti.

(17a)     Iż-żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet ta' kumpaniji kbar, u b'mod partikolari fir-rigward tal-profitti li jkunu għamlu, it-taxxi fuq il-profitti li ħallsu u s-sussidji li rċievew, hija essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja u jiġi ffaċilitat l-involviment tal-azzjonisti u ċ-ċittadini l-oħra tal-UE fil-kumpaniji. Ir-rapportar obbligatorju f'dan il-qasam jista' għalhekk jitqies bħala element importanti tal-responsabbiltà korporattiva tal-kumpaniji fir-rigward tal-azzjonisti u s-soċjetà.

(18)       Sabiex il-partijiet interessati, l-azzjonisti u s-soċjetà ċivili jkollhom aċċess faċli għall-informazzjoni kollha rilevanti dwar il-governanza korporattiva, ir-rapport ta' remunerazzjoni għandu jkun parti mid-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva li l-kumpaniji kkwotati għandhom jippubblikaw skont l-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013(7).

(18a)     Jeħtieġ issir distinzjoni bejn il-proċeduri li permezz tagħhom tiġi stabbilita r-remunerazzjoni tad-diretturi u s-sistemi li bihom jiġu ddeterminati l-pagi tal-impjegati. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet fundamentali garantit mill-Artikolu 153(5) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti u x-xogħol, u d-drittijiet, fejn japplika, tal-imsieħba soċjali li jikkonkludu u jinfurzaw ftehimiet kollettivi skont il-liġi u l-użanzi nazzjonali.

(18b)     Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ukoll, fejn applikabbli, ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp amministrattiv, maniġerjali jew superviżorju kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

(19)       Tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati jistgħu jikkawżaw preġudizzju lill-kumpaniji ▌, peress li jistgħu jagħtu lill-parti relatata l-opportunità għal valur xieraq li jappartjeni lill-kumpanija. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tal-interessi tal-kumpaniji. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati ▌jkunu approvati mill-azzjonisti jew mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpaniji, skont proċeduri li ma jħallux parti relatata tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha u jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi tal-azzjonisti li mhumiex partijiet relatati, inklużi l-azzjonisti minoritarji. Għal tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati ▌l-kumpaniji għandhom iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet mhux aktar tard minn meta tiġi konkluża t-tranżazzjoni, u jakkumpanjaw it-tħabbira b'rapport ▌li jevalwa jekk it-tranżazzjoni hijiex fuq termini tas-suq u li jikkonferma li t-tranżazzjoni hija ġusta u raġonevoli mill-perspettiva tal-kumpanija, inklużi l-azzjonisti minoritarji. L-Istati Membri għandhom jitħallew jeskludu tranżazzjonijiet annotati bejn il-kumpaniji u impriżi konġunti u membru jew membri tal-grupp tagħha, sakemm dawk il-membri tal-grupp jew l-impriżi konġunti jkunu proprjetà sħiħa tal-kumpanija u sakemm ebda parti relatata oħra tal-kumpanija ma jkollha interess fil-membri jew fl-impriżi konġunti, kif ukoll tranżazzjonijiet annotati fil-perkors normali tan-negozju u konklużi fuq it-termini normali tas-suq.

(20)  Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995(8) huwa meħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. L-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar l-azzjonisti għandha tkun limitata għall-isem u d-dettalji ta' kuntatt, inkluż l-indirizz sħiħ, in-numru tat-telefon u, jekk ikun rilevanti, l-indirizz tal-posta elettronika tal-azzjonisti korrispondenti u l-għadd ta' ishma u d-drittijiet tal-vot li jkollhom dawn l-azzjonisti. Din l-informazzjoni għandha tkun preċiża u għandha tinżamm aġġornata, u l-intermedjarji kif ukoll il-kumpaniji għandhom jippermettu r-rettifika jew it-tħassir tad-dejta kollha li tkun inkorretta jew li ma tkunx sħiħa. Din l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni dwar l-azzjonisti ma għandhiex tintuża għal xi għan ieħor għajr il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti, tal-involviment tal-azzjonisti u tad-djalogu bejn il-kumpanija u l-azzjonist.

(21)       Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tal-Artikoli dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, dwar it-trażmissjoni tal-informazzjoni, dwar il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u dwar ir-rapporti ta' remunerazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-TFUE fir-rigward tad-definizzjoni tar-rekwiżiti rigward it-trażmissjoni tal-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni bejn il-kumpanija u l-azzjonisti, il-faċilitazzjoni mill-intermedjarju tal-eżerċitar tad-drittijiet min-naħa tal-azzjonisti u l-preżentazzjoni standardizzata tar-rapport ta' remunerazzjoni. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol preparatorju tagħha, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, fit-tħejjija u t-tfassil ta' atti delegati, għandha tiżgura t-trażmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(22)  Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti f’din id-Direttiva jew il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva jiġu applikati fil-prattika, kull ksur ta’ dawk ir-rekwiżiti għandu jkun soġġett għal penali. Għal dak il-għan, il-penali għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati biżżejjed.

(23)       Peress li minħabba n-natura internazzjonali tas-suq tal-ekwità tal-Unjoni, l-għanijiet ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jintlaħqu biżżejjed mill-Istati Membri u azzjoni mill-Istati Membri weħidhom x’aktarx li twassal għal settijiet differenti ta’ regoli, li jistgħu jimminaw jew joħolqu ostakli ġodda għat-tħaddim tas-suq intern, l-għanijiet jistgħu, minħabba l-iskala u l-effetti tagħhom, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju ta’ proporzjonalità, kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li hu meħtieġ sabiex dawk l-għanijiet jintlaħqu."

(24)  F’konformità mad-Dikjarazzjoni Politika Konġunta tal-Istati Membri u tal-Kummissjoni tat-28 ta’ Settembru 2011 dwar id-dokumenti ta’ spjegazzjoni(9), l-Istati Membri ntrabtu li, f’każijiet ġustifikati, jakkumpanjaw in-notifika tal-miżuri ta’ traspożizzjoni tagħhom b’dokument wieħed jew aktar li jispjega r-relazzjoni bejn il-komponenti ta’ direttiva u l-partijiet korrispondenti ta’ strumenti ta’ traspożizzjoni nazzjonali. Fir-rigward ta’ din id-Direttiva, il-leġiżlatur iqis li t-trażmissjoni ta’ tali dokumenti hija ġġustifikata,

ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:

Artikolu 1Emendi għad-Direttiva 2007/36/KE

Id-Direttiva 2007/36/KE hija emendata kif ġej:

(-1)        It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

             "DIRETTIVA 2007/36/KE TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL tal-11 ta’ Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta’ ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta’ kumpaniji kkwotati, kumpaniji kbar u gruppi kbar".

(1)         L-Artikolu 1 huwa emendat kif ġej:

(a)    Fil-Paragrafu 1, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"Tistabbilixxi wkoll rekwiżiti speċifiċi sabiex jiġi ffaċilitat l-involviment tal-azzjonisti fit-tul, inklużi l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti. Barra minn hekk, toħloq trasparenza dwar il-politiki ta' involviment tal-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi u dwar l-attivitajiet tal-konsulenti bi prokura u tistabbilixxi ċerti rekwiżiti fir-rigward tar-remunerazzjoni tad-diretturi u tranżazzjonijiet ta' partijiet relatati."

(aa)  Wara l-paragrafu 3 jiżdied il-paragrafu li ġej:

“3a. L-impriżi msemmija fil-paragrafu 3 ma għandhom fl-ebda każ jiġu eżentati mid-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-Kapitolu Ib.”

(b)    Wara l-paragrafu 3a jiżdied il-paragrafu ▌li ġej:

3b   Il-Kapitolu Ib japplika għal investituri istituzzjonali u għal maniġers tal-assi sakemm dawn jinvestu, direttament jew permezz ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, f’isem l-investituri istituzzjonali, f’ishma. Japplika wkoll għall-konsulenti bi prokura.

(ba)  Wara l-paragrafu 3b jiżdied il-paragrafu li ġej:

"3c. Id-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva huma mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE li tirregola tipi speċifiċi ta' kumpaniji jew entitajiet ikkwotati. Id-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE għandhom jieħdu preċedenza fuq din id-Direttiva sa fejn ir-rekwiżiti previsti f'din id-Direttiva jikkontradixxu r-rekwiżiti stabbiliti fil-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE. Fejn id-Direttiva tipprevedi regoli aktar speċifiċi jew iżżid rekwiżiti meta mqabbel mad-dispożizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni settorjali tal-UE, dawk id-dispożizzjonijiet għandhom jiġu applikati b'mod konġunt mad-dispożizzjonijiet ta' din id-Direttiva".

(2)  Fl-Artikolu 2 jiżdiedu l-punti minn (d) - (j) li ġejjin:

“(d)   "intermedjarju" tfisser persuna ġuridika li jkollha l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha fl-Unjoni Ewropea u żżomm kontijiet tat-titoli għall-klijenti;

(da)  "kumpanija kbira" tfisser kumpanija li tissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(4) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(db)  "grupp kbir" tfisser grupp li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 3(7) tad-Direttiva 2013/34/UE;

(e)    "intermedjarju f’pajjiż terz" tfisser persuna ġuridika li jkollha l-uffiċċju reġistrat, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju tagħha barra mill-Unjoni u żżomm kontijiet tat-titoli għall-klijenti;

(f)   "investitur istituzzjonali" tfisser impriża li twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3)(a), (b) u (c), u attivitajiet ta’ riassigurazzjoni li jkopru obbligi ta’ assigurazzjoni tal-ħajja u mhux eskluża skont l-Artikoli 3, 4, 9, 10, 11 jew 12 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10) u istituzzjoni li tipprovdi għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali li jaqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(11) skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva fl-intier tagħha jew parzjalment għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta’ dik id-Direttiva;

(g)    "maniġer tal-assi" tfisser ditta ta’ investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12) li tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tal-portafolli lill-investituri istituzzjonali, AIFM (maniġer ta’ fond ta’ investiment alternattiv) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni skont l-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva jew kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(14); jew kumpanija ta’ investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-amministrazzjoni tagħha;

(h)  "involviment tal-azzjonisti" tfisser il-monitoraġġ minn azzjonist waħdu jew flimkien ma’ azzjonisti oħrajn, tal-kumpaniji dwar kwistjonijiet rilevanti inklużi l-istrateġija, il-prestazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja, ir-riskji, l-istruttura kapitali, ir-riżorsi umani, l-impatt soċjali u ambjentali u l-governanza korporattiva, li jkollhom djalogu mal-kumpaniji u l-partijiet interessati tagħhom dwar dawn il-kwistjonijiet u li jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot u drittijiet oħra marbuta mal-ishma;

(i)     "konsulent bi prokura" tfisser persuna ġuridika li tipprovdi, fuq bażi professjonali, rakkomandazzjonijiet lill-azzjonisti dwar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-vot tagħhom;

(l)     "Direttur" tfisser

-       kull membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta’ sorveljanza ta’ kumpanija;

-       il-kap eżekuttiv u d-deputati kapijiet eżekuttivi, meta mhumiex membri ta' korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji;

(j)     "parti relatata" għandha l-istess tifsira bħal fl-istandards internazzjonali tal-kontabbiltà adottati skont ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(15);

(ja) "assi" tfisser il-valur totali tal-assi ppreżentat fuq il-karta tal-bilanċ ikkonsolidata tal-kumpanija ppreparata skont l-istandards internazzjonali tar-rappurtar finanzjarju;

(jb)   "parti interessata" tfisser kull individwu, grupp, organizzazzjoni jew komunità lokali affettwat jew affettwata jew li għandu jew għandha interess fl-operat u l-prestazzjoni ta' kumpanija;

(jc)   "informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti" tfisser kwalunkwe informazzjoni li tippermetti li tiġi stabbilita l-identità ta' azzjonist, inklużi, tal-inqas:

-       l-ismijiet tal-azzjonisti u d-dettalji tagħhom (inklużi l-indirizz sħiħ, in-numru tat-telefon u l-indirizz tal-email), u, meta ma jkunux persuni ġuridiċi, l-identifikatur uniku tagħhom jew, jekk dan ma jkunx disponibbli, dejta ta' identifikazzjoni oħra;

-       l-għadd ta' ishma li għandhom u d-drittijiet tal-vot assoċjati ma' dawk l-ishma.

(2a)       Fl-Artikolu 2, jiżdied il-paragrafu li ġej:

"L-Istati Membri jistgħu jinkludu fid-definizzjoni ta’ Direttur imsemmija fil-punt (l) tal-ewwel paragrafu, għall-finijiet ta’ din id-Direttiva, individwi oħra li jkopru pożizzjonijiet simili."

(2b)       Wara l-Artikolu 2, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

“Artikolu 2aProtezzjoni tad-dejta

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kwalunkwe pproċessar ta’ dejta personali skont din id-Direttiva jsir skont il-liġijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 95/46/KE.”

(3)       Wara l-Artikolu 3, jiddaħħlu l-Kapitoli Ia u 1b li ġejjin

"KAPITOLU IA

L-identifikazzjoni tal-azzjonisti, It-trażmissjoni ta' informazzjoni u l-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti

Artikolu 3aL-identifikazzjoni tal-azzjonisti

1.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji joffru lill-kumpaniji l-possibbiltà biex l-azzjonisti tagħhom ikunu identifikati, filwaqt li jitqiesu s-sistemi nazzjonali eżistenti.

2.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba tal-kumpanija, l-intermedjarju jikkomunika mingħajr dewmien żejjed lill-kumpanija l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti. Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ kumpaniji azzjonarji, it-talba tal-kumpanija għandha tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed. L-intermedjarju li jkollu l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti għandu jibgħatha direttament lill-kumpanija.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li d-depożitarji ċentrali tat-titoli (CSDs) jkunu l-imtermedjarji responsabbli għall-ġbir tal-informazzjoni msemmija dwar l-identità tal-azzjonisti u biex jipprovduha direttament lill-kumpanija.

3.  L-azzjonisti għandhom jiġu infurmati kif xieraq mill-intermedjarju tagħhom li l-informazzjoni dwar l-identità tagħhom tista' tiġi pproċessata f'konformità ma' dan l-Artikolu u, jekk ikun il-każ, bil-fatt li din l-informazzjoni tkun effettivament ġiet trażmessa lill-kumpanija. Din l-informazzjoni tista’ tintuża biss għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonist, tal-involviment tiegħu u d-djalogu bejn il-kumpanija u l-azzjonist dwar kwistjonijiet relatati mal-kumpanija. Il-kumpaniji għandhom fi kwalunkwe każ jitħallew jagħtu lil partijiet terzi stampa ġenerali tal-istruttura azzjonarja tal-kumpanija billi jiżvelaw il-kategoriji differenti ta' azzjonisti. Il-kumpanija u l-intermedjarju għandhom jiżguraw li l-persuni naturali u ġuridiċi jkunu kapaċi jirrettifikaw jew iħassru kull dejta inkompluta jew mhux preċiża. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji u l-intermedjarji ma jaħżnux l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti trażmessa lilhom, f'konformità ma' dan l-Artikolu, għal aktar żmien milli meħtieġ u, fi kwalunkwe każ, għal aktar minn 24 xahar wara li l-kumpanija jew l-intermedjarji jkunu saru jafu li l-persuna kkonċernata ma tkunx għadha azzjonist.

3a.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, fuq talba ta' azzjonist, il-kumpaniji li jkunu identifikaw l-azzjonisti tagħhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-azzjonist l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti relatata mal-azzjonisti identifikati kollha li jkollhom aktar minn 0,5 % tal-ishma. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-azzjonisti li jirċievu din il-lista jitħallew jużawha biss biex jikkuntattjaw azzjonisti oħra fuq kwistjonijiet relatati mal-kumpanija u ma għandhomx ikunu awtorizzati jiżvelawha.

L-Istati Membri għandhom jippermettu lill-kumpaniji jimponu tariffa talli jqiegħdu din il-lista għad-dispożizzjoni ta' azzjonist. It-tariffa għandha tkun raġonevoli u proporzjonata, il-metodu tal-kalkolu tagħha għandu jkun trasparenti u nondiskriminatorju u fl-ebda każ ma għandha tkun ogħla minn terz tal-ispejjeż attwali mġarrba mill-kumpanija sabiex tidentifika l-azzjonisti. Kull differenza fil-ħlasijiet imposti bejn l-eżerċizzju domestiku u transfruntier tad-drittijiet għandha tkun awtorizzata biss meta tkun iġġustifikata kif xieraq u għandha tirrifletti l-varjazzjoni fl-ispejjeż attwali mġarrba biex jingħata s-servizz. Ebda ħlas ma għandu jiġi impost jekk l-Istat Membru ma jippermettix li l-intermedjarji jitolbu ħlas għall-ispejjeż sabiex jipprovdu s-servizzi msemmija f'dan l-Artikolu.

4.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li la intermedjarju li jirrapporta lill-kumpanija l-informazzjoni dwar l-identità tal-azzjonisti f'konformità mal-paragrafu 2, u lanqas kumpanija li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' azzjonist il-lista msemmija fil-paragrafu 3 f'konformità mad-dispożizzjonijiet definiti fih, ma jitqiesu li qed jiksru xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'kull dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.

5.      Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 14a, biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2, 3 u 3a fir-rigward tal-format tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, il-format tat-talba, inklużi l-formati siguri li għandhom jintużaw, u t-trażmissjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati.

Artikolu 3bIt-trażmissjoni ta’ informazzjoni

1.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jekk kumpanija ▌ma tikkomunikax direttament mal-azzjonisti tagħha, l-informazzjoni relatata mal-ishma tagħhom titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tal-websajt tal-kumpanija u tiġi trażmessa lilhom jew, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-azzjonist, lil parti terza, mill-intermedjarju mingħajr dewmien żejjed fil-każijiet kollha li ġejjin:

(a)    l-informazzjoni tkun meħtieġa biex jiġi eżerċitat id-dritt tal-azzjonist li jirriżulta mill-ishma tiegħu;

(b)    l-informazzjoni tiġi diretta lill-azzjonisti kollha li jkollhom ishma ta’ dik il-klassi.

2.  L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li l-kumpaniji jipprovdu u jagħtu l-informazzjoni lill-intermedjarju relatata mal-eżerċitar tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma skont il-paragrafu 1 b’mod standardizzat u f’waqtu.

3.      L-Istati Membri għandhom jobbligaw lill-intermedjarju jittrażmetti lill-kumpanija, skont l-istruzzjonijiet riċevuti mill-azzjonisti, mingħajr dewmien żejjed l-informazzjoni riċevuta mill-azzjonisti relatata mal-eżerċitar tad-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma tagħhom.

4.      Fejn ikun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ kumpaniji azzjonarji, l-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 3 għandha tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed.

5.      Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 14a, biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 1 sa 4 fir-rigward tal-konenut li għandu jiġi trażmess, l-iskadenzi li jridu jiġu osservati u t-tipi u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, inklużi l-formati siguri li għandhom jintużaw.

Artikolu 3cIl-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti

1.      L-Istati Membri jiżguraw li l-intermedjarji jiffaċilitaw l-eżerċitar tad-drittijiet mill-azzjonisti, inkluż id-dritt li jipparteċipaw u jivvotaw fil-laqgħat ġenerali. Din il-faċilitazzjoni tinkludi mill-inqas wieħed minn dawn li ġejjin:

(a)    l-intermedjarju jagħmel l-arranġamenti meħtieġa għall-azzjonist jew għal persuna terza maħtura mill-azzjonist biex ikunu jistgħu jeżerċitaw id-drittijiet huma stess;

(b)    l-intermedjarju jeżerċita d-drittijiet li jirriżultaw mill-ishma fuq l-awtorizzazzjoni u l-istruzzjoni espliċiti tal-azzjonist u għall-benefiċċju tiegħu.

2.      L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji jiżvelaw pubblikament, permezz tal-websajt tagħhom, il-minuti tal-laqgħat ġenerali tagħhom u r-riżultati tal-votazzjonijiet. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kumpaniji jikkonfermaw il-voti mitfugħa fil-laqgħat ġenerali minn jew f’isem l-azzjonisti, meta l-voti jintefgħu permezz ta’ mezzi elettroniċi. Fil-każ li l-intermedjarju jitfa’ l-vot, huwa jittrażmetti l-konferma tal-vot lill-azzjonist. Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f’katina ta’ kumpaniji azzjonarji, il-konferma tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed.

3.      Biex tiġi żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 14a, biex tispeċifika r-rekwiżiti minimi għall-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu fir-rigward tat-tip u l-kontenut tal-faċilitazzjoni, il-forma tal-konferma tal-votazzjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati.

