Proċedura : 2013/0442(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0160/2015

Testi mressqa :

A8-0160/2015

Dibattiti :

PV 06/10/2015 - 15
CRE 06/10/2015 - 15

Votazzjonijiet :

PV 07/10/2015 - 10.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0339

RAPPORT     ***I
PDF 1184kWORD 666k
13.5.2015
PE 546.891v02-00 A8-0160/2015

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni

(COM(2013)0919 – C7‑0003/2014 – 2013/0442(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur (għal opinjoni): Andrzej Grzyb

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni

(COM(2013)0919 – C7-0003/2014 – 2013/0442(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0919),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 192(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7‑0003/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali tal-10 ta' Lulju 2014(1),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta' Ottubru 2014(2),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0160/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Id-Deċiżjoni XXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 (il-Programm ta' Azzjoni) jirrikonoxxi li l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja tnaqqsu b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, iżda li fl-istess ħin il-livelli tat-tniġġis tal-arja għadhom problema f'bosta partijiet tal-Ewropa, u li ċ-ċittadini tal-Unjoni għadhom esposti għas-sustanzi li jniġġsu l-arja, li potenzjalment jistgħu jikkompromettu s-saħħa u l-benessri tagħhom. Skont il-Programm ta' Azzjoni, l-ekosistemi għadhom ibatu minħabba eċċess ta' depożiti ta' nitroġenu u kubrit marbutin mal-emissjonijiet tat-trasport, tal-prattiki agrikoli mhux sostenibbli, u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija.

(1) Id-Deċiżjoni XXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill14 (il-Programm ta' Azzjoni) jirrikonoxxi li l-emissjonijiet tas-sustanzi li jniġġsu l-arja tnaqqsu b'mod sinifikanti matul dawn l-aħħar għexieren ta' snin, iżda li fl-istess ħin il-livelli tat-tniġġis tal-arja għadhom problema f'bosta partijiet tal-Ewropa, u li ċ-ċittadini tal-Unjoni għadhom esposti għas-sustanzi li jniġġsu l-arja, li potenzjalment jistgħu jikkompromettu s-saħħa u l-benessri tagħhom. Skont il-Programm ta' Azzjoni, l-ekosistemi għadhom ibatu minħabba eċċess ta' depożiti ta' nitroġenu u kubrit marbutin mal-emissjonijiet tat-trasport, tal-prattiki agrikoli mhux sostenibbli, u tal-ġenerazzjoni tal-enerġija. Il-kwalitá tal-arja f'ħafna żoni tal-Unjoni tibqa' ma tirrispettax il-limiti ffissati mill-Unjoni nnifisha u l-għanijiet iddikjarati mill-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa.

__________________

__________________

14 Id-Deċiżjoni XXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... ... ... dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L… ,… … … , p…).

14 Id-Deċiżjoni XXX/XXXX tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta' ... ... ... dwar Programm Ġenerali ta' Azzjoni Ambjentali tal-Unjoni sal-2020 "Ngħixu tajjeb, fil-limiti tal-pjaneta tagħna" (ĠU L… ,… … … , p…).

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-kombustjoni tal-fjuwils f'impjanti u apparat tal-kombustjoni tista' tkun koperta minn atti li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija15. Il-kombustjoni tal-fjuwil fl-impjanti tal-kombustjoni kbar hija koperta bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 mis-7 ta' Jannar 2013, filwaqt li d-Direttiva 2001/80KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għadha tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni l-kbar, koperti bl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2010/75/UE sal-31 ta' Diċembru 2015.

(5) Il-kombustjoni tal-fjuwils f'impjanti u apparat tal-kombustjoni tista' tkun koperta minn atti li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija15. Madankollu, taħt id-Direttiva 2009/125/KE huma meħtieġa miżuri ulterjuri sabiex tiġi koperta l-lakuna leġiżlattiva rimanenti. Il-kombustjoni tal-fjuwil fl-impjanti tal-kombustjoni kbar hija koperta bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 mis-7 ta' Jannar 2013, filwaqt li d-Direttiva 2001/80KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 għadha tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni l-kbar, koperti bl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2010/75/UE sal-31 ta' Diċembru 2015.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

15 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

16 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

16 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

17 Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

17 Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti marbutin mal-enerġija li huma koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jew il-Kapitolu III jew IV tad-Direttiva 2010/75/UE. Ċerti impjanti tal-kombustjoni oħrajn ukoll għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi tagħhom jew tal-użu tagħhom f'attivitajiet partikolari.

(9) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni medji li huma koperti mill-Kapitolu III jew IV tad-Direttiva 2010/75/UE. Ċerti impjanti tal-kombustjoni oħrajn ukoll għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi tagħhom jew tal-użu tagħhom f'attivitajiet partikolari.

 

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II m'għandhomx japplikaw għal impjanti tal-kombustjoni medji li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji, fid-dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u fl-arċipelagi tal-Madejra u l-Azores, minħabba l-problemi tekniċi u loġistiċi assoċjati mal-pożizzjoni ġeografika iżolata ta' dawk l-impjanti. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet għal dawk l-impjanti sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom fl-arja u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 9b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9b) Din id-Direttiva għandha tapplika għal taħlita magħmula minn żewġ impjanti jew aktar ta' kombustjoni li għandhom input termali kklassifikat totali ta' 1 MW jew aktar u ta' inqas minn 50 MW, sakemm din it-taħlita ma tkunx impjant ta' kombustjoni kopert mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE. Jekk ikun installat aktar minn impjant wieħed ta' kombustjoni individwali b'input termali ta' inqas minn 1 MW f'sit wieħed f'arranġament ta' kondiviżjoni tal-piżijiet, tali taħlita għandha tkun ikkunsidrata bħala impjant ta' kombustjoni uniku għall-finijiet ta' din id-Direttiva.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 9c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9c) Għandu jkun possibbli għall-Istati Membri li ma japplikawx din id-Direttiva għal installazzjonijiet koperti mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE għal sustanzi li jniġġsu li għalihom japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet taħt din id-Direttiva meta dawk il-valuri limitu tal-emissjonijiet ma jeċċedux il-limiti stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Direttiva, sakemm dawn mhumiex impjanti li jaħarqu l-fjuwils f'raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass jew bojlers ta' rkupru użati fil-produzzjoni tal-polpa. F'dawk il-każijiet, fuq talba tal-operatur, l-Istati Membri għandhom jeżentaw lil dawk l-impjanti.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Biex ikun żgurat il-kontroll ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u tal-materja partikolata fl-arja, kull impjant tal-kombustjoni medju għandu jaħdem biss jekk ikun għallinqas irreġistrat mill-awtorità kompetenti abbażi tan-notifika tal-operatur.

(10) Biex ikun żgurat il-kontroll ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u tat-trab fl-arja, kull impjant ta' kombustjoni medju għandu jaħdem biss jekk ikun għallinqas inħariġlu permess jew jekk ikun ġie irreġistrat mill-awtorità kompetenti abbażi ta' notifika jew informazzjoni mogħtija mill-operatur.

Emenda   8

Proposta għal direttiva

Premessa 10a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Meta jkun hemm diġà verifiki u spezzjonijiet fis-seħħ biex tiġi verifikata l-konformità ma' leġiżlazzjoni ambjentali oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom kemm jista' jkun jużaw dawk il-mekkaniżmi eżistenti għall-konformità ma' din id-Direttiva. Tali mekkaniżmi jistgħu pereżempju jinkludu mekkaniżmi stabbiliti fid-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a jew id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1b.

 

______________

 

1a Id-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Ottubru 2003 li tistabbilixxi skema għall-iskambju ta' kwoti ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra ġewwa l-Komunità u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 96/61/KE (ĠU L 275, 25.10.2003, p. 32).

 

1b Id-Direttiva 2012/27/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar l-effiċjenza fl-enerġija, li temenda d-Direttivi 2009/125/KE u 2010/30/UE u li tħassar id-Direttivi 2004/8/KE u 2006/32/KE (ĠU L 315, 14.11.2012, p. 1).

Emenda   9

Proposta għal direttiva

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Skont l-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti, pereżempju biex jikkonformaw mal-istandards ta' kwalità ambjentali. B'mod partikolari, f'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti, bħall-valuri referenzjarji stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Direttiva; dawn ikunu jippromwovu l-ekoinnovazzjoni fl-Unjoni, filwaqt li b'mod partikolari jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq għall-impriżi żgħar u medji.

(13) Skont l-Artikolu 193 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), din id-Direttiva ma twaqqafx lill-Istati Membri milli jżommu jew jintroduċu miżuri protettivi aktar stretti, pereżempju biex jikkonformaw mal-istandards ta' kwalità ambjentali. B'mod partikolari, f'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja, l-Istati Membri għandhom jikkunsidraw valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti, bħall-valuri referenzjarji stabbiliti fl-Anness III ta' din id-Direttiva; dawn ikunu jippromwovu l-ekoinnovazzjoni fl-Unjoni, filwaqt li b'mod partikolari jiffaċilitaw l-aċċess għas-suq għall-impriżi żgħar u medji. L-Istati Membri għandhom iwettqu valutazzjoni tal-impatti possibbli meta jiddeċiedu li jieħdu dawn il-miżuri.

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Biex ikun limitat il-piż għall-impriżi żgħar u medji li jħaddmu impjanti tal-kombustjoni medji, l-obbligi amministrattivi fuq l-operaturi tan-notifikar, il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati filwaqt li jibqgħu jippermettu il-verifikazzjoni effettiva tal-konformità mill-awtoritajiet kompetenti.

(15) Biex ikun limitat il-piż għall-impriżi żgħar u medji li jħaddmu impjanti tal-kombustjoni medji, l-obbligi amministrattivi fuq l-operaturi tan-notifikar, il-monitoraġġ u r-rappurtar għandhom ikunu proporzjonati u jevitaw id-duplikazzjoni, filwaqt li jibqgħu jippermettu il-verifikazzjoni effettiva tal-konformità mill-awtoritajiet kompetenti.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-Kummissjoni għandha tivvaluta, sa perjodu ta' żmien raġonevoli, il-ħtieġa li jinbidlu l-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Anness II abbażi tat-teknoloġiji l-aktar avvanzati. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta wkoll il-ħtieġa li jiġu proposti valuri limitu tal-emissjonijiet speċifiċi għal sustanzi oħra li jniġġsu, bħal pereżempju l-monossidu tal-karbonju, abbażi tal-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jadottaw il-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li dan il-monitoraġġ iseħħ.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 16b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Ir-reviżjoni ta' din id-Direttiva għandha sseħħ fir-rigward tad-[Direttiva (UE) .../...*].

