Proċedura : 2013/0409(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0165/2015

Testi mressqa :

A8-0165/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/10/2016 - 7.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0368

RAPPORT     ***I
PDF 951kWORD 385k
18.5.2015
PE 544.135v01-00 A8-0165/2015

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew

(COM(2013)0824 – C7-0429/2013 – 2013/0409(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Dennis de Jong

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew

(COM(2013)0824 – C7-0429/2013 – 2013/0409(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2013)0824,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 82(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0429/2013),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0165/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal direttiva

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew

Proposta għal DIRETTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar għajnuna legali għal persuni ssuspettati jew mixlija kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew

Emenda  2

Proposta għal direttiva

Premessa -1 (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1) L-Artikolu 6(3)(c) tal-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (KEDB) u l-Artikolu 14(3)(d) tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi jirrikonoxxu d-dritt għal għajnuna legali għal dawk li ma għandhomx mezzi biżżejjed biex iħallsu huma stess għall-għajnuna legali, meta l-interessi tal-ġustizzja jirrikjedu dan.

Emenda  3

Proposta għal direttiva

Premessa -1a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1a) L-Artikolu 47, it-tielet subparagrafu, tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ("il-Karta") jistipula li għandha tingħata għajnuna legali lil dawk li ma jkollhomx mezzi biżżejjed, fil-każijiet fejn din l-għajnuna hija meħtieġa sabiex jiġi żgurat aċċess effettiv għall-ġustizzja;

Emenda  4

Proposta għal direttiva

Premessa -1 b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-1b) Il-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Aċċess għal Għajnuna Legali f’Sistemi tal-Ġustizzja Kriminali1a jistipulaw qafas komprensiv dwar id-dritt għal għajnuna legali.

 

______________

 

1a. Adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti permezz tar-Riżoluzzjoni A/Res/67/187 tal-20 ta' Diċembru 2012.

Emenda  5

Proposta għal direttiva

Premessa 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tiġi żgurata l-effettività tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat billi l-Istati Membri jipprovdu assistenza lil persuni mċaħħda mil-libertà fi stadju bikri tal-proċedimenti kriminali kif ukoll lil dawk il-persuni mitluba li għaddejjin minn proċedura ta' ċediment, skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI (proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew).

(1) L-għan ta’ din id-Direttiva huwa li tiġi żgurata l-effettività tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat kif stipulat mid-direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill0a billi l-Istati Membri jipprovdu assistenza għas-servizzi ta' avukat imħallas minnhom lil persuni ssuspettati jew mixlija kif ukoll lil dawk il-persuni mitluba li għaddejjin minn proċedura ta' ċediment, skont id-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI1 (proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew). L-ambitu ta' din id-Direttiva hu stabbilit b'mod partikolari mid-dispożizzjonijiet relevanti tad-Direttiva 2013/48/UE.

________________

________________

 

0a. Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

1. Ara d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

1. Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/584/ĠAI tat-13 ta’ Ġunju 2002 dwar il-mandat ta' arrest Ewropew u l-proċeduri ta’ ċediment bejn l-Istati Membri (ĠU L 190, 18.7.2002, p. 1).

Emenda  6

Proposta għal direttiva

Premessa 2a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) Bi qbil mal-Artikolu 82(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), sal-punt fejn ikun meħtieġ sabiex jiġi faċilitat ir-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u d-deċiżjonijiet ġudizzjarji, kif ukoll il-kooperazzjoni tal-pulizija u ġudizzjarja f'materji kriminali ta' natura transkonfinali, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill jistgħu, permezz ta' direttivi adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja, jistabbilixxu regoli minimi. Dawn ir-regoli għandhom jikkunsidraw id-differenzi bejn it-tradizzjonijiet u s-sistemi legali tal-Istati Membri. Għandhom ikopru, b'mod partikolari, id-drittijiet tal-individwi fi proċeduri kriminali.

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għall-kompetenza tal-Unjoni Ewropea fil-ġustizzja kriminali u l-bażi legali li fuqha hija bbażata din id-direttiva. Bi qbil mal-Artikolu 82(2) tat-TFUE, l-Unjoni Ewropea għandha l-kompetenza li tilleġiżla f'dan il-qasam.

Emenda  7

Proposta għal direttiva

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Il-programm ta’ Stokkolma jagħmel enfasi qawwija fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tal-individwi fi proċedimenti kriminali. Il-Kunsill Ewropew, fil-punt 2.4 tiegħu stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti li jistipulaw pass pass strateġija għat-tisħiħ tad-drittijiet ta’ persuni ssuspettati jew mixlija.

(3) Il-programm ta’ Stokkolma2 jagħmel enfasi qawwija fuq it-tisħiħ tad-drittijiet tal-individwi fi proċedimenti kriminali. Il-Kunsill Ewropew, fil-punt 2.4 tiegħu stieden lill-Kummissjoni biex tressaq proposti li jistipulaw approċċ gradwali3 għat-tisħiħ tad-drittijiet ta' persuni ssuspettati jew mixlija, partikolarment id-dritt għal parir legali u għajnuna legali (miżura C).

________________

________________

2. ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

2. ĠU C 115, 4.5.2010, p. 1.

3. ĠU C 291, 4.12.2009, p. 1.

3. ĠU C 291, 4.12.2009, p. 1.

Emenda  8

Proposta għal direttiva

Premessa 3a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta riżoluzzjoni dwar Pjan Direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali. Huwa ppropona li jiġu introdotti bosta inizjattivi leġiżlattivi inkluż id-dritt għall-assistenza ta' konsulent legali u għajnuna legali fi proċedimenti kriminali (miżura C).

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva hija parti minn ġabra ġenerali ta' miżuri leġiżlattivi stabbiliti mill-Pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali adottat fit-30 ta' Novembru 2009.

Emenda  9

Proposta għal direttiva

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) It-tliet miżuri dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali ġew adottati s’issa, jiġifieri, d-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(4) It-tliet miżuri dwar id-drittijiet proċedurali fi proċedimenti kriminali ġew adottati s’issa, jiġifieri, id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill4, dwar id-dritt għal interpretazzjoni u traduzzjoni, id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill5 dwar id-dritt għal informazzjoni u d-Direttiva 2013/48/UE, dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma' partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà.

________________

________________

4. Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

4. Id-Direttiva 2010/64/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ottubru 2010 dwar id-drittijiet għall-interpretazzjoni u għat-traduzzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 1).

5. Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2010, p. 1).

5. Id-Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċedimenti kriminali (ĠU L 142, 1.6.2010, p. 1).

6. Id-Direttiva 2013/48/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta’ avukat fi proċedimenti kriminali u fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew, u dwar id-dritt li tiġi infurmata parti terza dwar iċ-ċaħda tal-libertà u d-dritt għal komunikazzjoni ma’ partijiet terzi u mal-awtoritajiet konsulari, matul iċ-ċaħda tal-libertà (ĠU L 294, 6.11.2013, p. 1).