Artikolu 3dTrasparenza dwar il-kostijiet

1.      L-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-intermedjarji jitolbu l-ispejjeż tas-servizz li se jiġi pprovdut mill-kumpaniji taħt dan il-kapitolu. L-intermedjarji jiżvelaw pubblikament il-prezzijiet, it-tariffi u kull ħlas ieħor b’mod separat għal kull servizz imsemmi f’dan il-kapitolu.

2.      Meta l-intermedjarji jitħallew jitolbu l-ispejjeż bi qbil mal-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-intermedjarji jiżvelaw pubblikament, separatament għal kull servizz, l-ispejjeż għas-servizzi msemmija f'dan il-kapitolu.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull ħlas li jista’ jiġi impost minn intermedjarju fuq l-azzjonisti, il-kumpaniji u l-intermedjarji oħra għandu jkun nondiskriminatorju, raġonevoli u proporzjonat. Kull differenza fil-ħlasijiet imposti bejn l-eżerċizzju domestiku u transfruntier tad-drittijiet għandha tiġi permessa biss meta tkun iġġustifikata kif xieraq u għandha tirrifletti l-varjazzjoni fl-ispejjeż attwali mġarrba biex jingħata s-servizz.

Artikolu 3eIntermedjarji ta' pajjiżi terzi

Intermedjarju f’pajjiż terz li jkun stabbilixxa fergħa fl-Unjoni jkun soġġett għal dan il-kapitolu.”

Artikolu 3eaAppoġġ għal parteċipazzjoni azzjonarja fit-tul

L-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa sabiex titrawwem il-parteċipazzjoni azzjonarja fit-tul. L-Istati Membri għandhom jiddefinixxu l-perjodu kwalifikanti sabiex persuna titqies azzjonist fit-tul, imma dan il-perjodu m’għandux ikun inqas minn sentejn.

Il-mekkaniżmu msemmi fl-ewwel subparagrafu għandu jinkludi wieħed jew iżjed minn dawn il-vantaġġi li ġejjin għall-azzjonisti fit-tul:

-       drittijiet tal-vot addizzjonali;

-       inċentivi fiskali;

-       dividendi ta’ lealtà;

-        azzjonijiet tajba ta’ lealtà.

KAPITOLU IBTRASPARENZA TAL-INVESTITURI ISTITUZZJONALI, IL-MANIĠERS TAL-ASSI U L-KONSULENTI BI PROKURA

Artikolu 3fIl-politika ta’ involviment

1.      L-Istati Membri, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3f(4), jiżguraw li l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jiżviluppaw politika dwar l-involviment tal-azzjonisti (“politika ta’ involviment”). Din il-politika ta’ involviment tiddetermina kif l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jwettqu l-azzjonijiet li ġejjin:

(a)    jintegraw l-involviment tal-azzjonisti fl-istrateġija ta’ investiment tagħhom;

(b)    jimmonitorjaw il-kumpaniji li fihom jinvestu, inkluż il-prestazzjoni mhux finanzjarja tagħhom u t-tnaqqis tar-riskji soċjali u ambjentali tagħhom;

(c)    iwettqu djalogi mal-kumpaniji li fihom jinvestu;

(d)    jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot;

(e)    jużaw is-servizzi pprovduti mill-konsulenti bi prokura;

(f)     jikkooperaw ma’ azzjonisti oħra.

(fa)   imexxu djalogu u kooperazzjoni ma’ partijiet interessati oħrajn tal-kumpanija li fiha jsir investiment.

2.      L-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 3f(4), jiżguraw li l-politika ta’ involviment tinkludi politiki biex jiġġestixxu kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali fir-rigward tal-involviment tal-azzjonisti. Dawn il-politiki jiġu żviluppati b'mod partikulari għal kull waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

(a)    l-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew kumpaniji oħra affiljati magħhom, joffru prodotti finanzjarji lill-entità li fiha jsir investiment jew ikollhom relazzjonijiet kummerċjali oħra magħha;

(b)    direttur tal-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi jkun ukoll direttur tal-entità li fiha jsir investiment;

(c)    maniġer tal-assi li jamministra l-assi ta’ istituzzjoni li tipprovdi għal irtirar okkupazzjonali jinvesti f’kumpanija li tikkontribwixxi għal dik l-istituzzjoni;

(d)    l-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi jkun affiljat ma’ kumpanija li tkun nediet offerta ta’ xiri għall-ishma tagħha.

3.      L-Istati Membri jiżguraw li kull sena, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jiżvelaw pubblikament il-politika ta’ involviment tagħhom, kif ġiet implimentata u r-riżultati tagħha. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tkun mill-inqas disponibbli, mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija. L-investituri istituzzjonali għandhom jipprovdu kull sena lill-klijenti tagħhom bl-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza.

L-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom jiżvelaw pubblikament, għal kull kumpanija li fiha jkollhom ishma, jekk ivvutawx u kif ivvutaw fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji kkonċernati u jipprovdu spjegazzjoni dwar kif ikunu ivvutaw. Meta maniġer tal-assi jivvota f’isem investitur istituzzjonali, l-investitur istituzzjonali jagħmel referenza għall-post fejn din l-informazzjoni dwar il-votazzjoni tkun ġiet ippubblikata mill-maniġer tal-assi. L-informazzjoni msemmija f’dan il-paragrafu għandha tkun mill-inqas disponibbli, mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija.

▌      

Artikolu 3gStrateġija ta’ investiment ta’ investituri istituzzjonali u arranġamenti ma’ maniġers tal-assi

1.      L-Istati Membri jiżguraw li l-investituri istituzzjonali jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija tagħhom ta’ investiment ta’ ekwità (“strateġija ta’ investiment”) hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif din tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tagħhom. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tkun mill-inqas disponibbli, mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija sakemm tibqa’ applikabbli u għandha tintbagħat kull sena lill-klijenti tal-kumpanija flimkien mal-informazzjoni dwar il-politika ta’ involviment tagħhom.

2.      Meta maniġer tal-assi jinvesti f’isem investitur istituzzjonali, jew fuq bażi diskrezzjonali, klijent bi klijent jew permezz ta’ impriża ta’ investiment kollettiv, l-investitur istituzzjonali sena jiżvela pubblikament kull sena l-elementi ewlenin tal-arranġament mal-maniġer tal-assi fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin:

(a)    jekk u sa liema punt jinċentiva l-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta’ investiment tiegħu mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tiegħu;

(b)    jekk u sa liema punt jinċentiva l-maniġer tal-assi biex jagħmel deċiżjonijiet ta’ investiment ibbażati fuq prestazzjoni fuq terminu ta' żmien minn medju sa twil tal-kumpanija, inkluż il-prestazzjoni mhux finanzjarja, u biex jinvolvi ruħu ma’ kumpaniji bħala mezz biex tittejjeb il-prestazzjoni tal-kumpanija li tagħti redditu fuq l-investiment;

(c)    il-metodu u l-medda taż-żmien tal-valutazzjoni tal-prestazzjoni tal-maniġer tal-assi, u b’mod partikolari jekk din il-valutazzjoni tqisx il-prestazzjoni assoluta fit-tul u kif tagħmel dan għall-kuntrarju ta’ prestazzjoni relattiva għall-indiċi tal-istandards jew maniġers oħra tal-assi li jkunu qed isegwu strateġiji simili ta’ investiment;

(d)    kif l-istruttura tal-konsiderazzjoni għas-servizzi li jimmaniġġaw l-assi tikkontribwixxi għall-allinjament tad-deċiżjonijiet ta’ investiment tal-maniġer tal-assi mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali;

(e)    il-fatturat tal-portafoll fil-mira jew il-firxa tal-fatturat, il-metodu użat għall-kalkolu tal-fatturat, u jekk hemmx xi proċedura stabbilita meta din tinqabeż mill-maniġer tal-assi;

(f)  it-tul tal-arranġament mal-maniġer tal-assi.

▌      

Artikolu 3hTrasparenza tal-maniġers tal-assi

1.      L-Istati Membri jiżguraw li l-maniġers tal-assi jiżvelaw, kif speċifikat fil-paragrafi 2 u 2a, kif l-istrateġija ta’ investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha huma konformi mal-arranġament imsemmi fl-Artikolu 3g(2).

2.      L-Istati Membri jiżguraw li kull sena l-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-pubbliku l-informazzjoni kollha li ġejja:

(a)    jekk jagħmlux deċiżjonijiet ta’ investiment abbażi ta’ deċiżjonijiet dwar il-prestazzjoni fuq terminu ta' żmien minn medju sa twil tal-entità li fiha jsir investiment, inkluż il-prestazzjoni mhux finanzjarja, u jekk iva, kif;

(b)    il-livell tal-fatturat tal-portafoll, il-metodu użat biex jiġi kkalkulat u spjegazzjoni ta’ jekk il-fatturat ikunx qabeż il-livell fil-mira;

(c)    jekk kienx hemm kunflitti ta’ interess attwali jew potenzjali b’rabta mal-attivitajiet ta’ involviment, u jekk iva kif il-maniġer tal-assi jkun indirizzahom;

(d)    jekk il-maniġer tal-assi jużax konsulenti bi prokura għall-fini tal-attivitajiet ta’ involviment tagħhom jew le, u jekk iva, kif;

(e)    kif, b’mod ġenerali, l-istrateġija ta’ investiment u l-implimentazzjoni tagħha jikkontribwixxu għall-prestazzjoni tal-assi tal-investitur istituzzjonali fuq terminu medju sa twil.

2a.    L-Istati Membri jiżguraw li kull sena l-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-investitur istituzzjonali li miegħu jkunu daħlu fl-arranġament imsemmi fl-Artikolu 3g(2) l-informazzjoni li ġejja:

(a)    kif kien magħmul il-portafoll u spjegazzjoni ta’ tibdil sinifikanti fil-portafoll fil-perjodu preċedenti;

(b)    il-kostijiet tal-fatturat tal-portafoll;

(c)    il-politika tagħhom dwar self ta’ titoli u l-implimentazzjoni tagħha.

3.      L-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 2 tkun mill-inqas disponibbli, mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-maniġer tal-assi. L-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 2 tingħata mingħajr ħlas u, f’każ li l-maniġer tal-assi ma jamministrax l-assi fuq bażi diskrezzjonali ta' klijent bi klijent, tiġi pprovduta wkoll lil investituri oħrajn jekk tintalab.

3a.    L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li, f’każijiet eċċezzjonali, maniġer tal-assi jista’, bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jitħalla jastjeni milli jiżvela xi parti mill-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont dan l-Artikolu jekk dik il-parti tkun marbuta ma’ żviluppi imminenti jew kwistjonijiet li jkunu għaddejjin negozjati dwarhom u l-iżvelar tagħha jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-maniġer tal-assi.

Artikolu 3iTrasparenza tal-konsulenti bi prokura

1.      L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiġi żgurat bl-aħjar mod possibbli li r-riċerka tagħhom u r-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom ikunu preċiżi u kredibbli, ibbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li tkun disponibbli għalihom u żviluppati fl-interess uniku tal-klijenti tagħhom.

1a.    L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jirreferu għal kodiċi ta’ kondotta li japplikaw. Meta jiddevjaw minn kwalunkwe rakkomandazzjoni ta’ dak il-kodiċi ta’ kondotta, huma għandhom jiddikjaraw dan, jispjegaw ir-raġunijiet għad-devjazzjoni u jindikaw kwalunkwe miżura alternattiva adottata. Din l-informazzjoni, flimkien mar-referenza għall-kodiċi ta’ kondotta li japplikaw, għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-konsulent bi prokura.

Il-konsulenti bi prokura għandhom jirrapportaw kull sena dwar l-applikazzjoni ta’ dak il-kodiċi ta' kondotta. Ir-rapporti annwali għandhom jiġu ppubblikati fuq il-websajt tal-konsulent bi prokura u għandhom jibqgħu disponibbli, mingħajr ħlas, għal mill-inqas tliet snin wara d-data tal-pubblikazzjoni.

2.      L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kull sena, il-konsulenti bi prokura jiżvelaw pubblikament l-informazzjoni kollha li ġejja fir-rigward tat-tħejjija tar-riċerka u tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom:

(a)    il-karatteristiċi essenzjali tal-metodoloġiji u l-mudelli li japplikaw;

(b)    is-sorsi ewlenin ta’ informazzjoni li jużaw;

(c)    jekk iqisux il-kundizzjonijiet tas-suq nazzjonali, legali, regolatorji u skont il-kumpanija, u, jekk iva, kif;

(ca)  il-karatteristiċi essenzjali tar-riċerka mwettqa u l-politiki tal-vot applikati għal kull suq;

(d)    jekk iżommux komunikazzjoni jew djalogi mal-kumpaniji li huma l-oġġett tar-riċerka u tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom mal-partijiet interessati tagħhom, u, jekk iva, l-estent u n-natura tagħhom;

(da)  il-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni ta’ kunflitti ta’ interess potenzjali;

(e)    l-għadd totali u l-kwalifiki ta’ persunal involut fit-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot;

(f)     l-għadd totali ta’ rakkomandazzjonijiet tal-vot mogħtija fl-aħħar sena.

Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tal-konsulenti bi prokura u tibqa’ disponibbli, mingħajr ħlas, għal mill-inqas tliet snin mill-jum li fih tiġi ppubblikata.

3.      L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jidentifikaw u jiżvelaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-klijenti tagħhom kull kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta’ negozju li jistgħu jinfluwenzaw ir-riċerka u t-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot u l-azzjonijiet li jkunu ħadu sabiex jeliminaw jew inaqqsu l-kunflitt ta’ interess attwali jew potenzjali.”

(4)  L-Artikoli 9a, 9b u 9c li ġejjin ġew inseriti:

“Artikolu 9aDritt għall-vot dwar il-politika ta’ remunerazzjoni

1.      L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji jistabbilixxu politika ta’ remunerazzjoni fir-rigward tad-diretturi u jissottomettuha għal votazzjoni vinkolanti fil-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti. Il-kumpaniji jħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont il-politika ta’ remunerazzjoni li tkun ġiet ivvutata matul il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti. Kwalunkwe tibdil fil-politika għandu jiġi vvutat matul il-laqgħa ġenerali tal-azzjonisti u l-politika ta’ remunerazzjoni fi kwalunkwe każ għandha tiġi sottomessa għall-approvazzjoni tal-azzjonisti kull tliet snin matul il-laqgħa ġenerali.

F’każijiet fejn ebda politika ta’ remunerazzjoni ma tkun ġiet implimentata qabel u l-azzjonisti jirrifjutaw l-abbozz ta’ politika li jkun tressaq quddiemhom, il-kumpanija tista’, waqt li tkun qed terġa’ taħdem l-abbozz u għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena sakemm jiġi adottat l-abbozz, tħallas remunerazzjoni lid-diretturi tagħha skont prattiki eżistenti.

F’każijiet fejn tkun teżisti politika ta’ remunerazzjoni u l-azzjonisti jirrifjutaw abbozz ta’ politika li jkun tressaq quddiemhom f’konformità mas-subparagrafu 1, il-kumpanija tista’, waqt li tkun qed terġa’ taħdem l-abbozz u għal perjodu ta’ mhux aktar minn sena sakemm jiġi adottat l-abbozz, tħallas remunerazzjoni lid-diretturi tagħha skont il-politika ezistenti.

2.  Il-politika ta’ remunerazzjoni għandha tkun ċara, tinftiehem u konformi mal-istrateġija kummerċjali, mal-għanijiet, mal-valuri u mal-interessi fit-tul tal-kumpanija u għandha tinkorpora miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta’ interess.

3.      Il-politika tispjega kif din tikkontribwixxi għall-interessi u s-sostenibilità fit-tul tal-kumpanija. Hija tistipula kriterji ċari għall-għoti ta’ rimunerazzjoni fissa u varjabbli, inklużi l-bonuses kollha u l-benefiċċji kollha, f'kull forma.

Il-politika tindika l-parti relattiva adegwata tal-komponenti differenti ta’ remunerazzjoni fissa u varjabbli. Hija tispjega kif il-ħlas u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati tal-kumpanija kienu kkunsidrati meta ġew stabbiliti l-politika jew ir-remunerazzjoni tad-diretturi ▌.

Għal remunerazzjoni varjabbli, il-politika tindika l-kriterji tal-prestazzjoni finanzjarja u mhux finanzjarja li għandhom jintużaw u tispjega kif dawn jikkontribwixxu għall-interessi u s-sostenibbiltà tal-kumpanija fit-tul, u l-metodi li għandhom jiġu applikati biex jiddeterminaw sa liema punt il-kriterji ta' prestazzjoni twettqu; hija tispeċifika l-perjodi ta' differiment, il-perjodi ta' akkwiżizzjoni għar-rimunerazzjoni bbażata fuq l-ishma wara l-akkwiżizzjoni, u l-informazzjoni dwar il-possibbiltà tal-kumpanija li terġa' tieħu lura r-remunerazzjoni varjabbli.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kriterji jkunu jinkludu wkoll kunsiderazzjoni tal-programmi fir-rigward tar-responsabbiltà soċjali tal-kumpaniji u tar-riżultati li nkisbu b'rabta ma' dan. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-valur tal-ishma ma jkollux rwol predominanti fil-kriterji tal-prestazzjoni finanzjarja. L-Istati Membri jiżguraw li r-remunerazzjoni bbażata fuq l-ishma ma tirrappreżentax l-iżjed parti sostantiva mir-remunerazzjoni varjabbli tad-diretturi.

Il-politika tindika t-termini ewlenin tal-kuntratti tad-diretturi, inkluż id-durata tagħhom u l-perjodi ta’ notifika applikabbli, it-termini ta' tmiem tagħhom u l-pagamenti marbuta ma’ tmiem il-kuntratti u l-karatteristiċi tal-pensjoni supplimentari jew skemi ta’ rtirar bikri. Meta l-liġijiet nazzjonali jippermettu li l-kumpaniji jkollhom arranġamenti ma' diretturi mingħajr kuntratt, il-politika għandha f'dak il-każ tindika t-termini ewlenin tal-arranġamenti mad-diretturi, inkluż id-durata ta' tali arranġamenti u l-perjodi ta' notifika applikabbli, it-termini ta' tmiem tal-arranġamenti u ta' pagament b'rabta ma' tali tmiem, kif ukoll il-karatteristiċi ta' pensjoni supplimentari jew skemi ta' rtirar bikri.

Il-politika għandha tispeċifika l-proċeduri tal-kumpanija għad-determinazzjoni tar-remunerazzjoni tad-diretturi, inkluż ir-rwol u l-funzjonament tal-kumitat ta’ remunerazzjoni.

L-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari l-impjegati, ikunu intitolati, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, jesprimu opinjoni dwar il-politika ta' remunerazzjoni qabel ma jiġi ppreżentat lill-azzjonisti.

Il-politika tispjega l-proċess speċifiku ta’ teħid tad-deċiżjonijiet li jwassal għad-determinazzjoni tagħha. Fil-każ ta’ reviżjoni tal-politika, hija tinkludi spjegazzjoni tal-bidliet sinifikanti kollha u kif din tieħu inkonsiderazzjoni l-voti u l-fehmiet tal-azzjonisti dwar il-politika u r-rapport tal-inqas fi tliet snin konsekuttivi preċedenti.

4.      L-Istati Membri jiżguraw li wara l-vot tal-azzjonisti, il-politika ssir pubblika mingħajr dewmien u disponibbli, mingħajr ħlas, fuq il-websajt tal-kumpanija għall-inqas sakemm tibqa’ applikabbli.