 

_____________

 

*ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru, it-titolu u r-referenza inklużi fis-COD 2013/0443

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Din id-Direttiva tistabbilixxi wkoll ir-regoli għall-monitoraġġ tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Din id-Direttiva għandha tapplika wkoll għal taħlita magħmula minn impjanti ta' kombustjoni medji ġodda skont l-Artikolu 3a, inkluż fejn l-input termali kklassifikat totali ta' tali taħlita jkun ugwali għal jew aktar minn 50 MW, sakemm it-taħlita ma tkunx impjant ta' kombustjoni kopert mill-Kapitolu III tad-Direttiva 2010/75/UE.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) impjanti tal-kombustjoni koperti mid-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 97/68/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1997 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri fir-rigward tal-miżuri kontra l-emissjoni ta' inkwinanti ta' gass u partikolati minn magni tal-kombustjoni interna li għandhom jiġu installati f'makkinarju mobbli mhux għat-triq (ĠU L 59, 27.2.1998, p. 1).

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab) impjanti tal-kombustjoni installati fl-irziezet b'kapaċità termika kklassifikata totali ta' mhux aktar minn 5 MW, li jużaw esklużivament demel tat-tjur mhux ipproċessat, kif imsemmi fl-Artikolu 9(a) tar-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, bħala fjuwil;

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (KE) Nru 1069/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 21 ta' Ottubru 2009 li jistabbilixxi regoli tas-saħħa li jirrigwardaw prodotti sekondarji tal-annimali jew derivati minnhom mhux maħsuba għall-konsum mill-bniedem u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1774/2002 (ĠU L 300, 14.11.2009, p. 1.)

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) prodotti marbutin mal-enerġija li huma koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE fejn dawn l-atti ta' implimentazzjoni jistabbilixxu l-valuri limitu tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness II ta' din id-Direttiva;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Minn perspettiva ġuridika, il-kamp ta' applikazzjoni tal-MCP – bħala parti essenzjali tad-Direttiva nfisha – m'għandux jinbidel/jiġi ristrett b'miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont direttiva oħra. F'każ li l-kamp ta' applikazzjoni tal-MCPD mhux estiż biex ikopri impjanti ta' inqas minn 1MW, l-eżenzjoni mhix meħtieġa, peress li l-miżuri ta' implimentazzjoni għad-Direttiva tal-EKODISINN ma jkoprux impjanti ta' 1MW jew aktar.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) impjanti tal-kombustjoni li fihom il-prodotti gassużi tal-kombustjoni jintużaw biex isaħħnu direttament, jew inixxfu, jew jittrattaw b'mod ieħor l-oġġetti jew il-materjali;

(c) impjanti tal-kombustjoni li fihom il-prodotti gassużi tal-kombustjoni jintużaw biex isaħħnu direttament, jew inixxfu, jew jittrattaw b'mod ieħor l-oġġetti jew il-materjali, jew it-tisħin dirett permezz tal-gass użat biex isaħħan spazji interni u jtejjeb il-kundizzjonijiet tal-post tax-xogħol;

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) turbini tal-gass u magni tal-gass u tad-dieżel użati fuq pjattaformi lil hinn mill-kosta;

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) faċilitajiet għar-riġenerazzjoni ta' katalizzaturi għall-ikkrekkjar katalitiku;

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fc) faċilitajiet għall-konverżjoni tas-sulfur tal-idroġenu f'kubrit;

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fd (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fd) reatturi li jintużaw fl-industrija kimika;

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fe (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fe) fran tal-kokk li jsaħħnu minn taħt;

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt ff (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ff) cowpers;

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal attivitajiet ta' riċerka, attivitajiet ta' żvilupp jew l-attivitajiet ta' ttestjar relatati ma' impjanti tal-kombustjoni medji. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2b. Għall-impjanti medji tal-kombustjoni li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji, fid-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u fl-arċipelagi ta' Madejra u tal-Azores, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II m'għandhomx japplikaw. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet għal dawn l-impjanti sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom fl-arja u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "materja partikolata" tfisser partikoli ta' kull forma, struttura jew densità, imxerrdin waqt il-fażi tal-gass fil-kundizzjonijiet tal-punt tat-teħid tal-kampjuni, li jistgħu jinġabru permezz ta' filtrazzjoni f'kundizzjonijiet speċifikati wara t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi tal-gass li se jiġi analizzat, u li jibqgħu 'il fuq mill-filtru u fil-filtru wara t-tnixxif f'kundizzjonijiet speċifikati;

(4) "trab" tfisser partikoli ta' kull forma, struttura jew densità, imxerrdin waqt il-fażi tal-gass fil-kundizzjonijiet tal-punt tat-teħid tal-kampjuni, li jistgħu jinġabru permezz ta' filtrazzjoni f'kundizzjonijiet speċifikati wara t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi tal-gass li se jiġi analizzat, u li jibqgħu 'il fuq mill-filtru u fil-filtru wara t-tnixxif f'kundizzjonijiet speċifikati;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha timponi adattamenti tekniċi fit-test kollu.)

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) "impjant tal-kombustjoni eżistenti" tfisser impjant tal-kombustjoni li beda jintuża qabel [sena (1) wara d-data tat-traspożizzjoni];

(6) "impjant tal-kombustjoni eżistenti" tfisser impjant tal-kombustjoni li beda jintuża qabel [12-il xahar wara d-data ta' traspożizzjoni] jew li għalih ingħata permess qabel [6 xhur wara d-data ta' traspożizzjoni] skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali sakemm l-impjant jibda jopera sa mhux aktar tard minn [18 il-xahar wara d-data ta' traspożizzjoni];

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) "sigħat ta' tħaddim" tfisser il-ħin, espress f'sigħat, li matulu l-impjant tal-kombustjoni jkun qed jitfa' l-emissjonijiet fl-arja;

(16) "sigħat ta' tħaddim" tfisser il-ħin, espress f'sigħat, li matulu l-impjant tal-kombustjoni jkun qed jopera u jitfa' l-emissjonijiet fl-arja, inklużi l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi;

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 19a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) "sistema iżolata żgħira" (SIS) tfisser sistema iżolata żgħira kif definita fil-punt 26 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 19b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19b) "sistema iżolata mikro" (MIS) tfisser sistema iżolata mikro kif definita fil-punt 27 tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a;

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 dwar ir-regoli komuni għas-suq intern fil-qasam tal-elettriku u li temenda d-Direttiva 2003/54/KE (ĠU L 211, 14.8.2009, p. 55).

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19c) "bidla sostanzjali" tfisser bidla tal-karatteristiċi jew fit-tħaddim jew fit-tkabbir ta' impjant tal-kombustjoni li jista' jkollu effetti negattivi u sinifikanti fuq is-saħħa tal-bniedem jew fuq l-ambjent.

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 19d (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19d) "gass naturali" tfisser fjuwil magħmul mill-gass kif definit fl-ISO 13686:2013.

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Regoli ta' aggregazzjoni

 

1. Il-kombinazzjoni ffurmata minn żewġ impjanti ta' kombustjoni medji ġodda jew aktar għandha titqies bħala impjant ta' kombustjoni medju wieħed għall-fini ta' din id-Direttiva u l-input termali kklassifikat tagħhom miżjuda flimkien sabiex jiġi kkalkulat l-input termali kklassifikat totali tal-impjant, fejn:

 

- il-gassijiet ta' skart tat-tali impjanti tal-kombustjoni medji jiġu skarikati minn ċumnija komuni; jew

 

- filwaqt li jitqiesu fatturi tekniċi u ekonomiċi, il-gassijiet ta' skart tat-tali impjanti tal-kombustjoni medji jistgħu, fil-fehma tal-awtorità kompetenti, jiġu skarikati minn ċumnija komuni.

 

2. Għall-fini tal-kalkolu tal-input termali kklassifikat totali ta' kombinazzjoni ta' żewġ impjanti tal-kombustjoni jew aktar, l-impjanti tal-kombustjoni individwali b'input termali kklassifikat taħt 1 MW m'għandhomx jitqiesu għajr jekk jiġu installati aktar minn impjant tal-kombustjoni medju wieħed għall-istess fini f'sit uniku f'arranġament fejn il-piż jiġi kondiviż. F'dan il-każ, il-kombinazzjoni tal-kondiviżjoni tal-piż iffurmata minn dawn l-impjanti għandha titqies bħala impjant tal-kombustjoni wieħed u l-kapaċitajiet tagħhom għandhom jiżdiedu flimkien għall-fini tal-kalkolu tal-input termali kklassifikat totali anke jekk kull impjant tal-kombustjoni individwali jkollu input termali kklassifikat taħt 1 MW.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-Reġistrazzjoni

Permessi u reġistrazzjoni

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impjanti tal-kombustjoni medji jitħaddmu biss jekk ikunu reġistrati mill-awtorità kompetenti.

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda impjant tal-kombustjoni medju ġdid ma jitħaddem mingħajr permess jew reġistrazzjoni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2020 l-ebda impjant eżistenti ta' kombustjoni medju b'input termali kklassifikat 'il fuq minn 15 MW ma jiġi mħaddem mingħajr permess jew reġistrazzjoni.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2022 l-ebda impjant eżistenti ta' kombustjoni medju b'input termali kklassifikat 'il fuq minn 5 MW u ta' mhux aktar minn 15 MW ma jiġi operat mingħajr permess jew reġistrazzjoni.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1c (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1c. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2025 l-ebda impjant eżistenti ta' kombustjoni medju b'input termali kklassifikat ta' 5 MW jew inqas ma jiġi operat mingħajr permess jew reġistrazzjoni.

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-proċedura tar-reġistrazzjoni għandha tinkludi mill-inqas notifika lill-awtorità kompetenti mill-operatur dwar it-tħaddim tal-impjant jew il-ħsieb li jħaddem impjant tal-kombustjoni medju.

2. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċeduri għall-ħruġ ta' permess jew għar-reġistrazzjoni. Il-proċeduri għandhom jinkludu mill-inqas obbligu għall-operatur li jinnotifika jew jinforma lill-awtorità kompetenti dwar it-tħaddim tal-impjant jew il-ħsieb li jħaddem impjant tal-kombustjoni medju.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-impjant tal-kombustjoni medju qabel ma jgħaddi xahar wara n-notifika mingħand l-operatur u għandu jinforma lill-operatur b'dan.

4. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-impjant tal-kombustjoni medju, jew tibda l-proċedura biex jinħariġlu permess, qabel ma jgħaddi xahar wara n-notifika jew tiġi mgħoddija l-informazzjoni mill-operatur u għandha tinforma lill-operatur b'dan.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu tan-notifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, dejjem jekk l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3 tkun ingħatat lill-awtoritajiet kompetenti.

imħassar

Dawn l-impjanti tal-kombustjoni għandhom ikunu rreġistrati sa [13-il xahar wara d-data tat-traspożizzjoni].

 

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Għal kull impjant tal-kombustjoni medju, ir-reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness I, flimkien ma' kull informazzjoni li tinkiseb minn verifika tar-riżultati tal-monitoraġġ jew minn kontrolli ta' konformità oħrajn imsemmijin fl-Artikoli 7 u 8.

6. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iżommu reġistru aċessibbli għall-pubbliku tal-impjanti tal-kombustjoni medji li jinkludi għall-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness I, flimkien ma' kull informazzjoni li tinkiseb minn verifika tar-riżultati tal-monitoraġġ jew minn kontrolli ta' konformità oħrajn imsemmijin fl-Artikoli 7 u 8 u kwalunkwe informazzjoni miksuba dwar it-tibdil fl-impjanti tal-kombustjoni medji skont l-Artikolu 9.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Kwalunkwe permess maħruġ jew reġistrazzjoni li ssir skont leġiżlazzjoni nazzjonali jew tal-Unjoni oħra jistgħu jiġu kkombinati mal-permess jew mar-reġistrazzjoni meħtieġa skont il-paragarfu 1 biex jiffurmaw permess uniku jew reġistrazzjoni unika bil-kundizzjoni li l-permess jew ir-reġistrazzjoni jikkontjenu l-informazzjoni meħtieġa minn dan l-Artikolu.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li huma parti minn installazzjoni koperta mill-Kapitolu II tad- Direttiva 2010/75/UE mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II u fl-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva għal dawk is-sustanzi li jniġġsu li għalihom japplikaw il-valuri limitu tal-emissjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE għal dawk l-impjanti biss meta dawn il-valuri limitu tal-emissjonijiet ma jaqbżux il-limiti stabbiliti fl-Anness II ta' din id-Direttiva.

 

Fil-każ ta' impjanti tal-kombustjoni li jaħarqu l-fjuwils f'raffineriji taż-żejt minerali u tal-gass jew bojlers ta' rkupru użati fil-produzzjoni tal-polpa, fuq talba ta' operatur ta' impjant ta' kombustjoni medju, l-Istati Membri għandhom jeżentaw impjanti ta' kombustjoni medja li huma parti minn installazzjoni koperta mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II u mid dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva għal dawk is-sustanzi li jniġġsu li għalihom japplikaw il-valuri limitu tal-emissjonijiet skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE għal dawn l-impjanti.

Emenda  46

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2025 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat 'il fuq minn 5 MW ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

Mill-1 ta' Jannar 2020 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' trab minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat 'il fuq minn 15 MW ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

Emenda  47

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Mill-1 ta' Jannar 2022 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' trab minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat ta' aktar minn 5 MW u ta' mhux iktar minn 15 MW ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

Emenda  48

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mill-1 ta' Jannar 2030 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat ta' 5 MW jew inqas ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

Mill-1 ta' Jannar 2027 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' trab minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat ta' 5 MW jew inqas ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

Emenda  49

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti milli jkunu parti mill-SIS u l-MIS minn konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fil-Parti 1 tal-Anness II sa massimu ta' ħames snin, iżda mhux iktar tard mill-2030, mid-dati stabbiliti fl-ewwel, fit-tieni u fit-tielet subparagrafi tal-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu rispettivament, mingħajr dannu għall-impennji internazzjonali eżistenti.

Emenda  50

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

B'deroga mill-paragrafu 1, mingħajr dannu għall-istandards ambjentali u tal-kwalità tal-arja, l-awtorità kompetenti tista', sa ħames snin mid-data tal-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Annex II iżda mhux iktar tard mill-2030,f'każijiet speċifiċi, tistabbilixxi valuri limitu tal-emissjonijiet inqas severi, sakemm għall-inqas 50% tal-produzzjoni tas-sħana utli tal-impjant, bħala medja mobbli tul perjodu ta' ħames snin, titwassal fil-forma ta' fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali, jew li l-impjant jaħraq bijomassa solida bħala fjuwil ewlieni. Din id-deroga tista' tapplika biss meta valutazzjoni turi li l-ilħuq tal-livelli ta' emissjonijiet previsti fl-Anness II jista' jwassal għal spejjeż ogħla b'mod sproporzjonat meta mqabbla mal-benefiċċji ambjentali minħabba:

 

(a) il-pożizzjoni ġeografika jew il-kundizzjonijiet ambjentali lokali tal-installazzjoni kkonċernata; jew

 

(b) il-karatteristiċi tekniċi tal-installazzjoni kkonċernata.

 

Il-valuri limitu massimi tal-emissjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ma jeċċedux 1100 mg/Nm3 għal SO2 u 150 mg/Nm³ għat-trab.

 

L-awtorità kompetenti fi kwalunkwe każ għandha tiżgura li ma jiġi kkawżat l-ebda tniġġis sinifikanti u li jinkiseb livell għoli ta' protezzjoni tal-ambjent kollu kemm hu.

Emenda  51

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 1 tal-Anness II. F'dan il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 200 mg/Nm³ għall-materja partikolata mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti eżistenti tal-kombustjoni medji li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim bħala medja mobbli fuq perjodu ta' 5 snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 1 tal-Anness II f'każijiet ta' emerġenza jew jekk japplikaw kundizzjonijiet straordinarji li minħabba fihom ikun meħtieġ l-użu ta' dawn l-impjanti tal-kombustjoni medji. L-Istati Membri jistgħu jestendu l-limitu għal 800 siegħa fil-każijiet segwenti:

 

- għall-produzzjoni ta' enerġija ta' emerġenza fi gżejjer konnessi fil-każ ta' qtugħ tal-provvista prinċipali ta' enerġija lill-gżira;

 

- impjanti tal-kombustjoni medji użati għall-produzzjoni tas-sħana f'każijiet ta' avvenimenti ta' temp eċċezzjonalment kiesaħ.

 

F'dak il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 200 mg/Nm³ għat-trab mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

Emenda  52

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Minn [sena (1) wara d-data tat-traspożizzjoni] l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata minn impjant tal-kombustjoni medju ġdid ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II.

Minn [12-il xahar wara d-data tat-traspożizzjoni] l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' trab minn impjant tal-kombustjoni medju ġdid ma għandhomx jaqbżu l-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II.

Emenda  53

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II. F'dan il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 100 mg/Nm³ għall-materja partikolata mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' tlett snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II f'każijiet ta' emerġenza jew jekk japplikaw kundizzjonijiet straordinarji li minħabba fihom ikun meħtieġ l-użu ta' dawn l-impjanti tal-kombustjoni medji. F'dak il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 100 mg/Nm³ għat-trab mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

Emenda  54

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja tal-UE stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, għall-impjanti tal-kombustjoni medji individwali, l-Istati Membri għandhom japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet ibbażati fuq il-valuri referenzjarji stabbiliti fl-Anness III, jew fuq valuri aktar stretti stabbiliti mill-Istati Membri, sakemm ma jiġix ippruvat lill-Kummissjoni li l-applikazzjoni ta' dawn il-valuri tal-emissjonijiet tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati u li jkunu ġew inklużi fil-pjanijiet għall-kwalità tal-arja meħtieġa skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE miżuri oħrajn li jiżguraw il-konformità mal-valuri limitu għall-kwalità tal-arja.

4. F'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja tal-UE stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, għall-impjanti tal-kombustjoni medji individwali, l-Istati Membri għandhom jevalwaw hemmx il-ħtieġa li jiġu applikati valuri limitu tal-emissjonijiet aktar stretti li jistgħu jkunu bbażati fuq il-valuri referenzjarji stabbiliti fl-Anness III.

Emenda  55

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Effiċjenza fl-enerġija

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu żieda fl-effiċjenza enerġetika ta' impjanti medji tal-kombustjoni.

 

2. Sal-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tevalwa standards minimi tal-effiċjenza enerġetika għal impjanti medji tal-kombustjoni f'konformità mal-aħjar tekniki disponibbli.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq, li tistabbilixxi l-livelli ta' effiċjenza fil-prestazzjoni għall-impjanti medji tal-kombustjoni ġodda li se japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.

Emenda  56

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet ambjentali tal-impjanti tal-kombustjoni medji, jew jimplimentaw miżuri oħrajn biex jikkontrollaw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema effettiva, ibbażata jew fuq spezzjonijiet ambjentali jew fuq miżuri oħrajn, biex jikkontrollaw li jkun hemm konformità mar-rekwiżiti ta' din id-Direttiva.

Emenda  57

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. Meta l-awditi u l-ispezzjonijiet diġà jkunu stabbiliti biex tiġi vverifikata l-konformità ma' leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni li tikkontrolla l-emissjonijiet, l-Istati Membri jistgħu jużaw dawk l-awditi u spezzjonijiet biex jivverifikaw il-konformità ma' din id-Direttiva.

Emenda  58

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ħinijiet ta' tqabbid u tifi tal-impjanti tal-kombustjoni medji, u ta' kull funzjonament ħażin tagħhom, jinżammu kemm jista' jkun qosra. Jekk ikun hemm funzjonament ħażin, jew ma jkunx jaħdem l-apparat sekondarju ta' purifikazzjoni, l-operatur għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti.

3. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-operaturi jżommu l-ħinijiet ta' tqabbid u tifi tal-impjanti tal-kombustjoni medji, u ta' kull funzjonament ħażin tagħhom, kemm jista' jkun qosra. Jekk ikun hemm funzjonament ħażin, jew ma jkunx jaħdem l-apparat sekondarju ta' purifikazzjoni, l-operatur għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti.

Emenda  59

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Każijiet ta' nonkonformità għandhom jiġu kkomunikati mill-operatur lill-awtorità kompetenti mill-aktar fis possibbli u f'format deċiż mill-Istati Membri.

Emenda  60

Proposta għal direttiva

Artikolu 7 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li:

4. Jekk ikun hemm nuqqas ta' konformità, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operatur ikun meħtieġ mill-awtorità kompetenti li jieħu l-miżuri neċessarji biex jiżgura li terġa' tkun restawrata l-konformità mingħajr dewmien żejjed.

(a) l-operatur jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti;

 

(b) l-operatur iwettaq minnufih il-miżuri meħtieġa biex jiżgura li jerġa' jkun hemm konformità fl-inqas żmien possibbli;

 

(c) l-awtorità kompetenti teħtieġ li l-operatur jieħu kull miżura kumplementari xierqa li l-awtorità kompetenti tikkunsidra meħtieġa biex titreġġa' l-konformità.

 

Jekk l-operatur ma jkunx jista' jerġa' jikkonforma, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi t-tħaddim tal-impjant u tirtira r-reġistrazzjoni tiegħu.

Jekk l-operatur ma jkunx jista' jerġa' jikkonforma, l-awtorità kompetenti għandha tissospendi t-tħaddim tal-impjant u tirtira l-permess jew ir-reġistrazzjoni tiegħu.

Emenda  61

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) mingħajr ħsara għall-Artikolu 4(5), il-provi li ntbagħtet notifika lill-awtorità kompetenti;

imħassar

Emenda  62

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-provi tar-reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti;

(b) il-permess jew il-provi tar-reġistrazzjoni mill-awtorità kompetenti;

Emenda  63

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) fejn japplika, rekord tas-sigħat ta' tħaddim imsemmijin fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2).