 

Emenda  10

Proposta għal direttiva

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-kamp ta' applikazzjoni u l-kontenut tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat huma stabbiliti fid- Direttiva 2013/48/UE. Persuna ssuspettata jew mixlija fi proċedimenti kriminali għandu jkollha d-dritt ta’ aċċess għas-servizzi avukat minn meta tiġi mgħarrfa, permezz ta’ notifika uffiċjali jew mod ieħor, mill-awtoritajiet kompetenti, li hija ssuspettata jew mixlija li kkommettiet reat, u dan irrispettivament minn jekk hijiex imċaħħda mil-libertà. Dan id-dritt japplika sa ma jintemmu l-proċedimenti, u dan ifisser sakemm jiġi determinat fl-aħħar mill-aħħar jekk il-persuna ssuspettata jew mixlija wettqitx ir-reat, inkuż fejn applikabbli, l-għoti tas-sentenza u l-qtugħ ta’ kull appell.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-premessa 1 (emenda 5) diġà tagħmel referenza għall-ambitu tad-Direttiva dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat. Billi l-iskop taż-żewġ direttivi hu identiku m'hemmx bżomm ta' speċifikazzjonijiet aktar dettaljati.

Emenda  11

Proposta għal direttiva

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Bi qbil mad-Direttiva 2013/48/UE, l-għajnuna legali tiġi pprovduta fl-Istati Membri bi qbil mal-Karta u mal-KEDB. Meta l-persuni ssuspettati jew mixlija huma mċaħħda mil-libertà, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa biex jiġi żgurat li dawn il-persuni jkunu f'pożizzjoni li jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt tagħhom ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat, inkluż billi tiġi prevista l-għajnuna ta' avukat meta l-persuni kkonċernati ma jkollhomx wieħed, dejjem jekk ma jirrinunzjawx dak id-dritt. Skont din id-direttiva, tali arranġamenti jistgħu jinkludu dawk dwar l-għajnuna legali jekk ikun applikabbli.

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva għandha l-għan li tiżgura l-implimentazzjoni effettiva tad-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat, li tiddikjara li l-miżuri li joffru l-aċċess effettiv għal dan id-dritt jistgħu jinkludu arranġamenti għall-għajnuna legali.

Emenda  12

Proposta għal direttiva

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Wieħed mill-aspetti fundamentali ta' proċess ġust, kif iddikjarat mill-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (“QEDB”) huwa li kull min jiġi mixli b’reat kriminali jkun b'mod effettiv difiż minn avukat li jekk ikun hemm bżonn jiġi assenjat uffiċjalment. Proċedimenti kriminali ġusti jeħtieġu li persuna suspettata għandha tingħata aċċess għal assistenza legali mill-mument li ma tingħatax il-libertà.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-premessa -1a l-ġdida diġà tagħmel referenza għall-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali. Ir-referenza (kemmxejn ġenerali) għall-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ma għandha l-ebda valur miżjud reali.

Emenda  13

Proposta għal direttiva

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Id-Direttiva 2013/48/UE tipprevedi li, f’każijiet fejn il-persuni ssuspettati jew mixlija jiġu mċaħħda mil-libertà, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-arranġamenti meħtieġa sabiex jiżguraw li dawn ikunu f’pożizzjoni li jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt tagħhom ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat, dejjem jekk ma jirrinunzjawx għal dan id-dritt.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-premessa 1 (emenda 5) diġà tagħmel referenza għall-Artikolu 3 tad-Direttiva 2013/48/UE. Ma hemmx bżonn li jiġi mfakkar subparagrafu partikolari wieħed biss ta' dan l-Artikolu, filwaqt li jkun wisq jekk jiġi inkluż it-test sħiħ ta' dan l-Artikolu.

Emenda  14

Proposta għal direttiva

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(9) Sabiex il-persuni ssuspettati jew mixlija, li jiġu mċaħħda mil-libertà, ikunu f'qagħda li jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat fl-istadji bikrin tal-proċedimenti, huma ma għandhomx għalfejn jistennew li jkollhom aċċess għas-servizzi ta' avukat sakemm tiġi pproċessata l-applikazzjoni għall-għajnuna legali u sakemm jiġu vvalutati l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna legali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għajnuna legali proviżorja effettiva mingħajr dewmien żejjed wara li ma tingħatax il-libertà u qabel kull interrogazzjoni, u din għandha tkun disponibbli mill-inqas sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna legali u, f’każijiet ta’ rifjut totali jew parzjali, sakemm id-Deċiżjoni tkun saret finali, jew, meta l-applikazzjoni għal għajnuna legali tingħata, sakemm isseħħ il-ħatra ta’ avukat mill-awtorità kompetenti.

(9) Sabiex il-persuni ssuspettati jew mixlija jkunu f'qagħda li jeżerċitaw b’mod effettiv id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat fl-istadji bikrin tal-proċedimenti, huma ma għandhomx għalfejn jistennew li jkollhom aċċess għas-servizzi ta' avukat sakemm tiġi pproċessata l-applikazzjoni għall-għajnuna legali u sakemm jiġu vvalutati l-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna legali. Għalhekk, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tkun disponibbli għajnuna legali proviżorja effettiva mingħajr dewmien żejjed qabel ma jittieħed kwalunkwe pass proċedurali li, skont il-liġi nazzjonali jew il-liġi tal-Unjoni, għandu jitwettaq fil-preżenza ta' avukat, u għandha tkun disponibbli mill-inqas sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna legali u, f’każijiet ta’ rifjut totali jew parzjali, sakemm id-Deċiżjoni tkun saret finali, jew, meta l-applikazzjoni għal għajnuna legali tingħata, sakemm isseħħ il-ħatra ta’ avukat mill-awtorità kompetenti.

Emenda  15

Proposta għal direttiva

Premessa 9a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Din id-direttiva għandha tippermetti d-differenzi fis-sistemi tal-għajnuna legali tal-Istati Membri. Kull Stat Membru għandu jkun responsabbli għall-għoti ta' għajnuna legali. L-għajnuna legali għandha tingħata suġġett għal valutazzjoni tal-mezzi finanzjarji tal-applikant ("valutazzjoni tal-mezzi") u/jew jekk huwiex fl-interessi tal-ġustizzja li tipprovdi għajnuna legali fil-każ ikkonċernat ("valutazzjoni tal-mertu").

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva għandha tirrispetta s-sovranità nazzjonali. Mhijiex ir-responsabbiltà tal-UE li tiddeċiedi kif l-għajnuna legali għandha tingħata fi ħdan l-Istati Membri.

Emenda  16

Proposta għal direttiva

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata għajnuna legali proviżorja sakemm ikun meħtieġ u ma tkunx limitata b'tali mod li ma tħallix lil persuni ssuspettati jew mixlija milli jeżerċitaw effettivament id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat kif previst b’mod partikolari fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/48/UE.

(10) L-Istati Membri għandhom jiżguraw li tingħata għajnuna legali sakemm ikun meħtieġ u ma tkunx limitata b'tali mod li ma tħallix lil persuni ssuspettati jew mixlija milli jeżerċitaw effettivament id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat kif previst b’mod partikolari fl-Artikolu 3(3) tad-Direttiva 2013/48/UE.

Ġustifikazzjoni

Sabiex jiġi garantit id-dritt għal proċess ġust tul il-proċedimenti kriminali u biex tissaħħaħ il-fiduċja reċiproka bejn l-Istati Membri fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tagħhom, l-ambitu ta' din id-direttiva għandu jiġi estiż biex jinkludi l-għajnuna legali ordinarja għall-persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà.