Artikolu 9bInformazzjoni li għandha tiġi pprovduta fir-rapport ta’ remunerazzjoni u d-dritt għall-vot dwar ir-rapport ta’ remunerazzjoni

1.      L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpanija tfassal rapport ċar u li jiftiehem dwar ir-remunerazzjoni, li jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tar-remunerazzjoni, inklużi l-benefiċċji kollha f'kull forma, li ngħataw, skont il-politika ta’ remunerazzjoni msemmija fl-Artikolu 9a, lid-diretturi individwali, inklużi lil diretturi rreklutati ġodda u lil diretturi preċedenti, fl-aħħar sena finanzjarja. Fejn applikabbli, ir-rapport ikun fih l-elementi kollha li ġejjin:

(a)    ir-remunerazzjoni totali mogħtija, imħallsa jew dovuta f’partijiet skont il-komponent, il-proporzjon relattiv tar-remunerazzjoni fissa u varjabbli, spjegazzjoni dwar kif ir-remunerazzjoni totali hija marbuta mal-prestazzjoni fit-tul u informazzjoni dwar kif il-kriterji ta’ prestazzjoni finanzjarji u mhux finanzjarji ġew applikati;

(aa)  il-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni medja mogħtija, imħallsa jew dovuta lid-diretturi eżekuttivi u r-remunerazzjoni medja tal-impjegati matul l-aħħar sena finanzjarja meta r-remunerazzjoni tal-impjegati part-time tkun inkluża f'termini ekwivalenti għal full-time;

(b)  il-bidla relattiva fir-remunerazzjoni tad-diretturi eżekuttivi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji, ir-relazzjoni tagħha fir-rigward tal-iżvilupp tal-prestazzjoni ġenerali tal-kumpanija u fir-rigward tal-bidla fir-remunerazzjoni medja tal-impjegati fl-istess perjodu;

(c)    kull remunerazzjoni li jirċievu jew li għad iridu jirċievu d-diretturi tal-kumpanija minn kull impriża li tappartjeni għall-istess grupp;

(d)    l-għadd ta' ishma u l-għażliet ta' ishma mogħtija jew offruti, u l-kundizzjonijiet ewlenin għall-eżerċizzju tad-drittijiet inklużi l-prezz u d-data tal-eżerċizzju u kwalunkwe bidla li ssir fihom;

(e)    informazzjoni dwar l-użu tal-possibbiltà li r-remunerazzjoni varjabbli tintalab lura;

(f)     informazzjoni dwar kif ir-remunerazzjoni tad-diretturi ġiet stabbilita, inkluż ir-rwol tal-kumitat ta' remunerazzjoni.

2.      L-Istati Membri jiżguraw li meta d-dejta personali tad-direttur tiġi pproċessata, id-dritt għall-privatezza ta’ persuni fiżiċi jiġi protett skont id-Direttiva 95/46/KE.

3.      L-Istati Membri jiżguraw li matul il-laqgħa ġenerali annwali, l-azzjonisti jkollhom id-dritt jivvutaw dwar ir-rapport ta’ remunerazzjoni tal-aħħar sena finanzjarja. Meta l-azzjonisti jivvutaw kontra r-rapport ta’ remunerazzjoni, il-kumpanija għandha, jekk ikun meħtieġ, tidħol fi djalogu mal-azzjonisti biex tidentifika r-raġunijiet għar-rifjut. ▌Il-kumpanija tispjega fir-rapport ta' remunerazzjoni li jmiss kif il-vot tal-azzjonisti jkun ġie kkunsidrat ▌.

L-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet ikkonċernati rilevanti, b'mod partikolari l-impjegati, ikunu intitolati, permezz tar-rappreżentanti tagħhom, jesprimu opinjoni dwar ir-rapport ta' remunerazzjoni qabel ma jiġi ppreżentat lill-azzjonisti.

3a.    Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 9a jkunu mingħajr preġudizzju għas-sistemi nazzjonali ta’ determinazzjoni tal-pagi għall-impjegati u, fejn applikabbli, għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fuq il-bordijiet.

4.      Biex tkun żgurata applikazzjoni uniformi ta' dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 14a, biex tispeċifika l-preżentazzjoni standardizzata tal-informazzjoni stabbilita fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 9cId-dritt għall-vot dwar tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati

1.      L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji, f’każ ta’ tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati▌, iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet sa mhux aktar tard minn waqt il-konklużjoni tat-tranżazzjoni, u t-tħabbira għandha tkun akkumpanjata minn rapport ▌li jevalwa jekk it-tranżazzjoni hijiex fuq termini tas-suq jew le u l-konferma li t-tranżazzjoni hija ġusta u raġonevoli mill-perspettiva tal-kumpanija, inklużi l-azzjonisti minoritarji, u jipprovdi spjegazzjoni tal-evalwazzjonijiet li l-valutazzjoni hija bbażata fuqhom. It-tħabbira jkun fiha informazzjoni dwar in-natura tar-relazzjoni mal-parti relatata, l-isem tal-parti relatata, l-ammont tat-tranżazzjoni u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex ▌tiġi vvalutata l-korrettezza ekonomika mill-perspettiva tal-kumpanija, inklużi l-azzjonisti minoritarji.

L-Istati Membri jiddefinixxu regoli speċifiċi fir-rigward tar-rapport li għandu jiġi adottat skont l-ewwel u t-tieni subparagrafi, inkluż l-attur responsabbli għat-tfassil tar-rapporti, li jkun wieħed minn dawn li ġejjin:

-       parti terza indipendenti;

-       il-korp superviżorju tal-kumpanija; jew

-       kumitat ta' diretturi indipendenti.

2.      L-Istati Membri jiżguraw li t-tranżazzjonijiet materjali ma’ partijiet relatati jkunu approvati mill-azzjonisti jew mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpaniji, skont proċeduri li jipprevjenu parti relatata milli tieħu vantaġġ mill-pożizzjoni tagħha u jipprovdu protezzjoni adegwata għall-interessi tal-kumpanija u tal-azzjonisti li mhumiex partijiet relatati, inklużi azzjonisti minoritarji.

L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-azzjonisti jkollhom id-dritt li jivvutaw dwar tranżazzjonijiet materjali approvati mill-korp amministrattiv jew superviżorju tal-kumpanija.

L-intenzjoni hi li l-partijiet relatati jitwaqqfu milli jiksbu vantaġġ minn pożizzjoni speċjali u biex tingħata protezzjoni xierqa għall-interess tal-kumpanija.

2a.  L-Istati Membri jiżguraw li l-partijiet relatati u r-rappreżentanti tagħhom jiġu esklużi mit-tħejjija tar-rapport imsemmi fil-paragrafu 1 u mill-votazzjonijiet u d-deċiżjonijiet li jsiru u jittieħdu skont il-paragrafu 2. Meta t-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist għandu jiġi eskluż minn kwalunkwe votazzjoni dwar it-tranżazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lil azzjonist li jkun parti relatata jieħu sehem fil-votazzjoni sakemm id-dritt nazzjonali jiżgura salvagwardji adegwati li japplikaw matul il-proċess tal-votazzjoni biex jitħarsu l-interessi tal-azzjonisti li ma jkunux partijiet relatati, inklużi l-azzjonisti minoritarji, billi l-parti relatata ma titħalliex tapprova t-tranżazzjoni minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġoranza tal-azzjonisti li ma jkunux partijiet relatati jew minkejja l-opinjoni kuntrarja tal-maġġaronza tad-diretturi indipendenti.

3.      L-Istati Membri jiżguraw li tranżazzjonijiet mal-istess parti relatata, li ġew konklużi fi kwalunkwe perjodu ta’ 12-il xahar jew fl-istess sena finanzjarja u li ma kienux soġġetti għall-obbligi elenkati fil-paragrafi 1, 2 jew 3 jiġu aggregati għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawk il-paragrafi.

4.      L-Istati Membri jistgħu jeskludu mir-rekwiżiti fil-paragrafi 1, 2 u 3:

-       it-tranżazzjonijiet li jkunu saru bejn il-kumpanija u membru wieħed jew aktar tal-grupp tagħha jew impriżi konġunti, sakemm dawk il-membri tal-grupp jew l-impriżi konġunti jappartjenu totalment lill-kumpanija jew sakemm ebda parti relatat oħra tal-kumpanij ma jkollha interess f'dawk il-membri jew fl-impriżi konġunti;

-       it-tranżazzjonijiet li jkunu saru fil-perkors normali tan-negozju u li jkunu ġew konklużi fuq termini tas-suq normali.

4a.    L-Istati Membri jiddefinixxu tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati. Tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati jiġu definiti billi jitqiesu:

(a)    l-effett li l-informazzjoni dwar it-tranżazzjoni jista' jkollha fuq id-deċiżjonijiet tas-soġġetti involuti fil-proċess ta' approvazzjoni;

(b)    l-impatt tat-tranżazzjoni fuq ir-riżultati, l-assi, il-kapitalizzazzjoni jew il-fatturat tal-kumpanija u l-pożizzjoni tal-parti relatata;

(c)    ir-riskji li t-tranżazzjonijiet joħolqu għall-kumpanija u l-azzjonisti minoritarji tagħha.

Meta jiddefinixxu t-tranżazzjonijiet materjali ma' partijiet relatati, l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu proporzjon kwantitattiv wieħed jew aktar abbażi tal-impatt tat-tranżazzjoni fuq id-dħul, l-assi, il-kapitalizzazzjoni jew il-fatturat tal-kumpanija jew iqisu n-natura tat-tranżazzjoni u l-pożizzjoni tal-parti relatata.

(5)       Wara l-Artikolu 14, jiddaħħal il-Kapitolu IIa li ġej:

“KAPITOLU IIAATTI

DELEGATI U PENALi

Artikolu 14a

Eżerċizzju ta’ setgħat iddelegati

1.      Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

2.      Is-setgħa ta’ adozzjoni ta’ atti delegati msemmija fl-Artikoli 3a(5), 3b(5) u 3c(3) u l-Artikolu 9b hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ żmien indeterminat minn ...*.

3.      Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikoli 3a(5), 3b(5) u 3c(3) u l-Artikolu 9b tista’ tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta’ setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara l-pubblikazzjoni ta’ dik id-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Ma taffettwax il-validità ta’ xi att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

4.      Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

5.      Att delegat adottat skont l-Artikoli 3a(5), 3b(5) u 3c(3) u l-Artikolu 9b jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta’ tliet xhur min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 14bPenali

L-Istati Membri jistabbilixxu regoli dwar penali applikabbli għall-ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati skont din id-Direttiva, u għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali pprovduti jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar dawn id-dispożizzjonijiet sa mhux aktar tard minn [id-data għat-traspożizzjoni] u jinnotifikawha mingħajr dewmien dwar kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.”

Emendi lid-Direttiva Nru 2013/34/UE

(-1)        Fl-Artikolu 2 jiżdied il-punt li ġej:

“(17) ‘deċiżjoni dwar it-taxxa’ tfisser kwalunkwe interpretazzjoni jew applikazzjoni minn qabel ta’ dispożizzjoni legali għal sitwazzjoni transkonfinali jew tranżazzjoni ta’ kumpanija li tista’ twassal għal telf tat-taxxa fl-Istati Membri jew li tista’ twassal għal iffrankar tat-taxxa għall-kumpanija li jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali intragrupp tal-profitt.”

(-1a)      Fl-Artikolu 18, il-paragrafu li ġej jiddaħħal wara l-paragrafu 2:

'2a.   Fin-noti mad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, impriżi kbar u entitajiet ta’ interess pubbliku jiżvelaw ukoll, filwaqt li jispeċifikaw skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li huma stabbiliti fihom, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:

(a)    l-isem/ismijiet, in-natura tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;

(b)    il-fatturat;

(c)    in-numru ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full-time;

(d)    il-valur tal-assi u l-ispiża annwali għaż-żamma ta’ dawk l-assi;

(e)    il-bejgħ u x-xiri;

(f)     il-qligħ jew telf qabel it-taxxa;

(g)    it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf;

(h)    is-sussidji pubbliċi riċevuti;

(i)     il-kumpaniji prinċipali jipprovdu lista ta’ sussidjarji li joperaw f’kull Stat Membru jew pajjiż terz, flimkien mad-dejta relevanti.’

(-1b)      Fl-Artikolu 18, il-paragrafu 3 jinbidel b'dan li ġej:

'3.    L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li l-punt (b) tal-paragrafu 1 u l-paragrafu 2a ma japplikawx għad-dikjarazzjonijiet finanzjajri annwali ta’ impriża fejn dik l-impriża tkun inkluża fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati meħtieġa li jitfasslu taħt l-Artikolu 22, sakemm dik l-informazzjoni tingħata fin-noti mad-dikjarazzjoni finanzjarja konsolidata.

(-1c)      L-Artikolu 18a li ġej qed jiġi miżjud:

“Artikolu 18a

Żvelar addizzjonali għal impriżi kbar

1.      Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, l-impriżi kbar, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 16, 17 u 18 u kwalunkwe dispożizzjoni oħra ta' din id-Direttiva, jiżvelaw pubblikament elementi u informazzjoni essenzjali rigward id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa, u jipprovdu analiżi skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li, fih, l-impriża kbira għandha sussidjarja: Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' att delegat, f'konformità mal-Artikolu 49, il-format u l-kontenut tal-pubblikazzjoni.

2.      L-impriżi li n-numru medju ta’ impjegati tagħhom fuq bażi konsolidata matul is-sena finanzjarja ma jaqbiżx 500 u li, fid-dati tal-karti tal-bilanċ tagħhom, ma jaqbżux fuq bażi konsolidata jew total tal-karta tal-bilanċ ta’ EUR 86 miljun jew fatturat nett ta’ EUR 100 miljun, ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.      L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu ma japplika għall-ebda impriża rregolata mid-dritt ta' Stat Membru li l-impriża prinċipali tagħha hija soġġetta għal-liġijiet ta' Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik l-impriża prinċipali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

4.      L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun awditjata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE.

(1)         L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/34/UE huwa emendat kif ġej:

(a)    fil-paragrafu 1, jiżdied il-punt (h) li ġej:

“(h)   ir-rapport ta’ remunerazzjoni definit fl-Artikolu 9b tad-Direttiva 2007/36/KE.”

(b)    il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“. L-awditur statutorju jew id-ditta tal-awditjar jesprimu opinjoni skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(1) dwar l-informazzjoni mħejjija taħt il-punti (c) u (d) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u jivverifikaw li l-informazzjoni msemmija fil-punti (a), (b), (e), (f), (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu tkun ġiet ipprovduta.”

(c)     il-paragrafu 3 jinbidel b’dan li ġej:

“4. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw l-impriżi msemmija fil-paragrafu 1 li jkunu ħarġu biss titoli diversi mill-ishma ammessi għan-negozju f’suq regolat, fis-sens tal-punt (14) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE, mill-applikazzjoni tal-punti (a), (b), (e), (f), (g) u (h) tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, sakemm dawn l-impriżi ma jkunux ħarġu ishma li jiġu negozjati f’sistema ta’ negozju multilaterali, fis-sens tal-punt (15) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE."

Artikolu 2a Emendi għad-Direttiva 2004/109/KE

Id-Direttiva 2004/109/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1 hija emendata kif ġej:

(1)         Fil-paragrafu 1 tal-Artikolu 2 il-punt (r) li ġej huwa miżjud:

"(r)  ‘deċiżjoni dwar it-taxxa’ tfisser kwalunkwe interpretazzjoni jew applikazzjoni minn qabel ta’ dispożizzjoni legali għal sitwazzjoni transkonfinali jew tranżazzjoni ta’ kumpanija li tista’ twassal għal telf tat-taxxa fl-Istati Membri jew li tista’ twassal għal iffrankar tat-taxxa għall-kumpanija li jirriżulta minn trasferimenti artifiċjali intragrupp tal-profitt".

(2)         Jiddaħħal l-Artikolu 16a li ġej:

"Artikolu 16a Żvelar addizzjonali għall-emittenti

1.      L-Istati Membri jeħtieġu li kull emittent kull sena jiżvela lill-pubbliku, waqt li jispeċifika skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li fih għandu sussidjarja, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:

(a)    l-isem/ismijiet, in-natura tal-attivitajiet u l-post ġeografiku

(b)    il-fatturat

(c)    in-numru ta’ impjegati fuq bażi ekwivalenti għal full-time

(d)    il-qligħ jew telf qabel it-taxxa

(e)    it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf

(f)     is-sussidji pubbliċi riċevuti

2.      L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax għal kwalunkwe emittent irregolat mil-liġi ta’ Stat Membru li l-kumpanija prinċipali tiegħu hija soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik il-kumpanija prinċipali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.      L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi awditjata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u għandha tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-emittent ikkonċernat.

(3)    Jiddaħħal l-Artikolu 16b li ġej:

"Artikolu 16b

Żvelar addizzjonali għall-emittenti

1.        L-Istati Membri jirrikjedu li kull emittent jiżvela pubblikament fuq bażi annwali, u fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja, elementi u informazzjoni essenzjali rigward id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa, u jipprovdu analiżi skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li, fih, l-impriża kbira għandha sussidjarja. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tistabbilixxi, permezz ta' atti delegati, f'konformità mal-Artikoli 27(2a), (2b) u (2c), il-format u l-kontenut tal-pubblikazzjoni.

2.        L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma japplikax għal kwalunkwe emittent irregolat mil-liġi ta’ Stat Membru li l-kumpanija prinċipali tiegħu hija soġġetta għal-liġijiet ta’ Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik il-kumpanija prinċipali skont il-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

3.        L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tiġi awditjata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE u tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-emittent ikkonċernat."

(4)       Fl-Artikolu 27, il-paragrafu 2a jinbidel b'dan li ġej:

"(2a) Is-setgħa li tadotta l-atti delegati msemmija fl-Artikolu 2(3), l-Artikolu 5(6), l-Artikolu 9(7), l-Artikolu 12(8), l-Artikolu 13(2), l-Artikolu 14(2), l-Artikolu 16a(1), l-Artikolu 17(4), l-Artikolu 18(5), l-Artikolu 19(4), l-Artikolu 21(4), l-Artikolu 23(4), l-Artikolu 23(5), u l-Artikolu 23(7) tiġi konferita lill-Kummissjoni għal perijodu ta' erba' snin minn Jannar 2011. Il-Kummissjoni tfassal rapport fir-rigward tas-setgħa delegata mhux aktar tard minn sitt xhur qabel tmiem il-perjodu ta' erba’ snin. Id-delega tas-setgħa tkun estiża awtomatikament għal perijodu ta' tul simili, sakemm ma tkunx revokata mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill skont l-Artikolu 27a."

Artikolu 3Traspożizzjoni

1.          L-Istati Membri jdaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jiġu konformi ma’ din id-Direttiva sa mhux aktar tard minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ]. Huma jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta’ dawk id-dispożizzjonijiet.

Meta l-Istati Membri jadottaw dawk id-dispożizzjonijiet, dawn ikun fihom referenza għal din id-Direttiva jew ikunu akkumpanjati minn tali referenza fl-okkażjoni tal-pubblikazzjoni uffiċjali tagħhom. L-Istati Membri jiddeterminaw kif għandha ssir tali referenza.

2.          L-Istati Membri jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tad-dispożizzjonijiet ewlenin tal-liġi nazzjonali li huma jadottaw fil-qasam kopert b’ din id-Direttiva.

Artikolu 4Dħul fis-seħħ

Din id-Direttiva tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Artikolu 5Destinatarji

Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi ...,

Għall-Parlament Ewropew                          Għall-Kunsill

Il-President                                                   Il-President

(1)

        ĠU C 451, 16.12.2014, p. 87.

(2)

* Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(3)

ĠU C , , p. .

(4)

Direttiva 2007/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Lulju 2007 dwar l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti ta' kumpaniji kkwotati (ĠU L 184, 14.7.2007, p. 17).

(5)

COM/2012/0740 finali.

(6)

Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u tad-ditti tal-investiment ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(7)

Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati u r-rapporti relatati ta' ċerti tipi ta' impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19)

(8)

Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

(9)

ĠU C 369, 17.12.2011, p. 14.

(10)

Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)

(11)

Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta’ Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta’ istituzzjonijiet għall-provvista ta’ irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

(12)

Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.06.2014, p. 349).

(13)

Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2011 dwar Maniġers ta’ Fondi ta’ Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

(14)

Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta’ liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta’ investiment kollettiv f’titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

(15)

Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji(*) (2.3.2015)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

(COM(2014)0213 – C7‑0147/2014 – 2014/0121(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Olle Ludvigsson

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposta tal-Kummissjoni dwar l-involviment tal-azzjonisti tnediet f'April 2014. L-għan tagħha hu li ttejjeb il-perspettiva fit-tul fil-ġestjoni ta' kumpaniji elenkati.

Fil-preżent, huma wisq il-kumpaniji li jiffukaw iżżejjed fuq kif se jissodisfaw l-esiġenzi ta' qligħ u redditu għoljin fuq żmien qasir. Din id-dinamika twassal għal nuqqasijiet fl-ippjanar, nuqqas ta' investiment, u prestazzjoni mhux daqstant tajba fit-tul.

Sabiex tindirizza din il-problema, tal-inqas parzjalment, il-Kummissjoni tixtieq tagħti lill-azzjonisti minoritarji – u lill-investituri istituzzjonali b'mod partikolari – rwol aktar trasparenti, maniġġabbli u influwenti fil-governanza korporattiva. L-idea hi li jekk l-investituri jkunu aktar involuti u jkunu orjentati aktar fit-tul fl-involviment tagħhom, il-kumpaniji jagħtu prijorità akbar lill-kwistjonijiet fuq terminu twil. Min-naħa l-oħra dan ikun ta' benefiċċju għall-klijenti aħħarin tal-investituri istituzzjonali u tal-maniġers tal-assi, għall-kumpaniji u għas-soċjetà kollha kemm hi.