(d) fejn japplika, rekord tas-sigħat ta' tħaddim imsemmijin fit-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) u fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(3);

Emenda  64

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt ea (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ea) reġistru tal-każijiet ta' nuqqas ta' konformità u l-miżuri adottati skont l-Artikolu 7(4).

Emenda  65

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 2 – punt eb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(eb) id-dokumenti msemmija fl-Artikolu 9.

Emenda  66

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Id-data elenkata fil-paragrafu 2 għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali taż-żona fejn ikun jinsab l-impjant tal-kombustjoni medju.

Emenda  67

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-operatur għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti b'kull tibdil maħsub fl-impjant tal-kombustjoni medju li jkun jaffettwa l-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli. Din in-notifika għandha tintbagħat mill-inqas xahar qabel ma ssir il-bidla.

1. L-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti b'kull tibdil maħsub fl-impjant tal-kombustjoni medju li jkun jaffettwa l-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli. Din l-informazzjoni għandha tintbagħat mill-inqas xahar qabel ma ssir il-bidla.

Emenda  68

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Meta tirċievi n-notifika mingħand l-operatur skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha tirreġistra din il-bidla qabel l-iskadenza ta' xahar.

2. Meta tirċievi l-informazzjoni mingħand l-operatur skont il-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess jew ir-reġistrazzjoni, kif xieraq, qabel l-iskadenza ta' tliet xhur u għandha tinforma lill-operatur.

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom id-dritt li jaġġornaw il-permess jew ir-reġistrazzjoni tal-impjant abbażi tal-effetti li t-tibdil jista' jkollu fuq il-kwalità tal-arja u fuq il-valuri limitu tal-emissjonijiet applikabbli.

Emenda  69

Proposta għal direttiva

Artikolu 9 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. F'każ ta' bidla sostanzjali f'impjant tal-kombustjoni medju ezistenti, kif stabbilit fil-punt 19a tal-Artikolu 3(1), l-awtorità kompetenti għandha taġġorna l-permess jew ir-reġistrazzjoni bħala impjant tal-kombustjoni ġdid u tinforma lill-operatur.

Emenda  70

Proposta għal direttiva

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-awtorità kompetenti għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fost mezzi oħra permezz tal-internet, ir-reġistru tal-impjanti tal-kombustjoni medji.

Mingħajr ħsara għad-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill24, l-awtorità kompetenti għandha tpoġġi għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, fost mezzi oħra permezz tal-internet, ir-reġistru tal-impjanti tal-kombustjoni medji msemmi fl-Artikolu 4(6).

__________________

__________________

24 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

24 Id-Direttiva 2003/4/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Jannar 2003 dwar l-aċċess pubbliku għat-tagħrif ambjentali (ĠU L 41, 14.2.2003, p. 26).

Emenda  71

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sa [sentejn (2) wara d-data tat-traspożizzjoni] l-Istati Membri jridu jirrappurtaw lill-Kummissjoni sommarju tad-dejta elenkata fl-Anness I, flimkien ma' stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u materja partikolata minn dawn l-impjanti, ikklassifikati skont it-tip ta' fjuwil li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.

1. Sal-31 ta' Diċembru 2024, l-Istati Membri jridu jirrappurtaw lill-Kummissjoni sommarju tad-dejta elenkata fl-Anness I, flimkien ma' stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u trab minn impjanti tal-kombustjoni medji, ikklassifikati skont it-tip ta' impjant, fjuwil li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Limitu itwal ta' żmien huwa ġġustifikat mill-introduzzjoni ta' reġim ta' ħruġ ta' permessi possibbli, aktar kumpless mir-reġistrazzjoni waħedha.

Emenda  72

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom jirrapurtaw ukoll lill-Kummissjoni, sal-31 ta' Diċembru 2024, stima tat-total annwali tal-emissjonijiet ta' monossidu tal-karbonju minn dawk l-impjanti, ikklassifikati skont it-tip ta' fjuwil li jużaw u l-grad ta' kapaċità tagħhom.

Emenda  73

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jibagħtu t-tieni u t-tielet rapporti lill-Kummissjoni b'aġġornament tad-dejta msemmija fil-paragrafu 1 sa mhux aktar mill-1 ta' Ottubru 2026 u l-1 ta' Ottubru 2031 rispettivament.

L-Istati Membri għandhom jibagħtu t-tieni u t-tielet rapporti lill-Kummissjoni b'aġġornament tad-dejta msemmija fil-paragrafi 1 u 1a sa mhux aktar mill-1 ta' Ottubru 2029 u 2034 rispettivament.

Emenda  74

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti, miktubin skont l-ewwel sottoparagrafu, għandu jkun fihom informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, kull azzjoni li tkun saret biex tiġi vverifikata l-konformità ma' din id-Direttiva tat-tħaddim tal-impjanti tal-kombustjoni medji u kull azzjoni ta' infurzar li tkun saret għal dan il-għan.

Ir-rapporti, miktubin skont il-paragrafi 1 u 1a u l-ewwel sottoparagrafu ta' dan il-paragrafu, għandu jkun fihom informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, kull azzjoni li tkun saret biex tiġi vverifikata l-konformità ma' din id-Direttiva tat-tħaddim tal-impjanti tal-kombustjoni medji u kull azzjoni ta' infurzar li tkun saret għal dan il-għan.

Emenda  75

Proposta għal direttiva

Artikolu 12 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. It-tieni rapport sommarju tal-Kummissjoni għandu janalizza l-implimentazzjoni ta' din id-Direttiva, b'attenzjoni speċjali fuq il-ħtieġa li jiġu stabbiliti l-valuri referenzjarji stipulati fl-Anness III bħala valuri limitu tal-emissjonijiet madwar l-Unjoni kollha, u għandu jkun akkumpanjat minn proposta leġiżlattiva fejn xieraq.

imħassar

Emenda  76

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Reviżjoni

 

1. Il-Kummissjoni għandha tagħmel reviżjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet għal impjanti ta' kombustjoni medji ġodda sal-31 ta' Diċembru 2025 bl-eċċezzjoni tal-valuri limitu tal-emissjonijiet NOx li għandhom jiġu riveduti sal-31 ta' Diċembru 2021. Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għal impjanti ta' kombustjoni medji eżistenti u ġodda jiġu riveduti sal-31 ta' Diċembru 2030. Wara dan, għandu ssir reviżjoni kull għaxar snin. Ir-reviżjoni għandha tikkunsidra l-aħjar teknoloġiji disponibbli u fejn huwa possibbli d-data miġbura mill-monitoraġġ imsemmi fl-Artikolu 6.

 

2. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk hemmx ħtieġa ta' regolamentazzjoni, għall-impjanti tal-kombustjoni medja, tal-emissjonijiet tal-monossidu tal-karbonju.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta r-riżultati ta' din ir-reviżjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill akkumpanjati, jekk meħtieġ, bi proposta leġiżlattiva.

Ġustifikazzjoni

B'tali perjodi ta' żmien fit-tul, huwa importanti li ssir reviżjoni regolari tad-Direttiva fid-dawl ta' żviluppi fit-teknoloġiji ġodda.

Emenda  77

Proposta għal direttiva

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi taċitament estiża għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn erba' xhur qabel tmiem kull perijodu.

2. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 13 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta' ħames snin minn [id-data tad-dħul fis-seħħ]. Il-Kummissjoni għandha tfassal rapport dwar id-delega ta' setgħa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel tmiem il-perijodu ta' ħames snin u tgħaddih lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Id-delega ta' setgħa għandha tiġi taċitament estiża għal perjodi ta' tul ta' żmien identiku, sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux tali estensjoni mhux aktar tard minn erba' xhur qabel tmiem kull perijodu.

Emenda  78

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [data: sena u nofs (1.5) wara d-dħul fis-seħħ]. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] l-aktar tard. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda  79

Proposta għal direttiva

Anness I – punt 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Jekk jintuża s-sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2), dikjarazzjoni ffirmata mill-operatur li mhuwiex se jħaddem l-impjant aktar minn 300 siegħa fis-sena;

8. Jekk jintużaw it-tielet sottoparagrafu tal-Artikolu 5(2) jew it-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 5(3), dikjarazzjoni ffirmata mill-operatur li mhuwiex se jħaddem l-impjant aktar minn l-ammont ta' siegħat imsemmi f'dawk is-sottoparagrafi;

Emenda  80

Proposta għal direttiva

Anness IV – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Monitoraġġ tal-emissjonijiet

Il-monitoraġġ tal-emissjonijiet u l-valutazzjoni tal-konformità

Emenda  81

Proposta għal direttiva

Anness IV – parti 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti I - Metodi ta' monitoraġġ

1. Se jkun meħtieġ il-kejl perjodiku ta' SO2, NOx u materja partikolari mill-inqas darba kull tliet snin għall-impjanti tal-kombustjoni medji li għandhom kapaċità termali kklassifikata li hi ogħla minn 1 MW u inqas minn 20 MW, u mill-inqas darba fis-sena għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'kapaċità termali ugwali għal 20 MW jew ogħla iżda inqas minn 50 MW.

1. Se jkun meħtieġ il-kejl perjodiku ta' SO2, NOx, u trab mill-inqas:

 

- darba kull tliet snin għall-impjanti tal-kombustjoni medji li għandhom kapaċità termali kklassifikata li hi ogħla minn 1 MW u inqas minn 5 MW,

 

- kull sentejn għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'kapaċità termali ugwali għal 5 MW jew ogħla iżda inqas minn 15 MW,

 

- kull sena għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'kapaċità termali ugwali għal 15 MW jew ogħla,

Emenda  82

Proposta għal direttiva

Anness IV – parti 1 – punt 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kejl huwa meħtieġ biss għal sustanzi li jniġġsu li għandhom valur limitu tal-emissjonijiet stipulat fl-Anness II għall-impjant ikkonċernat.

2. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-kejl jitwettaq ukoll fuq il-monossidu tal-karbonju (CO).

Emenda  83

Proposta għal direttiva

Anness IV - Parti I – punt 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ewwel kejl għandu jitwettaq fl-ewwel tliet xhur wara li l-impjant jiġi rreġistrat.

3. L-ewwel kejl għandu jitwettaq fl-ewwel tliet xhur wara li l-impjant jiġi rreġistrat jew minn meta joħroġ il-permess.

Emenda  84

Proposta għal direttiva

Anness IV – Parti I – Punt 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Bħala alternattiva għall-kejl perjodiku msemmi fil-punt 1, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu kejl kontinwu.

 

Fil-każ ta' kejl kontinwu, is-sistemi awtomatizzati ta' kejl għandhom ikunu soġġetti għal kontroll permezz ta' kejl parallel mal-metodi ta' referenza mill-inqas darba fis-sena u l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultati ta' dawk il-kontrolli.

