Proċedura : 2014/0124(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0172/2015

Testi mressqa :

A8-0172/2015

Dibattiti :

PV 02/02/2016 - 3
CRE 02/02/2016 - 3

Votazzjonijiet :

PV 02/02/2016 - 6.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0033

RAPPORT     ***I
PDF 1149kWORD 901k
22.5.2015
PE 539.484v02-00 A8-0172/2015

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

(COM(2014)0221 – C7‑0144/2014 – 2014/0124(COD))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Georgi Pirinski

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

(COM(2014)0221 – C8‑0144/2014 – 2014/0124(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0221),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 153(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0144/2014),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni motivata li ġiet ippreżentata, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji tas-sussidjarjetà u proporzjonalità, mill-House of Commons tar-Renju Unit, li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-10 ta’ Settembru 2014(1),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tas-7 ta’ Ottubru 2014(2),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0172/2015),

1.      Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta' xogħol mhux iddikjarat

Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar ta' xogħol mhux iddikjarat

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Artikolu 151 tat-Trattat jistabbilixxi bħala għanijiet fil-qasam tal-politika soċjali l-promozzjoni tal-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. Bil-ħsieb li dawn l-għanijiet jinkisbu, l-Unjoni tista’ tappoġġja u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.

(3) L-Artikolu 151 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) jistabbilixxi bħala l-għanijiet fil-qasam tal-politika soċjali l-promozzjoni tal-impjiegi u t-titjib fil-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol. Bil-ħsieb li dawn l-għanijiet jinkisbu, l-Unjoni tista’ tappoġġja u tikkumplimenta l-attivitajiet tal-Istati Membri fl-oqsma tas-saħħa u s-sigurtà okkupazzjonali, il-kondizzjonijiet tax-xogħol, l-integrazzjoni ta’ persuni esklużi mis-suq tax-xogħol u l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali, filwaqt li tiġi eskluża kwalunkwe armonizzazzjoni tal-liġijiet u r-regolamenti nazzjonali. Skont l-Artikolu 153(2) TFUE, madankollu, l-Unjoni tista' tadotta miżuri biex tħeġġeġ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa" laqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinħoloq Pjattaforma Ewropea u talab għall-kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat 27.

(4) Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 dwar "Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa"27 laqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinħoloq Pjattaforma Ewropea u talab għall-kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-Unjoni biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, li qed ikun ta' dannu għall-ekonomija tal-Unjoni, qed iwassal għal kompetizzjoni inġusta u distorsjonijiet fis-suq, qed jipperikola s-sostenibbiltà finanzjarja u qed jirriżulta f’nuqqas dejjem jikber ta’ protezzjoni soċjali u tal-impjiegi għall-ħaddiema. Għal dan l-għan, il-Pjattaforma Ewropea (“il-Pjattaforma”) għandha ssaħħaħ l-iskambju ta’ esperjenzi u prattiki tajba, tipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u komparattiva, issaħħaħ il-kooperazzjoni transkonfinali u tidentifika u żżomm rekord ta’ kumpaniji tal-isem u ta’ operazzjonijiet simili.

__________________

_________________

27 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kondizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (2013/2112/INI) http://www.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2013/2112(INI)

27 Testi adottati, P7_TA(2014)0012 (għadhom mhumiex ippubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali)

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4b) It-twaqqif tal-Pjattaforma għandu jkun mingħajr preġudizzju kemm għall-kompetenza u/jew l-obbligi tal-Istati Membri li jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat u kif ukoll għall-Konvenzjoni tal-ILO Nru 81. L-Istati Membri u l-korpi tal-infurzar tagħhom għandhom rwol kruċjali biex effettivament jipprevjenu, jittraċċaw u jippenalizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat. Il-ħidma tal-Pjattaforma għalhekk m’għandhiex timpedixxi kontrolli ibsin jew attivitajiet oħra mill-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-ekonomija sewda, iżda pjuttost għandha tappoġġa miżuri li jinkoraġġixxu u jippromwovu x-xogħol iddikjarat u jrażżnu l-frodi fis-sigurtà soċjali.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-livell Ewropew ix-xogħol mhux iddikjarat huwa definit bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja ta’ l-Istati Membri"28, u b’hekk jeskludi l-attivitajiet illegali kollha.

(5) Kif imsemmi fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta’ Ottubru 2007 intitolata: "L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat", ix-xogħol mhux iddikjarat, sa mill-1998, ġie definit fil-livell tal-Unjoni bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja tal-Istati Membri", u b’hekk jeskludi l-attivitajiet illegali kollha. Dik id-definizzjoni għandha tiġi aġġornata biex tirrifletti l-iżviluppi reċenti fis-suq tax-xogħol.

_________________

 

28 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat" COM (2007)628 tal-24 ta' Ottubru 2007 http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML

 

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Kemm id-definizzjonijiet ta’ xogħol mhux iddikjarat kif ukoll ir-regolamenti nazzjonali jvarjaw minn Stat Membru għal ieħor. Barra minn hekk, ix-xogħol mhux iddikjarat jista’ jieħu diversi forom, skont il-kuntest ekonomiku, amministrattiv, finanzjarju u soċjali, u dan jagħmilha diffiċli li l-problema tiġi kkwantifikata fil-livell tal-Unjoni. Ix-xogħol mhux iddikjarat jieħu xejriet differenti ħafna, skont in-natura u t-tip ta’ xogħol u l-ħaddiem ikkonċernat. Xogħol mhux iddikjarat imwettaq minn ħaddiema domestiċi, prinċipalment min-nisa, jippreżenta sfida partikolari f’dan il-kuntest peress li huwa xogħol solitarju u, min-natura tiegħu, inviżibbli. Għandhom jitfasslu miżuri biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat sabiex jitqiesu dawk id-differenzi.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Il-kooperazzjoni msaħħa fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta’ ambjent ekwu u għandha tkun ta' benefiċċju għall-atturi ekonomiċi li ma jirrikorrux għax-xogħol mhux iddikjarat. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjattaforma għandu jkun estiż għall-forom eżistenti kolha ta’ xogħol mhux iddikjarat mingħajr distinzjoni, bl-għan li l-Unjoni tinħeles mill-ekonomija sewda, jinħolqu impjiegi ta’ kwalità u sostenibbli, tingħata spinta lill-irkupru ekonomiku u jinkisbu l-objettivi tal-impjiegi u dawk soċjali tal-Unjoni.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5c (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) Id-daqs tal-ekonomija mhux iddikjarata huwa konsiderevoli, u huwa ekwivalenti għal iktar minn18 % tal-PDG tal-Unjoni; Madankollu, dan ivarja b'mod sinifikanti bejn l-Istati Membri, minn inqas minn 8 % sa iktar minn 30 % tal-PDG. Skont il-Eurofound, hemm ukoll distakk ċar bejn it-Tramuntana u n-Nofsinhar kif ukoll bejn il-Lvant u l-Punent tal-Unjoni1a.

 

__________________

 

1 a Rapport tal-Eurofound, dwar l-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat fis-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u n-Norveġja (2013).

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-abbuż tal-istatus ta’ impjieg indipendenti, kemm fil-livell nazzjonali jew f’sitwazzjonijiet transkonfinali, ta’ spiss huwa assoċjat ma’ xogħol mhux iddikjarat. Xogħol indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tiġi ddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet karatteristiċi ta’ relazzjoni ta’ impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Għalhekk, ix-xogħol indipendenti fittizju huwa xogħol iddikjarat b’mod falz u għandu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjattaforma.