Approċċ ġenerali

Ir-rapporteur jixtieq iqiegħed din l-inizjattiva fil-kuntest ġenerali tal-involviment tal-azzjonisti fil-governanza korporattiva. Filwaqt li din il-proposta speċifika tiffoka fuq l-azzjonisti, wieħed irid iżomm f'moħħu li partijiet oħrajn – bħalma huma l-impjegati, il-konsumaturi u l-komunitajiet lokali – huma wkoll rilevanti ħafna. Biex il-kumpaniji jitmexxew tajjeb, irid ikun hemm rispett għal dawk kollha interessati u involviment attiv minnhom ilkoll.

Rigward il-loġika u r-raġunament wara l-proposta, ir-rapporteur b'mod ġenerali jifhem u jappoġġja l-linja tal-Kummissjoni. Il-perspettiva għal żmien qasir hija mifruxa ħafna, ħaġa li għal ħafna partijiet involuti hija illoġika u għalhekk ikun tajjeb li jsir sforz biex tinbidel. L-inkoraġġiment ta' involviment aktar b'saħħtu mill-azzjonisti huwa wieħed minn diversi modi ta' kif dan jista' jsir. Is-sett ta' miżuri li pproponiet il-Kummissjoni mhux se jsolvi l-problemi kollha, imma tal-inqas huwa pass sensibbli fid-direzzjoni t-tajba.

Aġġustamenti

Fuq dik il-bażi ġenerali, ir-rapporteur jemmen li jinħtieġu aġġustamenti f'seba' punti importanti tal-proposta:

1. Id-djalogu bejn l-azzjonisti differenti fuq kwistjonijiet relatati mal-kumpanija huwa element fundamentali għal involviment b'saħħtu mill-azzjonisti. Is-sidien jeħtieġ jitkellmu ma' xulxin. Biex ikun hemm involviment ikbar, għandu jitrawwem dan id-djalogu. Id-dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti (l-Artikolu 3a) għandhom jitwessgħu biex jikkontemplaw dan l-aspett. Meta kumpanija tkun identifikat l-azzjonisti tagħha, kull azzjonist għandu jkollu l-possibilità li jdur fuq il-kumpanija u jitlobha d-dettalji ta' fejn ikun jista' jikkuntattja lill-azzjonisti l-oħra. Permezz ta' dawn id-dettalji, ikunu jistgħu jinbdew djalogi ġodda. Bir-restrizzjonijiet xierqa, dan il-mekkaniżmu utli għandu jkun konformi kompletament mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data.

2. Sfortunatament, ħlasijiet mhux ġustifikati b'rabta mal-involviment transfruntier huma pjuttost komuni. Għalhekk, sabiex il-funzjonament tas-suq intern ikun salvagwardjat, jeħtieġ jiġi ċċarat li l-ħlasijiet kollha involuti fl-identifikazzjoni tal-azzjonisti, fit-trażmissjoni ta' informazzjoni u fl-iffaċilitar tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti m'għandhom qatt ivarjaw skont in-nazzjonalità (l-Artikolu 3d).

3. It-trasparenza bażika m'għandhiex tkun fakultattiva. Sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni tkun effiċjenti b'mod aċċettabbli u jkun hemm kundizzjonijiet ekwi, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi kollha għandhom ikunu obbligati jiżviluppaw politika ta' involviment u jkunu trasparenti dwar l-applikazzjoni tagħha (l-Artikolu 3f). Dan hu obbligu bażiku ħafna li dawk kollha li jmexxu operazzjoni kummerċjali organizzata tajjeb jistgħu jissodisfaw faċilment.

4. Fuq l-istess tema ġenerali, għandu jkun hemm aktar trasparenza dwar kif il-maniġers tal-assi jeżegwixxu l-mandati li jingħataw mill-investituri istituzzjonali (l-Artikolu 3h). Biex ma jinħoloqx vojt għal kull min ikun jixtieq isegwi dawn l-operazzjonijiet importanti minn barra, l-informazzjoni kollha li mhijiex ta' natura sensittiva għandha tiġi żvelata lill-pubbliku.

5. Biex sistema b'politiki ta' remunerazzjoni tkun razzjonali u tkun tagħmel sens, il-politiki ma jistgħux jitqiegħdu fil-ġenb wisq jew ta' spiss. Għalhekk, eżenzjoni minn politika għandha tiġi aċċettata biss jekk taffettwa ammonti massimi ta' remunerazzjoni u jekk is-sitwazzjoni tkun waħda eċċezzjonali – pereżempju jekk il-kumpanija tkun qed tesperjenza kriżi fit-tmexxija (l-Artikolu 9a). Jekk kumpanija tkun marret lil hinn minn xi politika u tkun trid terġa' tagħmel l-istess għat-tieni darba, ikun jagħmel sens li din tressaq proposta għal politika riveduta quddiem l-azzjonisti.

6. Bil-għan li tiġi rispettata t-trasparenza u jibqgħu jiġu assigurati kundizzjonijiet ekwi, il-politiki ta' remunerazzjoni għandhom dejjem jinkludu l-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni tad-diretturi u dik tal-impjegati (l-Artikolu 9a). Dan il-proporzjon ikun irid jiġi interpretat b'mod differenti skont, pereżempju, l-istruttura kummerċjali u ġeografika tal-kumpanija. Madankollu, dan il-proporzjon jibqa' dejjem kejl utli li jista', u għandu, jiġi żvelat mill-kumpaniji kollha.

7. Dwar tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati, il-proposta tal-Kummissjoni hija ftit ambizzjuża żżejjed (l-Artikolu 9c). Għandu jkun hemm livell minimu Ewropew xieraq fil-konfront ta' tendenza problematika ta' tranżazzjonijiet abbużivi, iżda dan il-livell m'għandux għalfejn ikun għoli ħafna. F'dan ir-rigward hemm bżonn ta' pass lura. B'mod partikolari, jidher li jkun biżżejjed jekk jitħalla f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu, skont il-kundizzjonijiet u l-prattiki nazzjonali tagħhom, jekk il-vot tal-azzjonisti huwiex proporzjonat għat-tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tal-assi tal-kumpanija, jew jekk għandux japplika biss għal tranżazzjonijiet li ma jiġux konklużi bit-termini tas-suq.

EMENDI

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

li temenda d-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti, id-Direttiva 2013/34/UE u d-Direttiva 2004/109/KE rigward ċerti elementi tar-rappurtar

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-kriżi finanzjarja wriet li f'ħafna każijiet, l-azzjonisti appoġġaw it-teħid eċċessiv tar-riskji f'terminu qasir ta' żmien mill-maniġers. Barra minn hekk, hemm evidenza ċara li l-livell attwali ta' “monitoraġġ” tal-kumpaniji li fihom isir investiment u l-involviment mill-investituri istituzzjonali u mill-maniġers tal-assi mhuwiex adegwat, li jista' jwassal għal governanza korporattiva u prestazzjoni subottimali tal-kumpaniji elenkati.

(2) Il-kriżi finanzjarja wriet li f'ħafna każijiet, l-azzjonisti appoġġaw it-teħid eċċessiv tar-riskji f'terminu qasir ta' żmien mill-maniġers. Barra minn hekk, hemm evidenza ċara li l-livell attwali ta' “monitoraġġ” tal-kumpaniji li fihom isir investiment u l-involviment mill-investituri istituzzjonali u mill-maniġers tal-assi mhuwiex adegwat, li jista' jwassal għal governanza korporattiva u prestazzjoni subottimali tal-kumpaniji elenkati. Din il-proposta speċifika għandu jkollha fokus wiesa' biex tiżdied it-trasparenza u jiġu rispettati l-partijiet interessati kkonċernati filwaqt li jiġi żgurat l-involviment attiv tagħhom; għaldaqstant, atturi oħrajn bħall-impjegati, il-konsumaturi u l-komunitajiet lokali huma rilevanti ħafna fil-kuntest globali tal-involviment tal-partijiet interessati.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Sabiex jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u l-involviment bejn il-kumpaniji elenkati u l-azzjonisti, il-kumpaniji elenkati għandu jkollhom il-possibbiltà li jidentifikaw lill-azzjonisti tagħhom u li jikkomunikaw direttament magħhom. Għalhekk, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal qafas li jiżgura li l-azzjonisti jistgħu jiġu identifikati.

(4) Sabiex jiġi ffaċilitat aktar l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u l-involviment bejn il-kumpaniji elenkati u l-azzjonisti, il-kumpaniji elenkati għandu jkollhom il-possibbiltà li jidentifikaw lill-azzjonisti tagħhom u li jikkomunikaw direttament magħhom. Għalhekk, sabiex jitjiebu t-trasparenza u d-djalogu, din id-Direttiva għandha tipprovdi għal qafas li jiżgura li l-azzjonisti jistgħu jiġu identifikati. Sakemm l-objettiv tal-identifikazzjoni tal-azzjonisti jintlaħaq, għandu jkun hemm ċerta flessibbiltà għall-Istati Membri biex iżommu s-sistemi nazzjonali eżistenti tagħhom, pereżempju fl-identifikazzjoni tal-azzjonisti permezz ta' mezzi oħrajn u mhux esklużivament permezz ta' intermedjarji.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jiġi promoss l-investiment ta' ekwità madwar l-Unjoni u l-eżerċitar tad-drittijiet relatati mal-ishma, din id-Direttiva għandha twaqqaf id-diskriminazzjoni fil-prezzijiet tal-ishma transfruntier għall-kuntrarju ta' ishma purament domestiċi permezz ta' żvelar aħjar tal-prezzijiet, it-tariffi u l-ħlasijiet ta' servizzi pprovduti mill-intermedjarji. Intermedjarji f'pajjiżi terzi li jkunu waqqfu fergħa fl-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għar-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni ta' informazzjoni, il-faċilitazzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u t-trasparenza tal-prezzijiet, it-tariffi u l-ħlasijiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar l-ishma miżmuma minn dawn l-intermedjarji;

(7) Sabiex jiġi promoss l-investiment ta' ekwità madwar l-Unjoni u l-eżerċitar tad-drittijiet relatati mal-ishma, din id-Direttiva għandha tesiġi li l-prezzijiet, it-tariffi u l-ħlasijiet l-oħra kollha ta' servizzi pprovduti mill-intermedjarji jkunu trasparenti, nondiskriminatorji u proporzjonali. Kwalunkwe varjazzjoni fil-ħlasijiet imposti bejn utenti differenti ta' servizz għandha tirrifletti varjazzjoni fl-ispejjeż attwali magħmula biex jingħata s-servizz. Sabiex jiġu salvagwardjati l-integrità u l-funzjonament tas-suq intern, fil-ħlasijiet m'għandux ikun hemm distinzjoni bejn nazzjonalità u oħra. Intermedjarji f'pajjiżi terzi li jkunu waqqfu fergħa fl-Unjoni għandhom ikunu suġġetti għar-regoli dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni ta' informazzjoni, il-faċilitazzjoni tad-drittijiet tal-azzjonisti u t-trasparenza tal-prezzijiet, it-tariffi u l-ħlasijiet biex tiġi żgurata l-applikazzjoni effettiva tad-dispożizzjonijiet dwar l-ishma miżmuma minn dawn l-intermedjarji.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-involviment effettiv u sostenibbli tal-azzjonisti huwa wieħed mill-pedamenti tal-mudell ta' governanza korporattiva tal-kumpaniji elenkati, li jiddependi fuq kontrolli u bilanċi bejn l-organi u l-partijiet interessati differenti.

(8) L-involviment effettiv u sostenibbli tal-azzjonisti huwa wieħed mill-pedamenti tal-mudell ta' governanza korporattiva tal-kumpaniji elenkati, li jiddependi fuq kontrolli u bilanċi bejn l-organi u l-partijiet interessati differenti: il-klijenti, il-fornituri, l-impjegati u l-komunità lokali.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Investituri istituzzjonali u maniġers tal-assi huma azzjonisti importanti ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni u għalhekk jista' jkollhom rwol importanti fil-governanza korporattiva ta' dawn il-kumpaniji, iżda wkoll b'mod aktar ġenerali fir-rigward tal-istrateġija u l-prestazzjoni fit-tul ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, l-esperjenza tal-aħħar snin uriet li ħafna drabi l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jinvolvux ruħhom mal-kumpaniji li fihom ikollhom ishma u l-evidenza turi li s-swieq kapitali jagħmlu pressjoni fuq il-kumpaniji biex jagħtu riżultati fuq terminu qasir, li jista' jwassal għal livell subottimali ta' investimenti, pereżempju fir-riċerka u l-iżvilupp għad-detriment tal-prestazzjoni fit-tul kemm tal-kumpaniji u l-investituri.

(9) Investituri istituzzjonali u maniġers tal-assi huma azzjonisti importanti ta' kumpaniji elenkati fl-Unjoni u għalhekk jista' jkollhom rwol importanti fil-governanza korporattiva ta' dawn il-kumpaniji, iżda wkoll b'mod aktar ġenerali fir-rigward tal-istrateġija u l-prestazzjoni fit-tul ta' dawn il-kumpaniji. Madankollu, l-esperjenza tal-aħħar snin uriet li ħafna drabi l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jinvolvux ruħhom mal-kumpaniji li fihom ikollhom ishma u l-evidenza turi li s-swieq kapitali jagħmlu pressjoni qawwija fuq il-kumpaniji biex primarjament jagħtu riżultati fuq terminu qasir, li jista' jwassal għal livell subottimali ta' investimenti, pereżempju fir-riċerka u l-iżvilupp għad-detriment tal-prestazzjoni fit-tul kemm tal-kumpaniji u l-investituri.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Ħafna drabi, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jkunux trasparenti dwar l-istrateġiji ta' investiment u l-politika ta' involviment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħhom. L-iżvelar pubbliku ta' din l-informazzjoni jista' jkollu impatt pożittiv fuq l-għarfien tal-investituri, jippermetti li l-benefiċjarji aħħarin bħall-pensjonanti futuri jottimizzaw id-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom, jiffaċilita d-djalogu bejn il-kumpaniji u l-azzjonisti tagħhom, iħeġġeġ l-involviment tal-azzjonisti u jsaħħaħ ir-responsabiltà tal-kumpaniji lejn is-soċjetà ċivili.

(10) Ħafna drabi, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi ma jkunux trasparenti dwar il-politiki ta' involviment, l-istrateġiji ta' investiment tagħhom u l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħhom. L-iżvelar pubbliku ta' din l-informazzjoni jkollu impatt pożittiv, b'diversi modi, fuq l-għarfien tal-investituri, jippermetti li l-benefiċjarji aħħarin bħall-pensjonanti futuri jottimizzaw id-deċiżjonijiet ta' investiment tagħhom, jiffaċilita d-djalogu bejn il-kumpaniji u l-azzjonisti tagħhom, iħeġġeġ l-involviment tal-azzjonisti u jsaħħaħ ir-responsabiltà tal-kumpaniji lejn is-soċjetà ċivili.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Għalhekk, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom jiżviluppaw politika dwar l-involviment tal-azzjonisti, li tiddetermina, fost l-oħrajn, kif jintegraw l-involviment tal-azzjonisti fl-istrateġija ta' investiment tagħhom, kif jimmonitorjaw il-kumpaniji li fihom jinvestu, iżommu djalogi mal-kumpaniji li fihom jinvestu u jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot. Politika bħal din dwar l-involviment għandha tinkludi politiki biex jimmaniġġaw il-kunflitti attwali jew potenzjali tal-interessi, bħall-provvista tas-servizzi finanzjarji mill-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew il-kumpaniji affiljati magħhom, lill-entità li fiha jsir investiment. Din il-politika, kif ukoll l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħha, għandhom jiġu żvelati pubblikament kull sena. Meta l-investituri istituzzjonali jew il-maniġers tal-assi jiddeċiedu li ma jiżviluppawx politika ta' involviment u/jew jiddeċiedu li ma jiżvelawx l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħhom, huma jagħtu spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ.

(11) Għalhekk, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi għandhom jiżviluppaw politika dwar l-involviment tal-azzjonisti, li tiddetermina, fost l-oħrajn, kif jintegraw l-involviment tal-azzjonisti fl-istrateġija ta' investiment tagħhom, kif jimmonitorjaw il-kumpaniji li fihom jinvestu, iżommu djalogi mal-kumpaniji li fihom jinvestu u jeżerċitaw id-drittijiet tal-vot. Politika bħal din dwar l-involviment għandha tinkludi politiki biex jimmaniġġaw il-kunflitti attwali jew potenzjali tal-interessi, bħall-provvista tas-servizzi finanzjarji mill-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew il-kumpaniji affiljati magħhom, lill-entità li fiha jsir investiment. Din il-politika, kif ukoll l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħha, għandhom jiġu żvelati pubblikament kull sena. Jekk l-informazzjoni li tkun trid tiġi żvelata dwar il-votazzjoni tkun estensiva ħafna, f'każijiet eċċezzjonali għandu jkun hemm għażla li tiġi żvelata sintesi ta' dik l-informazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddisponu li jekk, f'każijiet eċċezzjonali, l-iżvelar ta' xi parti mill-informazzjoni relatata mal-politika ta' involviment jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-investitur istituzzjonali, tal-maniġer tal-assi jew ta' kumpanija li fiha jsir investiment, l-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi jista', bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti abbażi ta' kriterji ċari, jitħalla jastjeni milli jiżvela dik il-parti tal-informazzjoni.

 

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Sabiex jestendu l-idea tal-involviment tal-azzjonisti, il-kumpaniji għandhom jikkunsidraw il-ħolqien ta' korpi rappreżentattivi tal-azzjonisti (gruppi ta' azzjonisti) biex jissorveljaw l-attivitajiet tal-maniġers ta' fondi. Gruppi bħal dawn għandhom jikkonsistu f'membri eletti mill-investituri individwali jew benefiċjarji kurrenti jew futuri tal-pensjonijiet immaniġġati mill-maniġer tal-assi tal-kumpanija.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Kull sena l-investituri istituzzjonali għandhom jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija tagħhom dwar l-investimenti ta' ekwità hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif din tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tagħhom. Meta jagħmlu użu minn maniġers tal-assi, jew permezz ta' mandati diskrezzjonali li jinvolvu l-ġestjoni tal-assi fuq bażi individwali jew permezz ta' fondi kollettivi, għandhom jiżvelaw pubblikament l-elementi ewlenin tal-arranġament mal-maniġer tal-assi fir-rigward ta' għadd ta' kwistjonijiet, bħal jekk jinċentivax lill-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta' investiment tiegħu mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, jekk jinċentivax lill-maniġer tal-assi jagħmel deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' prestazzjoni fuq terminu medju jew fit-tul tal-kumpanija u biex jinvolvi ruħu ma' kumpaniji, kif jivvaluta l-prestazzjoni tal-maniġers tal-assi, l-istruttura tal-korrispettiv għas-servizzi li jimmaniġġaw l-assi u l-fatturat tal-portafoll fil-mira. Dan ikun jikkontribwixxi għall-allinjament korrett tal-interessi bejn il-benefiċjarji finali ta' investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi u l-kumpaniji li fihom isir investiment u potenzjalment għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' investiment aktar fit-tul u relazzjonijiet aktar fit-tul mal-kumpaniji li fihom isir investiment li jinvolvu l-involviment tal-azzjonisti.

(12) Kull sena l-investituri istituzzjonali għandhom jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija tagħhom dwar l-investimenti ta' ekwità hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif din tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tagħhom. Meta jagħmlu użu minn maniġers tal-assi, jew permezz ta' mandati diskrezzjonali li jinvolvu l-ġestjoni tal-assi fuq bażi individwali jew permezz ta' fondi kollettivi, għandhom jiżvelaw pubblikament l-elementi ewlenin tal-arranġament mal-maniġer tal-assi fir-rigward ta' għadd ta' kwistjonijiet, bħal jekk jinċentivax lill-maniġer tal-assi biex jallinja l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta' investiment tiegħu mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tal-investitur istituzzjonali, jekk jinċentivax lill-maniġer tal-assi jagħmel deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' prestazzjoni fuq terminu medju jew fit-tul tal-kumpanija u biex jinvolvi ruħu ma' kumpaniji, kif jivvaluta l-prestazzjoni tal-maniġers tal-assi, l-istruttura tal-korrispettiv għas-servizzi li jimmaniġġaw l-assi u l-fatturat tal-portafoll fil-mira. Dan ikun jikkontribwixxi għall-allinjament korrett tal-interessi bejn il-benefiċjarji finali ta' investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi u l-kumpaniji li fihom isir investiment u potenzjalment għall-iżvilupp ta' strateġiji ta' investiment aktar fit-tul u relazzjonijiet aktar fit-tul mal-kumpaniji li fihom isir investiment li jinvolvu l-involviment tal-azzjonisti. Jekk, f'każijiet eċċezzjonali, l-investitur istituzzjonali jagħmel użu minn għadd kbir ħafna ta' maniġers tal-assi, għandu jkun hemm il-possibbiltà li tiġi żvelata sintesi tal-informazzjoni. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddisponu li jekk, f'każijiet eċċezzjonali, l-iżvelar ta' xi parti mill-informazzjoni relatata ma' dawn l-aspetti tal-istrateġija ta' investiment jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-investitur istituzzjonali jew ta' maniġer tal-assi, l-investitur istituzzjonali jista', bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti abbażi ta' kriterji ċari, jitħalla jastjeni milli jiżvela dik il-parti tal-informazzjoni.