Emenda  17

Proposta għal direttiva

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-persuni mitluba fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew li huma mċaħħda mil-libertà għandu jkollhom id-dritt, meta ma tingħatax il-libertà, li jingħataw għajnuna legali proviżorja fl-Istat Membru li jeżegwixxi, mill-inqas sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna legali u, f’każijiet ta’ rifjut totali jew parzjali, sakemm id-Deċiżjoni tkun saret finali, jew, meta l-applikazzjoni għal għajnuna legali tingħata, sakemm isseħħ il-ħatra ta’ avukat mill-awtorità kompetenti.

(11) Il-persuni mitluba fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew għandu jkollhom id-dritt, meta ma tingħatax il-libertà, li jingħataw għajnuna legali proviżorja fl-Istat Membru li jeżegwixxi, mill-inqas sakemm l-awtorità kompetenti tkun ħadet deċiżjoni dwar l-għajnuna legali u, f’każijiet ta’ rifjut totali jew parzjali, sakemm id-Deċiżjoni tkun saret finali, jew, meta l-applikazzjoni għal għajnuna legali tingħata, sakemm isseħħ il-ħatra ta’ avukat mill-awtorità kompetenti.

Emenda  18

Proposta għal direttiva

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) L-Istati Membri għandhom ikunu kapaċi jiġbru lura l-ispejjeż relatati mal-għajnuna legali proviżorja mogħtija lil persuni suspettati jew mixlija li jkunu mċaħħda mil-libertà u l-ispejjeż relatati ma’ għajnuna legali provoiżorja mogħtija lil persuni mingħand dawn il-persuni jekk, fil-verifika sussegwenti dwar jekk dawn għandhomx dritt għall-għajnuna legali, jinstab li ma jissodisfawx il-kriterji li bihom jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna legali skont il-liġi nazzjonali.

(12) L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiġbru lura l-ispejjeż relatati mal-għajnuna legali proviżorja mogħtija lil persuni suspettati jew mixlija u l-ispejjeż relatati ma’ għajnuna legali proviżorja mogħtija lil persuni mingħand dawn il-persuni jekk, fil-verifika sussegwenti u fid-deċiżjoni finali mill-awtorità kompetenti dwar jekk dawn għandhomx dritt għall-għajnuna legali ordinarja, jinstab li ma jissodisfawx il-kriterji li bihom jistgħu jibbenefikaw minn għajnuna legali ordinarja skont il-liġi nazzjonali, u jekk konxjament taw informazzjoni falza dwar is-sitwazzjoni finanzjarja personali tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti. Sabiex jiġi żgurat li kwlaunkwe rkupru ta' spejjeż marbutin mal-għajnuna legali proviżorja jkun bla ħsara għall-persuna ssuspettata jew mixlija b'tali mod li jipperikola l-ġustizzja ġenerali tal-proċedimenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet marbutin mal-irkupru tal-ispejjeż ikunu ċari u raġonevoli u jqisu s-sitwazzjoni finanzjarja speċifika tal-persuna ssuspettata jew mixlija.

Emenda  19

Proposta għal direttiva

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Biex jiżguraw aċċess effettiv għas-servizzi ta' avukat fl-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat għall-persuni mitluba, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-persuni jkollhom aċċess għall-għajnuna legali sakemm dak li jkun iċedi, jew f’każijiet fejn wieħed ma jċedix, sakemm id-deċiżjoni dwar iċ-ċediment tkun saret finali. Id-dritt għall-għajnuna legali jista' jkun suġġett għal valutazzjoni tal-mezzi tal-persuna mitluba u/jew jekk huwiex fl-interess tal-ġustizzja li tiġi pprovduta għajnuna legali, skont il-kriterji ta’ eliġibilità applikabbli fl-Istat Membru inkwistjoni li jeżegwixxi.

(13) Biex jiżguraw aċċess effettiv għas-servizzi ta' avukat fl-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat għall-persuni mitluba, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li dawn il-persuni jkollhom aċċess għall-għajnuna legali sakemm dak li jkun iċedi, jew f’każijiet fejn wieħed ma jċedix, sakemm id-deċiżjoni dwar iċ-ċediment tkun saret finali. Id-dritt għall-għajnuna legali jista' jkun suġġett għal valutazzjoni tal-mezzi u/jew tal-merti, skont il-kriterji ta’ eliġibilità applikabbli fl-Istat Membru inkwistjoni li jeżegwixxi.

Ġustifikazzjoni

Din id-direttiva tippermetti d-differenzi fis-sistemi tal-ġustizzja kriminali tal-Istati Membri. Għalhekk, għandha tiġi applikata skont ir-regoli dwar l-għajnuna legali li huma fis-seħħ fl-Istati Membri.

Emenda  20

Proposta għal direttiva

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) F’xi Stati Membri, ċerti reati minuri, b’mod partikolari reati minuri tat-traffiku, reati minuri fir-rigward ta’ regolamenti muniċipali ġenerali u ksur minuri tal-ordni pubbliku, jitqiesu bħala reati kriminali. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, mhuwiex raġonevoli li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jiżguraw id-drittijiet kollha skont din id-Direttiva. Fejn il-liġi ta' Stat Membru tipprevedi, fir-rigward ta' reati minuri, li ma tistax tkun imposta ċ-ċaħda tal-libertà bħala sanzjoni, din id-Direttiva għandha għalhekk tapplika biss għall-proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġurisdizzjoni f'materji kriminali.

Emenda  21

Proposta għal direttiva

Premessa 13b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13b) L-ambitu ta' din id-Direttiva fir-rigward ta' ċerti reati minuri ma għandux jaffettwa l-obbligi tal-Istati Membri skont il-KEDB sabiex ikun garantit id-dritt għal proċess ġust inkluż il-kisba ta' għajnuna legali minn avukat.

Emenda  22

Proposta għal direttiva

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Biex jiġi żgurat li l-persuni mitluba jistgħu jeżerċitaw effettivament id-dritt tagħhom li jaħtru avukat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat biex jassisti lill-avukat fl-Istat Membru li jeżegwixxih, skont id-Direttiva 2013/48/UE, l-Istat Membru li joħroġ il-mandat għandu jiżgura li l-persuni mitluba jkollhom aċċess għal għajnuna legali fil-proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew fl-Istat Membru li jeżegwixxih. Dan id-dritt jista' jkun suġġett għal valutazzjoni tal-mezzi tal-persuna mitluba u/jew jekk huwiex fl-interess tal-ġustizzja li tiġi pprovduta għajnuna legali, skont il-kriterji ta’ eliġibilità applikabbli fl-Istat Membru inkwistjoni li joħorġu.

(14) Biex jiġi żgurat li l-persuni mitluba jistgħu jeżerċitaw effettivament id-dritt tagħhom li jaħtru avukat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat biex jassisti lill-avukat fl-Istat Membru li jeżegwixxih, skont id-Direttiva 2013/48/UE, l-Istat Membru li joħroġ il-mandat għandu jiżgura li l-persuni mitluba jkollhom aċċess għall-għajnuna legali proviżorja u għall-għajnuna legali għal raġunijiet ta' rappreżentanza legali f'dak l-Istat Membru sabiex jassisti l-avukat fl-Istat Membru li jeżegwixxih fil-proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew. Id-dritt għall-għajnuna legali jista' jkun suġġett għal valutazzjoni tal-mezzi u/jew tal-merti, skont il-kriterji ta’ eliġibilità applikabbli fl-Istat Membru inkwistjoni li joħorġu.