(6) Minbarra x-xogħol mhux iddikjarat, il-Pjattaforma għandha tindirizza x-xogħol iddikjarat b’mod falz, li jirreferi għal attivitajiet bi ħlas li fin-natura tagħhom huma leġittimi, iżda li mhumiex iddikjarati b’mod korrett lill-awtoritajiet pubbliċi. Forma speċifika ta’ xogħol mhux iddikjarat hija l-abbuż tal-istatus ta’ impjieg indipendenti, kemm fil-livell nazzjonali jew f’sitwazzjonijiet transkonfinali. Xogħol indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tiġi ddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet karatteristiċi ta’ relazzjoni ta’ impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Għalhekk, ix-xogħol indipendenti fittizju huwa xogħol iddikjarat b’mod falz. Għandu jiġi nnutat, madankollu, li d-definizzjonijiet u l-leġiżlazzjoni dwar l-impjieg indipendenti jvarjaw bejn l-Istati Membri. Ix-xogħol indipendenti fittizju u x-xogħol mhux iddikjarat huma attivitajiet ċentrali tal-ekonomija sewda. Il-fenomeni li qed jiżdiedu ta’ impjieg indipendenti fittizju u xogħol mhux iddikjarat għandhom għalhekk jiġu indirizzati mill-Pjattaforma u għandhom jiġu identifikati r-riskji ewlenin ta’ frodi.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-kumpaniji tal-isem huma kumpaniji li twaqqfu bl-iskop li jibbenefikaw minn lakuni leġiżlattivi filwaqt li, huma stess, ma jipprovd l-ebda servizz lill-klijenti. Dawn iservu ta' faċċata għas-servizzi pprovduti mis-sidien tagħhom. Il-kumpaniji tal-isem għandhom għaldaqstant jitqiesu bħala aspett ta’ xogħol mhux iddikjarat u għandhom jiġu indirizzati fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjattaforma.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Ix-xogħol mhux iddikjarat fil-livell nazzjonali kif ukoll f’dak transkonfinali huma żewġ forom distinti ta’ xogħol mhux iddikjarat. Ix-xogħol mhux iddikjarat jista’ jikkontribwixxi għall-fenomenu magħruf bħala dumping soċjali, inkluż permezz ta’ tnaqqis tas-salarji fl-Istati Membri fejn is-servizzi jiġu offruti.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6c) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet serji għall-ħaddiema kkonċernati, li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn ikollhom jaċċettaw kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji u xi kultant perikolużi, pagi ħafna iktar baxxi, ksur gravi tad-drittijiet tax-xogħol u ħafna inqas protezzjoni mil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni soċjali u tax-xogħol, u għaldaqstant dawk il-ħaddiema jispiċċaw imċaħħda minn benefiċċji soċjali adegwati, drittijiet tal-pensjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa, kif ukoll minn opportunitajiet ta’ żvilupp tal-ħiliet u tagħlim tul il-ħajja. Is-sitwazzjoni hija saħansitra aktar serja fil-każ tal-minuri.

Ġustifikazzjoni

Il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni rigward il-Premessa 7 nqasmet f'żewġ premessi, 6c u 7 rispettivament

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul fiskali u tas-sigurtà soċjali. Għandu impatti negattivi fuq l-impjiegi, il-produttività, il-konformità mal-istandards dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja. Idgħajjef is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, iċaħħad lill-ħaddiema minn benefiċċji soċjali adegwati u jwassal għal drittijiet aktar baxxi tal-pensjoni u anqas aċċess għall-kura tas-saħħa.

(7) Fl-istess ħin, ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul fiskali u tas-sigurtà soċjali li għaldaqstant idgħajjef is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali. Barra minn hekk, jaffettwa b’mod negattiv kemm l-impjiegi kif ukoll il-produttività, u dan iwassal għal distorsjonijiet tas-suq b'effetti dannużi fuq l-ekonomija inġenerali. Il-Pjattaforma għandha tagħti attenzjoni partikolari għall-fatt li l-SMEs, li jirrappreżentaw il-maġġoranza l-kbira tal-impriżi tal-Unjoni, huma partikolarment milquta minn dik il-problema. Barra minn hekk, l-akkwist illegali tal-benefiċċji soċjali u d-dumping soċjali jistgħu jkunu fost il-konsegwenzi diretti tax-xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu effetti differenti fuq gruppi soċjali differenti. Għandu tingħata attenzjoni partikolari fir-rigward ta' dawk l-aktar vulnerabbli, bħall-migranti u n-nisa, li ta’ spiss huma rappreżentati żżejjed fis-setturi affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat. Peress li l-kundizzjonijiet u l-motivazzjoni li minħabba fihom l-impjegaturi u l-ħaddiema jinvolvu ruħhom f’xogħol mhux iddikjarat ivarjaw minn settur għall-ieħor u minn pajjiż għall-ieħor, hija meħtieġa firxa wiesgħa ta’ approċċi ta’ politika speċifika biex tiġi indirizzata l-problema.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Il-kooperazzjoni msaħħa bejn l-Istati Membri mhux biss tippermetti li l-problema tiġi indirizzata mill-perspettiva fiskali iżda tagħmel possibbli wkoll l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-ħarsien soċjali, bħad-drittijiet tal-pensjoni u l-aċċess għall-kura tas-saħħa, anke ta' dawk il-grupp ta' ħaddiema mhux iddikjarati li jinsabu f'qagħda partikolarment vulnerabbli jew li jwettqu xogħol li lanqas biss ma jiġi kkunsidrat bħala xogħol mhux iddikjarat fl-Istati Membri kollha, bħall-kura informali tat-tfal jew il-kura ta' membri anzjani tal-familja, ipprovduti fil-kuntest ta' netwerks ta' qraba, prinċipalment min-nisa.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jittrattaw ix-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehim bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw l-kooperazzjoni amministrattiva.

(8) Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jindirizzaw il-problema tax-xogħol mhux iddikjarat, iżda ta' spiss għadu nieqes approċċ olistiku. Azzjonijiet li jservu ta' deterrent, bl-għan li jġibu l-konformità permezz tal-identifikazzjoni u l-penalizzazzjoni tan-nuqqas ta’ konformità, għadhom l-approċċ dominanti madwar il-maġġoranza tal-Istati Membri. Bosta Stati Membri diġà waqqfu miżuri effikaċi biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat, b’mod partikolari fil-qasam tal-abbużi li jirrigwardaw il-liġijiet tas-suq tax-xogħol, it-taxxa u l-impjieg billi jiżguraw li l-impjegaturi tal-ħaddiema mhux iddikjarati jiffaċċjaw azzjoni ta’ infurzar aktar qawwija u pieni aktar ħorox. Il-prinċipju li l-piż tal-ħlas lura għal kwalunkwe sigurtà soċjali u taxxa mhux imħallsa jaqa’ fuq l-impjegatur, kif ukoll it-theddida ta’ spezzjonijiet addizzjonali u multi li b’mod ċar ikunu akbar minn kwalunkwe profitt huma deterrenti importanti li jiskoraġġixxu lill-impjegaturi milli joperaw fl-ekonomija informali.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Matul dawn l-aħħar ftit snin kien hemm ukoll użu perċepibbli ta’ approċċ abilitanti li jinkoraġġixxi u jippromwovi x-xogħol iddikjarat. Bank ta' għarfien interattiv, bħal dak żviluppat mill-Eurofund, jista' jgħin lill-Istati Membri biex jidentifikaw approċċi ġodda f'dak ir-rigward.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8b) L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehimiet bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Pjattaforma għandha takkumpanja dawk l-azzjonijiet u tgħin fit-titjib tal-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali u multilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw il-kooperazzjoni amministrattiva.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8c) Il-Pjattaforma għandha tirrispetta bis-sħiħ u taġixxi b’konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari l-Artikoli 5, 15, 28 u 31 tagħha, u l-konvenzjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet rilevanti tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), partikolarment il-Konvenzjoni Nru 81 dwar l-Ispezzjoni tax-Xogħol fl-Industrija u l-Kummerċ, il-Konvenzjoni Nru 189 dwar xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, il-Konvenzjoni Nru 150 dwar l-Amministrazzjoni tax-Xogħol: ir-Rwol, il-Funzjonijiet u l-Organizzazzjoni u r-Rakkomandazzjoni Nru 198 dwar ir-relazzjoni tal-impjieg.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE għadha ’l bogħod milli tkun komprensiva, kemm f’termini tal-Istati Membri involuti kif ukoll tal-kwistjonijiet koperti. M’hemm l-ebda mekkaniżmu formali fis-seħħ għal kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat.

(9) Attwalment, il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni għadha ’l bogħod milli tkun komprensiva, kemm f’termini tal-Istati Membri involuti kif ukoll tal-kwistjonijiet koperti. M’hemm l-ebda mekkaniżmu formali fis-seħħ għal kooperazzjoni transkonfinali bejn l-awtoritajiet rilevanti tal-Istati Membri biex jindirizzaw kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat. Il-ħidma tal-Pjattaforma għandha tkun imsejsa fuq ix-xogħol magħmul minn korpi oħra u għandha tagħmel użu mis-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI), fejn xieraq. Barra minn hekk, għandha tqis id-differenzi fir-rigward tal-liġijiet nazzjonali dwar ix-xogħol mhux iddikjarat u tinkoraġġixxi, fejn meħtieġ, il-provvediment ta’ riżorsi adegwati għall-ispezzjonijiet tax-xogħol sabiex jitjieb l-infurzar transkonfinali.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv.