 

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Il-maniġers tal-assi għandhom ikunu meħtieġa jiżvelaw lill-investituri istituzzjonali kif l-istrateġija ta' investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha hija konformi mal-arranġament tal-ġestjoni tal-assi u kif l-istrateġija u d-deċiżjonijiet ta' investiment jikkontribwixxu għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tal-investitur istituzzjonali. Barra minn hekk, għandhom jiżvelaw jekk jagħmlux deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' ġudizzji dwar prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-entità li fiha jsir investiment, kif kien magħmul il-portafoll tagħhom u l-fatturat tal-portafoll, kunflitti ta' interess attwali jew potenzjali u jekk il-maniġer tal-assi jużax konsulenti bi prokura għall-finijiet tal-attivitajiet ta' involviment tagħhom. Din l-informazzjoni tippermetti li l-investitur istituzzjonali jimmonitorja aħjar il-maniġer tal-assi, tipprovdi inċentivi għal allinjament xieraq tal-interessi u għall-involviment tal-azzjonisti.

(13) Il-maniġers tal-assi għandhom ikunu meħtieġa jiżvelaw kif l-istrateġija ta' investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha hija konformi mal-arranġament tal-ġestjoni tal-assi. Il-maniġers tal-assi għandhom jiżvelaw lill-pubbliku jekk jagħmlux deċiżjonijiet ta' investiment abbażi ta' ġudizzji dwar prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-entità li fiha jsir investiment, il-fatturat tal-portafoll, kunflitti ta' interess attwali jew potenzjali u jekk il-maniġer tal-assi jużax konsulenti bi prokura għall-finijiet tal-attivitajiet ta' involviment tagħhom u, b'mod ġenerali, kif l-istrateġija ta' investiment tikkontribwixxi għall-prestazzjoni tal-assi tal-investitur istituzzjonali fuq terminu medju sa twil. Il-maniġers tal-assi għandhom jiżvelaw lill-investitur istituzzjonali kif kien kompost il-portafoll tagħhom u x'kien il-kost tal-fatturat tal-portafoll. Din l-informazzjoni tippermetti u tinkoraġġixxi lill-investitur istituzzjonali u, fejn applikabbli, lill-partijiet interessati kkonċernati b'mod ġenerali, jimmonitorjaw aħjar il-maniġer tal-assi, ħaġa li tipprovdi inċentivi għal allinjament xieraq tal-interessi u għall-involviment tal-azzjonisti. Jekk maniġer tal-assi jkun obbligat minn atti oħra tad-dritt tal-Unjoni li jiżvela informazzjoni relatata mal-investiment, l-obbligi ta' żvelar f'dan il-kuntest ma għandhomx japplikaw għal informazzjoni li tkun diġà koperta f'dawk l-atti. Barra minn hekk, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jiddisponu li jekk, f'każijiet eċċezzjonali, l-iżvelar ta' xi parti mill-informazzjoni dwar dawn l-aspetti tal-istrateġija ta' investiment jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-maniġer tal-assi jew ta' investitur istituzzjonali, il-maniġer tal-assi jista', bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti abbażi ta' kriterji ċari, jitħalla jastjeni milli jiżvela dik il-parti tal-informazzjoni.

 

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex titjieb l-informazzjoni fil-katina ta' investiment fil-kapital, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiġi ggarantit li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom tal-vot ikunu preċiżi u kredibbli, abbażi ta' analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli lilhom u li ma jkunux affettwati minn xi kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju. Għandhom jiżvelaw ċerta informazzjoni importanti relatata mat-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom u kwalunkwe kunflitt ta' interessi attwali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta' negozju li jistgħu jinfluwenzaw it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot.

(14) Sabiex titjieb l-informazzjoni fil-katina ta' investiment fil-kapital, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiġi ggarantit li r-rakkomandazzjonijiet tagħhom tal-vot ikunu preċiżi u kredibbli, abbażi ta' analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha disponibbli lilhom u li ma jkunux affettwati minn xi kunflitt ta' interess eżistenti jew potenzjali jew relazzjoni ta' negozju. Għandhom jiżvelaw ċerta informazzjoni importanti relatata mat-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom u kwalunkwe kunflitt ta' interessi attwali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta' negozju li, jekk ma jkunux trattati b'mod adegwat, jistgħu jinfluwenzaw it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 15a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Il-politika ta' remunerazzjoni għad-diretturi ta' kumpanija għandha tikkontribwixxi wkoll għat-tkabbir fit-tul tal-kumpanija sabiex din tikkorrispondi għal prattika aktar effikaċi ta' governanza korporattiva u mhijiex marbuta għal kollox jew prinċipalment ma' objettivi ta' investiment għal żmien qasir.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti jkollhom vuċi effettiva dwar il-politika ta' remunerazzjoni, għandhom jingħataw id-dritt li japprovaw il-politika ta' remunerazzjoni, abbażi ta' ħarsa ġenerali ċara, li tinftiehem u komprensiva tal-politika ta' remunerazzjoni tal-kumpanija, li għandha tkun allinjata mal-istrateġija kummerċjali, l-għanijiet, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kumpanija u għandhom jinkorporaw miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. Il-kumpaniji għandhom iħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont politika ta' remunerazzjoni li tkun ġiet approvata mill-azzjonisti. Il-politika approvata ta' remunerazzjoni għandha tiġi żvelata pubblikament mingħajr dewmien.

(16) Sabiex jiġi żgurat li l-azzjonisti jkollhom vuċi effettiva dwar il-politika ta' remunerazzjoni, għandhom jingħataw id-dritt li japprovaw, permezz ta' votazzjoni, il-politika ta' remunerazzjoni. Filwaqt li tikkunsidra aspetti speċifiċi għall-kumpanija, il-politika għandha tkun waħda ċara, li tinftiehem u komprensiva. Din għandha tkun allinjata mal-istrateġija kummerċjali, l-għanijiet, il-valuri u l-interessi fit-tul tal-kumpanija u għandha tinkorpora miżuri biex jiġu evitati l-kunflitti ta' interess. Il-politika għandha tistabbilixxi u tispjega l-proporzjon imbassar bejn l-aġġustamenti fir-remunerazzjoni tad-diretturi u l-aġġustamenti fil-pagi tal-impjegati li mhumiex diretturi. Dan jipprovdi indikatur utli tal-iżvilupp tar-remunerazzjoni fi ħdan il-kumpanija. Il-kumpaniji għandhom iħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont politika ta' remunerazzjoni li tkun ġiet imressqa quddiem l-azzjonisti u approvata minnhom. Il-politika approvata ta' remunerazzjoni għandha tiġi żvelata pubblikament mingħajr dewmien.

 

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni tkun konformi mal-politika approvata, l-azzjonisti għandhom jingħataw id-dritt li jivvutaw fuq ir-rapport ta' remunerazzjoni tal-kumpanija. Sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà tad-diretturi, ir-rapport ta' remunerazzjoni għandu jkun ċar u jinftiehem u għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tar-remunerazzjoni li ngħatat lil diretturi individwali fl-aħħar sena finanzjarja. Fejn l-azzjonisti jivvutaw kontra r-rapport ta' remunerazzjoni, il-kumpanija għandha tispjega fir-rapport ta' remunerazzjoni li jmiss kif il-vot tal-azzjonisti jkun ġie ikkunsidrat.

(17) Biex jiġi żgurat li l-implimentazzjoni tal-politika ta' remunerazzjoni tkun konformi mal-politika approvata, l-azzjonisti għandhom jingħataw id-dritt li jivvutaw fuq ir-rapport ta' remunerazzjoni tal-kumpanija fil-laqgħa ġenerali annwali. Sabiex tiġi żgurata r-responsabbiltà tad-diretturi, ir-rapport ta' remunerazzjoni għandu jkun ċar u jinftiehem u għandu jipprovdi ħarsa ġenerali komprensiva tar-remunerazzjoni li ngħatat lil diretturi individwali fl-aħħar sena finanzjarja jew li tkun għad trid tingħata. Fejn l-azzjonisti jivvutaw kontra r-rapport ta' remunerazzjoni, għandu jkun hemm skambju ta' fehmiet miftuħ fejn l-azzjonisti jkunu jistgħu jikkjarifikaw ir-raġunijiet għar-rifjut. Il-kumpanija għandha tispjega fir-rapport ta' remunerazzjoni li jmiss kif il-vot u d-dikjarazzjonijiet tal-azzjonisti jkunu ġew ikkunsidrati.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 17a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Iż-żieda fit-trasparenza fir-rigward tal-attivitajiet ta' kumpaniji kbar, u b'mod partikolari fir-rigward tal-profitti li jkunu saru, it-taxxi fuq il-profitti mħallsa u s-sussidji riċevuti, hija essenzjali biex tiġi żgurata l-fiduċja tal-azzjonisti u ċittadini oħra tal-UE fil-kumpaniji. Ir-rappurtar obbligatorju f'dan il-qasam jista' għalhekk jitqies bħala element importanti tar-responsabbiltà korporattiva tal-kumpaniji lejn l-azzjonisti u s-soċjetà.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 18a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18a) Jeħtieġ issir distinzjoni bejn il-proċeduri li permezz tagħhom tiġi stabbilita r-remunerazzjoni tad-diretturi u s-sistemi li bihom jiġu ddeterminati l-pagi tal-impjegati. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-eżerċitar sħiħ tad-drittijiet fundamentali garantit mill-Artikolu 153(5) tat-TFUE, il-prinċipji ġenerali tal-leġiżlazzjoni nazzjonali dwar il-kuntratti u x-xogħol, u d-drittijiet, fejn japplika, tal-imsieħba soċjali li jikkonkludu u jinfurzaw ftehim kollettiv skont il-liġi u l-użanzi nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Din hija verżjoni adattata tal-Premessa 69 tad-Direttiva 2013/36/UE (CRD IV).

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 18b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(18b) Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni għandhom ukoll, fejn applikabbli, ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp amministrattiv, maniġerjali u/jew superviżorju kif previst fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

Ġustifikazzjoni

Referenza rilevanti f'dan ir-rigward huwa l-Artikolu 91.13 tad-Direttiva 2013/36/UE.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati jistgħu jikkawżaw preġudizzju lill-kumpaniji u lill-azzjonisti tagħhom, peress li jistgħu jagħtu lill-parti relatata l-opportunità għal valur xieraq li jappartjeni għall-kumpanija. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tal-interessi tal-azzjonisti. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tal-assi tal-kumpaniji jew tranżazzjonijiet li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq il-profitti jew il-fatturat għandhom jiġu ppreżentat għal vot mill-azzjonisti f'laqgħa ġenerali. Meta t-tranżizzjoni ma' parti relatata tkun tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist għandu jiġi eskluż minn dak il-vot. Il-kumpanija ma għandhiex titħalla tikkonkludi t-tranżazzjoni qabel l-azzjonisti japprovaw it-tranżazzjoni. Għal tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 1 % tal-assi tagħhom, il-kumpaniji għandhom iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet fil-ħin tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni, u jakkumpanjaw it-tħabbira b'rapport minn parti terza indipendenti li tevalwa jekk it-tranżazzjoni hijiex fuq termini tas-suq u li tikkonferma li t-tranżazzjoni hija ġusta u raġonevoli mill-perspettiva tal-azzjonisti, inklużi l-azzjonisti minoritarji. L-Istati Membri għandhom jitħallew jeskludu tranżazzjonijiet annotati bejn il-kumpaniji u s-sussidjarji posseduti kollha tagħhom. Għall-istess raġuni, l-Istati Membri għandhom ukoll ikunu jistgħu jħallu l-kumpaniji jirrikjedu l-approvazzjoni bil-quddiem tal-azzjonisti għal tipi definiti ċari ta' tranżazzjonijiet rikorrenti 'l fuq minn 5 fil-mija tal-assi, u jirrikjedu mill-azzjonisti eżenzjoni bil-quddiem mill-obbligu li jipproduċu rapport ta' parti terza indipendenti għal tranżazzjonijiet rikorrenti 'l fuq minn wieħed fil-mija tal-assi, taħt ċerti kundizzjonijiet, sabiex tiġi ffaċilitata l-konklużjoni ta' tranżazzjonijiet bħal dawn mill-kumpaniji.

(19) Tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati jistgħu jikkawżaw preġudizzju lill-kumpaniji u lill-azzjonisti tagħhom, peress li jistgħu jagħtu lill-parti relatata l-opportunità għal valur xieraq li jappartjeni għall-kumpanija. Għalhekk, huwa importanti li jkun hemm salvagwardji adegwati għall-protezzjoni tal-interessi tal-azzjonisti. Għal din ir-raġuni, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li t-tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li ma jiġux konklużi b'termini standard fil-perkors normali tan-negozju u li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tal-assi tal-kumpaniji għandhom jiġu ppreżentat għal vot mill-azzjonisti f'laqgħa ġenerali. Meta t-tranżizzjoni ma' parti relatata tkun tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist għandu jiġi eskluż minn dak il-vot. Il-kumpanija ma għandhiex titħalla tikkonkludi t-tranżazzjoni qabel l-azzjonisti japprovaw it-tranżazzjoni. Għal tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 1 % tal-assi tagħhom, il-kumpaniji għandhom iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet mhux aktar tard minn fil-ħin tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni. L-Istati Membri għandhom jitħallew jeskludu tranżazzjonijiet annotati bejn il-kumpaniji u s-sussidjarji posseduti kollha tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jħallu l-kumpaniji jirrikjedu l-approvazzjoni bil-quddiem tal-azzjonisti għal tipi definiti ċari ta' tranżazzjonijiet rikorrenti 'l fuq minn 5 fil-mija tal-assi, taħt ċerti kundizzjonijiet, u għandhom ikunu jistgħu jħallu l-kumpaniji jirrikjedu mill-azzjonisti eżenzjoni bil-quddiem mill-obbligu ta' żvelar immedjat għal tranżazzjonijiet rikorrenti 'l fuq minn wieħed fil-mija tal-assi, bil-kundizzjoni li dawn it-tranżazzjonijiet kollha jiġu żvelati fi tmiem il-perjodu ta' eżenzjoni, sabiex tiġi ffaċilitata l-konklużjoni ta' tranżazzjonijiet bħal dawn mill-kumpaniji.

 

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Fid-dawl tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 19956 huwa meħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. L-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar l-azzjonisti għandha tkun limitata għall-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-azzjonisti korrispondenti. Din l-informazzjoni għandha tkun preċiża u għandha tinżamm aġġornata, u l-intermedjarji kif ukoll il-kumpaniji għandhom jippermettu r-rettifika jew it-tħassir tad-dejta kollha li tkun inkorretta jew li ma tkunx sħiħa. Din l-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar l-azzjonisti ma għandhiex tintuża għal xi għan ieħor għajr il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti.

(20) Fid-dawl tal-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u tad-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 19956 huwa meħtieġ li jintlaħaq bilanċ bejn il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u d-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-dejta personali. L-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar l-azzjonisti għandha tkun limitata għall-isem u d-dettalji ta' kuntatt tal-azzjonisti korrispondenti. Din l-informazzjoni għandha tkun preċiża u għandha tinżamm aġġornata u fiż-żgur, u l-intermedjarji kif ukoll il-kumpaniji għandhom jippermettu r-rettifika jew it-tħassir tad-dejta kollha li tkun inkorretta jew li ma tkunx sħiħa. Din l-informazzjoni ta' identifikazzjoni dwar l-azzjonisti ma għandhiex tintuża għal xi għan ieħor għajr il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti. Fl-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni tad-diretturi individwali, dejta personali sensittiva dwar is-saħħa jew dwar kategoriji oħra msemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE għandha titħalla barra. L-informazzjoni għandha tintuża biss biex tiffaċilita l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u tippermetti trasparenza u responsabilità rigward il-prestazzjoni tagħhom bħala diretturi. Il-kumpaniji għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dejta personali, pereżempju billi jneħħu links diretti għal din id-dejta fuq il-websajt, meta dik id-dejta, wara numru ta' snin minn meta tkun ġiet żvelata l-ewwel darba, ma tkunx għadha ta' rilevanza fundamentali biex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti.

_____________

____________

6 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

6 Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta' individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta' dejta personali u dwar il-moviment liberu ta' dik id-dejta (ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31).

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 20a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Sabiex jiġi żgurat li l-mekkaniżmi ta' komunikazzjoni kruċjali jaħdmu bl-aktar mod effikaċi possibbli, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati, skont l-Artikolu 290 tat-TFUE, biex tiddetermina r-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati fir-rigward tal-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni u l-iffaċilitar tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-azzjonisti. Huwa partikolarment importanti li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet xierqa matul ix-xogħol tagħha ta' tħejjija, anke fil-livell ta' esperti. Il-Kummissjoni, meta tħejji u tfassal atti delegati, għandha tiżgura t-trasmissjoni simultanja, f'waqtha u xierqa ta' dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar l-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni tal-informazzjoni, il-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u r-rapport ta' remunerazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7.

(21) Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet dwar ir-rapport ta' remunerazzjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata setgħat ta' implimentazzjoni. Dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill7.

_____________

____________

7 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implementazzjoni. ( ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

7 Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta' kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta' implementazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jew il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva jiġu applikati fil-prattika, kull ksur ta' dawk ir-rekwiżiti għandu jkun soġġett għal penali. Għal dak il-għan, il-penali għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati biżżejjed.

(22) Sabiex jiġi żgurat li r-rekwiżiti stabbiliti f'din id-Direttiva jew il-miżuri li jimplimentaw din id-Direttiva jiġu applikati fil-prattika, kull ksur ta' dawk ir-rekwiżiti għandu jkun soġġett għal penali skont kif inkluż fil-liġi nazzjonali. Għal dak il-għan, il-penali għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati biżżejjed.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt f − parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Fil-Paragrafu 1, tiżdied is-sentenza li ġejja:

(a) Il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt a

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Tistabbilixxi wkoll rekwiżiti għall-intermedjarji li jintużaw mill-azzjonisti biex jiġi żgurat li l-azzjonisti jkunu jistgħu jiġu identifikati, toħloq trasparenza dwar il-politiki ta' involviment ta' ċerti tipi ta' investituri u toħloq drittijiet addizzjonali għall-azzjonisti biex jissorveljaw il-kumpaniji.

Din id-Direttiva tistabbilixxi rekwiżiti rigward l-eżerċizzju ta' ċerti drittijiet tal-azzjonisti marbuta ma' ishma bi dritt tal-vot fir-rigward tal-laqgħat ġenerali ta' kumpaniji li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom fi Stat Membru u li l-ishma tagħhom huma ammessi għall-kummerċ f'suq regolat li jinsab jew li jopera fi Stat Membru. Tistabbilixxi wkoll rekwiżiti għall-identifikazzjoni tal-azzjonisti, it-trażmissjoni ta' informazzjoni u l-iffaċilitar tal-eżerċizzju tad-drittijiet tal-azzjonisti; issaħħaħ ir-regoli ta' trasparenza għall-investituri istituzzjonali, il-maniġers tal-assi u l-konsulenti bi prokura; u toħloq drittijiet addizzjonali għall-azzjonisti biex jissorveljaw il-kumpaniji.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 1 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kapitolu Ib japplika għal investituri istituzzjonali u għal maniġers tal-assi sakemm dawn jinvestu, direttament jew permezz ta' impriża ta' investiment kollettiv, f'isem l-investituri istituzzjonali, f'ishma.