Emenda  23

Proposta għal direttiva

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Din id-Direttiva tipprevedi d-dritt ta' għajnuna legali proviżorja għal tfal mċaħħda mil-libertà u għal għajnuna legali għat-tfal li jintalbu fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

(15) Din id-Direttiva tipprevedi d-dritt ta' għajnuna legali proviżorja u ordinarja għal persuni vulnerabbli ssusspettati jew mixlija jew mitluba. It-tfal huma partikolarment vulnerabbli, u għalhekk għandhom jingħataw attenzjoni partikolari u għandhom jittieħdu miżuri speċjali bi qbil mad-Direttiva... dwar is-salvagwardji proċedurali għall-tfal suspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali.

Emenda  24

Proposta għal direttiva

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi rrispettat id-dritt fundamentali għall-għajnuna legali kif previst fl-Artikolu 47(3) tal-Karta u l-Artikolu 6(3)(c) tal-KEDB, u jiżguraw li l-għajnuna legali hija disponibbli għal dawk li m’għandhomx biżżejjed riżorsi biex iħallsu l-assistenza legali meta dan ikun meħtieġ fl-interess tal-ġustizzja.

(16) Meta jkunu qed jimplimentaw din id-Direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġi rrispettat id-dritt fundamentali għall-għajnuna legali kif previst fit-tielet paragrafu tal-Artikolu 47 tal-Karta u l-Artikolu 6(3)(c) tal-KEDB, u jiżguraw li l-għajnuna legali hija disponibbli għall-applikanti abbażi ta' valutazzjoni tal-mezzi u/jew ta' valutazzjoni tal-merti. Għaldaqstant, għandhom jirrispettaw il-Prinċipji u l-Linji Gwida tan-Nazzjonijiet Uniti dwar l-Aċċess għall-Għajnuna Legali fis-Sistemi ta' Ġustizzja Kriminali. Meta l-għoti ta' għajnuna legali huwa kundizzjonali għal valutazzjoni tal-mezzi, tali valutazzjoni għandha tqis il-kunsiderazzjonijiet li huma speċifiċi għal persuni vulnerabbli ssuspettati jew mixlija.

Emenda  25

Proposta għal direttiva

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-prinċipju tal-effettività tal-liġi tal-Unjoni jirrikjedi li l-Istati Membri jistabbilixxu rimedji xierqa u effettivi fil-każ li jkun hemm ksur tad-dritt mogħti lill-individwi bil-liġi tal-Unjoni. Rimedju effettiv għandu jkun disponibbli, fejn l-għoti ta' għajnuna legali jkun ipperikolat, tard jew miċħud, fejn persuni ssuspettati jew mixlija ma jkunux ġew informati sew bid-dritt tagħhom għal għajnuna legali u fejn dispożizzjonijiet dwar l-eliġibbiltà jew l-irkupru tal-ispejjeż ma jkunux ċari. Għalhekk, persuni li japplikaw għal għajnuna legali għandu jkollhom id-dritt li jappellaw deċiżjoni li tirrifjuta l-għajnuna legali.

Emenda  26

Proposta għal direttiva

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta li turi kif kien hemm aċċess għad-dritt ta' għajnuna legali għal persuni ssuspettati jew mixlija u għal persuni mitluba. L-Istati Membri għandhom ukoll jiġbru dejta dwar l-għadd ta’ każijiet fejn l-għajnuna legali proviżorja ngħatat lil persuni ssuspettati jew mixlija mċaħħda mil-libertà, kif ukoll lil persuni mitluba, u n-numru ta’ każijiet fejn dan id-dritt ma kienx eżerċitat. Din id-dejta għandha tinkludi l-għadd ta’ talbiet għal għajnuna legali fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew meta l-Istat Membru jeżegwixxi u joħroġ il-mandat, kif ukoll l-għadd ta’ każijiet meta dawn it-talbiet ġew mogħtija. Għandha tinġabar ukoll dejta dwar l-ispejjeż għall-għoti ta’ għajnuna legali proviżorja għal persuni mċaħħda mil-libertà kif ukoll għal persuni mitluba.

(17) L-Istati Membri għandhom jiġbru dejta li turi kif kien hemm aċċess għad-dritt ta' għajnuna legali għal persuni ssuspettati jew mixlija u għal persuni mitluba. L-Istati Membri għandhom ukoll jiġbru dejta dwar l-għadd ta’ każijiet fejn l-għajnuna legali ngħatat lil persuni ssuspettati jew mixlija, kif ukoll lil persuni mitluba, u n-numru ta’ każijiet fejn dan id-dritt ma kienx eżerċitat. Din id-dejta għandha tinkludi l-għadd ta’ talbiet għal għajnuna legali fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew meta l-Istat Membru jeżegwixxi u joħroġ il-mandat, kif ukoll l-għadd ta’ każijiet meta dawn it-talbiet ġew mogħtija. Għandha tinġabar ukoll dejta dwar l-ispejjeż għall-għoti ta’ għajnuna legali lil persuni ssuspettati jew mixlija u kif ukoll lil persuni mitluba.

Emenda  27

Proposta għal direttiva

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni ssuspettati jew mixlija irrispettivament mill-istatus legali, miċ-ċittadinanza jew min-nazzjonalità tagħhom. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-integrità tal-persuna, id-drittijiet tat-tfal, l-integrazzjoni tal-persuni diżabbli, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

(18) Din id-Direttiva għandha tapplika għal persuni ssuspettati jew mixlija irrispettivament mill-istatus legali, miċ-ċittadinanza jew min-nazzjonalità, sess, razza, kulur tal-ġilda, oriġini etnika jew soċjali, karatteristiċi ġenetiċi, lingwa, reliġjon jew twemmin, opinjoni politika jew oħra, sħubija f'minoranza nazzjonali, proprjetà, twelid, diżabilità, status ta' residenza, età, orjentazzjoni sesswali jew kwalunkwe status ieħor tagħhom. Din id-Direttiva tirrispetta d-drittijiet u l-prinċipji fundamentali li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, inklużi l-projbizzjoni tat-tortura u ta’ trattament inuman jew degradanti, id-dritt għal-libertà u għas-sigurtà, ir-rispett għall-ħajja privata u tal-familja, id-dritt għall-integrità tal-persuna, id-drittijiet tat-tfal, l-integrazzjoni tal-persuni b’diżabbiltà, id-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess imparzjali, il-preżunzjoni tal-innoċenza u d-dritt għad-difiża. Din id-Direttiva għandha tiġi implimentata skont dawn id-drittijiet u l-prinċipji.

Emenda  28

Proposta għal direttiva

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Tali livell ogħla ta’ protezzjoni ma għandux jikkostitwixxi ostakolu għar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi ġudizzjarji li dawn ir-regoli minimi huma mfassla biex jiffaċilitaw. Il-livell ta’ protezzjoni qatt ma għandu jkun inqas mill-istandards previsti mill-Karta jew mill-KEDB, kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-QEDB.