(10) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni attiva bbażata, fejn meħtieġ, fuq l-assistenza reċiproka, it-trasparenza u l-kunfidenzjalità fost l-Istati Membri fil-livell tal-Ujoni huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv, filwaqt li tiġi rispettata l-libertà li jiġu pprovduti servizzi, il-moviment liberu tal-ħaddiema u l-prinċipju ta’ nondiskriminazzjoni kif ukoll id-drittijiet tal-ħaddiema u l-acquis soċjali. L-għan ta’ din il-kooperazzjoni msaħħa għandu jkun li jiġi promoss ix-xogħol iddikjarat u sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat isir għażla inqas attraenti.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) L-ispettorati tax-xogħol nazzjonali u korpi rilevanti oħra, b’mod partikolari l-awtoritajiet tal-infurzar, ta’ sikwit ikunu jeħtieġu aċċess immedjat għal data u informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet nazzjonali barranin. L-iskambju ta’ data effiċjenti u rapidu huwa għalhekk essenzjali għat-trażżin tax-xogħol mhux iddikjarat, filwaqt li tiġi rikonoxxuta l-importanza tal-protezzjoni tad-data.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10b) Is-sistemi nazzjonali ta’ spezzjoni tax-xogħol għandhom ikunu organizzati b’mod effiċjenti u għandu jkollhom persunal kwalifikat suffiċjenti għad-dispożizzjoni tagħhom sabiex jiffunzjonaw b'mod effiċjenti u jwettqu kontrolli sistematiċi u frekwenti.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Pjattaforma għandha l-għan li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni, tipprovdi qafas fil-livell tal-UE biex tiġi żviluppata l-kompetenza u l-analiżi, u ttejjeb il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar nazzjonali tal-Istati Membri.

(11) Il-Pjattaforma għandha tikkontribwixxi għall-qerda tal-abbuż tal-prinċipju ta' moviment liberu permezz tax-xogħol mhux iddikjarat. Għal dak l-għan għandu jkollha l-għan li tiffaċilita u ttejjeb l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni, kif ukoll li tiżviluppa, fil-livell tal-Unjoni, il-fehim komuni, il-kompetenza esperta u l-analiżi, inkluż dwar relazzjonijiet ta' impjieg ġodda u emerġenti. Hija għandha wkoll issaħħaħ l-għarfien permezz tal-ħolqien ta’ bank ta’ għarfien, tistudja modi biex jitjieb l-iskambju tad-data, tissuġġerixxi sessjonijiet ta’ taħriġ konġunt u skambji bejn l-ispettorati tax-xogħol, trawwem mekkaniżmi ta’ kontroll effikaċi u tikkontribwixxi għat-titjib tal-koordinazzjoni operattiva bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar nazzjonali tal-Istati Membri. Barra minn hekk, il-Pjattaforma għandha tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-aħjar prattiki u l-informazzjoni.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Abbażi tal-informazzjoni miġbura fil-ħidma tagħha, il-Pjattaforma għandha tipproponi standards u tipprovdi pariri fejn meħtieġ għall-iżvilupp ta’ liġi relatati max-xogħol mhux iddikjarat u tiżviluppa l-kapaċitajiet tagħha bħala konsulent dwar l-azzjonijiet u l-istrumenti ta’ politika meħtieġa.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11b) L-identifikazzjoni, l-analiżi u s-soluzzjoni ta’ problemi prattiċi relatati mal-infurzar tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol prinċipalment jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-Istati Membri u s-sistemi nazzjonali ta' spezzjoni tax-xogħol tagħhom. Għalhekk, hija meħtieġa kooperazzjoni mill-qrib u effikaċi fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett deterrent jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta’ taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data. Kampanji Ewropej jew strateġiji komuni jistgħu jżidu l-ħolqien tal-kuxjenza tax-xogħol mhux iddikjarat.

(12) Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett deterrent jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta’ taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data. Kampanji Ewropej jew strateġiji komuni jistgħu jżidu l-ħolqien tal-kuxjenza tax-xogħol mhux iddikjarat, filwaqt li jibnu fuq il-politiki u l-istrateġiji biex tinħoloq sensibilizzazzjoni dwar ix-xogħol mhux iddikjarat li diġà jeżisti f’livelli differenti fl-Istati Membri. Il-Pjattaforma għandha tinvolvi wkoll atturi mhux governattivi bħala sorsi importanti ta’ informazzjoni. Il-Pjattaforma għandha tikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri inkluż billi tissuġġerixxi approċċi innovattivi ta' infurzar u kooperazzjoni transkonfinali, kif ukoll billi tevalwa l-esperjenzi ta’ tali kooperazzjoni sabiex jinsiltu l-konklużjonijiet għal azzjoni ta’ politika futura.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-Pjattaforma għandha tkun aktar minn sempliċement korp ta’ valutazzjoni u mmappjar. Għandha tikkontribwixxi b’mod attiv ukoll għall-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat billi tiżviluppa linji gwida prattiċi kontra n-netwerks u l-forom organizzati ta’ xogħol mhux iddikjarat u billi żżomm infurmati lill-awtoritajiet u l-atturi kkonċernati. Għal dan l-għan, il-Pjattaforma għandha tiddiskuti approċċi u tissuġġerixxi miżuri u strumenti, li jistgħu jikkontribwixxu għat-titjib tal-prevenzjoni, il-kontroll u l-penalizzazzjoni n-netwerks u l-forom organizzati ta’ xogħol mhux iddikjarat u tiffaċilita l-konformità mal-liġi relatata.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Hemm tliet awtoritajiet nazzjonali differenti ta' infurzar li prinċipalment huma involuti fix-xogħol mhux iddikjarat: spettorati tax-xogħol, spettorati tas-sigurtà soċjali u awtoritajiet tat-taxxa. F'xi każi, l-awtoritajiet tal-migrazzjoni u s-servizzi tal-impjieg kif ukoll l-awtoritajiet doganali, il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u l-imsieħba soċjali jistgħu wkoll ikunu involuti.

(13) Ta’ sikwit ikun hemm bosta atturi u korpi nazzjonali ta' infurzar differenti involuti fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, fosthom spettorati tax-xogħol, spettorati tas-sigurtà soċjali u istituzzjonijiet tas-sigurtà soċjali, spettorati tas-saħħa u s-sikurezza u awtoritajiet tat-taxxa. F'xi każi, l-awtoritajiet tal-migrazzjoni u s-servizzi tal-impjieg kif ukoll l-awtoritajiet doganali, il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u s-sħab soċjali jistgħu wkoll ikunu involuti.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri għandha tiġi implimentata taħlita politika, iffaċilitata permezz ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali kollha li qed imexxu u/jew li huma attivi fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat.

(14) Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri għandha tiġi implimentata taħlita politika mfassla individwalment, ibbażata fuq kooperazzjoni strutturata bejn il-korpi kollha rilevanti. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali kollha, rappreżentanti tas-sħab soċjali, u tista’, fejn ikun xieraq, tinkludi wkoll atturi oħra li qed imexxu u/jew li huma attivi fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat u l-protezzjoni tal-ħaddiema mhux iddikkjarati. L-appoġġ għall-kooperazzjoni bejn l-atturi mhux pubbliċi rilevanti huwa wkoll essenzjali f’dan il-kuntest.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Sabiex jiġu żgurati l-effettività u s-suċċess tal-Pjattaforma, ir-rwol tal-l-ispettorati tax-xogħol fl-Istati Membri għandu jissaħħaħ.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Biex tilħaq l-għanijiet tagħha, il-Pjattaforma għandha tkun appoġġjata minn 'Punt uniku ta’ kuntatt' f’kull Stat Membru li għandu jkollu l-awtorità meħtieġa biex jikkomunika mal-awtoritajiet nazzjonali li jittrattaw l-aspetti multidimensjonali tax-xogħol mhux iddikjarat.

(15) Biex tilħaq l-għanijiet tagħha, il-Pjattaforma għandha tkun appoġġjata minn rappreżentant anzjan minn kull Stat Membru li għandu jkollu l-awtorità meħtieġa biex jikkollabora mal-awtoritajiet nazzjonali, il-korpi reġjonali u tal-Unjoni, u atturi oħra, b’mod partikolari s-sħab soċjali, li jittrattaw l-aspetti multidimensjonali tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-ħidma tal-Pjattaforma għandha tibqa’ fil-livell tal-esperti.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15a) Ir-rappreżentanti anzjani għandhom jikkolaboraw mal-korpi tal-infurzar kollha involuti fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat fir-rigward tal-attivitajiet tal-Pjattaforma biex b’hekk ikunu involuti l-partijiet interessati kollha u jiġi ffaċilitat il-kontribut tagħhom għall-attivitajiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma tagħha jekk il-kwistjonijiet diskussi jkunu jinvolvu l-qasam ta’ kompetenza tagħhom.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Pjattaforma għandha tinvolvi l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, kemm trans-industrijali kif ukoll f’dawk is-setturi l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat, u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. L-involviment tal-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati li għandhom bħalissa

(16) Il-Pjattaforma għandha tinvolvi s-sħab soċjali fil-livell tal-UE, kemm transindustrijali kif ukoll f’dawk is-setturi li huma affettwati b'mod gravi mix-xogħol mhux iddikjarat jew li għandhom rwol partikolari fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-ILO, l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD), u aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Il-Eurofound għandu jkollha rwol ċentrali fil-ħolqien ta’ bank ta’ għarfien interattiv bl-għan li tissaħħaħ il-kooperazzjoni fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, kif ukoll fil-valutazzjoni tal-impatt tax-xogħol mhux iddikjarat fuq is-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema.