4. Il-Kapitolu Ib japplika għal investituri istituzzjonali u konsulenti bi prokura. Japplika wkoll għal maniġers tal-assi sakemm dawn jinvestu, direttament jew permezz ta' impriża ta' investiment kollettiv, f'isem l-investituri istituzzjonali, f'ishma.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 2 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) "investitur istituzzjonali" tfisser impriża li twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(1)(a) u mhux eskluża skont l-Artikolu 3 tad-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 u istituzzjoni li tipprovdi għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva fl-intier tagħha jew parzjalment għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva;

(f) "investitur istituzzjonali" tfisser impriża li twettaq attivitajiet tal-assigurazzjoni tal-ħajja skont it-tifsira tal-Artikolu 2(3)(a), (b) u (c), u attivitajiet ta' riassigurazzjoni li jkopru obbligi ta' assigurazzjoni tal-ħajja u mhux eskluża skont l-Artikoli 3, 4, 9, 10, 11 jew 12 tad-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9 u istituzzjoni li tipprovdi għall-provvista tal-irtirar okkupazzjonali li jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10 skont l-Artikolu 2 tagħha, sakemm Stat Membru ma jkunx għażel li ma japplikax dik id-Direttiva fl-intier tagħha jew parzjalment għal dik l-istituzzjoni skont l-Artikolu 5 ta' dik id-Direttiva;

_____________

____________

9 Id-Direttiva 2002/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta' Novembru 2002 li tikkonċerna l-assigurazzjoni fuq il-ħajja(ĠU L 345, 19.12.2002, p. 1).

9 Id-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1)

10 Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

10 Id-Direttiva 2003/41/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-3 ta' Ġunju 2003 dwar l-attivitajiet u s-superviżjoni ta' istituzzjonijiet għall-provvista ta' irtirar okkupazzjonali (ĠU L 235, 23.9.2003, p. 10).

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 2 – punt g

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g) "maniġer tal-assi" tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11 li tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tal-portafolli lill-investituri istituzzjonali, AIFM (maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni skont l-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva jew kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13; jew kumpanija ta' investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-amministrazzjoni tagħha;

(g) "maniġer tal-assi" tfisser ditta ta' investiment kif definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11 li tipprovdi servizzi tal-ġestjoni tal-portafolli lill-investituri istituzzjonali, AIFM (maniġer ta' fond ta' investiment alternattiv) kif definit fl-Artikolu 4(1)(b) tad-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12 li ma jissodisfax il-kundizzjonijiet għal eżenzjoni skont l-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva jew kumpanija maniġerjali kif definita fl-Artikolu 2(1)(b) tad-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill13; jew kumpanija ta' investiment awtorizzata skont id-Direttiva 2009/65/KE, sakemm ma tkunx ħatret kumpanija maniġerjali awtorizzata skont dik id-Direttiva għall-amministrazzjoni tagħha;

_____________

____________

11 Id-Direttiva 2004/39/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 85/611/KEE u 93/6/KEE u d-Direttiva 2000/12/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 93/22/KEE (ĠU L 145, 30.4.2004, p. 1).

11 Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (riformulazzjoni) (ĠU L 173, 12.06.2014, p. 349).

12 Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

12 Id-Direttiva 2011/61/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2011 dwar Maniġers ta' Fondi ta' Investiment Alternattivi u li temenda d-Direttivi 2003/41/KE u 2009/65/KE u r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L 174, 1.7.2011, p. 1).

13 Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

13 Id-Direttiva 2009/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi fir-rigward tal-impriżi ta' investiment kollettiv f'titoli trasferibbli (UCITS) (ĠU L 302, 17.11.2009, p. 32).

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 2 – punt h

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) "involviment tal-azzjonisti" tfisser il-monitoraġġ minn azzjonist waħdu jew flimkien ma' azzjonisti oħrajn, tal-kumpaniji dwar kwistjonijiet bħal strateġija, prestazzjoni, riskji, struttura kapitali u governanza korporattiva, li jkollhom djalogu mal-kumpaniji dwar dawn il-kwistjonijiet u jivvotaw fil-laqgħa ġenerali.

(h) "involviment tal-azzjonisti" tfisser il-monitoraġġ tal-kumpaniji minn azzjonist, waħdu jew flimkien ma' azzjonisti oħrajn f'raggruppament informali jew formali, dwar kwistjonijiet bħal strateġija, prestazzjoni, issettjar tal-aġenda, riskji, struttura kapitali, riżorsi umani u governanza korporattiva, u li l-azzjonisti jkollhom djalogu mal-kumpaniji u, jekk ikun rilevanti, ma' azzjonisti oħrajn involuti, dwar dawn il-kwistjonijiet u jivvotaw f'laqgħat ġenerali, u attivitajiet oħra relatati ma' eżerċizzji ta' monitoraġġ bħal dawn.

Ġustifikazzjoni

L-involviment tal-azzjonisti mhuwiex ristrett biss għad-djalogu mal-kumpanija. Jista' jinkludi wkoll diskussjonijiet mal-impjegati (jew mar-rappreżentanti tagħhom), mal-NGOs involuti fi kwistjonijiet marbuta man-negozju tal-kumpanija u ma' partijiet interessati oħrajn.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 2 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) "Direttur" tfisser kull membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew ta' sorveljanza ta' kumpanija;

(l) "direttur" tfisser kull membru tal-korpi amministrattivi, maniġerjali jew superviżorji ta' kumpanija, jew, jekk u sakemm dawn il-korpi ma jkunux jeżistu, individwu f'pożizzjoni simili;

Ġustifikazzjoni

F'xi Stati Membri, definizzjoni li tiffoka biss fuq korpi formali ma tkunx tkopri l-individwi kollha li, b'mod raġonevoli, għandhom jitqiesu bħala diretturi. Dan japplika, pereżempju, għal CEO f'sistema fejn m'hemmx korp maniġerjali formali.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 2 – punt ja (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja) "parti interessata" tfisser kull individwu, grupp, organizzazzjoni jew komunità lokali affettwat jew affettwata jew li għandu jew għandha interess fl-operat u l-prestazzjoni ta' kumpanija;

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 2a

 

Protezzjoni tad-dejta

 

L-Istati Membri jiżguraw li kull ipproċessar ta' dejta personali skont din id-Direttiva jsir skont il-liġijiet nazzjonali li jimplimentaw id-Direttiva 95/46/KE."

Ġustifikazzjoni

Din id-dispożizzjoni ġenerali, li tkun tkopri d-Direttiva dwar id-Drittijiet tal-Azzjonisti kollha kemm hi, għandha l-għan li tenfasizza li r-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta għandhom, kull meta jkun applikabbli, jiġu rispettati bis-sħiħ.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Kapitolu IA – artikolu 3a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-intermedjarji joffru lill-kumpaniji l-possibbiltà biex l-azzjonisti tagħhom ikunu identifikati.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji jkollhom il-possibbiltà li l-azzjonisti tagħhom ikunu identifikati.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Kapitolu IA – artikolu 3a – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Id-dettalji ta' kuntatt li għandhom jiġu kkomunikati jikkonsistu biss fl-indirizz fiżiku, l-indirizz tal-posta elettronika, in-numru ta' ishma fil-proprjetà tal-azzjonist u d-drittijiet tal-vot miżmuma.

 

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li azzjonisti li jkunu ġew identifikati jkollhom il-possibbiltà li ma jikkomunikawx mal-kumpanija rilevanti. F'dak il-każ, jiġi implimentat mekkaniżmu li jippermetti lill-azzjonisti jgħarrfu lill-kumpanija b'din ix-xewqa tagħhom b'mod faċli.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji li jkunu identifikaw l-azzjonisti tagħhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni ta' azzjonist, fuq talba, lista tal-ismijiet u d-dettalji ta' kuntatt tal-azzjonisti identifikati kollha li jkollhom aktar minn 0,5 % tal-ishma.

 

L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-kumpaniji jimponu tariffa talli jqiegħdu din il-lista għad-dispożizzjoni ta' azzjonist. It-tariffa u l-metodu ta' kif tiġi kkalkulata jkunu trasparenti u nondiskriminatorji. Il-kumpaniji jiżguraw li anke jekk l-azzjonisti kollha jitolbu lista, id-dħul akkumulat mill-ħlas tat-tariffa ma jkunx ogħla minn 50 % tal-ispejjeż attwali li jkunu daħlu fihom biex jidentifikaw lill-azzjonisti.

Ġustifikazzjoni

Id-djalogu bejn l-azzjonisti differenti fuq kwistjonijiet relatati mal-kumpanija huwa fattur fundamentali f'involviment tal-azzjonisti li jiffunzjona tajjeb. Biex jiġi ffaċilitat dan id-djalogu, ikun jagħmel sens li l-azzjonisti jkunu jistgħu jiksbu d-dettalji ta' kuntatt ta' azzjonisti oħrajn, meta dawn ikunu disponibbli, mingħand il-kumpanija. Il-limitu ta' 0,5 % qiegħed hemm biex titħares il-privatezza.

Peress li l-kumpaniji jidħlu fi spejjeż biex l-azzjonisti jiġu identifikati, huwa raġonevoli li l-azzjonisti li jagħmlu użu mil-listi jkopru parti mill-ispejjeż attwali tal-identifikazzjoni.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-azzjonisti għandhom jiġu infurmati kif xieraq mill-intermedjarju tagħhom li l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom jistgħu jiġu trażmessi għall-finijiet ta' identifikazzjoni f'konformità ma' dan l-artikolu. Din l-informazzjoni tista' tintuża biss għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonist. Il-kumpanija u l-intermedjarju għandhom jiżguraw li l-persuni naturali jkunu kapaċi jirrettifikaw jew iħassru kull dejta inkompluta jew mhux preċiża u m'għandhomx iżommu l-informazzjoni relatata mal-azzjonist għal aktar minn 24 xahar wara li jkunu rċevewha.

3. L-azzjonisti għandhom jiġu infurmati kif xieraq mill-intermedjarju tagħhom li l-isem u d-dettalji ta' kuntatt tagħhom jistgħu jiġu trażmessi għall-finijiet ta' identifikazzjoni f'konformità ma' dan l-artikolu. Din l-informazzjoni tista' tintuża biss għall-fini tal-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonist. L-azzjonisti li jirċievu lista ma għandhomx jiżvelawha. Huma għandhom jużawha biss biex jagħmlu kuntatt ma' azzjonisti oħrajn dwar kwistjonijiet relatati mal-kumpanija. Il-kumpanija u l-intermedjarju għandhom jiżguraw li l-persuni fiżiċi u ġuridiċi jkunu kapaċi jirrettifikaw jew iħassru kull dejta inkompluta jew mhux preċiża u m'għandhomx iżommu l-informazzjoni relatata mal-azzjonist għal aktar minn erba' snin wara li jkunu rċevewha.

Ġustifikazzjoni

L-azzjonisti li jirċievu lista għandhom josservaw regoli stretti. Sabiex il-mekkaniżmu f'dan l-Artikolu jaħdem tajjeb, il-lista m'għandhiex titqassam u tista' tintuża biss biex jinbeda djalogu ma' azzjonisti oħrajn. Barra minn hekk, l-azzjonisti kollha, mhux il-persuni fiżiċi biss, għandhom ikunu kapaċi jikkoreġu l-informazzjoni dwar l-identifikazzjoni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri jiżguraw li intermedjarju li jirrapporta l-isem u dettalji ta' kuntatt ta' azzjonist ma jitqiesx li qed jikser xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'kull dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.

4. L-Istati Membri jiżguraw li la intermedjarju li jirrapporta l-isem u d-dettalji ta' kuntatt ta' azzjonist, u lanqas kumpanija li tqiegħed għad-dispożizzjoni ta' azzjonist lista ta' azzjonisti identifikati, ma jitqiesu li qed jiksru xi restrizzjoni fuq l-iżvelar ta' informazzjoni imposta b'kuntratt jew b'kull dispożizzjoni leġiżlattiva, regolatorja jew amministrattiva.

Ġustifikazzjoni

Dan l-adattament jirrifletti t-tibdiliet preċedenti fl-Artikolu.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3a – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 inkluż fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, il-format tat-talba u t-trażmissjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2).

5. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu -14a biex tispeċifika r-rekwiżiti għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi 2, 2a u 3 fir-rigward tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa, il-format tat-talba u t-trażmissjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompitu mogħti lill-Kummissjoni f'dan il-każ huwa pjuttost kbir, l-atti delegati huma adattati iżjed mill-atti ta' implimentazzjoni. L-atti delegati jiżguraw ukoll li l-Parlament ikollu influwenza sostanzjali fuq il-proċedura.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3b – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li jekk kumpanija tagħżel li ma tikkomunikax direttament mal-azzjonisti tagħha, l-informazzjoni relatata mal-ishma tagħhom tiġi trażmessi lilhom jew, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-azzjonista, lil parti terza, mill-intermedjarju mingħajr dewmien żejjed fil-każijiet kollha li ġejjin:

1. L-Istati Membri jiżguraw li sa fejn kumpanija ma tikkomunikax direttament mal-azzjonisti tagħha, l-informazzjoni relatata mal-ishma tagħhom titqiegħed għad-dispożizzjoni permezz tal-websajt tal-kumpanija, u tiġi trażmessa lilhom jew, skont l-istruzzjonijiet mogħtija mill-azzjonista, lil parti terza, mill-intermedjarju mingħajr dewmien żejjed fil-każijiet li ġejjin:

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3b – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 4 inkluż fir-rigward tal-kontenut li għandu jiġi trażmess, l-iskadenzi li jridu jiġu osservati u t-tipi u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2).

5. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu -14a biex tispeċifika r-rekwiżiti għat-trażmissjoni tal-informazzjoni stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 4 fir-rigward tal-kontenut li għandu jiġi trażmess, l-iskadenzi li jridu jiġu osservati u t-tipi u l-format tal-informazzjoni li għandha tiġi trażmessa.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompitu mogħti lill-Kummissjoni f'dan il-każ huwa pjuttost kbir, l-atti delegati huma adattati iżjed mill-atti ta' implimentazzjoni. L-atti delegati jiżguraw ukoll li l-Parlament ikollu influwenza sostanzjali fuq il-proċedura.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3c – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji jikkonfermaw il-voti mitfugħa fil-laqgħat ġenerali minn jew f'isem l-azzjonisti. Fil-każ li l-intermedjarju jitfa' l-vot, huwa jittrażmetti l-konferma tal-vot lill-azzjonist. Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f'katina ta' kumpaniji azzjonarji, il-konferma tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed.

2. L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji, fuq talba tal-azzjonisti, jikkonfermaw il-voti mitfugħa fil-laqgħat ġenerali minn jew f'isem l-azzjonisti. Fil-każ li l-intermedjarju jitfa' l-vot, huwa jittrażmetti l-konferma mitluba tal-vot lill-azzjonist. Meta jkun hemm aktar minn intermedjarju wieħed f'katina ta' kumpaniji azzjonarji, il-konferma mitluba tiġi trażmessa bejn l-intermedjarji mingħajr dewmien żejjed.

 

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-kumpaniji jkunu jistgħu jippubblikaw il-konferma tal-voti mitfugħa fuq il-websajts tagħhom wara l-laqgħa ġenerali.

Ġustifikazzjoni

L-ispejjeż u l-isforzi neċessarji li huma relatati ma' notifika korrispondenti tal-azzjonisti kollha li jivvotaw, b'mod partikolari fil-każ ta' laqgħat ġenerali, huma sproporzjonalment għoljin. Għalhekk konferma għandha tiġi trażmessa biss jekk din tkun mitluba mill-azzjonisti. Il-kumpaniji għandu wkoll ikollhom il-possibbiltà li jippubblikaw fuq il-websajt tagħhom il-konferma tal-voti mitfugħa.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3c – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ta' implimentazzjoni biex tispeċifika r-rekwiżiti għall-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu inkluż fir-rigward tat-tip u l-kontenut tal-faċilitazzjoni, il-forma tal-konferma tal-votazzjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 14a(2).

3. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati biex tispeċifika r-rekwiżiti għall-faċilitazzjoni tal-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti stabbiliti fil-paragrafi 1 u 2 ta' dan l-Artikolu fir-rigward tat-tip u l-kontenut tal-faċilitazzjoni, il-forma tal-konferma tal-votazzjoni u l-iskadenzi li jridu jiġu osservati.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-kompitu mogħti lill-Kummissjoni f'dan il-każ huwa pjuttost kbir, l-atti delegati huma adattati iżjed mill-atti ta' implimentazzjoni. L-atti delegati jiżguraw ukoll li l-Parlament ikollu influwenza sostanzjali fuq il-proċedura.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3d – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jippermettu li l-intermedjarji jitolbu prezzijiet jew tariffi għas-servizz li se jiġi pprovdut taħt dan il-kapitolu. L-intermedjarji jiżvelaw pubblikament il-prezzijiet, it-tariffi u kull ħlas ieħor b'mod separat għal kull servizz imsemmi f'dan il-kapitolu.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-intermedjarji jiżvelaw pubblikament, b'mod separat għal kull servizz, il-prezzijiet, it-tariffi u kull ħlas ieħor għas-servizzi kollha msemmija f'dan il-kapitolu li mhumiex offruti mingħajr ħlas.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ jiġi kkjarifikat li għandhom jiġu żvelati t-tariffi kollha.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3d – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li kull ħlas li jista' jiġi impost minn intermedjarju fuq l-azzjonisti, il-kumpaniji u l-intermedjarji oħra għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati. Kull differenza fil-ħlasijiet imposti bejn l-eżerċizzju domestiku u transfruntier tad-drittijiet tkun iġġustifikata kif xieraq.

2. L-Istati Membri jiżguraw li kull ħlas li jista' jiġi impost minn intermedjarju fuq l-azzjonisti, il-kumpaniji u l-intermedjarji oħra għandhom ikunu nondiskriminatorji u proporzjonati. Kull varjazzjoni fil-ħlasijiet imposti bejn utenti differenti ta' servizz tkun tirrifletti varjazzjoni fl-ispejjeż attwali magħmula biex jingħata s-servizz. Ma jkunx hemm differenzi fit-tariffi skont in-nazzjonalità.

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għall-ispejjeż attwali huwa mod biex jiġi kkjarifikat xi jfisser “nondiskriminatorju” u “proporzjonali” f'termini operattivi. Barra minn hekk, sabiex jiġu salvagwardjati l-integrità u l-funzjonament tas-suq intern, jeħtieġ jiġi rrimarkat speċifikament li fil-ħlasijiet ma tista' qatt issir distinzjoni bejn nazzjonalità u oħra.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3f – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) djalogu u kooperazzjoni ma' partijiet interessati oħrajn tal-kumpanija li fiha jsir investiment.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3f – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew kumpaniji oħra affiljati magħhom, joffru prodotti finanzjarji lill-entità li fiha jsir investiment jew ikollhom relazzjonijiet kummerċjali oħra magħha;

(a) l-investitur istituzzjonali jew il-maniġer tal-assi, jew kumpaniji oħra affiljati magħhom, jew konsulent bi prokura involut, joffru prodotti finanzjarji lill-entità li fiha jsir investiment jew ikollhom relazzjonijiet kummerċjali oħra magħha;

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3f – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jiżguraw li kull sena, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jiżvelaw pubblikament il-politika ta' involviment tagħhom, kif ġiet implimentata u r-riżultati tagħha. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza mill-inqas tkun disponibbli fuq il-websajt tal-kumpanija. L-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi, għal kull kumpanija li fihom ikollhom ishma, jiżvelaw jekk ivvutawx u kif ivvutaw fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji kkonċernati u jipprovdu spjegazzjoni dwar kif ikunu ivvutaw. Meta maniġer tal-assi jivvota f'isem investitur istituzzjonali, l-investitur istituzzjonali jagħmel referenza għall-post fejn din l-informazzjoni dwar il-votazzjoni tkun ġiet ippubblikata mill-maniġer tal-assi.