(19) Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi. L-Istati Membri jistgħu jestendu d-drittijiet stipulati f’din id-Direttiva bil-għan li jipprovdu livell ogħla ta' protezzjoni. Tali livell ogħla ta’ protezzjoni ma għandux jikkostitwixxi ostakolu għar-rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi ġudizzjarji li dawn ir-regoli minimi huma mfassla biex jiffaċilitaw. Il-livell ta’ protezzjoni qatt ma għandu jkun inqas mill-istandards previsti mill-Karta jew mill-KEDB, kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-QEDB. Taħt l-ebda ċirkostanza, din id-Direttiva ma għandha tiġi interpretata bħala limitazzjoni tad-drittijiet u tal-garanziji offruti mis-sistemi legali nazzjonali li joffru livell ogħla ta' protezzjoni.

Ġustifikazzjoni

Id-direttiva m'għandhiex tirriżulta fit-tnaqqis tal-livelli ta' protezzjoni mogħtija mil-liġijiet tal-Istati Membri.

Emenda  29

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar:

1. Din id-Direttiva tistabbilixxi regoli minimi dwar:

(a) id-dritt għal għajnuna legali proviżorja għal persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali li huma mċaħħda mil-libertà, u

(a) id-dritt għal għajnuna legali proviżorja u ordinarja għal persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali u

(b) id-dritt għal għajnuna legali proviżorja u għajnuna legali għal persuni mitluba li huma soġġetti għal proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

(b) id-dritt għal għajnuna legali proviżorja u ordinarja għal persuni mitluba li huma soġġetti għal proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew.

Emenda  30

Proposta għal direttiva

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Din id-Direttiva tkompli mad-Direttiva 2013/48/UE. Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat bħala li jillimita d-drittijiet previsti f’dik id-Direttiva.

2. Din id-Direttiva tkompli mad-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat. Xejn f’din id-Direttiva ma għandu jiġi interpretat bħala li jillimita d-drittijiet previsti f’dik id-Direttiva.

Emenda  31

Proposta għal direttiva

Artikolu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Kamp ta’ applikazzjoni

Kamp ta’ applikazzjoni

Din id-Direttiva tapplika għal:

1. Din id-Direttiva tapplika għal:

a) persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali, li huma mċaħħda mil-libertà u li għandhom dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat skont id- Direttiva 2013/48/UE;

(a) persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali, li għandhom dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat skont id- Direttiva 2013/48/UE jew kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni dwar salvagwardji proċedurali għal tfal issuspettati;

b) persuni mitluba.

b) persuni mitluba kif definit mill-punt (c) tal-Artikolu 3 ta' din id-Direttiva.

 

2. Mingħajr preġudizzju għad-dritt għal proċess ġust, fir-rigward ta' reati minuri:

 

(a) meta l-liġi ta' Stat Membru tipprevedi l-impożizzjoni ta' sanzjoni minn awtorità li mhijiex qorti li jkollha l-ġurisdizzjoni f'materji kriminali, u l-impożizzjoni ta' tali sanzjoni tista' tiġi appellata jew tkun riferuta għal tali qorti; jew

 

(b) meta ċ-ċaħda tal-libertà ma tistax tiġi imposta bħala sanzjoni;

 

din id-Direttiva għandha tapplika biss għall-proċedimenti quddiem qorti li jkollha ġurisdizzjoni f'materji kriminali.

 

Fi kwalunkwe każ, din id-Direttiva għandha tapplika bis-sħiħ meta l-persuna ssuspettata jew mixlija tiċċaħħad mil-libertà, irrispettivament mill-istadju tal-proċedimenti kriminali.

Emenda  32

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) għajnuna legali tfisser finanzjament u assistenza mill-Istat Membru sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat,

(a) "għajnuna legali ordinarja" tfisser finanzjament u assistenza mill-Istat Membru sabiex jiġi żgurat l-eżerċizzju tad-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat,

Emenda  33

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

b) għajnuna legali proviżorja tfisser għajnuna legali lil persuna mċaħħda mil-libertà sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-għajnuna,

(b) għajnuna legali proviżorja tfisser għajnuna legali mogħtija sakemm tittieħed deċiżjoni dwar l-għajnuna legali ordinarja u sakemm din tidħol fis-seħħ,

Emenda  34

Proposta għal direttiva

Artikolu 3 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

d) "avukat" tfisser kull persuna li, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tkun ikkwalifikata u intitolata, anke permezz ta’ akkreditazzjoni minn korp awtorizzat, li tipprovdi pariri u assistenza legali lil persuni ssuspettati jew mixlija.

d) "avukat għal għajnuna legali" tfisser kull persuna li, f’konformità mal-liġi nazzjonali, tkun ikkwalifikata u intitolata, anke permezz ta’ akkreditazzjoni minn korp awtorizzat, li tipprovdi pariri, assistenza u rappreżentanza legali lil persuni ssuspettati jew mixlija.

Emenda  35

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li ġejjin, jekk dawn ikunu jixtiequ, għandhom id-dritt għall-għajnuna legali proviżorja:

1. L-Istati Membri jiżguraw li l-persuni li ġejjin, jekk dawn ikunu jixtiequ, għandhom id-dritt għall-għajnuna legali proviżorja:

(a) il-persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali, li huma mċaħħda mil-libertà;

(a) il-persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali, li għandhom id-dritt ta’ aċċess għas-servizzi ta' avukat skont id-Direttiva 2013/48/UE jew kwalunkwe att legalment vinkolanti ieħor tal-Unjoni dwar salvagwardji proċedurali għal tfal suspettati;

(b) il-persuni mitluba, mċaħħda mil-libertà fl-Istat Membru li jeżegwixxi.

(b) il-persuni mitluba, li għandhom id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat skont id-Direttiva 2013/48/UE kemm fl-Istat Membru li jeżegwixxi l-mandat u f'dak li joħorġu, bi qbil mal-Artikolu 10 ta' dik id-Direttiva jew ta' kwalunkwe strument legalment vinkolanti tal-Unjoni dwar salvagwardji proċedurali għal tfal suspettati.

Emenda  36

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-għajnuna legali proviżorja tingħata mingħajr dewmien żejjed wara li ma tingħatax il-libertà, u f'kull każ qabel ma ssir interrogazzjoni.

2. L-għajnuna legali proviżorja tingħata mingħajr dewmien żejjed u f'kull każ qabel ma ssir interrogazzjoni.

Emenda  37

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Tiġi żgurata għajnuna legali proviżorja sakemm id-deċiżjoni finali dwar l-għajnuna legali tkun ittieħdet u tidħol fis-seħħ, jew, meta l-persuni ssuspettati jew mixlija jiġu mogħtija għajnuna legali, sakemm isseħħ il-ħatra ta’ avukat.

3. Tiġi żgurata għajnuna legali proviżorja sakemm id-deċiżjoni finali dwar l-għajnuna legali tkun ittieħdet u tkun daħlet fis-seħħ, u sakemm isseħħ waħda mis-sitwazzjonijiet li ġejjin:

 

(a) meta tkun ingħatat għajnuna legali, tkun seħħet il-ħatra tal-avukat; jew

 

(b) meta l-għajnuna legali tkun ġiet miċħuda, id-deċiżjoni tkun saret finali u l-persuna ssuspettata jew mixlija jew l-persuna mitluba jkollha opportunità raġonevoli biex issib avukat tal-għażla tagħha.