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Il-Kumitat ta' Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (SLIC) twaqqaf bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/319/KE1a sabiex jaħdem fuq problemi relatati mal-infurzar min-naħa tal-Istati Membri tad-dritt tal-Unjoni dwar is-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol. Il-Pjattaforma għandha tinvolvi wkoll osservatur SLIC sabiex jiġi evitat xogħol doppju u jinħolqu s-sinerġiji.

 

____________

 

1a Deċiżjoni tal-Kummissjoni 95/319/KE tat-12 ta' Lulju 1995 biex tistabbilixxi Kumitat ta' Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (ĠU L 188, 9.8.1995, p.11).

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-Pjattaforma tista' tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi u għandha tkun tista' tiddependi fuq il-kompetenza ta’ professjonisti b’kompetenzi speċifiċi.

(19) Il-Pjattaforma tista' tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi, bħalma huma politiki mmirati għall-ħaddiema fis-settur informali li huma żgħażagħ, anzjani jew nisa, u, b’mod partikolari n-nisa b’diżabilità u n-nisa immigranti, kif ukoll il-kawżi tax-xogħol mhux iddikjarat, u għandha tkun tista' tiddependi fuq il-kompetenza ta’ professjonisti b’kompetenzi speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Ix-xogħol li jsir fid-djar privati, inkluż is-servizzi fid-djar bħat-tindif jew il-kura tat-tfal jew tal-anzjani, spiss mhuwiex regolat u jsir min-nisa. Mill-bidu nett tal-Pjattaforma għandu jkun previst grupp ta' ħidma dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa fix-xogħol mhux iddikjarat u l-effetti fuq is-sigurtà soċjali tagħhom. Huwa importanti wkoll li l-Pjattaforma teżamina r-raġunijiet rikorrenti li għalihom il-ħaddiema jaqilbu biex jaħdmu f'impjiegi mhux iddikjarati u li l-Istati Membri jiddiskutu politiki biex jindirizzaw b’mod determinat dawn il-kawżi.

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-Pjattaforma għandha tikkoopera mal-gruppi ta’ esperti u l-kumitati rilevanti fil-livell tal-UE li xogħolhom għandu rabtiet max-xogħol mhux iddikjarat.

(20) Il-Pjattaforma għandha tikkoopera mill-qrib mal-gruppi ta’ esperti, il-kumitati u l-partijiet interessati rilevanti li l-attivitajiet tagħhom għandhom rabtiet mal-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Il-ħidma tal-Pjattaforma għandha tagħti kontribut għar-Rapport Konġunt dwar l-Impjiegi tal-Kummissjoni, rigward l-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-Pjattaforma u l-kompiti tagħha għandhom jiġu ffinanzjati mill-assi PROGRESS tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) skont l-approprjazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità baġitarja.

(21) Il-Pjattaforma u l-kompiti tagħha għandhom jiġu ffinanzjati mill-assi PROGRESS tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) skont l-approprjazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità baġitarja. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Pjattaforma tuża r-riżorsi finanzjarji tagħha għall-ħidma tagħha b’mod trasparenti u effiċjenti.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi amministrattivi meħtieġa biex in-netwerk jiġi stabbilit.

(22) Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi amministrattivi meħtieġa biex twaqqaf il-Pjattaforma.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Għalkemm il-Pjattaforma hija pass inizjali utli lejn kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, hija m’għandhiex titqies bħala l-uniku strument tal-Unjoni possibbli kontra dak il-fenomenu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja l-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti, sabiex tiddetermina jekk dawn hux qed jinkoraġġixxu direttament jew indirettament ix-xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Bil-preżenti qiegħda tiġi stabbilita ġjattaforma li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat, minn hawn ’il quddiem msejħa "il-Pjattaforma".

1. Bil-preżenti qiegħda tiġi stabbilita Pjattaforma Ewropea li ssaħħaħ il-kooperazzjoni fil-livell tal-Unjoni biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat, ("il-Pjattaforma").

 

Emenda  44

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar kif nominati mill-Istati Membri kollha,

(a) rappreżentant anzjan nominat minn kull Stat Membru, li jirrappreżenta l-korpi tal-infurzar nazzjonali, u/jew atturi oħrajn involuti fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, b'mandat biex jipparteċipa fl-attivitajiet kollha relatati mal-Pjattaforma f'isem l-Istat Membru;

Emenda  45

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba ġdid

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) massimu ta’ erba’ rappreżentanti tas-sħab soċjali transindustrijali organizzati fil-livell tal-Unjoni nnominati mis-sħab soċjali nfushom, li jirrappreżentaw b’mod ugwali ż-żewġ naħat tal-industrija.

Emenda  46

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Dawn li ġejjin jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi taħt il-kondizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tagħha:

3. Dawn li ġejjin għandhom ikunu involuti b’mod attiv fil-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi u l-kontribuzzjonijiet tagħhom għandhom jiġu kkunsidrati kif dovut, skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fir-regoli ta’ proċedura tagħha:

Emenda  47

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) rappreżentanti tal-imsieħba soċjali trans-industrijali fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll imsieħba soċjali fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat,

(a) massimu ta’ 14-il rappreżentant tas-sħab soċjali f'setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat innominati mis-sħab soċjali nfushom, li jirrappreżentaw b’mod ugwali ż-żewġ naħat tal-industrija;

Emenda  48

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 - paragrafu 3 - punti ba sa bd (ġodda)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) rappreżentant tal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (SLIC),

 

(bb) rappreżentant tal-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sistemi tas-Sigurtà Soċjali stabbilita bir-Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a,

 

(bc) rappreżentant tan-Netwerk tas-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi (PES)

 

(bc) rappreżentant tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE), u rappreżentant tal-Kumitat għar-Reġjuni (KtR),

 

(bd) rappreżentant tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD)

 

______________

 

1a ĠU L …

Emenda  49

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) rappreżentanti tal-Istati taż-ŻEE.

(d) rappreżentant minn kull pajjiż terz taż-ŻEE.

Emenda  50

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 1a

 

Definizzjonijiet

 

Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni, “l-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat” tfisser il-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat kif ukoll l-inkoraġġiment u l-promozzjoni tax-xogħol iddikjarat.

Emenda  51

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 2

Artikolu 2

Għanijiet

Għanijiet

 

L-objettiv prevalenti tal-Pjattaforma għandu jkun li tipprovdi valur miżjud fil-livell tal-Unjoni għall-isforzi tal-istituzzjonijiet tal-Istati Membri u tal-Unjoni, sabiex tiġi indirizzata b’suċċess il-problema kumplessa tax-xogħol mhux iddikjarat, u l-konsegwenzi u l-implikazzjonijiet multipli tiegħu inklużi l-inkoraġġiment u l-promozzjoni tax-xogħol iddikjarat.

Il-Pjattaforma, kif stipulat fl-Artikolu 1(1), għandha tikkontribwixxi għal infurzar aħjar tal-liġi nazzjonali u tal-UE, għat-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat u l-ħolqien ta’ impjiegi formali, u b’hekk jiġi evitat id-deterjorament tal-kwalità tax-xogħol, u biex tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali billi:

Il-Pjattaforma, kif stipulat fl-Artikolu 1(1), għandha, għal dak l-għan, tikkontribwixxi għal titjib u għal infurzar aħjar tal-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni, għat-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat u l-ħolqien ta’ impjiegi formali. Hija għandha għalhekk tikkontribwixxi sabiex l-Unjoni tilħaq il-miri tal-impjiegi tagħha, filwaqt li tipprovdi qafas aktar effikaċi tal-Unjoni għall-impjiegi u s-saħħa u s-sikurezza fuq il-post tax-xogħol, biex b’hekk jiġi evitat id-deterjorament tal-kwalità tax-xogħol, u biex tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali billi:

(a) ittejjeb il-kooperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri fil-livell tal-UE għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, inkluż xogħol indipendenti fittizju, b’mod aktar effiċjenti u effettiv,

(a) ittejjeb il-kooperazzjoni effikaċi u mill-qrib bejn il-korpi tal-infurzar rilevanti tal-Istati Membri u atturi oħrajn involuti fil-livell tal-Unjoni għall-prevenzjoni, l-iskoraġġiment u l-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat fil-forom kollha tiegħu, inkluż xogħol indipendenti fittizju, b’mod aktar effiċjenti u effettiv,

(b) titjib tal-kapaċità teknika tal-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri biex jittrattaw l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat,

(b) tassisti lill-korpi tal-infurzar differenti tal-Istati Membri biex jindirizzaw u jsolvu l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat u l-kompetizzjoni inġusta u d-distorsjonijiet fis-suq relatati b'mod effettiv,

(c) tkabbar il-kuxjenza pubblika dwar l-urġenza tal-azzjoni u tħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat.