Emenda  85

Proposta għal direttiva

Anness IV - Parti I – punt 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tas-sustanzi li jniġġsu u l-kejl tal-parametri tal-proċessi, kif ukoll kull alternattiva li tintuża kif imsemmi fil-punt 4, għandhom jitwettqu skont l-istandards tas-CEN. Jekk l-istandards tas-CEN ma jkunux disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards tal-ISO, jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti

5. It-teħid ta' kampjuni u l-analiżi tas-sustanzi li jniġġsu u l-kejl tal-parametri tal-proċessi, kif ukoll kull alternattiva li tintuża kif imsemmi fil-punt 4, għandhom jitwettqu skont l-istandards tas-CEN. Waqt il-kejl, l-impjant ikun qed jopera taħt kundizzjonijiet stabbli ta' kapaċità kostanti rappreżentattiva. Jiġu esklużi l-perjodi ta' bidu ta' tħaddim u ta' tifi. Jekk l-istandards tas-CEN ma jkunux disponibbli, għandhom jintużaw l-istandards tal-ISO, jew standards nazzjonali jew internazzjonali oħrajn li jiżguraw li tingħata dejta ta' kwalità xjentifika ekwivalenti

Emenda  86

Proposta għal direttiva

Anness IV – parti 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Parti Ia - Evalwazzjoni tal-konformità

 

1. Fil-każ ta' kejl perjodiku, il-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom jitqiesu bħala konformi jekk ir-riżultati ta' kull waħda mis-serje ta' kejl jew ta' proċeduri oħra definiti u determinati skont ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ma jaqbżux il-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet.

 

2. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5 għandhom jiġu evalwati kif stipulat fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness V tad-Direttiva 2010/75/UE.

 

Il-valuri medji vvalidati huma ddeterminati kif stipulat fil-punti 9 u 10 tal-Parti 3 tal-Anness V tad-Direttiva 2010/75/UE.

 

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 5(6) u 5(7) kif ukoll matul il-perjodi ta' bidu tat-tħaddim jew ta' tifi m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

(1)

ĠU C 451, 16.12.2014, p. 134.

(2)

ĠU C 415, 20.11.2014, p. 23.


NOTA SPJEGATTIVA

Fl-UE hemm madwar 150 000 impjant tal-kombustjoni medji, jiġifieri impjanti tal-kombustjoni b'kapaċità termika kklassifikata ta' bejn 1 u 50 MW: dawn jintużaw għal għadd kbir ta' applikazzjonijiet differenti (fosthom il-ġenerazzjoni tal-elettriku, it-tisħin u t-tkessiħ domestiku/reżidenzjali u l-forniment tas-sħana/tal-fwar għall-proċessi industrijali, eċċ.) u huma sors importanti ta' emissjonijiet ta' diossidu tal-kubrit, ossidi tan-nitroġenu u trab. Filwaqt li l-impjanti tal-kombustjoni żgħar jistgħu jkunu koperti mid-Direttiva 2009/125/KE (ekodisinn), u l-impjanti tal-kombustjoni kbar huma rregolati mid-Direttiva 2010/75/UE (emissjonijiet industrijali – IED), l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji b'mod ġenerali mhumiex irregolati fil-livell tal-UE.

Għalhekk il-proposta tal-Kummissjoni tipproponi dispożizzjonijiet dwar l-impjanti tal-kombustjoni medji. Hija mfassla b'tali mod li tagħti kontribut sinifikanti biex jitnaqqas it-tniġġis ta' NOx, SO2 u trab billi tistabbilixxi valuri limitu għal impjanti ġodda u eżistenti, flimkien ma' skema ta' reġistrazzjoni sempliċi, sabiex tgħin biex jintlaħqu parti sinifikanti mill-obbligi tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tal-Istati Membri u jiġu evitati wkoll il-kompromessi li jista' jkun hemm bejn il-kwalità tal-arja u ż-żieda fl-użu tal-bijomassa, li jista' jirriżulta f'aktar tniġġis fl-arja.

F'konformità mal-prinċipju tar-regolamentazzjoni aħjar, dan l-abbozz ta' rapport għandu l-għan li jevita regolamentazzjoni doppja u piżijiet amministrattivi eċċessivi, filwaqt li jinżammu intatti l-għanijiet tal-proposta leġiżlattiva inizjali.

F'dan l-ispirtu, il-kamp ta' applikazzjoni tad-Direttiva fl-Artikolu 2 ġie emendat sabiex tiġi ċċarata l-applikazzjoni rispettiva tad-Direttiva proposta u tal-acquis eżistenti, speċjalment iżda mhux esklużivament għal dak li jikkonċerna d-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali. Ġew introdotti wkoll kjarifiki ulterjuri biex tinżamm il-konsistenza regolatorja mal-IED.

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet fl-Annessi II u III ġew emendati biex ikun evitat li jitqiegħed piż sproporzjonat fuq l-operaturi ta' ċerti impjanti, skont il-prinċipju tal-kosteffiċjenza. F'dan ir-rigward, f'każijiet partikolari ġiet introdotta distinzjoni ulterjuri bejn il-kategoriji ta' impjanti tal-kombustjoni medji skont il-kapaċità termika kklassifikata tagħhom.

Barra minn hekk, l-Artikolu 5(4) ġie emendat sabiex tiġi evitata kwalunkwe interpretazzjoni ħażina fir-rigward tan-natura obbligatorja/indikattiva tal-Anness III.

Ir-Rapporteur jemmen li l-bidliet li qed jipproponi jtejbu l-possibbiltà ta' implimentazzjoni realistika tad-Direttiva, sabiex din tkun tista' ssir strument importanti għat-titjib tal-kwalità tal-arja fl-Unjoni Ewropea mingħajr ma jiġu imposti piżijiet mhux ġustifikati fuq is-soċjetà u fuq l-ekonomija.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (23.4.2015)

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni

(COM(2013)0919 – C7‑0003/2014 – 2013/0442(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Fredrick Federley

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond

It-tniġġis tal-arja huwa problema verament transkonfinali u ħafna Stati Membri jiksbu parti sinifikanti tat-tniġġis tal-arja tagħhom minn pajjiżi ġirien. Għalhekk tinħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni bil-għan li jiġi stabbilit qafas koerenti u ambizzjuż sabiex jiġu indirizzati l-emissjonijiet.

Il-proposta tal-Kummissjoni għandha l-għan li timla lakuna importanti fil-leġiżlazzjoni attwali tal-UE. Impjanti żgħar tal-kombustjoni ġodda huma diġà rregolati minn dispożizzjonijiet li jimplementaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija. Sadanittant, impjanti kbar tal-kombustjoni huma koperti mid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali u d-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (sal-31 ta' Diċembru 2015).

Madankollu, fil-preżent m'hemm l-ebda regolament speċifiku fil-livell tal-UE dwar l-emissjonijiet ta' sustanzi li jniġġsu l-arja minn impjanti tal-kombustjoni medji (impjanti b'kapaċità termika ta' bejn 1 u 50 MW) (IMK) u r-rapporteur jilqa' l-mira tal-proposta tal-Kummissjoni li timla din il-lakuna sabiex jinħoloq ambjent regolatorju iktar koerenti.

Il-proposta hija importanti għal bosta raġunijiet. L-ewwel nett, skont il-valutazzjoni tal-impatt tal-Kummissjoni, it-tniġġis tal-arja huwa stmat li jwassal għal 400 000 mewta prematura fis-sena u spejjeż tas-saħħa sa EUR 940 biljun. It-tniġġis jikkontribwixxi wkoll għal degradazzjoni ambjentali sinifikanti, fejn 62 % tal-erja tal-UE hija esposta għall-ewtrofikazzjoni u għal ħsara ekonomika, pereżempju EUR 15-il biljun minn ġranet ta' xogħol mitlufa, EUR 4 biljun fi spejjeż għall-kura tas-saħħa, EUR 3 biljun ta' telf fil-ħsad tal-għelejjel u EUR 1 biljun fi ħsara lill-bini. It-tieni nett, it-tnaqqis tal-emissjonijiet minn impjanti medji tal-kombustjoni jista' jikkontribwixxi għall-kisba tal-miri tal-UE dwar il-klima u l-enerġija, fit-tnaqqis tal-gassijiet serra, fit-titjib fl-effiċjenza enerġetika u fil-promozzjoni tal-użu tal-enerġija rinnovabbli. Billi naġixxu issa u nimlew il-vojt regolatorju preżenti, nistgħu nagħtu sinjali ċari għall-investimenti u noffru inċentivi ulterjuri għar-riċerka u l-innovazzjoni f'teknoloġiji rivoluzzjonarji. Dan joħloq il-kundizzjonijiet sabiex in-negozji Ewropej ikunu fuq quddiem fl-innovazzjoni ekoloġika, b'potenzjal enormi fis-swieq tal-esportazzjoni. Pereżempju, it-tniġġis tal-arja waħdu jiswa liċ-Ċina 12-13 % tal-PGD kull sena.

Kjarifiki u tibdil propost mir-rapporteur

Madankollu, hemm numru ta' punti li jeħtieġ li jiġu kkjarifikati u mtejba fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni. Ir-rapporteur identifika l-punti ewlenin segwenti.

Rabta mal-leġiżlazzjoni eżistenti

Il-qafas regolatorju jeħtieġ ikun koerenti u għandhom jiġu evitati r-riskji ta' regolamentazzjoni doppja. B'mod partikolari, hemm ħtieġa li tiġi ċċarata r-rabta bejn il-proposta preżenti u d-Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali li diġà hija fis-seħħ.

Il-perspettiva tal-SMEs

Peress li madwar 75 % tal-IMK huma mmexxija minn SMEs, għandha tingħata attenzjoni speċjali sabiex ma jiġix impost piż amministrattiv żejjed. L-SMEs m'għandhomx il-kapaċità amministrattiva ta' kumpaniji ikbar u hemm numru ta' partijiet kemm tal-proposta preżenti kif ukoll tal-pożizzjoni tal-Kunsill, fejn din il-perspettiva hija nieqsa.

L-effikaċja fin-nefqa

Hemm ħtieġa ċara li jintlaħaq bilanċ xieraq bejn l-ispejjeż għan-negozji u l-vantaġġi ambjentali u għas-saħħa. Filwaqt li huwa ċar li neħtieġu valuri limitu tal-emissjonijiet, dawn jeħtieġ li jkunu proporzjonati u jaħdmu fil-prattika. Fl-istess waqt, ir-rapporteur jemmen li hemm każ b'saħħtu għal qafas ambizzjuż.