3. L-Istati Membri jiżguraw li kull sena, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi jiżvelaw pubblikament il-politika ta' involviment tagħhom, kif ġiet implimentata u r-riżultati tagħha. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tkun, mill-inqas, disponibbli mingħajr ħlas u f'post prominenti fuq il-websajt tal-investitur istituzzjonali u l-maniġer tal-assi. L-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi, għal kull kumpanija li fihom ikollhom ishma, jiżvelaw jekk ivvutawx u kif ivvutaw fil-laqgħat ġenerali tal-kumpaniji kkonċernati u jipprovdu spjegazzjoni dwar kif ikunu ivvutaw. Meta maniġer tal-assi jivvota f'isem investitur istituzzjonali, l-investitur istituzzjonali jagħmel referenza għall-post fejn din l-informazzjoni dwar il-votazzjoni tkun ġiet ippubblikata mill-maniġer tal-assi. Jekk, f'każijiet eċċezzjonali, l-informazzjoni dwar il-votazzjoni tkun estensiva ħafna, l-obbligu ta' żvelar f'dak ir-rigward jista' jiġi rispettat billi tiġi żvelata sintesi preċiża ta' dik l-informazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li l-informazzjoni tkun tista' tinkiseb mingħajr ħlas. Barra minn hekk, jekk l-investituri u l-maniġers ikunu involuti f'mijiet jew eluf ta' kumpaniji, għandha ssir eċċezzjoni u tingħatalhom il-possibilità li jfornu sintesi tal-informazzjoni dwar il-votazzjoni.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3f – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li, f'każijiet eċċezzjonali, investitur istituzzjonali jew maniġer tal-assi jista', bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jitħalla jastjeni milli jiżvela xi parti mill-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont dan l-Artikolu jekk dik il-parti tkun marbuta ma' żviluppi imminenti jew kwistjonijiet li jkunu għaddejjin negozjati dwarhom u l-iżvelar tagħha jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-investitur istituzzjonali, tal-maniġer tal-assi jew ta' kumpanija li fiha jsir investiment.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3f – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Fejn investituri istituzzjonali jew maniġers tal-assi jiddeċiedu li ma jiżviluppawx politika ta' involviment jew jiddeċiedu li ma jiżvelawx l-implimentazzjoni u r-riżultati tagħha, huma jagħtu spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi żgurat li l-leġiżlazzjoni hija effiċjenti b'mod raġonevoli u li hemm kundizzjonijiet ekwi, l-investituri istituzzjonali u l-maniġers tal-assi kollha għandhom ikunu obbligati jiżviluppaw politika ta' involviment u jkunu trasparenti dwar l-applikazzjoni tagħha. Dan huwa obbligu bażiku ħafna li dawk kollha li diġà jmexxu operazzjoni kummerċjali solida u organizzata tajjeb jistgħu jissodisfaw faċilment.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3g – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-investituri istituzzjonali jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija tagħhom ta' investiment ta' ekwità (“strateġija ta' investiment”) hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif din tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tagħhom. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza mill-inqas tkun disponibbli fuq il-websajt tal-kumpanija sakemm tibqa applikabbli.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-investituri istituzzjonali jiżvelaw pubblikament kif l-istrateġija tagħhom ta' investiment ta' ekwità (“strateġija ta' investiment”) hija allinjata mal-profil u t-tul tal-obbligazzjonijiet tagħhom u kif din tikkontribwixxi għall-prestazzjoni fuq terminu medju sa twil tal-assi tagħhom. L-informazzjoni msemmija fl-ewwel sentenza tkun, mill-inqas, disponibbli mingħajr ħlas fuq il-websajt tal-investitur istituzzjonali sakemm tibqa' applikabbli.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3g – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-fatturat tal-portafoll fil-mira jew il-firxa tal-fatturat, il-metodu użat għall-kalkolu tal-fatturat, u jekk hemmx xi proċedura stabbilita meta din tinqabeż mill-maniġer tal-assi;

(e) fejn applikabbli, il-fatturat tal-portafoll fil-mira jew il-firxa tal-fatturat, il-metodu użat għall-kalkolu tal-fatturat, u jekk hemmx xi proċedura stabbilita meta din tinqabeż mill-maniġer tal-assi;

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3g – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Jekk, f'każijiet eċċezzjonali, investitur istituzzjonali jagħmel użu minn għadd kbir ħafna ta' maniġers tal-assi, l-obbligu ta' żvelar f'dan l-Artikolu jista' jiġi rispettat bl-iżvelar ta' sintesi preċiża tal-informazzjoni meħtieġa.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3g – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li, f'każijiet eċċezzjonali, investitur istituzzjonali jista', bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jitħalla jastjeni milli jiżvela xi parti mill-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont dan l-Artikolu jekk dik il-parti tkun marbuta ma' żviluppi imminenti jew kwistjonijiet li jkunu għaddejjin negozjati dwarhom u l-iżvelar tagħha jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-investitur istituzzjonali jew ta' maniġer tal-assi.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3g – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-arranġament mal-maniġer tal-assi ma jkunx fih wieħed jew aktar mill-elementi msemmija fil-punti minn minn (a) sa (f), l-investitur istituzzjonali jagħti spjegazzjoni ċara u motivata għalfejn dan huwa l-każ.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-investituri u l-maniġers tal-assi kollha għandhom jippubblikaw il-politika ta' involviment tagħhom. Li l-impriża individwali titħalla tiddeċiedi jekk tikkonformax jew tispjegax għaliex iddeċidiet li ma tiżviluppax politika ta' involviment, jipperikola l-effettività ta' dan l-artikolu u jgħawweġ il-kundizzjonijiet ekwi tal-kompetizzjoni bejn il-maniġers tal-assi u l-investituri istituzzjonali differenti.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li kull sitt xhur, il-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-investitur istituzzjonali li miegħu jkunu daħlu fl-arranġament imsemmi fl-Artikolu 3g(2), kif l-istrateġija ta' investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha huma konformi ma' dak l-arranġament u kif l-istrateġija ta' investiment u l-implimentazzjoni tagħha jikkontribwixxu għall-prestazzjoni fuq terminu ta' żmien minn medju sa twil tal-assi tal-investitur istituzzjonali.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-maniġers tal-assi jiżvelaw, kif speċifikat fil-paragrafi 2 u 2a, kif l-istrateġija ta' investiment tagħhom u l-implimentazzjoni tagħha huma konformi mal-arranġament imsemmi fl-Artikolu 3g(2).

Ġustifikazzjoni

Is-sensiela ta' tibdiliet f'dan l-Artikolu għandha l-għan li ttejjeb it-trasparenza. Il-pubbliku għandu jkun jista' jsegwi kif il-maniġers tal-assi jeżegwixxu l-mandati li jingħatawlhom mill-investituri (l-Artikolu 3g). Madankollu, informazzjoni li tista' tkun sensittiva, u li mhijiex meħtieġa biex il-pubbliku jivvaluta l-perspettiva fit-tul jew aspetti tal-involviment tal-azzjonisti, għandha tiġi żvelata biss lill-investitur. Dan l-iżvelar huwa partikolarment utli meta jkun hemm żbilanċ bejn maniġers tal-assi kbar u investituri istituzzjonali żgħar.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li kull sitt xhur il-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-investitur istituzzjonali l-informazzjoni kollha li ġejja:

2. L-Istati Membri jiżguraw li kull sena l-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-pubbliku l-informazzjoni kollha li ġejja:

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) kif kien magħmul il-portafoll u jipprovdu spjegazzjoni t a' tibdil sinifikanti fil-portafoll fil-perjodu preċedenti;

imħassar

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) il-kostijiet tal-fatturat tal-portafoll;

imħassar

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-politika tagħhom dwar self ta' titoli u l-implimentazzjoni tagħha;

imħassar

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 2 – punt ga (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ga) kif, b'mod ġenerali, l-istrateġija ta' investiment u l-implimentazzjoni tagħha jikkontribwixxu għall-prestazzjoni tal-assi tal-investitur istituzzjonali fuq terminu medju sa twil.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) L-Istati Membri jiżguraw li kull sena l-maniġers tal-assi jiżvelaw lill-investitur istituzzjonali li miegħu jkunu daħlu fl-arranġament imsemmi fl-Artikolu 3g(2) l-informazzjoni li ġejja:

 

(a) kif kien kompost il-portafoll u jipprovdu spjegazzjoni ta' tibdil sinifikanti fil-portafoll fil-perjodu preċedenti;

 

(b) il-kostijiet tal-fatturat tal-portafoll;

 

(c) il-politika tagħhom dwar self ta' titoli u l-implimentazzjoni tagħha.

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 2 tingħata mingħajr ħlas u, f'każ li l-maniġer tal-assi ma jamministrax l-assi fuq bażi diskrezzjonali ta' klijent bi klijent, tiġi pprovduta wkoll lil investituri oħrajn jekk tintalab.

3. L-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 2 tkun, mill-inqas, disponibbli mingħajr ħlas fuq il-websajt tal-maniġer tal-assi. L-informazzjoni żvelata skont il-paragrafu 2a tingħata mingħajr ħlas u, f'każ li l-maniġer tal-assi ma jamministrax l-assi fuq bażi diskrezzjonali ta' klijent bi klijent, tiġi pprovduta wkoll lil investituri oħrajn jekk tintalab.

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Jekk maniġer tal-assi jkun obbligat minn atti oħra tad-dritt tal-Unjoni li jiżvela informazzjoni relatata mal-investiment, dan l-Artikolu ma japplikax għal informazzjoni li tkun diġà koperta f'dawk l-atti.

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3h – paragrafu 3b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li, f'każijiet eċċezzjonali, maniġer tal-assi jista', bl-approvazzjoni tal-awtorità kompetenti, jitħalla jastjeni milli jiżvela xi parti mill-informazzjoni li għandha tiġi żvelata skont dan l-Artikolu jekk dik il-parti tkun marbuta ma' żviluppi imminenti jew kwistjonijiet li jkunu għaddejjin negozjati dwarhom u l-iżvelar tagħha jippreġudika serjament il-pożizzjoni kummerċjali tal-maniġer tal-assi jew ta' investitur istituzzjonali.

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3i – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiġi ggarantit li r-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom ikunu preċiżi u kredibbli, abbażi ta' analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li tkun disponibbli għalihom.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jadottaw u jimplimentaw miżuri adegwati biex jiġi ggarantit li r-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom ikunu preċiżi u kredibbli, ikunu bbażati fuq analiżi bir-reqqa tal-informazzjoni kollha li tkun disponibbli għalihom, ikunu żviluppati biss fl-interess tal-klijent u jkunu disponibbli fi żmien raġonevoli qabel il-votazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Problema ewlenija fir-rigward tal-konsulenti bi prokura hija li xi wħud minnhom tendenzjalment jaħdmu għal partijiet interessati differenti fl-istess ħin. Dan mhuwiex raġonevoli. Għalhekk jeħtieġ jiġi enfasizzat li l-konsulenti bi prokura – meta jkunu qed iħejju r-rakkomandazzjonijiet tal-vot għall-investituri istituzzjonali jew għall-maniġers tal-assi – għandhom jaħdmu esklussivament fl-interess ta' dawk il-klijenti.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3i – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) jekk humiex marbutin b'kodiċi ta' kondotta, jew kwalunkwe arranġament simili, u, jekk iva, liema hu u fejn tista' tinstab informazzjoni dwaru;

Ġustifikazzjoni

Jekk jintużax kodiċi ta' kondotta jew le huwa rilevanti ħafna f'dan il-kuntest.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3i – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) l-arranġamenti organizzattivi fis-seħħ biex jiġi identifikat u evitat kwalunke kunflitt ta' interess potenzjali jew attwali;

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3i – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) jekk iżommux djalogi mal-kumpaniji li huma l-oġġett tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom, u, jekk iva, l-estent u n-natura tagħhom f;

 

(d) jekk jikkomunikawx mal-kumpaniji li huma l-oġġett tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot tagħhom, u, jekk iva, l-estent u n-natura ta' dik il-komunikazzjoni;

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3i – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tagħhom u tibqa' disponibbli għal mill-inqas tliet snin mill-jum li fih tiġi ppubblikata.

Din l-informazzjoni tiġi ppubblikata fuq il-websajt tagħhom u tibqa' disponibbli, mingħajr ħlas, għal mill-inqas ħames snin mill-jum li fih tiġi ppubblikata.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 3i – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jidentifikaw u jiżvelaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-klijenti tagħhom u lill-kumpanija kkonċernata kull kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta' negozju li jistgħu jinfluwenzaw it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot u l-azzjonijiet li jkunu ħadu sabiex jeliminaw jew inaqqsu l-kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali.

3. L-Istati Membri jiżguraw li l-konsulenti bi prokura jidentifikaw u jiżvelaw mingħajr dewmien bla bżonn lill-klijenti tagħhom kull kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali jew relazzjonijiet ta' negozju li jistgħu jinfluwenzaw it-tħejjija tar-rakkomandazzjonijiet tal-vot u l-azzjonijiet li jkunu ħadu sabiex jeliminaw jew inaqqsu l-kunflitt ta' interess attwali jew potenzjali.

Ġustifikazzjoni

Ara l-ġustifikazzjoni tal-emenda dwar il-paragrafu 1. Meta jkunu qed iħejju r-rakkomandazzjonijiet tal-vot, il-konsulenti bi prokura għandhom jaħdmu biss fl-interess tal-klijenti tagħhom. Il-konsulenti bi prokura sikwit ikollhom djalogu mal-kumpaniji, iżda m'għandux ikollhom obbligi speċifiċi lejhom.

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-azzjonisti jkollhom id-dritt li jivvutaw fuq il-politika ta' remunerazzjoni fir-rigward tad-diretturi. Il-kumpaniji jħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont il-politika ta' remunerazzjoni li tkun ġiet approvata mill-azzjonisti. Il-politika ta' remunerazzjoni tiġi sottomessa għall-approvazzjoni tal-azzjonisti kull tliet snin.

1. L-Istati Membri jiżguraw li fil-laqgħa ġenerali l-azzjonisti jkollhom id-dritt li jivvutaw fuq il-politika ta' remunerazzjoni fir-rigward tad-diretturi. Il-kumpaniji jħallsu biss remunerazzjoni lid-diretturi tagħhom skont il-politika ta' remunerazzjoni li tkun ġiet approvata mill-azzjonisti. Il-politika ta' remunerazzjoni tiġi sottomessa għall-approvazzjoni tal-azzjonisti f'każ li jiġi propost tibdil fil-politika u, sakemm ma jiġi propost ebda tibdil, tal-inqas kull tliet snin.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9a – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każijiet fejn ebda politika ta' remunerazzjoni ma tkun ġiet implimentata qabel u l-azzjonisti jirrifjutaw l-abbozz ta' politika li jkun tressaq quddiemhom, il-kumpanija tista', waqt li tkun qed terġa' taħdem l-abbozz u għal perjodu ta' mhux aktar minn sena qabel ma jiġi adottat l-abbozz, tħallas remunerazzjoni lid-diretturi tagħha skont prattiki eżistenti. F'każijiet fejn tkun teżisti politika ta' remunerazzjoni u l-azzjonisti jirrifjutaw abbozz ta' politika li jkun tressaq quddiemhom f'konformità mas-subparagrafu 1, il-kumpanija tista', waqt li tkun qed terġa' taħdem l-abbozz u għal perjodu ta' mhux aktar minn sena qabel ma jiġi adottat l-abbozz, tħallas remunerazzjoni lid-diretturi tagħha skont il-politika ezistenti.

Ġustifikazzjoni

Għall-fini taċ-ċarezza, hemm bżonn jiġi deċiż x'jiġri jekk l-abbozzi ta' politika jiġu rifjutati mill-azzjonisti.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9a – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-kumpaniji jistgħu, f'każ ta' reklutaġġ ta' membri ġodda tal-bord, jiddeċiedu li jħallsu remunerazzjoni lil direttur individwali barra mill-politika approvata, fejn il-pakkett ta' remunerazzjoni tad-direttur individwali jkun irċieva approvazzjoni preċedenti mill-azzjonisti abbażi tal-informazzjoni dwar kwistjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3. Ir-remunerazzjoni tista' tingħata b'mod provviżorju sakemm jiġu approvati mill-azzjonisti.

F'każijiet eċċezzjonali, il-kumpaniji jistgħu, meta jirreklutaw diretturi ġodda, jiddeċiedu li jħallsu remunerazzjoni lil direttur individwali barra mill-politika approvata. Ir-remunerazzjoni tista' tingħata b'mod provviżorju sakemm tiġi approvata mill-azzjonisti fil-laqgħa ġenerali li jkun imiss. Madankollu, din l-għażla li tingħata deroga tista' tintuża darba biss fl-applikazzjoni ta' politika approvata.

Ġustifikazzjoni

Biex sistema b'politiki ta' remunerazzjoni tkun razzjonali u tkun tagħmel sens, il-politiki ma jistgħux jitqiegħdu fil-ġenb wisq jew ta' spiss. Għaldaqstant, eżenzjoni minn politika għandha tiġi aċċettata biss jekk taffettwa ammonti massimi ta' remunerazzjoni u jekk is-sitwazzjoni tkun waħda eċċezzjonali – pereżempju jekk il-kumpanija tkun qed tesperjenza kriżi fit-tmexxija. Jekk kumpanija tkun marret lil hinn minn xi politika u tkun trid terġa' tagħmel l-istess għat-tieni darba, ikun raġonevoli li tressaq proposta għal politika riveduta quddiem l-azzjonisti.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9a – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-politika tispjega kif din tikkontribwixxi għall-interessi u s-sostenibilità fit-tul tal-kumpanija. Hija tistipula kriterji ċari għall-għoti ta' rimunerazzjoni fissa u varjabbli, inklużi l-benefiċċji kollha, f'kull forma.

Il-politika tispjega kif din tikkontribwixxi għall-istrateġija tal-kumpanija u għall-interessi u s-sostenibilità fit-tul tal-kumpanija. Hija tistabbilixxi dispożizzjonijiet ċari u komprensivi għall-għoti ta' kull tip ta' remunerazzjoni fissa u varjabbli.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9a – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-politika tindika l-ammonti massimi ta' remunerazzjoni totali li jistgħu jingħataw, u l-proporzjon relattiv korrispondenti tal-komponenti differenti ta' remunerazzjoni fissa u varjabbli. Hija tispjega kif il-ħlas u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati tal-kumpanija kienu ikkunsidrati meta ġew stabbiliti l-politika jew ir-remunerazzjoni tad-diretturi billi tispjega l-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni medja tad-diretturi u r-remunerazzjoni medja tal-impjegati full time tal-kumpanija minbarra d-diretturi, u għalfejn dan il-proporzjon jitqies xieraq. Il-politika tista' b'mod eċċezzjonali tkun mingħajr proporzjon fil-każ ta' ċirkostanzi eċċezzjonali. F'dan il-każ, hija tispjega għalfejn ma hemmx proporzjon u liema miżuri ttieħdu bl-istess effett.

Il-politika tindika, tal-inqas, il-livelli massimi ta' remunerazzjoni totali li jistgħu jiġu applikati, u l-proporzjon relattiv korrispondenti tal-komponenti differenti ta' remunerazzjoni fissa u varjabbli. Hija tispjega kif il-ħlas u l-kundizzjonijiet tal-impjieg tal-impjegati tal-kumpanija kienu kkunsidrati meta ġiet stabbilita l-politika. F'dan il-kuntest, l-Istati Membri jiżguraw li l-politika tispjega l-proporzjon bejn il-bidla perċentwali annwali medja fir-remunerazzjoni tad-diretturi u l-bidla perċentwali annwali medja fir-remunerazzjoni full-time tal-impjegati tal-kumpanija minbarra d-diretturi, u għalfejn dan il-proporzjon jitqies xieraq. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-politika tispjega l-proporzjoni bejn ir-remunerazzjoni medja tad-diretturi u r-remunerazzzjoni full-time medja tal-impjegati tal-kumpanija, minbarra d-diretturi, u għalfejn dan il-proporzjoni jitqies xieraq. Fil-kalkolu ta' dawk il-proporzjonijiet, ir-remunerazzjoni tal-impjegati part-time tiddaħħal f'termini ekwivalenti għall-full time. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu wkoll limitu massimu għall-proporzjon bejn ir-remunerazzjoni medja tad-diretturi u r-remunerazzjoni full-time medja tal-impjegati.

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9a – paragrafu 3 – subparagrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-politika għandha tikkjarifika l-proċeduri tal-kumpanija għat-teħid ta' deċiżjonijiet dwar ir-remunerazzjoni tad-diretturi, inkluż, fejn applikabbli, ir-rwol u l-funzjonament tal-kumitat ta' remunerazzjoni.

Ġustifikazzjoni

L-azzjonisti ta' sikwit isibuha diffiċli jsegwu u jifhmu l-proċeduri deċiżjonali rigward ir-remunerazzjoni. Għaldaqstant huwa utli li jkun hemm aktar ċarezza u trasparenza dwar dan.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9a – paragrafu 3 – subparagrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-politika tispjega l-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet li jwassal għad-determinazzjoni tagħha. Fil-każ ta' reviżjoni tal-politika, hija tinkludi spjegazzjoni tal-bidliet sinifikanti kollha u kif din tieħu in kunsiderazzjoni l-fehmiet tal-azzjonisti dwar il-politika u r-rapport fis-snin preċedenti.