(c) tkabbar il-kuxjenza pubblika dwar il-kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat u l-ħtieġa għal azzjoni xierqa u anki tħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom b'urġenza biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat,

Emenda  52

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Tikkoordina l-azzjonijiet operattivi transkonfinali

(c) Tħeġġeġ u tiffaċilita azzjonijiet operattivi transkonfinali prattiċi, effikaċi u effiċjenti;

Emenda  53

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Tikkontribwixxi għal fehim orizzontali ta’ kwistjonijiet relatati max-xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  54

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4

Artikolu 4

Kompiti

Kompiti

(1) Biex twettaq il-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha b’mod partikulari twettaq il-kompiti li ġejjin:

(1) Biex twettaq il-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha b’mod partikulari twettaq il-kompiti li ġejjin:

(a) Ittejjeb l-għarfien tax-xogħol mhux iddikjarat permezz ta’ kunċetti komuni, għodod ta’ kejl u l-promozzjoni ta’ analiżi komparattiva konġunta u indikaturi rilevanti relatati,

(a) Ittejjeb l-għarfien tal-forom kollha tax-xogħol mhux iddikjarat, anki fir-rigward tal-kawżi u d-differenzi reġjonali, permezz ta’ kunċetti komuni, inklużi definizzjonijiet komprensivi ta' forom eżistenti u ġodda ta' xogħol mhux iddikjarat, indikaturi u metodoloġiji għal ġbir ta' data, għodod ta’ kejl u l-promozzjoni ta’ analiżi komparattiva konġunta u riċerka;

 

(aa) Ittejjeb l-għarfien u l-fehim reċiproku ta’ prattiki u sistemi nazzjonali differenti ta’ spezzjoni tax-xogħol kontra x-xogħol mhux iddikjarat, il-konsegwenzi tax-xogħol mhux iddikjarat, inkluż xogħol mhux iddikjarat transkonfinali, fir-rigward tal-kompetizzjoni inġusta u d-distorsjonijiet tas-suq, kif ukoll kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji li jesperjenzaw il-persuni f’sitwazzjonijiet ta’ xogħol mhux iddikjarat;

(b) Tiżviluppa l-analiżi tal-effikaċja tal-miżuri politiċi differenti fit-trażżin tal-inċidenza tax-xogħol mhux iddikjarat, inklużi miżuri preventivi kif ukoll punittivi u kif ukoll miżuri ta' skoraġġiment b'mod ġenerali,,

(b) Tanalizza l-effikaċja u l-konsegwenzi tal-miżuri politiċi differenti, bħalma huma l-prevenzjoni u l-iskoraġġiment kif ukoll tippermetti miżuri li jinkoraġġixxu u jippromwovu xogħol iddikjarat, fit-trażżin tal-inċidenza tax-xogħol mhux iddikjarat;

(c) Tistabbilixxi għodda, per eżempju bank ta’ għarfien ta’ prattiki/miżuri differenti, inklużi ftehim bilaterali użat fl-Istati Membri għall-iskoraġġiment u l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat,

(c) Tistabbilixxi għodda effiċjenti, pereżempju bank ta’ għarfien interattiv ta’ prattiki/miżuri differenti bbażat fuq l-applikazzjoni f’mudelli tas-suq tax-xogħol differenti, inklużi ftehimiet bilaterali u multilaterali użati fl-Istati Membri għall-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat;

(d) Tadotta linji gwida għall-ispetturi, manwali ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat,

(d) Tiżviluppa linji gwida għall-infurzar, manwali ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat u tissorvelja l-progress magħmul dwar l-implimentazzjoni ta’ linji gwida;

(e) Tiżviluppa forom ta’ kooperazzjoni li jżidu l-kapaċità teknika biex jiġu trattati l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat billi jiġi adottat qafas komuni għal operazzjonijiet konġunti għall-ispezzjonijiet u l-iskambju ta’ persunal,

(e) Tiżviluppa kooperazzjoni mill-qrib sabiex ittejjeb il-kapaċità tas-sistemi nazzjonali ta’ spezzjoni tax-xogħol fir-rigward tal-kontrolli u biex jiġu indirizzati l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat permezz ta’ azzjonijiet, bħal operazzjonijiet konġunti, databases rilevanti u skambji tal-persunal,

 

(ea) Tfassal u tippubblika informazzjoni biex tiffaċilita l-attivitajiet tas-sistemi nazzjonali ta' spezzjoni tax-xogħol,

(f) Ittejjeb il-modi tal-qsim tad-dejta f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni, inkluż l-aħjar użu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) u tiġi eżaminata l-possibilità li jintuża Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI).

(f) Tiżviluppa sistema affidabbli u effiċjenti ta’ skambju rapidu tal-informazzjoni u ttejjeb il-qsim tad-data f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-data tal-Unjoni, inkluż l-esplorazzjoni tal-possibilità li tintuża s-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u l-Iskambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI),

 

(fa) Tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni ta’ oqsma relatati max-xogħol mhux iddikjarat meta d-dritt tal-Unjoni ma jilħaqx l-għanijiet intiżi tiegħu.

(g) Tiżviluppa kapaċità ta’ taħriġ permanenti għall-awtoritajiet tal-infurzar u tadotta qafas komuni għat-twettiq ta’ taħriġ konġunt,

(g) Tiżviluppa u ttejjeb il-kapaċità ta’ taħriġ permanenti għall-awtoritajiet tal-infurzar u tadotta qafas komuni għat-twettiq ta’ taħriġ konġunt sabiex tgħin lill-Istati Membri jissodisfaw l-obbligi tagħhom, fost l-oħrajn dawk taħt il-Konvenzjoni Nru 81 tal-ILO;

(h) Torganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jiġi segwit il-progress tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, inkluż appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-ġlieda kontra jew il-prevenzjoni ta’ xogħol mhux iddikjarat maħruġa mill-Kunsill.

(h) Torganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jiġi segwit il-progress tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, inkluż appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-ġlieda kontra jew il-prevenzjoni ta’ xogħol mhux iddikjarat maħruġa mill-Kunsill u tippromwovi azzjoni xierqa;

 

(ha) Tagħmel proposti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill biex fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi jiġu inklużi azzjonijiet xierqa kontra l-aspetti partikolari tal-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat kif ukoll l-effetti tan-nuqqas ta’ azzjoni fl-Istati Membri kkonċernati;

 

(hb) Tipprovdi opinjonijiet u proposti lill-Kummissjoni, lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill dwar kwistjonijiet relatati ma’ regolamentazzjoni aħjar u l-infurzar tad-dritt tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-ħarsien soċjali fl-Istati Membri b'rabta mal-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat kif ukoll mal-effetti tan-nuqqas ta’ azzjoni;

 

(hc) Tinkoraġġixxi kooperazzjoni attiva mal-awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi, fejn xieraq, sabiex jiġu solvuti l-problemi relatati max-xogħol mhux iddikjarat fejn ikunu involuti dawk il-pajjiżi terzi;

(i) Iżżid l-għarfien tal-problema billi twettaq attivitajiet komuni bħal Kampanji Ewropej u tadotta strateġiji reġjonali jew madwar l-UE, inklużi approċċi settorjali.

(i) Iżżid l-għarfien tal-problema billi twettaq attivitajiet komuni bħal Kampanji Ewropej u tadotta strateġiji reġjonali jew madwar l-Unjoni, inklużi approċċi settorjali;

 

(ia) Tinkoraġġixxi lill-awtoritajiet nazzjonali u korpi oħra biex jipprovdu pariri u informazzjoni lill-ħaddiema li sfaw vittmi ta’ prattiki ta’ xogħol mhux iddikjarat.

(2) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Pjattaforma se tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta’ informazzjoni, inklużi studji u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u tqis l-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-esperjenza ta’ ftehim bilaterali relevanti. Se tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-Eurofound u l-UE-OSHA.

(2) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta’ informazzjoni, inklużi studji u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u tqis l-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-esperjenza ta’ ftehim bilaterali relevanti.

 

(2a) Il-Pjattaforma għandha tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-Eurofound, b’mod partikolari rigward l-iżvilupp ta’ bank ta’ għarfien interattiv, bħala kompitu addizzjonali tal-aġenzija, kif ukoll mal-UE-OSHA.

 

_________________

 

1a Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1)

Emenda  55

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

Artikolu 5

Punt uniku ta’ kuntatt

Rappreżentanti anzjani

(1) Kull Stat Membru għandu jaħtar punt uniku ta’ kuntatt bħala membru tal-Pjattaforma. Jistgħu jaħtru wkoll membru wieħed bħala sostitut.