Flessibbiltà

Il-proposta tal-Kummissjoni diġà tiddistingwi bejn impjanti ġodda u dawk eżistenti. Madankollu, hemm lok li tittejjeb il-flessibbiltà għall-iżgħar impjanti eżistenti sa 5 MW, li għalihom l-ispejjeż jistgħu jkunu relattivament għolja.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Il-kombustjoni tal-fjuwils f'impjanti u apparat tal-kombustjoni tista' tkun koperta minn atti li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija15. Il-kombustjoni tal-fjuwil fl-impjanti tal-kombustjoni kbar hija koperta bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 mis-7 ta' Jannar 2013, filwaqt li d-Direttiva 2001/80KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 għadha tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni l-kbar, koperti bl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2010/75/UE sal-31 ta' Diċembru 2015.

(5) Il-kombustjoni tal-fjuwils f'impjanti u apparat tal-kombustjoni tista' tkun koperta minn atti li jimplimentaw id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15. Madankollu aktar miżuri huma meħtieġa skont id-Direttiva 2009/125/KE sabiex jiġi kopert il-kumplament tal-lakuna leġiżlattiva. Il-kombustjoni tal-fjuwil fl-impjanti tal-kombustjoni kbar hija koperta bid-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill16 mis-7 ta' Jannar 2013, filwaqt li d-Direttiva 2001/80KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill17 għadha tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni l-kbar, koperti bl-Artikolu 30(2) tad-Direttiva 2010/75/UE sal-31 ta' Diċembru 2015.

__________________

__________________

15 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

15 Id-Direttiva 2009/125/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Ottubru 2009 li tistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti relatati mal-enerġija (ĠU L 285, 31.10.2009, p. 10).

 

16 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

16 Id-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) (ĠU L 334, 17.12.2010, p. 17).

17 Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

17 Id-Direttiva 2001/80/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Ottubru 2001 dwar il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċertu tniġġis fl-arja minn impjanti kbar tal-kombustjoni (ĠU L 309, 27.11.2001, p. 1).

Ġustifikazzjoni

Il-lakuna leġiżlattiva bejn id-Direttiva dwar l-Ekodisinn u din id-direttiva għandha tiġi indirizzata fid-Direttiva dwar l-Ekodisinn, kif propost fil-pożizzjoni tal-Kunsill.

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-prodotti marbutin mal-enerġija li huma koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jew il-Kapitolu III jew IV tad-Direttiva 2010/75/UE. Ċerti impjanti tal-kombustjoni oħrajn ukoll għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi tagħhom jew tal-użu tagħhom f'attivitajiet partikolari.

(9) Din id-Direttiva ma għandhiex tapplika għall-impjanti tal-kombustjoni li huma koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE jew id-Direttiva 2010/75/UE. Ċerti impjanti tal-kombustjoni oħrajn ukoll għandhom ikunu eżentati mill-kamp ta' applikazzjoni ta' din id-Direttiva, abbażi tal-karatteristiċi tekniċi tagħhom jew tal-użu tagħhom f'attivitajiet partikolari. L-ebda impjant tal-kombustjoni m'għandu jkun soġġett għal regolamentazzjoni doppja. Jekk meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tressaq linji gwida ta' kjarifika.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Minħabba s-sit tal-impjanti tal-kombustjoni kkonċernati u l-kwistjonijiet tekniċi u loġistiċi assoċjati magħhom, huwa aktar xieraq li jkunu Spanja, fir-rigward tal-Gżejjer Kanarji, Franza, fir-rigward tad-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u l-Portugall, fir-rigward tar-reġjuni awtonomi tal-Madejra u l-Azores, li jistabbilixxu l-valuri limitu tal-emissjonijiet għal impjanti medji tal-kombustjoni li joperaw f'dawn ż-żoni mingħajr ma jagħmluhom soġġetti għar-rekwiżiti minimi tal-Unjoni kollha.

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Biex ikun żgurat il-kontroll ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u tal-materja partikolata fl-arja, kull impjant tal-kombustjoni medju għandu jaħdem biss jekk ikun għallinqas irreġistrat mill-awtorità kompetenti abbażi tan-notifika tal-operatur.

(10) Biex ikun żgurat il-kontroll ta' emissjonijiet tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u tal-materja partikolata fl-arja, kull impjant tal-kombustjoni medju għandu jaħdem biss jekk ikun għall-inqas irreġistrat mill-awtorità kompetenti jew jekk ikun inħariġlu permess minn dik l-awtorità abbażi tan-notifika tal-operatur.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) impjanti tal-kombustjoni li huma koperti mill-Kapitolu III jew il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2010/75/UE;

(a) impjanti tal-kombustjoni li huma koperti mid-Direttiva 2010/75/UE;

Ġustifikazzjoni

Biex tiġi evitata r-regolamentazzjoni doppja, l-impjanti koperti mid-Direttiva 2010/75/UE m'għandhomx jiġu koperti minn din id-Direttiva.

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) prodotti marbutin mal-enerġija li huma koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE fejn dawn l-atti ta' implimentazzjoni jistabbilixxu l-valuri limitu tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness II ta' din id-Direttiva;

(b) impjanti tal-kombustjoni li huma koperti mill-miżuri ta' implimentazzjoni adottati skont id-Direttiva 2009/125/KE fejn dawn l-atti ta' implimentazzjoni jistabbilixxu l-valuri limitu tal-emissjonijiet għas-sustanzi li jniġġsu elenkati fl-Anness II ta' din id-Direttiva;

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) impjanti tal-kombustjoni li fihom il-prodotti gassużi tal-kombustjoni jintużaw biex isaħħnu direttament, jew inixxfu, jew jittrattaw b'mod ieħor l-oġġetti jew il-materjali;

(c) impjanti tal-kombustjoni li fihom il-prodotti tal-kombustjoni jintużaw biex isaħħnu direttament, jew inixxfu, jew jittrattaw b'mod ieħor l-oġġetti jew il-materjali, pereżempju fran għat-tidwib, fran għat-tisħin mill-ġdid, fran għat-trattament bis-sħana;

Ġustifikazzjoni

Għall-finijiet ta' ċertezza ġuridika, għandha tintuża l-istess formulazzjoni bħal fl-Artikolu 28(a) tad-Direttiva 2010/75/UE dwar l-emissjonijiet industrijali.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) bojlers tal-irkupru f'installazzjonijiet għall-produzzjoni tal-polpa;

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt fb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fb) impjanti tal-kombustjoni li jaħarqu fjuwils tar-raffineriji waħidhom jew ma' fjuwils oħrajn għall-produzzjoni ta' enerġija fir-raffineriji taż-żejt minerali u l-gass;

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Artikolu 2 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Din id-Direttiva m'għandhiex tapplika għal attivitajiet ta' riċerka, attivitajiet ta' żvilupp jew l-attivitajiet ta' ttestjar relatati ma' impjanti medji tal-kombustjoni. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu kundizzjonijiet speċifiċi għall-applikazzjoni ta' dan il-paragrafu.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) "materja partikolata" tfisser partikoli ta' kull forma, struttura jew densità, imxerrdin waqt il-fażi tal-gass fil-kundizzjonijiet tal-punt tat-teħid tal-kampjuni, li jistgħu jinġabru permezz ta' filtrazzjoni f'kundizzjonijiet speċifikati wara t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi tal-gass li se jiġi analizzat, u li jibqgħu 'il fuq mill-filtru u fil-filtru wara t-tnixxif f'kundizzjonijiet speċifikati;

(4) "trab" tfisser partikoli ta' kull forma, struttura jew densità, imxerrdin waqt il-fażi tal-gass fil-kundizzjonijiet tal-punt tat-teħid tal-kampjuni, li jistgħu jinġabru permezz ta' filtrazzjoni f'kundizzjonijiet speċifikati wara t-teħid ta' kampjuni rappreżentattivi tal-gass li se jiġi analizzat, u li jibqgħu 'il fuq mill-filtru u fil-filtru wara t-tnixxif f'kundizzjonijiet speċifikati;

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha se teħtieġ bidliet korrispondenti fit-test kollu.)

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) "impjant tal-kombustjoni eżistenti" tfisser impjant tal-kombustjoni li beda jintuża qabel [sena (1) wara d-data tat-traspożizzjoni];

(6) "impjant tal-kombustjoni eżistenti" tfisser impjant tal-kombustjoni li beda jintuża qabel [sena (1) wara d-data tat-traspożizzjoni] jew li għalih ingħata permess qabel [id-data ta' traspożizzjoni] skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali bil-kondizzjoni li l-impjant jibda jopera sa mhux aktar tard minn [sena (1) wara d-data tat-traspożizzjoni];

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) "sigħat ta' tħaddim" tfisser il-ħin, espress f'sigħat, li matulu l-impjant tal-kombustjoni jkun qed jitfa' l-emissjonijiet fl-arja;

(16) "sigħat ta' tħaddim" tfisser il-ħin, espress f'sigħat, li matulu l-impjant tal-kombustjoni jkun qed jopera u jitfa' l-emissjonijiet fl-arja, minbarra l-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi;

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Artikolu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 3a

 

Regoli ta' aggregazzjoni

 

L-Istati Membri jistgħu jikkunsidraw li l-kombinazzjoni fformata minn żewġ impjanti medji tal-kombustjoni ġodda jew aktar għandha titqies bħala impjant ta' kombustjoni medju uniku għall-fini ta' din id-Direttiva u jżidu l-kapaċità termika kklassifikata tagħhom sabiex tiġi kkalkolata l-kapaċità termika kklassifikata totali tal-impjant, fejn:

 

- il-gassijiet ta' skart ta' tali impjanti medji tal-kombustjoni jiġu skarikati minn ċumnija komuni; jew

 

- filwaqt li jitqiesu fatturi tekniċi u ekonomiċi, il-gassijiet ta' skart ta' tali impjanti medji tal-kombustjoni jistgħu jiġu skarikati minn ċumnija komuni.

Ġustifikazzjoni

Fil-pożizzjoni tal-Kunsill, qed jiġu proposti regoli mandatorji ta' aggregazzjoni. Ir-raġunament li wassal lill-Kummissjoni tibqa' lura milli tipproponi regoli ta' aggregazzjoni huwa l-piż amministrattiv kbir li jista' jkun involut f'dan. Madankollu, bosta Stati Membri diġà għandhom fis-seħħ regoli ta' aggregazzjoni. Din l-emenda tagħmel volontarji r-regoli ta' aggregazzjoni, u b'hekk tagħmilha possibbli għall-Istati Membri li jkomplu bir-regoli ta' aggregazzjoni, iżda fl-istess waqt ma ġġiegħel lil ebda Stat Membru jintroduċihom.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-impjanti tal-kombustjoni medji jitħaddmu biss jekk ikunu reġistrati mill-awtorità kompetenti.

1. L-Istati Membri għandhom iwettqu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li l-ebda impjant medju tal-kombustjoni ġdid ma jitħaddem mingħajr permess jew reġistrazzjoni.