Ġustifikazzjoni

B'żieda mal-emendi relatati mat-twessigħ tal-ambitu tad-Direttiva bil-għan li jinkludi kull għajnuna legali ordinarja, l-emendi proposti għall-paragrafu 3 għandhom l-għan li jikkjarifikaw in-natura eżatta tad-drittijiet. B'mod partikolari, l-għajnuna proviżorja ma għandhiex tiġi sospiża sakemm tittieħed deċiżjoni finali dwar l-għajnuna legali ordinarja. Barra minn hekk, id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat għandu japplika wkoll f'każ ta' deċiżjoni negattiva dwar l-għajnuna legali: f'dak il-każ għandu jkun hemm żmien biżżejjed biex jinstab avukat xieraq.

Emenda  38

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-għajnuna legali proviżorja tinkludi wkoll, fejn meħtieġ, l-interpretazzjoni għall-komunikazzjoni bejn il-persuna li tkun miċħuda mil-libertà u l-avukat skont id-Direttiva 2010/64/UE b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikolu 2(2) tagħha.

Emenda  39

Proposta għal direttiva

Artikolu 4 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-Istati Membri jkunu kapaċi jipprevedu li jirkupraw l-ispejjeż relatati, mingħand il-persuni ssuspettati jew mixlija, jew mingħand il-persuni mitluba, li ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna legali, skont il-liġi nazzjonali.

5. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li, b'mod eċċezzjonali, jirkupraw l-ispejjeż relatati mingħand il-persuni ssuspettati jew mixlija, jew mingħand il-persuni mitluba, jekk ikun stabbilit permezz ta' deċiżjoni finali li dawk il-persuni ma jissodisfawx il-kriterji ta’ eliġibbiltà għall-għajnuna legali ordinarja, kif applikabbli skont il-liġi nazzjonali, u li konxjament jagħtu informazzjoni falza lill-awtoritajiet kompetenti dwar is-sitwazzjoni finanzjarja personali tagħhom. Sabiex jiġi żgurat li kwlaunkwe rkupru ta' spejjeż marbutin mal-għajnuna legali proviżorja jkun bla ħsara għall-persuna ssuspettata jew mixlija jew mitlubab'tali mod li jipperikola l-ġustizzja ġenerali tal-proċedimenti, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kundizzjonijiet marbutin mal-irkupru tal-ispejjeż ikunu ċari u raġonevoli u jqisu s-sitwazzjoni finanzjarja speċifika tal-persuna ssuspettata jew mixlija jew tal-persuna mitluba.

 

Emenda  40

Proposta għal direttiva

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni msemmija fl-Artikolu 4(1) jista' jkollhom aċċess għal għajnuna legali jekk ma jkollhomx biżżejjed riżorsi finanzjarji biex jiffaċċjaw parti mill-ispejjeż, jew l-ispejjeż kollha kemm huma, tad-difiża u tal-proċedimenti ("valutazzjoni tal-mezzi") u/jew meta tali għajnuna tkun meħtieġa fl-interess tal-ġustizzja ("valutazzjoni tal-mertu").

 

2. Il-valutazzjoni tal-mezzi għandha tkun ibbażata fuq il-fatturi rilevanti u oġġettivi kollha, bħad-dħul, il-kapital, is-sitwazzjoni familjari, il-livell ta' għajxien u l-ispejjeż ta' avukat għal għajnuna legali.

 

3. Il-valutazzjoni tal-mertu għandha tinkludi evalwazzjoni tal-urġenza u l-kumplessità tal-każ, is-serjetà tar-reat u s-severità tal-piena potenzjali li tista' tiġi imposta, kif ukoll iċ-ċirkostanzi soċjali u personali tal-persuni ssuspettati jew tal-persuni mixlija u tal-persuni mitluba.

 

4. L-Istati Membri għandhom jaraw li kwalunkwe informazzjoni relevanti dwar l-għajnuna legali tkun aċċessibbli faċilment u li tinftiehem mill-persuni ssuspettati jew mill-persuni mixlija u mill-persuni mitluba, inkluż l-informazzjoni dwar kif u meta japplikaw għal tali għajnuna, li jkun hemm kriterji trasparenti dwar l-eliġibbiltà għall-għajnuna legali, kif ukoll informazzjoni dwar il-possibilitajiet disponibbli f'ċirkostanzi meta jkun miċħud l-aċċess għall-għajnuna legali jew meta l-avukat għal għajnuna legali ma jagħtix biżżejjed għajnuna legali.

Emenda  41

Proposta għal direttiva

Artikolu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4b

 

Deċiżjonijiet dwar jekk għandhiex tingħata għajnuna legali jew le, u l-assenjazzjoni ta' avukati għandhom jittieħdu fil-pront minn awtorità kompetenti indipendenti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli jieħdu deċiżjonijiet b'mod diliġenti u li jkun hemm garanziji sustanzjali kontra l-arbitrarjetà.

Emenda  42

Proposta għal direttiva

Artikolu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

L-għajnuna legali għall-persuni mitluba

L-għajnuna legali għall-persuni mitluba

1. L-Istati Membri li jeżegwixxu jiżguraw li persuni mitluba għandhom id-dritt għall-għajnuna legali hekk kif il-persuna tiġi arrestata skont il-mandat ta’ arrest Ewropew, sa ma din ċċedi, jew f’każijiet fejn ma ċċedix, sakemm id-deċiżjoni dwar iċ-ċediment tkun saret finali.

1. L-Istati Membri li jeżegwixxu jiżguraw li persuni mitluba għandhom id-dritt għall-għajnuna legali proviżorja u ordinarja, ladarba jkun inħareġ mandat ta' arrest Ewropew, sa ma din ċċedi, jew f’każijiet fejn ma ċċedix, sakemm id-deċiżjoni dwar iċ-ċediment tkun saret finali.

2. L-Istat Membru li joħroġ il-mandat, jiżgura li l-persuni mitluba li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jaħtru avukat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat biex jassisti lill-avukat fl-Istat Membru li jeżegwixxih, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2013/48/UE, għandhom id-dritt għall-għajnuna legali f'dak l-Istat Membru għall-proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew fl-Istat Membru li jeżegwixxih.

2. L-Istat Membru li joħroġ il-mandat, jiżgura li l-persuni mitluba li jeżerċitaw id-dritt tagħhom li jaħtru avukat fl-Istat Membru li joħroġ il-mandat u fi kwalunkwe Stat Membru fejn tkun qed tinġabar l-evidenza jew fejn ikunu qegħdin jitwettqu atti investigattivi oħrajn mill-awtoritajiet kompetenti, skont l-Artikolu 10 tad-Direttiva 2013/48/UE, għandhom id-dritt għall-għajnuna legali proviżorja u ordinarja f'dak l-Istat Membru għall-proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew fl-Istat Membru li jeżegwixxih.