(1) Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant anzjan kif imsemmi fl-Artikolu 1(2)(a) bħala membru tal-Pjattaforma. Jista' jaħtar ukoll sostitut biex jattendi l-laqgħat tal-Pjattaforma meta jkun neċessarju.

(2) Meta jaħtru r-rappreżentanti tagħhom, l-Istati Membri għandhom jinvolvu l-awtoritajiet pubbliċi kollha li għandhom rwol fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, bħall-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, l-awtoritajiet fiskali, is-servizzi tal-impjieg u l-awtoritajiet tal-migrazzjoni, minn hawn ’il quddiem msejħa l-"awtoritajiet tal-infurzar". Jistgħu wkoll, skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, jinvolvu l-imsieħba soċjali.

(2) Meta jaħtru rappreżentant anzjan u sostitut, l-Istati Membri għandhom jinvolvu lill-korpi rilevanti kollha li għandhom rwol fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat f'kuntest domestiku jew transkonfinali, bħall-ispettorati tax-xogħol, l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali, l-awtoritajiet fiskali, is-servizzi tal-impjieg u l-awtoritajiet tal-migrazzjoni, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“awtoritajiet tal-infurzar”. Huma għandhom ukoll, skont il-liġi u/jew il-prattika nazzjonali, jinvolvu s-sħab soċjali u lil atturi rilevanti oħra.

(3) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-lista u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kollha tal-infurzar involuti fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat.

(3) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-lista u d-dettalji ta’ kuntatt tal-korpi kollha tal-infurzar u b’konformità mal-prattika jew il-liġi nazzjonali, tas-sħab soċjali u atturi rilevanti oħra involuti fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat.

(4) Il-punti uniċi ta’ kuntatt għandhom jikkollaboraw mal-awtoritajiet kollha tal-infurzar involuti fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma u jiggarantixxu l-parteċipazzjoni tagħhom fil-laqgħat u/jew il-kontribuzzjoni għall-attivitajiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma tagħha jekk il-kwistjonijiet diskussi jinvolvu l-qasam ta’ kompetenza tagħhom.

(4) Ir-rappreżentanti anzjani msemmija fl-Artikolu 1(2)(a) għandhom jikkollaboraw regolarment mal-korpi tal-infurzar nazzjonali kollha u b’konformità mal-prattika jew il-liġi nazzjonali, mas-sħab soċjali u atturi oħrajn involuti fl-indirizzar tax-xogħol mhux iddikjarat, biex b'hekk jiġu involuti l-partijiet interessati kollha.

Emenda  56

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 6

imħassar

Rappreżentanti tal-imsieħba soċjali

 

(1) Ir-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali, kif ukoll mis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat, jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi, skont il-proċeduri stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tagħhom.

 

(2) Abbażi tal-proposti mill-imsieħba soċjali trans-industrijali u settorjali fil-livell tal-Unjoni, dan il-grupp ta’ osservaturi għandu jkun magħmul minn:

 

(a) Massimu ta’ 8 osservaturi li jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema),

 

(b) Massimu ta’ 10 osservaturi li jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema).

 

Emenda  57

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 7

Artikolu 7

Operat

Operat

(1) Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma tal-Pjattaforma u tippresjedi l-laqgħat tagħha.

(1) Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma tal-Pjattaforma u r-rappreżentant tal-Kummissjoni għall-Pjattaforma għandu jikkopresiedi l-laqgħat tagħha. Il-membri tal-Pjattaforma għandhom jeleġġu minn fosthom stess kopresident ieħor bi drittijiet ugwali kif ukoll żewġ sostituti. Il-kopresidenti u s-sostituti jiffurmaw il-bureau tal-Pjattaforma (“il-Bureau”).

 

(1a) Il-Pjattaforma għandha tiltaqa' mill-inqas darbtejn fis-sena.

(2) Għall-eżekuzzjoni tal-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha taddotta d-deċiżjonijiet b'maġġoranza:

(2) Għall-eżekuzzjoni tal-missjoni tagħha, il-Pjattaforma għandha taddotta d-deċiżjonijiet b'maġġoranza:

(a) ir-regoli ta’ proċedura, li jkun fihom, inter alia, l-arranġamenti deċiżjonali tal-Pjattaforma,

(a) ir-regoli ta’ proċedura, li jkun fihom, inter alia, l-arranġamenti deċiżjonali tal-Pjattaforma;

(b) programm ta’ ħidma ta’ sentejn tal-Pjattaforma li jistabbilixxi, inter alia, il-kompiti dettaljati tagħha u rapporti regolari tal-Pjattaforma kull sentejn,

(b) programm ta’ ħidma annwali u ieħor pluriennali tal-Pjattaforma li jistabbilixxu, inter alia, il-kompiti dettaljati tal-Pjattaforma u li jqisu l-attivitajiet imwettqa fis-sena/snin preċedenti;

(c) l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti meta l-mandat tagħhom jintemm.

(c) l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma, li għandhom ikunu ppreseduti minn membru tal-Pjattaforma u għandhom jiġu xolti meta l-mandat tagħhom jintemm;

 

(ca) rapport annwali dwar l-attivitajiet tagħha.

(3) Esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun qed jiġi diskuss jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.

(3) Esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun qed jiġi diskuss jistgħu jiġu mistiedna mill-Bureau fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma jekk dan ikun meqjus utli jew meħtieġ.

(4) Il-Pjattaforma għandha tkun assistita minn Segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni. Is-Segretarjat għandu jħejji l-laqgħat, il-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma u r-rapporti tagħha.

(4) Il-Pjattaforma għandha tkun assistita minn Segretarjat ipprovdut mill-Kummissjoni. Is-Segretarjat għandu jħejji l-laqgħat, l-abbozz tal-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma u l-abbozz tar-rapporti tagħha b'kooperazzjoni mill-qrib mal-bord tal-Pjattaforma u taħt is-superviżjoni tiegħu. Għandu wkoll jagħmel segwitu għar-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma.

 

(4a) Il-ħidma tal-Pjattaforma għandha titwettaq b’konformità mal-prinċipju ta’ trasparenza kif stabbiliti fl-Artikolu 15 TFUE.

(5) Il-Kummissjoni għandha tinforma regolarment lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-attivitajiet tal-Pjattaforma.

(5) Il-Pjattaforma għandha tittrasmetti l-programmi ta’ ħidma msemmija fil-paragrafu 2(b) u r-rapporti msemmija fil-paragrafu 2(ca) lill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni għandha tippreżenta l-programmi ta' ħidma u r-rapporti lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni.

Emenda  58

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8

Artikolu 8

Kooperazzjoni

Kooperazzjoni

Il-Pjattaforma għandha taħdem, kif xieraq, f’kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ esperti u kumitati rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni, li xogħolhom ikollu rabta max-xogħol mhux iddikjarat, b’mod partikolari l-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol (SLIC), il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO), il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) u l-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fit-Tassazzjoni. Jistgħu anki jiġu organizzati laqgħat konġunti.

1. Il-Pjattaforma għandha taħdem, kif xieraq, f’kooperazzjoni ma’ gruppi ta’ esperti u kumitati rilevanti oħra fil-livell tal-Unjoni, li xogħolhom ikollu rabta max-xogħol mhux iddikjarat, b’mod partikolari l-Kumitat tal-Ispetturi Għolja tax-Xogħol (SLIC), il-Kumitat ta’ Esperti dwar l-Istazzjonar tal-Ħaddiema, il-Kummissjoni Amministrattiva għall-Koordinazzjoni tas-Sigurtà Soċjali, il-Pjattaforma tal-UE H5NCP, il-Kumitat tal-Impjiegi (EMCO), il-Kumitat tal-Protezzjoni Soċjali (SPC) u l-Kumitat dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva fit-Tassazzjoni. Fl-interess ta’ xogħol iktar effiċjenti u impatt imsaħħaħ, jistgħu jiġu organizzati laqgħat konġunti. Il-minuti ta’ dawn il-laqgħat għandhom jiġu ppreżentati lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fi żmien raġonevoli.

 

1a. Għandha tiġi evitata d-duplikazzjoni ta' xogħol imwettaq minn korpi oħra fil-livell tal-Unjoni. Għal dak l-għan, it-trasparenza u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni huma ta' importanza essenzjali.

Emenda  59

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li l-approprjazzjonijiet annwali tiegħu għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju.

Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li l-approprjazzjonijiet annwali tiegħu għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżorsi finanzjarji tal-EaSI jintużaw b’mod trasparenti u effiċjenti.

Emenda  60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ tagħha, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta sa liema punt il-Pjattaforma kkontribwixxiet għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 u ssodisfat il-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 3 u fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma.