 

1a. L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2025 l-ebda impjant eżistenti ta' kombustjoni medju b'input termali kklassifikat 'il fuq minn 5 MW ma jiġi operat mingħajr permess jew reġistrazzjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw li mill-1 ta' Jannar 2030 l-ebda impjant eżistenti ta' kombustjoni medju b'input termali kklassifikat ta' 5 MW jew inqas ma jiġi operat mingħajr permess jew reġistrazzjoni.

2. Il-proċedura tar-reġistrazzjoni għandha tinkludi mill-inqas notifika lill-awtorità kompetenti mill-operatur dwar it-tħaddim tal-impjant jew il-ħsieb li jħaddem impjant tal-kombustjoni medju.

2. L-Istati Membri għandhom jispeċifikaw il-proċeduri għall-ħruġ ta' permess u għar-reġistrazzjoni. Dan għandu jinkludi mill-inqas obbligu għall-operatur li jinnotifika lill-awtorità kompetenti dwar it-tħaddim tal-impjant jew il-ħsieb li jħaddem impjant tal-kombustjoni medju.

3. Għal kull impjant tal-kombustjoni medju, in-notifika mingħand l-operatur għandu jkun fiha għall-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness I.

3. Għal kull impjant tal-kombustjoni medju, in-notifika mingħand l-operatur għandu jkun fiha għall-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness I.

4. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-impjant tal-kombustjoni medju qabel ma jgħaddi xahar wara n-notifika mingħand l-operatur u għandu jinforma lill-operatur b'dan.

4. L-awtorità kompetenti għandha tirreġistra l-impjant tal-kombustjoni medju, jew tibda l-proċedura biex jinħariġlu permess, qabel ma jgħaddi xahar wara n-notifika mingħand l-operatur u għandha tinforma lill-operatur b'dan.

5. L-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu tan-notifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, dejjem jekk l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3 tkun ingħatat lill-awtoritajiet kompetenti.

5. L-impjanti medji tal-kombustjoni eżistenti jistgħu jiġu eżentati mill-obbligu tan-notifikazzjoni msemmi fil-paragrafu 2, dejjem jekk l-informazzjoni kollha msemmija fil-paragrafu 3 tkun ingħatat lill-awtoritajiet kompetenti.

Dawn l-impjanti tal-kombustjoni għandhom ikunu rreġistrati sa [13-il xahar wara d-data tat-traspożizzjoni].

Dawn l-impjanti tal-kombustjoni għandhom ikunu rreġistrati jew ikun inħarġilhom permess sa [13-il xahar wara d-data tat-traspożizzjoni].

6. Għal kull impjant tal-kombustjoni medju, ir-reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness I, flimkien ma' kull informazzjoni li tinkiseb minn verifika tar-riżultati tal-monitoraġġ jew minn kontrolli ta' konformità oħrajn imsemmijin fl-Artikoli 7 u 8.

6. Għal kull impjant tal-kombustjoni medju, ir-reġistru miżmum mill-awtoritajiet kompetenti għandu jinkludi għall-inqas l-informazzjoni elenkata fl-Anness I, flimkien ma' kull informazzjoni li tinkiseb minn verifika tar-riżultati tal-monitoraġġ jew minn kontrolli ta' konformità oħrajn imsemmijin fl-Artikoli 7 u 8.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti medji tal-kombustjoni li huma parti minn installazzjoni koperta mill-Kapitolu II tad-Direttiva 2010/75/UE mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II u d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6 ta' din id-Direttiva, għal dawk is-sustanzi li jniġġsu li għalihom japplikaw il-valuri limitu tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 13(5) u l-Artikolu 15(3) tad-Direttiva 2010/75/UE għal dawn l-impjanti.

Ġustifikazzjoni

Kif issuġġerit mill-Kunsill, l-impjanti li huma parti minn installazzjoni koperta mid-Direttiva 2010/75/UE jistgħu jiġu eżentati mill-Istati Membri.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1b. Għall-impjanti medji tal-kombustjoni li jinsabu fil-Gżejjer Kanarji, id-Dipartimenti Franċiżi extra-Ewropej, u r-reġjuni awtonomi tal-Madejra u l-Azores, il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II m'għandhomx japplikaw. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu valuri limitu tal-emissjonijiet għal dawn l-impjanti tal-kombustjoni sabiex inaqqsu l-emissjonijiet tagħhom fl-arja u r-riskji potenzjali għas-saħħa tal-bniedem u għall-ambjent.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Mill-1 ta' Jannar 2025 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat 'il fuq minn 5 MW ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

2. Mill-1 ta' Jannar 2025 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat 'il fuq minn 5 MW ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

Mill-1 ta' Jannar 2030 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat ta' 5 MW jew inqas ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

Mill-1 ta' Jannar 2030 l-emissjonijiet fl-arja tad-diossidu tal-kubrit, tal-ossidi tan-nitroġenu u ta' materja partikolata minn impjant tal-kombustjoni medju eżistenti b'input termali kklassifikat ta' 5 MW jew inqas ma għandux jaqbeż il-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1 tal-Anness II.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 1 tal-Anness II. F'dan il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 200 mg/Nm³ għall-materja partikolata mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji li ma jaħdmux aktar minn 1000 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' ħames snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 1 tal-Anness II. F'dan il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 200 mg/Nm³ għall-materja partikolata mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

 

Sal-1 ta' Jannar 2030, impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'input termiku kklassifikat 'il fuq minn 5 MW jistgħu jiġu eżentati mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin f'dan l-Artikolu bil-kondizzjoni li mill-inqas 50 % tal-produzzjoni tas-sħana utli tal-impjant, bħala medja mobbli tul perjodu ta' 5 snin, titwassal fil-forma ta' fwar jew misħun lil netwerk pubbliku għat-tisħin distrettwali, u bil-kondizzjoni li l-fjuwil ewlieni jkun bijomassa solida.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda li ma jaħdmux aktar minn 500 siegħa ta' tħaddim fis-sena milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II. F'dan il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 100 mg/Nm³ għall-materja partikolata mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti tal-kombustjoni medji ġodda li ma jaħdmux aktar minn 1000 siegħa ta' tħaddim fis-sena bħala medja mobbli fuq perjodu ta' ħames snin milli jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stipulati fil-Parti 2 tal-Anness II. F'dan il-każ, għandu japplika valur limitu ta' 100 mg/Nm³ għall-materja partikolata mill-impjanti li jaħarqu l-fjuwils solidi.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. F'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja tal-UE stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, għall-impjanti medji tal-kombustjoni individwali, l-Istati Membri għandhom japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet ibbażati fuq il-valuri referenzjarji stabbiliti fl-Anness III, jew fuq valuri aktar stretti stabbiliti mill-Istati Membri, sakemm ma jiġix ippruvat lill-Kummissjoni li l-applikazzjoni ta' dawn il-valuri tal-emissjonijiet tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati u li jkunu ġew inklużi fil-pjanijiet għall-kwalità tal-arja meħtieġa skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE miżuri oħrajn li jiżguraw il-konformità mal-valuri limitu għall-kwalità tal-arja.

4. F'żoni li ma jikkonformawx mal-valuri limitu tal-kwalità tal-arja tal-Unjoni stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, għall-impjanti tal-kombustjoni medji individwali, l-Istati Membri jistgħu japplikaw valuri limitu tal-emissjonijiet ibbażati fuq il-valuri referenzjarji stabbiliti fl-Anness III, jew fuq valuri aktar stretti stabbiliti mill-Istati Membri, sakemm ma jiġix ippruvat lill-Kummissjoni li l-applikazzjoni ta' dawn il-valuri tal-emissjonijiet tkun tinvolvi spejjeż sproporzjonati u li jkunu ġew inklużi fil-pjanijiet għall-kwalità tal-arja meħtieġa skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2008/50/KE miżuri oħrajn li jiżguraw il-konformità mal-valuri limitu għall-kwalità tal-arja.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

Deroga għat-tmiem ta' ċiklu ta' ħajja

 

1. L-Istati Membri jistgħu jeżentaw lill-impjanti medji tal-kombustjoni mill-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fil-Parti 1a, 1b u 1c tal-Anness II u r-rekwiżiti ta' monitoraġġ stabbiliti fl-Artikolu 6 u l-Anness IV għal ħames snin mid-dati applikabbli stabbiliti fl-Artikolu 5(2) bil-kondizzjoni li l-operatur ta' impjant tal-kombustjoni medju jimpenja ruħu, f'dikjarazzjoni bil-miktub ippreżentata lill-awtorità kompetenti, li ma jħaddimx tali impjant ta' kombustjoni għal aktar minn 11 000 siegħa ta' tħaddim matul dak il-perjodu ta' ħames snin u li t-tħaddim ta' tali impjant ta' kombustjoni se jintemm wara dak il-perjodu ta' ħames snin.

 

- Għall-impjanti tal-kombustjoni medji b'input termali nominali ta' 5 MW jew inqas id-dikjarazzjoni bil-miktub għandha tiġi mressqa lill-awtorità kompetenti sal-1 ta' Jannar 2029, u t-tħaddim ta' dawk l-impjanti tal-kombustjoni għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2034.

 

- Għall-impjanti medji tal-kombustjoni b'input termali nominali 'il fuq minn 5 MW id-dikjarazzjoni bil-miktub għandha tiġi mressqa lill-awtorità kompetenti sal-1 ta' Jannar 2024, u t-tħaddim ta' dawk l-impjanti tal-kombustjoni għandu jintemm sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2029.

 

2. Waqt il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, jeħtieġ li, kull sena, l-operatur jippreżenta lill-awtorità kompetenti reġistru tan-numru ta' sigħat ta' tħaddim mid-dati applikabbli mniżżla fl-Artikolu 5(2).

 

3. Jekk l-impjant medju tal-kombustjoni jkun għadu jintuża fi tmiem il-perjodu ta' ħames snin imsemmi fil-paragrafu 1, għandu jiġi kkunsidrat bħala impjant tal-kombustjoni medju ġdid.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Artikolu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

Effiċjenza enerġetika

 

1. L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri biex jippromwovu żieda fl-effiċjenza enerġetika ta' impjanti medji tal-kombustjoni.

 

2. Sal-31 ta' Diċembru 2016, il-Kummissjoni għandha tevalwa standards minimi tal-effiċjenza enerġetika għal impjanti medji tal-kombustjoni f'konformità mal-aħjar tekniki disponibbli.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tirrapporta r-riżultati ta' dik il-valutazzjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill flimkien ma' proposta leġiżlattiva, fejn xieraq, li tistabbilixxi l-livelli ta' effiċjenza fil-prestazzjoni għall-impjanti medji tal-kombustjoni ġodda li se japplikaw mill-1 ta' Jannar 2020.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jużaw apparat ta' purifikazzjoni sekondarju biex jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet, it-tħaddim effettiv ta' dan l-apparat għandu jkun issorveljat kontinwament u r-riżultati ta' din is-sorveljanza għandhom jiġu rreġistrati.