3. Id-dritt għall-għajnuna legali msemmija fil-paragrafi 1 u 2 jista' jkun suġġett għal valutazzjoni tal-mezzi tal-persuna mitluba u/jew jekk huwiex fl-interess tal-ġustizzja li tiġi pprovduta għajnuna legali, skont il-kriterji ta’ eliġibilità applikabbli fl-Istat Membru inkwistjoni.

3. Il-valutazzjoni tal-applikazzjoni għal għajnuna legali ordinarja mressqa mill-persuna mitluba għandha tkun ibbażata fuq il-kriterji ta' eliġibbiltà kif stipulat fl-Artikolu 4a, partikolarment evalwazzjoni tal-mezzi finanzjarji tal-persuna mitluba fl-Istati Membri fejn l-għajnuna legali hi soġġetta għal valutazzjoni tal-mezzi u/jew jekk huwiex fl-interess tal-ġustizzja li tingħata għajnuna legali fil-każ in kwistjoni fl-Istati Membri fejn l-għajnuna legali tkun soġġetta għall-valutazzjoni tal-mertu.

Emenda  43

Proposta għal direttiva

Artikolu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5a

 

1. Sabiex tkun garantita l-effikaċja u l-kwalità tal-għajnuna legali, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-azzjoni meħtieġa biex jiggarantixxu li s-servizzi tal-għajnuna legali mogħtija jkunu ta' standard għoli biżżejjed biex ikun żgurat li d-dritt għal proċess ġust ikun salvagwardjat.

 

2. L-Istati Membri, b'mod partikolari, għandhom jiżguraw li:

 

(a) l-għajnuna legali ordinarja tingħata fl-istadji kollha tal-proċess tal-ġustizzja kriminali;

 

(b) sistemi li jiżguraw il-kwalità u l-indipendenza ta' avukati ta' għajnuna legali jiġu stabbiliti jew miżmuma, b'mod partikolari sistema ta' akkreditazzjoni għall-avukati ta' għajnuna legali, kif ukoll l-edukazzjoni u taħriġ professjonali kontinwu li tiżgura li l-avukati għal għajnuna legali jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti biex jikkontribwixxu għall-eżerċizzju effettiv tad-drittijiet tad-difiża;

 

(c) ikun hemm kontinwità fir-rappreżentanza legali, jekk mixtieq hekk mill-persuna suspettata jew mill-persuna mixlija u l-persuna mitluba;

 

(d) il-persuni ssuspettati jew il-persuni mixlija u l-persuni mitluba jkollhom id-dritt li jibdlu avukat ta' għajnuna legali assenjat lilhom mibdul darba;

 

(e) jingħataw finanzjament u riżorsi adegwati u tiġi garantita awtonomija baġitarja għall-funzjonament effiċjenti tas-sistema tal-għajnuna legali;

 

(f) jingħata taħriġ adegwat għall-persunal kollu involut fit-teħid ta' deċiżjonijiet dwar l-għajnuna legali fil-proċedimenti kriminali;

 

(g) kwalunkwe deċiżjoni li tirrifjuta parzjalment jew kompletament applikazzjoni għal għajnuna legali tingħata lill-persuna ssuspettata jew mixlija jew lill-persuna mitluba bil-miktub.

Emenda  44

Proposta għal direttiva

Artikolu 5b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 5b

 

1. Kwalunkwe persuna li tapplika għal għajnuna legali skont din id-Direttiva għandu jkollha d-dritt li tappella deċiżjoni li tirrifjuta l-għajnuna legali quddiem qorti indipendenti, bil-ħsieb li jinżamm id-dritt għal proċess ġust u d-dritt għad-difiża.

 

2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-persuni ssuspettati, mixlija u mitluba jkollhom rimedju effettiv jekk jinkisru d-drittijiet tagħhom skont din id-Direttiva. Dawk ir-rimedji għandhom jinkludu d-dritt għal rieżami ġudizzjarju fejn l-aċċess għall-għajnuna legali jkun ipperikolat, imdewwem jew miċħud kompletament jew parzjalment, jew jekk il-persuni ma jkunux ġew infurmati sew dwar id-dritt tagħhom għal għajnuna legali proviżorja u ordinarja.

Emenda  45

Proposta għal direttiva

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aricle 6

Artikolu 6

L-għoti tad-dejta

L-għoti tad-dejta

1. L-Istati Membri jiġbru d-dejta dwar kif id-drittijiet fl-Artikolu 4 u l-Artikolu 5 jkunu ġew implimentati.

1. L-Istati Membri jiġbru d-dejta statistika rilevanti dwar kif id-drittijiet fl-Artikoli 4, 4a, 4b, 5 u 5a jkunu ġew implimentati, filwaqt illi tkun żgurata l-protezzjoni sħiħa tad-dejta personali għall-persuni ssuspettati jew mixlija u l-persuni mitluba.

2. L-Istati Membri sa [36 xahar wara l-pubblikazzjoni ta’ din id-Direttiva] u kull sentejn wara din id-data, jibagħtu lill-Kummissjoni din id-dejta.

2. L-Istati Membri għandhom sa ...* u kull tliet snin wara din id-data, jibagħtu lill-Kummissjoni din id-dejta.

 

______________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: sentejn wara l-pubblikazzjoni ta' din id-Direttiva.


NOTA SPJEGATTIVA

Fis-27 ta' Novembru 2013, il-Kummissjoni Ewropea adottat proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar għajnuna legali proviżorja għal persuni suspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew(1).

Valutazzjoni ġenerali tal-proposta

Skont l-Artikolu 82 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), il-kooperazzjoni ġudizzjarja fi kwistjonijiet kriminali fl-Unjoni għandha tkun ibbażata fuq il-prinċipju tar-rikonoxximent reċiproku tas-sentenzi u tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji. L-implimentazzjoni ta' dan il-prinċipju tassumi li l-Istati Membri jafdaw is-sistemi ta' ġustizzja kriminali ta' xulxin, inkluż il-mod li bih jiġu salvagwardjati d-drittijiet tal-persuni ssuspettati u tal-persuni mixlija.

Fir-realtà, madankollu, il-prattiki nazzjonali jvarjaw f'dan ir-rigward. F'dan l-isfond, fit-30 ta' Novembru 2009, il-Kunsill adotta l-pjan direzzjonali għat-tisħiħ tad-drittijiet proċedurali ta' persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali(2). Il-Pjan direzzjonali jidentifika l-miżura C bħala d-dritt għal parir legali u għal għajnuna legali. Id-dritt għal għajnuna legali hu konness b'mod intrinsiku mad-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat, li dwaru l-Parlament Ewropew u l-Kunsill adottaw id-Direttiva 2013/48/EU tat-22 ta' Ottubru 2013. Għal dawk li ma għandhomx il-mezzi finanzjarji neċessarji, hi l-għajnuna legali biss li tista' tirrendi d-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat effettiv.

Id-dritt għal għajnuna legali mhuwiex suġġett faċli, li jista' jispjega l-fatt għalfejn il-Kummissjoni ħadet daqstant żmien qabel ma ressqet l-istrumenti attwali. Madankollu dan ma għandux iżomm lill-leġiżlatura l-ġdida milli titratta bi prijorità l-proposta għal direttiva. L-interpretazzjoni differenti dwar id-dritt għal proċess ġust, inkluż permezz tal-għajnuna legali, kif rikonoxxut, inter alia, fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, tikkostitwixxi ostakolu għal kooperazzjoni ġudizzjarja ġusta u effikaċi fi kwistjonijiet kriminali. Għalhekk, il-miżuri pendenti tal-Pjan Direzzjonali u partikolarment, l-abbozz ta' direttiva dwar l-Għajnuna Legali, għandhom jiġu adottati malajr kemm jista' jkun.