Sa …* [Erba’ snin wara d-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni] il-Kummissjoni għandha, wara li tikkonsulta l-Pjattaforma, tippreżenta rapport dwar l-applikazzjoni u l-valur miżjud ta’ din id-Deċiżjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni. Ir-rapport għandu b’mod partikolari jivvaluta sa liema punt il-Pjattaforma kkontribwixxiet għall-kisba tal-għanijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, wettqet il-missjoni tagħha kif stabbilit fl-Artikolu 3, wettqet il-kompiti kif stabbilit fl-Artikolu 4 u indirizzat il-prijoritajiet kif stabbiliti fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma. Għandha tidentifika wkoll in-nuqqasijiet u jekk xieraq tippreżenta proposti dwar il-funzjonament tal-Pjattaforma.

Emenda  60

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Salvagwardja ta’ drittijiet

 

Il-persuni li jiġbdu l-attenzjoni tal-Pjattaforma lejn każijiet ta’ xogħol mhux iddikjarat, direttament jew inkella permezz tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar, għandhom jiġu protetti kontra kwalunkwe trattament mhux favorevoli minn min iħaddimhom.

(1)

             ĠU C 458, 19.12.2014, p. 43.

(2)

              ĠU C 415, 20.11.2014, p. 37 .


NOTA SPJEGATTIVA

Fil-bidu nett tal-mandat tiegħu, it-tmien Parlament Ewropew qed jintalab jindirizza waħda mill-problemi l-iktar inkwjetanti u komplessi, dik tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-komplessità tal-isfida tinbet min-natura tagħha stess, jiġifieri l-fatt li huma involuti attivitajiet imħallsa li min-natura tagħhom stess ikunu leġittimi, iżda minkejja dan jibqgħu mhux iddikjarati mal-awtoritajiet pubbliċi xierqa, jew, fil-każ ta' xogħol indipendenti fittizju, jispiċċaw iddikjarati b’mod falz.

Sabiex tiġi indirizzata b'suċċess il-problema multipla tax-xogħol mhux iddikjarat, l-ewwel pass għalhekk għandu jkun li tiġi kkunsidrata n-natura vera tiegħu b'mod oġġettiv. Fil-fatt tali kunsiderazzjoni tiżvela li fir-realtà huwa l-evitar tar-reġistrazzjoni xierqa li jikkostitwixxi l-kawża diretta tal-firxa wiesgħa tal-konsegwenzi u l-implikazzjonijiet estremament negattivi assoċjati magħha.

Fil-proposta tagħha għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' Pjattaforma Ewropea, il-Kummissjoni tat preċedenza lill-approċċ ta' infurzar immirat lejn il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. Din tipprevedi kooperazzjoni msaħħa fil-"ġlieda" kontra l-ksur tal-liġi tax-xogħol, l-evitar tat-taxxa u l-ksur tar-rekwiżiti tas-sigurtà soċjali - li mingħajr ebda dubju huma ta' tħassib serju fihom infushom.

Madankollu, qisu kulħadd qed jintebaħ li l-infurzar għandu jkun akkumpanjat b'miżuri u politiki abilitanti u proattivi mmirati lejn ir-regolarizzazzjoni tal-impjiegi li għadhom mhux iddikjarati, bħalma pereżempju l-ħelsien mit-taxxa fuq id-dħul, it-tnaqqis tat-taxxa u l-iskemi ta' sussidju. Il-prattiki, li ma jidhirx li qed jonqsu, ta' xogħol mhux iddikjarat madwar l-Istati Membri juru li hemm domanda kif ukoll provvista għax-xogħlijiet involuti, u għalhekk jeħtieġ li dawn ma jinħonqux, iżda minflok jiġu integrati fil-firxa formali ta' regoli u regolamenti tal-ekonomija tas-suq soċjali.

Għalhekk, l-iskop u l-objettiv determinanti tal-Pjattaforma Ewropea l-ġdida għandhom ikunu li tipprovdi valur miżjud ċar fil-livell tal-Unjoni għall-isforzi mhux biss favur il-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, iżda u forsi saħansitra iktar importanti, favur l-isforzi biex jiġu rregolarizzati x-xogħlijiet involuti. Il-ħtieġa ta' politiki proattivi u bi skop tinbet min-neċessità li tingħata spinta lill-produzzjoni, bi tpattija għat-tkabbir baxx u d-deflazzjoni persistenti.

Tali politiki jsiru iżjed neċessarji fid-dawl tar-riżultati reċenti minn riċerka tal-Eurofund li jindikaw relazzjoni b'saħħitha bejn id-daqs u t-tkabbir tal-ekonomija mhux iddikjarata fuq naħa waħda, u politiki ta' awsterità ta' tnaqqis baġitarju drastiku, b'żieda fid-deregolamentazzjoni u rwol minimizzat tal-istat, fuq in-naħa l-oħra. L-istess riċerka tindika li l-approċċ alternattiv fejn tingħata spinta lin-nefqa statali fis-suq tax-xogħol u fid-dispożizzjonijiet tal-welfare huwa relatat bil-qawwa ma' ekonomiji mhux iddikjarati iżgħar b'mod sinifikanti.

Għandu jiġi rikonoxxut li l-Pjattaforma għandha tkun post fejn tinġabar u tiġi kondiviża informazzjoni affidabbli dwar l-aħjar prattiki u l-problemi persistenti u għall-kooperazzjoni biex jitħejjew u jiġu implementati miżuri abilitanti u ta' infurzar effikaċi.

Ma nistgħux inkarkru saqajna fir-rigward tal-urġenza tal-azzjoni li trid tittieħed, fid-dawl tal-konsegwenzi multipli u negattivi ferm tax-xogħol mhux iddikjarat - l-isfruttament qawwi u l-kondizzjonijiet prekarji tax-xogħol u tal-għajxien għal miljuni ta' ħaddiema madwar l-Unjoni, kompetizzjoni inġusta ħafna ta' tħarbit għas-suq uniku, kif ukoll telf gravi għall-baġits u s-sistemi tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri. U għandu jkun ċar ukoll li permezz ta' sforz komuni tal-Istati Membri u s-sħab soċjali, flimkien ma' partijiet ikkonċernati oħrajn, inkluż fil-livell reġjonali, f'interazzjoni mal-istituzzjonijiet u l-kapaċitajiet tal-UE, tista' tingħeleb b'suċċess din il-firxa sħiħa ta' nuqqasijiet u sfidi mill-aktar gravi.

Tali fehim tan-natura vera tal-problema tax-xogħol mhux iddikjarat u tal-funzjonijiet proposti tal-Pjattaforma għandu jagħmilha possibbli li jintlaħaq ftehim dwar il-firxa ta' kwistjonijiet relatati mas-sħubija, il-parteċipazzjoni, il-proċeduri u t-teħid ta' deċiżjonijiet. Dan għandu jservi wkoll ta' bażi biex jiġi stabbilit programm ta' ħidma li jirreaġixxi bis-sħiħ għall-ħtieġa dejjem iktar qawwija ta' azzjoni bi skop, sabiex titreġġa' lura t-tendenza attwali ta' żieda fl-attivitajiet mhux iddikjarati u jkun hemm żieda fix-xogħlijiet regolarizzati li jipprovdu għajxien deċenti u s-servizzi meħtieġa lill-konsumaturi, filwaqt li ssir kontribuzzjoni għal kompetizzjoni tas-suq ġusta u stabilizzazzjoni fiskali sostenibbli.


OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (23.1.2015)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

(COM(2014)0221 – C7‑0144/2014 – 2014/0124(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Dennis de Jong

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fir-Riżoluzzjoni tiegħu ta' Jannar 2014 dwar "spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi", il-Parlament Ewopew talab li tissaħħaħ il-kooperazzjoni u li jiġu rinfurzati l-ispezzjonijiet tax-xogħol biex jiġġieldu x-xogħol mhux iddikjarat.

Fil-proposta tagħha ta' April 2014, il-Kummissjoni tipproponi li tiġi stabbilita Pjattaforma Ewropea. Din il-Pjattaforma għandha ttejjeb il-kooperazzjoni fil-livell tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. Hija tista' tgħaqqad flimkien diversi korpi nazzjonali ta' infurzar involuti fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, fenomenu li jikkawża dannu serju lill-kundizzjonijiet tax-xogħol, lill-kompetizzjoni ġusta u l-baġits pubbliċi.

Ir-Rapporteur jilqa' t-twaqqif ta' din il-Pjattaforma, għalkemm din il-miżura waħedha mhux se tkun biżżejjed biex tagħti segwitu għad-diversi proposti, inklużi l-proposti leġiżlattivi, li jinsabu fir-Riżoluzzjoni msemmija hawn fuq. Huwa jipproponi emendi biex il-Pjattaforma ssir aktar effettiva fil-kompiti u l-objettivi tagħha.

B'mod partikolari, huwa jqis essenzjali li x-xogħol iddikjarat b'mod falz jiġi inkluż fl-ambitu tad-Deċiżjoni. Il-preżentazzjoni ta' dejta falza rigward il-ħinijiet tax-xogħol jew il-paga hija forma ta' xogħol iddikjarat b'mod falz li ma tistax titħalla barra mill-mandat tal-Pjattaforma.