4. Għall-impjanti tal-kombustjoni medji li jużaw apparat ta' purifikazzjoni sekondarju biex jikkonformaw mal-valuri limitu tal-emissjonijiet, it-tħaddim effettiv kontinwu ta' dan l-apparat għandu jintwera u jiġi rreġistrat.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Artikolu 8 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Id-data elenkata fil-paragrafu 2 għandha ssir disponibbli għall-awtoritajiet lokali u reġjonali fejn ikun jinsab l-impjant medju tal-kombustjoni.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Artikolu 12a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Rieżami

 

Il-valuri limitu tal-emissjonijiet għall-impjanti tal-kombustjoni ġodda għandhom jiġu rieżaminati mill-Kummissjoni fl-2025, kemm għall-impjanti tal-kombustjoni ġodda kif ukoll għal dawk eżistenti fl-2035. Wara dan, għandu jsir rieżami kull 10 snin. Ir-rieżami għandu jikkunsidra l-aħjar teknoloġiji disponibbli u jsir preferibbilment skont id-[Direttiva (UE) .../...*].

 

_____________

 

*ĠU: Jekk jogħġbok daħħal in-numru, it-titolu u r-referenza inklużi fis-COD 2013/0443.

Ġustifikazzjoni

B'tali perjodi ta' żmien fit-tul, huwa importanti li jsir rieżami regolari tad-Direttiva fid-dawl ta' żviluppi fit-teknoloġiji ġodda.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Artikolu 16 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [data: sena u nofs (1,5) wara d-dħul fis-seħħ] Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

1. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-disposizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma' din id-Direttiva sa [data: 18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ. Huma għandhom jikkomunikaw minnufih lill-Kummissjoni t-test ta' dawk id-dispożizzjonijiet.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Anness II – Parti 1 – punt 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

1. Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm³) għall-impjanti tal-kombustjoni medji li mhumiex magni u turbini tal-gass

Is-sustanza li tniġġes

Bijomassa solida

Fjuwils solidi oħrajn

Fjuwils likwidi li mhumiex żejt tqil

Żejt tqil użat bħala fjuwil

Gass naturali

Fjuwils forma ta' gass li mhumiex gass naturali

SO2

200

400

170

350

-

35

NOX

650

650

200

650

200

250

Materja partikolata

30(1)

30

30

30

-

-

__________________

(1) 45 mg/Nm3 għal impjanti b'kapaċità termika ta' 5 MW jew inqas.

 

Emenda

1. Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'kapaċità termika kklassifikata totali bejn 1 u 5 MW. Impjanti oħra għajr magni u turbini tal-gass

Is-sustanza li tniġġes

Bijomassa solida

Fjuwils solidi oħrajn

Żejt tal-Gass

Fjuwils likwidi li mhumiex Żejt tal-Gass

Gass Naturali

Fjuwils forma ta' gass li mhumiex gass naturali

SO2

200(1)(2)

400

-

350

-

200(3)

NOx

650

650

200

650

250

250

Trab

50(4)

50(4)

-

50

-

-

__________________

(1) Il-valur ma japplikax fil-każ ta' impjanti li jaħarqu esklużivament bijomassa solida tal-injam.

(2) 300 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti li jaħarqu t-tiben.

(3) 400 mg/Nm³ fil-każ ta' gassijiet kalorifiċi baxxi minn forn tal-kokk (l-industrija tal-ħadid u tal-azzar).

(4) Sal-1 ta' Jannar 2035, 150 mg/Nm3.

1a. Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-impjanti tal-kombustjoni medji eżistenti b'kapaċità termika kklassifikata totali ta' aktar minn 5 MW. Impjanti oħra għajr magni u turbini tal-gass

Is-sustanza li tniġġes

Bijomassa solida

Fjuwils solidi oħrajn

Żejt tal-Gass

Fjuwils likwidi li mhumiex Żejt tal-Gass

Gass Naturali

Fjuwils forma ta' gass li mhumiex gass naturali

SO2

200 (2) (3)

400

350

-

35 (1) (4)

NOX

650

650

200

650

250

250

Trab

30 (5)

30 (5)

 

30

-

-

__________________

(1) 400 mg/Nm³ fil-każ ta' gassijiet kalorifiċi baxxi minn forn tal-kokk u 200 mg/Nm³ fil-każ ta' gassijiet kalorifiċi baxxi minn forn tal-blast (l-industrija tal-ħadid u tal-azzar).

(2) Il-valur ma japplikax fil-każ ta' impjanti li jaħarqu esklużivament bijomassa solida tal-injam.

(3) 300 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti li jaħarqu t-tiben.

(4) 170 mg/Nm3 fil-każ ta' bijogass.

(5) 50 mg/Nm3 fil-każ ta' impjanti b'kapaċità termika kklassifikata totali ta' bejn 5 u 20 MW.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Anness II – parti 2 – punt 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

1. Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm³) għall-impjanti tal-kombustjoni medji li mhumiex magni u turbini tal-gass

 

Emenda

1. Valuri limitu tal-emissjonijiet (mg/Nm3) għall-impjanti medji ġodda tal-kombustjoni eżistenti b'kapaċità termika kklassifikata totali bejn 1 u 50 MW. Impjanti li mhumiex magni u turbini tal-gass.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-ewwel kejl għandu jitwettaq fl-ewwel tliet xhur wara li l-impjant jiġi rreġistrat.

3. L-ewwel kejl għandu jitwettaq fl-ewwel sitt xhur wara l-permess jew wara li l-impjant jiġi rreġistrat jew wara d-data tal-bidu tat-tħaddim, skont liema tkun l-iktar tard.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni tipprovdi skadenza stretta ħafna għall-ittestjar tal-emissjonijiet tal-impjant wara r-reġistrazzjoni. Dan se jirriżulta f'domanda għolja ħafna għall-ittestjar f'dati ewlenin (pereżempju fl-2025 u fl-2030, meta l-impjant eżistenti jkun irid jiġi rreġistrat u jibda jikkonforma mal-Valuri Limitu tal-Emissjonijiet), u barra dan impjant jista' ma jkunx operattiv fi żmien tliet xhur mir-reġistrazzjoni jekk ikun hemm dewmien fil-kummissjonar. Għaldaqstant, aħna tal-opinjoni li hija meħtieġa flessibbiltà addizzjonali dwar id-data għall-ewwel test.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Anness IV – punt 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Bħala alternattiva għall-kejl perjodiku msemmi fil-punt 1, l-Istati Membri jistgħu jeħtieġu kejl kontinwu.

 

Fil-każ ta' kejl kontinwu, is-sistemi awtomatizzati ta' kejl għandhom ikunu soġġetti għal kontroll permezz ta' kejl parallel mal-metodi ta' referenza mill-inqas darba fis-sena u l-operatur għandu jinforma lill-awtorità kompetenti bir-riżultati ta' dawk il-kontrolli.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Anness IV – Parti 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Valutazzjoni tal-konformità

 

1. Fil-każ ta' kejl perjodiku, il-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmija fl-Artikolu 5 għandhom jitqiesu bħala konformi jekk ir-riżultati ta' kull waħda mis-serje ta' kejl jew ta' proċeduri oħra definiti u determinati skont ir-regoli stabbiliti mill-awtoritajiet kompetenti ma jaqbżux il-valuri limitu rilevanti tal-emissjonijiet.

 

2. Fil-każ ta' kejl kontinwu, il-konformità mal-valuri limitu tal-emissjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5 għandha tiġi evalwata kif stipulat fil-punt 1 tal-Parti 4 tal-Anness V tad-Direttiva 2010/75/UE.

 

Il-valuri medji vvalidati huma ddeterminati kif stipulat fil-punti 9 u 10 tal-Parti 3 tal-Anness V tad-Direttiva 2010/75/UE.

 

Għall-finijiet tal-kalkolu tal-valuri medji tal-emissjonijiet, il-valuri mkejla matul il-perjodi msemmija fl-Artikolu 5(6) u 5(7) kif ukoll matul il-perjodi tat-tqabbid u tat-tifi m'għandhomx jiġu kkunsidrati.

PROĊEDURA

Titolu

Il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni

Referenzi

COM(2013)0919 – C7-0003/2014 – 2013/0442(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.1.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.1.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Fredrick Federley

15.9.2014

Eżami fil-kumitat

25.9.2014

23.2.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

14.4.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

9

10

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Jerzy Buzek, Soledad Cabezón Ruiz, Philippe De Backer, Pilar del Castillo Vera, Christian Ehler, Peter Eriksson, Fredrick Federley, Ashley Fox, Adam Gierek, Theresa Griffin, András Gyürk, Roger Helmer, Hans-Olaf Henkel, Dawid Bohdan Jackiewicz, Kaja Kallas, Barbara Kappel, Seán Kelly, Jeppe Kofod, Miapetra Kumpula-Natri, Janusz Lewandowski, Ernest Maragall, Edouard Martin, Angelika Mlinar, Csaba Molnár, Nadine Morano, Dan Nica, Aldo Patriciello, Morten Helveg Petersen, Miroslav Poche, Miloslav Ransdorf, Michel Reimon, Herbert Reul, Paul Rübig, Algirdas Saudargas, Neoklis Sylikiotis, Antonio Tajani, Dario Tamburrano, Patrizia Toia, Evžen Tošenovský, Claude Turmes, Miguel Urbán Crespo, Vladimir Urutchev, Adina-Ioana Vălean, Kathleen Van Brempt, Henna Virkkunen, Martina Werner, Hermann Winkler, Anna Záborská, Flavio Zanonato

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Simona Bonafè, Lefteris Christoforou, Cornelia Ernst, Eugen Freund, Michèle Rivasi, Maria Spyraki, Marco Zullo

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Enrique Calvet Chambon, Stanisław Ożóg


PROĊEDURA

Titolu

Il-limitazzjoni tal-emissjonijiet ta' ċerti sustanzi li jniġġsu fl-arja minn impjanti medji tal-kombustjoni

Referenzi

COM(2013)0919 – C7-0003/2014 – 2013/0442(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

18.12.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ENVI

13.1.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ITRE

13.1.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Andrzej Grzyb

10.7.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.12.2014

24.2.2015

14.4.2015

 

Data tal-adozzjoni

6.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

9

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Biljana Borzan, Lynn Boylan, Cristian-Silviu Bușoi, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D'Ornano, Miriam Dalli, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Sylvie Goddyn, Françoise Grossetête, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Massimo Paolucci, Gilles Pargneaux, Piernicola Pedicini, Pavel Poc, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Michèle Rivasi, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Renata Briano, Nicola Caputo, Mark Demesmaeker, Jan Huitema, Merja Kyllönen, James Nicholson, Aldo Patriciello, Marijana Petir, Gabriele Preuß, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marek Jurek, Catherine Stihler

Data tat-tressiq

13.5.2015

Avviż legali