Il-proposta tal-Kummissjoni hi pass apprezzat fid-direzzjoni biex ikun żgurat livell minimu ta' għajnuna legali fl-Istati Membri kollha. Madanakollu, hi ristretta għad-dritt għal għajnuna legali proviżorja għall-persuni ssuspettati jew mixlija fi proċedimenti kriminali li jkunu mċaħħdin mil-libertà, u d-dritt għal għajnuna legali proviżorja u għal għajnuna legali għal persuni mitluba soġġetti għal proċedimenti ta' mandat ta' arrest Ewropew. Aspetti addizzjonali tad-dritt għal għajnuna legali ġew inklużi f'Rakkomandazzjoni separata tal-Kummissjoni(3).

Ir-rapporteur hu tal-fehma li l-approċċ frammentat attwali li qed issegwi l-Kummissjoni Ewropea jista' jirrifletti s-sensittività tas-suġġett, iżda ma jsaħħaħx iċ-ċertezza legali, u lanqas ma jagħmilha ċara għall-persuni ssuspettati jew mixlija sa liema punt jista' effettivament ikollhom dritt għal għajnuna legali u x'se tkun il-kwalità tal-għajnuna legali. Għalhekk, l-ambitu ta' din id-direttiva għandu jinkludi d-dritt kemm għal għajnuna legali proviżorja u ordinarja fiċ-ċirkostanzi kollha. F'dan ir-rigward, id-Direttiva għandha ssegwi l-istess ambitu bħad-Direttiva 2013/48/UE dwar id-dritt ta' aċċess għas-servizzi ta' avukat.

Ir-Rapporteur iqis li l-persuni mixlija, issuspettati jew il-persuni mitluba jistgħu jħossuha bi tqila li jitolbu għajnuna legali, jekk l-Istati Membri jkunu jistgħu jirkupraw l-ispejjeż marbutin mal-għajnuna legali proviżorja mingħandhom, jekk ma jissodisfawx il-kriterji tal-eliġibilità. Għaldaqstant jidher ġust li l-irkuprar ta' spejjeż għall-kawżi jiġi limitat, meta l-persuni mixlija, issuspettati jew mitluba konxjament jipprovdu informazzjoni falza.

Barra minn hekk hu importanti li l-persuni mixlija, issuspettati jew mitluba jiksbu ċerta miżura ta' ċertezza legali rigward il-kriterji ta' eliġibilità. Il-kriterji ta' eliġibilità msemmijin fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni jagħtu xi ftit ċarezza, imma ma jissarfux f'armonizzazzjoni sħiħa. Dan jidher li hu ġustifikat, billi jkun sempliċement impossibbli u wkoll mhux neċessarju li jkun hemm leġiżlazzjoni Ewropea dettaljata f'dan is-sens l-aktar meta jitqiesu d-differenzi bejn l-Istati Membri fil-qasam tal-ispejjeż tal-proċedimenti ġudizzjarji. Fl-istess waqt, dan ifisser ukoll li deskrizzjoni ġenerali tat-testijiet tal-mezzi u tal-merti, kif misjubin fir-Rakkomandazzjoni, jew tal-anqas elementi tagħhom, setgħu faċilment ġew inkorporati fid-Direttiva. Ir-Rapporteur jiffavorixxi tali approċċ.

Ir-Rapporteur hu konxju mid-differenzi bejn l-Istati Membri f'dak li għandu x'jaqsam mal-kwalità tal-għajnuna legali mogħtija. Din tiddependi, inter alia, mill-miżati tal-avukati għal għajnuna legali. Jekk dawn id-drittijiet ikunu baxxi wisq, l-avukati ma jkunux iridu jagħtu biżżejjed minn ħinhom u mill-isforzi tagħhom għall-għoti ta' għajnuna legali ta' kwalità għolja. Apparti dan meta jitqiesu d-differenzi fil-livelli ta' introjtu u spejjeż bejn l-Istati Membri, mhux possibbli li jkun hemm regoli dettaljati fir-rigward tal-livell tal-miżati. Madanakollu, dan jagħmilha aktar importanti li jkunu inklużi mill-anqas xi ftit salvagwardji dwar il-kwalità tal-għajnuna legali mogħtija fid-Direttiva.

B'mod partikolari, id-dispożizzjoni li l-preferenza u x-xewqat tal-persuni ssuspettati jew mixlija u l-persuni mitluba għandhom kemm jista' jkun jitqiesu f'dak li għandu x'jaqsam mal-għażla tal-avukat għal għajnuna legali, jixirqilha tkun inkluża fid-Direttiva. L-istess jgħodd għall-ħtieġa ta' kontinwità fir-rappreżentanza legali, jekk il-persuna ssuspettata, mixlija jew mitluba tkun tixtieq hekk. Għandu jkun hemm dispost dwar is-sostituzzjoni tal-avukat għal għajnuna legali jekk kemm-il darba l-persuna ssuspettata, mixlija jew mitluba tkun tilfet kull fiduċja fl-avukat u tista' turi li dan hu msejjes fuq raġunijiet verifikabbli. Bħalissa, lanqas fir-Rakkomandazzjoni ma hemm dispożizzjoni bħal din.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur iqis li l-Artikolu 6 tad-Direttiva hu pjuttost vag: hu diffiċli għall-Istati Membri li jiġbru d-dejta fir-rigward tal-implementazzjoni tad-Direttiva għal kull każ individwali. L-obbligu tar-rapportar għandu jikkonċentra fuq il-problemi li wieħed isib bl-implementazzjoni, jew mill-perspettiva tal-persuna ssuspettata, mixlija jew mitluba, jew minn dik tal-awtoritajiet kompetenti.

(1)

COM(2013)824 finali tas-27 ta' Novembru 2013.

(2)

ĠU C 205, 4.12.2009, p. 1.

(3)

C(2013)8179/2.


PROĊEDURA

Titolu

Għajnuna legali għal persuni ssuspettati jew mixlija li huma mċaħħda mil-libertà kif ukoll għajnuna legali fi proċedimenti ta’ mandat ta’ arrest Ewropew

Referenzi

COM(2013)0824 – C7-0429/2013 – 2013/0409(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

27.11.2013

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

13.1.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

13.1.2014

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

3.9.2014

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Dennis de Jong

3.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

16.10.2014

11.12.2014

6.5.2015

 

Data tal-adozzjoni

6.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

47

7

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Heinz K. Becker, Malin Björk, Michał Boni, Bodil Ceballos, Caterina Chinnici, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Harald Vilimsky, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Hugues Bayet, Andrea Bocskor, Pál Csáky, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Jeroen Lenaers, Salvatore Domenico Pogliese, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Jaromír Štětina, Josep-Maria Terricabras, Anders Primdahl Vistisen, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lynn Boylan, Rosa D’Amato, Jörg Leichtfried, Piernicola Pedicini

Data tat-tressiq

18.5.2015

Avviż legali