Il-politika tispjega l-proċess ta' teħid tad-deċiżjonijiet speċifiku li jwassal għad-determinazzjoni tagħha. Fil-każ ta' reviżjoni tal-politika, hija tinkludi spjegazzjoni tal-bidliet sinifikanti kollha u kif din tieħu in kunsiderazzjoni l-votazzjonijiet u l-fehmiet tal-azzjonisti dwar il-politika u r-rapport fis-snin preċedenti.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-bidla relattiva fir-remunerazzjoni tad-diretturi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji, ir-relazzjoni tagħha fir-rigward tal-iżvilupp tal-valur tal-kumpanija u fir-rigward tal-bidla fir-remunerazzjoni medja tal-impjegati full time tal-kumpanija minbarra d-diretturi;

(b) il-bidla relattiva fir-remunerazzjoni tad-diretturi matul l-aħħar tliet snin finanzjarji, ir-relazzjoni tagħha fir-rigward tal-iżvilupp tal-valur u tal-prestazzjoni ġenerali tal-kumpanija u fir-rigward tal-bidla fir-remunerazzjoni full-time medja tal-impjegati tal-kumpanija minbarra d-diretturi, fejn ir-remunerazzjoni tal-impjegati part-time hija inkluża f'termini ekwivalenti għall-full-time;

Ġustifikazzjoni

Mhux l-iżvilupp tal-valur biss huwa rilevanti f'dan ir-rigward, iżda anke dak ta' aspetti oħra tal-prestazzjoni. Barra minn hekk, f'xi kumpaniji, l-impjegati part-time jikkostitwixxu parti sostanzjali mill-ħaddiema. Għaldaqstant, biex din l-informazzjoni tkun eżatta, il-pagi ta' dawn il-impjegati jridu jkunu inklużi f'termini full-time.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) kull remunerazzjoni li jirċievu d-diretturi tal-kumpanija minn kull impriża li tappartjeni għall-istess grupp;

(c) kull remunerazzjoni li jirċievu jew li għad iridu jirċievu d-diretturi tal-kumpanija minn kull impriża li tappartjeni għall-istess grupp;

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-għadd ta' ishma u l-għażliet ta' ishma mogħtija jew offruti, u l-kundizzjonijiet ewlenin għall-eżerċizzju tad-drittijiet inklużi l-prezz u d-data tal-eżerċizzju u kwalunkwe bidla li ssir fihom;

(d) l-għadd ta' ishma u l-għażliet ta' ishma mogħtija, u l-kundizzjonijiet ewlenin għall-eżerċizzju tad-drittijiet inklużi l-prezz u d-data tal-eżerċizzju u kwalunkwe bidla li ssir fihom;

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 1 – punt f

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) informazzjoni dwar kif ir-remunerazzjoni tad-diretturi ġiet stabbilita, inkluż ir-rwol tal-kumitat ta' remunerazzjoni.

(f) informazzjoni dwar kif ir-remunerazzjoni tad-diretturi ġiet stabbilita, inkluż, fejn applikabbli, ir-rwol tal-kumitat ta' remunerazzjoni.

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) fl-Istati Membri li japplikaw dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni medja tad-diretturi u r-remunerazzjoni full-time medja tal-impjegati, informazzjoni dwar il-proporzjon attwali u dwar kif il-proporzjon żviluppa matul l-aħħar tliet snin finanzjarji.

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li meta d-dejta personali tad-direttur tiġi pproċessata, id-dritt għall-privatezza ta' persuni naturali jiġi protett skont id-Direttiva 95/46/KE.

2. L-Istati Membri jiżguraw li l-informazzjoni dwar ir-remunerazzjoni tad-diretturi individwali tiġi żvelata biss biex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti u biex ikun hemm trasparenza u responsabilità fir-rigward tal-prestazzjoni tagħhom bħala diretturi. Dejta sensittiva dwar is-saħħa u kategorji oħrajn imsemmija fl-Artikolu 8 tad-Direttiva 95/46/KE ma tiġix żvelata. Il-kumpaniji jieħdu miżuri xierqa biex jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għad-dejta personali meta dik id-dejta, wara numru ta' snin minn meta tkun ġiet żvelata l-ewwel darba, ma tkunx għadha ta' rilevanza fundamentali biex jiġi ffaċilitat l-eżerċitar tad-drittijiet tal-azzjonisti.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkjarifika ulterjorment liema implikazzjonijiet speċifiċi jista' jkollha d-Direttiva 95/45. Aċċess limitat għad-dejta personali mill-pubbliku ma jfissirx li titħassar din id-dejta, iżda, pereżempju, li jitneħħew il-links diretti għaliha fuq il-websajt tal-kumpanija.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri jiżguraw li matul il-laqgħa ġenerali annwali, l-azzjonisti jkollhom id-dritt jivvutaw dwar ir-rapport ta' remunerazzjoni tal-aħħar sena finanzjarja. Meta l-azzjonisti jivvutaw kontra r-rapport ta' remunerazzjoni, il-kumpanija tispjega fir-rapport ta' remunerazzjoni li jmiss jekk il-vot tal-azzjonisti jkunx ġie kkunsidrat u, jekk iva, kif.

3. L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li matul il-laqgħa ġenerali annwali, l-azzjonisti jkollhom id-dritt jivvutaw dwar ir-rapport ta' remunerazzjoni tal-aħħar sena finanzjarja. Meta l-azzjonisti jivvutaw kontra r-rapport ta' remunerazzjoni, ikun hemm skambju ta' fehmiet miftuħ, immedjatament wara l-votazzjoni, fejn l-azzjonisti jkunu jistgħu jikkjarifikaw ir-raġunijiet għar-rifjut. Il-kumpanija tispjega fir-rapport ta' remunerazzjoni li jmiss kif il-vot u d-dikjarazzjonijiet tal-azzjonisti jkunu ġew ikkunsidrati.

Ġustifikazzjoni

Vot “kontra” min-naħa tal-azzjonisti għandu dejjem jittieħed serjament mill-kumpanija. Il-passività mhijiex aċċettabbli. Il-kumpanija għandha taħdem b'mod attiv biex tara x'hemm ħażin fil-fehma tal-azzjonisti u tagħmel il-korrezzjonijiet neċessarji.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9b – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Id-dispożizzjonijiet dwar ir-remunerazzjoni f'dan l-Artikolu u fl-Artikolu 9a jkunu mingħajr preġudizzju għas-sistemi nazzjonali ta' formazzjoni tal-pagi għall-impjegati u, fejn applikabbli, għad-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fuq il-bordijiet.

Ġustifikazzjoni

Jeħtieġ jiġi ċċarat li hemm differenza bejn il-proċeduri li permezz tagħhom tiġi stabbilita r-remunerazzjoni tad-diretturi u s-sistemi li bihom jiġu ddeterminati l-pagi tal-impjegati. Din id-Direttiva m'għandhiex tinterferixxi ma' dawk is-sistemi. Barra minn hekk, din id-Direttiva m'għandu jkollha ebda impatt fuq ir-regoli dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fuq bordijiet li jeżistu f'għadd ta' Stati Membri.

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9c – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji, f'każ ta' tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 1 % tal-assi tagħhom, iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet waqt il-konklużjoni tat-tranżazzjoni, u t-tħabbira għandha tkun akkumpanjata minn rapport minn parti terza indipendenti li jevalwa jekk it-tranżazzjoni hijiex fuq termini tas-suq jew le u l-konferma li t-tranżazzjoni hija ġusta u raġonevoli mill-perspettiva tal-azzjonisti, inklużi l-azzjonisti minoritarji. It-tħabbira jkun fiha informazzjoni dwar in-natura tar-relazzjoni mal-parti relatata, l-isem tal-parti relatata, l-ammont tat-tranżazzjoni u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex it-tranżazzjoni tiġi vvalutata.

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-kumpaniji, f'każ ta' tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 1% tal-assi tagħhom, iħabbru pubblikament dawn it-tranżazzjonijiet mhux aktar tard minn fil-ħin tal-konklużjoni tat-tranżazzjoni. It-tħabbira jkun fiha informazzjoni dwar in-natura tar-relazzjoni mal-parti relatata, l-isem tal-parti relatata, l-ammont tat-tranżazzjoni u kull informazzjoni oħra meħtieġa biex it-tranżazzjoni tiġi vvalutata.

Emenda  87

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9c – paragrafu 1 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jipprevedu li l-kumpaniji jistgħu jitolbu l-azzjonisti tagħhom li jeżentawhom mir-rekwiżit tas-subparagrafu 1 li t-tħabbir ta' tranżazzjoni ma' parti relatata jrid ikun akkumpanjat minn rapport minn parti terza indipendenti fil-każ ta' tipi ta' tranżazzjonijiet rikorrenti definiti b'mod ċar ma' parti relatata identifikata f'perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar wara li tkun ingħatat l-eżenzjoni. Fejn it-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist jiġi eskluż mill-vot fir-rigward tal-eżenzjoni bil-quddiem.

L-Istati Membri jistgħu jiddisponu li l-azzjonisti jistgħu jitolbu l-azzjonisti tagħhom li jeżentawhom mir-rekwiżit ta' żvelar tas-subparagrafu 1 fil-każ ta' tipi ta' tranżazzjonijiet rikorrenti definiti b'mod ċar ma' parti relatata identifikata f'perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar wara li tkun ingħatat l-eżenzjoni. Fejn it-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist jiġi eskluż mill-vot fir-rigward tal-eżenzjoni bil-quddiem. Hekk kif jiskadi l-perjodu tal-eżenzjoni bil-quddiem, il-kumpanija tħabbar, bl-istess kontenut ta' informazzjoni bħal fis-subparagrafu 1, it-tranżazzjonijiet kollha li jkunu saru taħt l-eżenzjoni.

Ġustifikazzjoni

Din l-għażla li jiġi ssimplifikat it-trattament ta' tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati standard għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji fl-Istati Membri kollha.

Emenda  88

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9c – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri jiżguraw li t-tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tal-assi tal-kumpaniji jew tranżazzjonijiet li jista' jkollhom impatt sinifikanti fuq il-profitti jew fuq il-fatturat jiġu sottomessi għal vot mill-azzjonisti f'laqgħa ġenerali. Meta t-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist għandu jiġi eskluż minn dak il-vot. Il-kumpanija ma tikkonkludix it-tranżazzjoni qabel l-azzjonisti japprovaw it-tranżazzjoni. Madankollu l-kumpanija tista' tikkonkludi t-tranżazzjoni bil-kundizzjoni li l-azzjonisti japprovawha.

2. L-Istati Membri jiżguraw li t-tranżazzjonijiet li ma jiġux konklużi b'termini standard fil-perkors normali tan-negozju ma' partijiet relatati li jirrappreżentaw aktar minn 5 % tal-assi tal-kumpaniji jiġu sottomessi għal vot mill-azzjonisti f'laqgħa ġenerali. Meta t-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist għandu jiġi eskluż minn dak il-vot. Il-kumpanija ma tikkonkludix it-tranżazzjoni qabel l-azzjonisti japprovaw it-tranżazzjoni. Madankollu l-kumpanija tista' tikkonkludi t-tranżazzjoni bil-kundizzjoni li l-azzjonisti japprovawha.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li din id-dispożizzjoni ġenerali tagħmel sens fit-teorija, l-implimentazzjoni tagħha fil-prattika tkun diffiċli ħafna. L-inċertezza li tiġġenera ma tkunx proporzjonata mal-benefiċċji li tiġi inkluża.

Emenda  89

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu 9c – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu li l-kumpaniji jkunu jistgħu jitolbu l-approvazzjoni bil-quddiem mill-azzjonisti tat-tranżazzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 1 fil-każ ta' tipi ta' tranżazzjonijiet rikorrenti definiti b'mod ċar ma' parti relatata identifikata f'perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni bil-quddiem tat-tranżazzjonijiet. Meta t-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist jiġi eskluż mill-vot fir-rigward tal-approvazzjoni bil-quddiem.

L-Istati Membri jiddisponu li l-kumpaniji jkunu jistgħu jitolbu l-approvazzjoni bil-quddiem mill-azzjonisti tat-tranżazzjonijiet imsemmija fis-subparagrafu 1 fil-każ ta' tipi ta' tranżazzjonijiet rikorrenti definiti b'mod ċar ma' parti relatata identifikata f'perjodu ta' mhux aktar minn 12-il xahar wara l-approvazzjoni bil-quddiem tat-tranżazzjonijiet. Meta t-tranżazzjoni ma' parti relatata tinvolvi azzjonist, dan l-azzjonist jiġi eskluż mill-vot fir-rigward tal-approvazzjoni bil-quddiem.

Ġustifikazzjoni

F'dal-każ ukoll, l-għażla li jiġi ssimplifikat it-trattament ta' tranżazzjonijiet ma' partijiet relatati standard għandha titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-kumpaniji fl-Istati Membri kollha.

Emenda  90

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2007/36/KE

Kapitolu IIA – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

KAPITOLU IIA

KAPITOLU IIA

ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI U PENALI

ATTI DELEGATI, ATTI TA' IMPLIMENTAZZJONI U PENALI

Emenda  91

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Direttiva 2007/36/KE

Artikolu -14a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu -14a

 

L-eżerċizzju tas-setgħat delegati

 

1. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni suġġett għall-kondizzjonijiet stabbiliti f'dan l-Artikolu.

 

2. Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti delegati msemmija fl-Artikolu 3a(5), l-Artikolu 3b(5) u l-Artikolu 3c(3) hija mogħtija lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat minn ...*.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 3a(5), l-Artikolu 3b(5) u l-Artikolu 3c(3) tista' tiġi revokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni li tirrevoka għandha ttemm id-delega ta' setgħa speċifikata f'dik id-deċiżjoni. Din għandha ssir effettiva fil-jum wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f'data aktar tard speċifikata fih. Ma għandhiex taffettwa l-validità ta' kwalunkwe att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni għandha tinnotifikah simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 3a(5), l-Artikolu 3b(5) u l-Artikolu 3c(3) għandu jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġix espressa oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill fi żmien perjodu ta' tliet xhur min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu t-tnejn infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex sejrin joġġezzjonaw. Dak il-perjodu għandu jiġi estiż bi tliet xhur fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

_________________

 

* OJ: * ĠU: Jekk jogħġbok daħħal id-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Direttiva.

Emenda  92

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu -1 (ġdid)

Direttiva 2013/34/UE

Artikolu 18a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 18a

 

Żvelar addizzjonali għal impriżi kbar

 

Fin-noti għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji, l-impriżi kbar, minbarra l-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikoli 16, 17 u 18 u kull dispożizzjoni oħra ta' din id-Direttiva, pubblikament jiżvelaw informazzjoni fir-rigward tal-kwistjonijiet li ġejjin, billi jispeċifikaw skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li fihom għandhom sussidjarji:

 

a) l-isem/ismijiet, in-natura tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;

 

b) il-fatturat;

 

c) in-numru ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għall-full-time;

 

d) il-qligħ jew telf qabel it-taxxa;

 

e) it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf;

 

f) is-sussidji pubbliċi riċevuti.

 

 

 

2. L-impriżi li n-numru medju ta' impjegati tagħhom fuq bażi konsolidata matul is-sena finanzjarja ma jaqbiżx 500 u, fid-dati tal-karti tal-bilanċ tagħhom, ma jaqbżux fuq bażi konsolidata jew total tal-karta tal-bilanċ ta' EUR 86 miljun jew fatturat nett ta' EUR 100 miljun, għandhom ikunu eżentati mill-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

3. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għal kwalunkwe impriża regolata mil-liġi ta' Stat Membru li l-impriża prinċipali tagħha hija soġġetta għal-liġijiet ta' Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik l-impriża prinċipali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

4. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tkun awditjata f'konformità mad-Direttiva 2006/43/KE*.

 

5. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ġenerali rigward il-konsegwenzi ekonomiċi potenzjali negattivi tal-iżvelar pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż l-impatt fuq il-kompettività u l-investiment. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta' Lulju 2016.

 

Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jidentifika effetti negattivi sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġizlattiva adatta għall-emendar tal-obbligi tal-iżvelar stipulati fil-paragrafu 1 u tista' tiddeċiedi li tiddifferixxi dawk l-obbligi. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina kull sena n-neċessità li testendi dan id-differiment.

 

 

__________________

 

* Id-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Mejju 2006 dwar il-verifiki statutorji tal-kontijiet annwali u tal-kontijiet konsolidati li temenda d-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 84/253/KEE (ĠU L 157, 9.6.2006, p. 87).”

Emenda  93

Proposta għal direttiva

Artikolu 2a (ġdid)

Direttiva 2004/109/KE

Artikolu 16a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 2a

 

Emendi għad-Direttiva 2004/109/KE

 

Id-Direttiva 2004/109/KE hija emendata kif ġej:

 

Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

“Artikolu 16a

 

Żvelar addizzjonali għall-emittenti

 

1. L-Istati Membri għandhom jeħtieġu li kull emittent kull sena jiżvela lill-pubbliku, waqt li jispeċifika skont l-Istat Membru u skont il-pajjiż terz li fih għandu sussidjarja, l-informazzjoni li ġejja fuq bażi konsolidata għas-sena finanzjarja:

 

a) l-isem/ismijiet, in-natura tal-attivitajiet u l-post ġeografiku;

 

b) il-fatturat;

 

c) in-numru ta' impjegati fuq bażi ekwivalenti għall-full-time;

 

d) il-qligħ jew telf qabel it-taxxa;

 

e) it-taxxa fuq il-qligħ jew it-telf;

 

f) is-sussidji pubbliċi riċevuti.

 

2. L-obbligu stabbilit fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu m'għandux japplika għal kwalunkwe emittent regolat mil-liġi ta' Stat Membru li l-kumpanija prinċipali tiegħu hija soġġetta għal-liġijiet ta' Stat Membru u li l-informazzjoni tagħha hija inkluża fl-informazzjoni żvelata minn dik il-kumpanija prinċipali skont il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

 

3. L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tiġi awditjata skont id-Direttiva 2006/43/KE u għandha tiġi ppubblikata, fejn possibbli, bħala anness għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali jew, fejn applikabbli, għad-dikjarazzjonijiet finanzjarji kkonsolidati tal-emittent ikkonċernat.

 

4. Il-Kummissjoni għandha twettaq valutazzjoni ġenerali rigward il-konsegwenzi ekonomiċi potenzjali negattivi tal-iżvelar pubbliku tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, inkluż l-impatt fuq il-kompettività u l-investiment. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-rapport tagħha lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill sal-1 ta' Lulju 2016.

 

Jekk ir-rapport tal-Kummissjoni jidentifika effetti negattivi sinifikanti, il-Kummissjoni għandha tqis li tagħmel proposta leġiżlattiva adatta għall-emendar tal-obbligi tal-iżvelar stipulati fil-paragrafu 1 u tista' tiddeċiedi li tiddifferixxi dawk l-obbligi. Il-Kummissjoni għandha tirrieżamina kull sena n-neċessità li testendi dan id-differiment.”

 

PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

Referenzi

COM(2014)0213 – C7-0147/2014 – 2014/0121(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.4.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Olle Ludvigsson

22.7.2014

Eżami fil-kumitat

8.12.2014

26.1.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

24.2.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

16

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Cătălin Sorin Ivan, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Fulvio Martusciello, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Patrick O'Flynn, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Paul Tang, Sampo Terho, Ramon Tremosa i Balcells, Ernest Urtasun, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Steven Woolfe, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ashley Fox, Eva Kaili, Syed Kamall, Barbara Kappel, Thomas Mann, Siegfried Mureșan, Eva Paunova

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Gesine Meissner


PROĊEDURA

Titolu

Emenda tad-Direttiva 2007/36/KE rigward l-inkoraġġiment ta' involviment fit-tul tal-azzjonisti u d-Direttiva 2013/34/UE rigward ċerti elementi tad-dikjarazzjoni dwar il-governanza korporattiva

Referenzi

COM(2014)0213 – C7-0147/2014 – 2014/0121(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.4.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

16.4.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2014

IMCO

16.4.2014

LIBE

16.4.2014

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

IMCO

24.9.2014

LIBE

15.7.2014

 

 

Kumitati assoċjati

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

12.3.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Sergio Gaetano Cofferati

24.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

11.11.2014

20.1.2015

24.2.2015

 

Data tal-adozzjoni

7.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Joëlle Bergeron, Jean-Marie Cavada, Therese Comodini Cachia, Rosa Estaràs Ferragut, Laura Ferrara, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Dietmar Köster, António Marinho e Pinto, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Axel Voss, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Buda, Sergio Gaetano Cofferati, Pascal Durand, Angel Dzhambazki, Jytte Guteland, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Cecilia Wikström

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marisa Matias, Morten Messerschmidt, Barbara Spinelli

Data tat-tressiq

12.5.2015

Avviż legali