Ir-Rapporteur jinsab ukoll konvint li l-Pjattaforma tista' tkun ta' siwi biex tiffaċilita l-investigazzjonijiet konġunti tal-Istati Membri. Il-valur prattiku tagħha se jiddependi fil-parti l-kbira mir-riżultati miksuba minn din il-forma ta' kooperazzjoni operattiva. Min-naħa l-oħra, l-effetti ta' kampanji Ewropej għall-ħolqien ta' kuxjenza huma dibattibbli: tali kampanji għandhom it-tendenza li jkunu aktar effettivi fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari, jekk sħab soċjali nazzjonali jkunu qed jikkontribwixxu b'mod attiv għal tali kampanji. Għal din ir-raġuni, ir-Rapporteur jiffavorixxi l-involviment mill-qrib tas-sħab soċjali fl-attivitajiet tal-Pjattaforma, kif ukoll tal-punti ta' kuntatt uniċi nazzjonali.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur jikkunsidra li huwa importanti ħafna li l-Parlament Ewropew jiġi involut fil-proċess u jitlob li rappreżentant indipendenti maħtur minn din l-Istituzzjoni jkun parti mill-Pjattaforma, flimkien mal-awtoritajiet nazzjonali u l-Kummissjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jitlob lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat risponsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Title

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat u ddikjarat b'mod falz

Ġustifikazzjoni

Emenda orizzontali għat-test kollu. L-inklużjoni mhux biss ta' xogħol indipendenti fittizju iżda wkoll ta' forom oħra ta' xogħol iddikjarat b'mod falz, bħall-preżentazzjoni ta' dejta falza relatata mas-sigħat tax-xogħol jew paga, hija essenzjali sabiex il-Pjattaforma tkun tista' taħdem b'mod effettiv.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Il-Parlament Ewropew fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar "Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa" laqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinħoloq Pjattaforma Ewropea u talab għall-kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat27.

(4) Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa, laqa’ l-inizjattiva tal-Kummissjoni li tinħoloq Pjattaforma Ewropea u talab għall-kooperazzjoni msaħħa fil-livell tal-UE fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat27 minħabba li jwassal għal kompetizzjoni inġusta li tgħawweġ is-suq.

__________________

__________________

27 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (2013/2112/INI) http://www.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2013/2112(INI)

 

27 Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-14 ta’ Jannar 2014 dwar spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa (2013/2112/INI) http://www.europarl.europa.eu/oeil/popups/ficheprocedure.do?lang=en&reference=2013/2112(INI)

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Fil-livell Ewropew ix-xogħol mhux iddikjarat huwa definit bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja ta’ l-Istati Membri"7, u b’hekk jeskludi l-attivitajiet illegali kollha.

(5) Ix-xogħol mhux iddikjarat ġie ddefinit fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-24 ta' Ottubru 2007 intitolata "L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat", bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja tal-Istati Membri"7, u b’hekk jeskludi l-attivitajiet illegali kollha.

__________________

__________________

7 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat" COM (2007)628 tal-24 ta’ Ottubru 2007 http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML

7 Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni "L-intensifikazzjoni tal-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat" COM (2007)628 tal-24 ta’ Ottubru 2007 http://eur-lex.europa.eu/LexUriServ/LexUriServ.do?uri=CELEX:52007DC0628:MT:HTML

Ġustifikazzjoni

Ir-referenza għal komunikazzjoni tal-Kummissjoni hija aktar ċara u aktar iffukata minn referenza għal ‘fil-livell Ewropew’. It-test jaqbel mal-abbozz ta' approċċ ġenerali tal-Kunsill.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) L-abbuż tal-istatus ta’ impjieg indipendenti, kemm fil-livell nazzjonali jew f’sitwazzjonijiet transkonfinali, ta’ spiss huwa assoċjat ma’ xogħol mhux iddikjarat. Xogħol indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tiġi ddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet karatteristiċi ta’ relazzjoni ta’ impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Għalhekk, ix-xogħol indipendenti fittizju huwa xogħol iddikjarat b’mod falz u għandu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjattaforma.

(6) Barra mix-xogħol mhux iddikjarat, il-Pjattaforma għandha tindirizza x-xogħol iddikjarat b'mod falz. Dan il-kunċett jirreferi għal attivitajiet bi ħlas li fin-natura tagħhom huma leġittimi, iżda li mhumiex iddikjarati b'mod korrett lill-awtoritajiet pubbliċi. Forma speċifika ta' xogħol iddikjarat b'mod falz hija l-abbuż tal-istatus ta' impjieg indipendenti, fil-livell nazzjonali jew f'sitwazzjonijiet transkonfinali. Xogħol indipendenti fittizju jseħħ meta persuna tiġi ddikjarata bħala impjegata għal rasha filwaqt li tissodisfa l-kundizzjonijiet karatteristiċi ta’ relazzjoni ta’ impjieg, sabiex jiġu evitati ċerti obbligi legali jew fiskali. Għalhekk, ix-xogħol indipendenti fittizju huwa xogħol iddikjarat b’mod falz u għandu jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Pjattaforma.

Ġustifikazzjoni

Kif osserva l-KESE, jekk ma jkunx hemm spjegazzjoni ulterjuri, ix-xogħol indipendenti fittizju u xogħol mhux iddikjarat jistgħu jidhru li huma żewġ suġġetti differenti. Madankollu, ix-xogħol indipendenti fittizju ġeneralment jitqies li huwa xogħol iddikjarat b'mod falz; għalhekk, fil-verità hemm relazzjoni mill-qrib max-xogħol mhux iddikjarat. Jista' jkun hemm forom oħra ta' xogħol mhux iddikjarat, pereżempju, permezz tal-preżentazzjoni ta' dejta falza relatata mas-sigħat tax-xogħol jew mal-paga. Sabiex jitneħħa kwalunkwe nuqqas ta' ftehim dwar l-iskop tad-deċiżjoni, jeħtieġ li jiġi ċċarat li kwalunkwe forma ta' xogħol mhux iddikjarat tinsab fl-ambitu tal-Pjattaforma.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet serji għall-ħaddiema kkonċernati, li jsibu ruħhom f’sitwazzjoni fejn ikollhom jaċċettaw kundizzjonijiet tax-xogħol prekarji, pagi ħafna iktar baxxi u ħafna inqas protezzjoni mil-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni soċjali u x-xogħol, u għaldaqstant dawk il-ħaddiema jispiċċaw imċaħħda minn benefiċċji soċjali adegwati, drittijiet tal-pensjoni u aċċess għall-kura tas-saħħa, kif ukoll minn opportinitajiet ta’ tagħlim tul il-ħajja u żvilupp tal-ħiliet.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul fiskali u tas-sigurtà soċjali. Għandu impatti negattivi fuq l-impjiegi, il-produttività, il-konformità mal-istandards dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja. Idgħajjef is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, iċaħħad lill-ħaddiema minn benefiċċji soċjali adegwati u jwassal għal drittijiet aktar baxxi tal-pensjoni u anqas aċċess għall-kura tas-saħħa.

(7) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu implikazzjonijiet baġitarji serji minħabba tnaqqis fid-dħul fiskali u tas-sigurtà soċjali. Huwa għandu impatti negattivi fuq l-impjiegi, il-produttività, il-konformità mal-istandards dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-iżvilupp tal-ħiliet u t-tagħlim tul il-ħajja. Huwa jdgħajjef is-sostenibbiltà finanzjarja tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali, iċaħħad lill-ħaddiema minn benefiċċji soċjali adegwati u jwassal għal drittijiet aktar baxxi tal-pensjoni u anqas aċċess għall-kura tas-saħħa. Huwa għandu effetti negattivi fuq il-funzjonament tas-suq intern u dan iwassal għal kompetizzjoni inġusta li tgħawweġ is-suq, Ix-xogħol mhux dikjarat għandu jiġi indirizzat fil-livell tal-Istati Membri, fost l-oħrajn permezz ta' politiki effettivi ta' infurzar fiskali u soċjali.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jittrattaw ix-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehim bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw il-kooperazzjoni amministrattiva.

(8) Ix-xogħol mhux iddikjarat għandu effetti negattivi wkoll fuq il-funzjonament tas-suq intern. Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jittrattaw ix-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehim bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw il-kooperazzjoni amministrattiva. Ir-responsabbiltà ewlenija biex jiġi indirizzat ix-xogħol mhux iddikjarat għandha tibqa’ tal-Istati Membri.

 

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv.

(10) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni attiva bbażata fuq l-assistenza reċiproka, it-trasparenza u l-kunfidenzjalità fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv. L-għan tal-kooperazzjoni msaħħa huwa li jitħeġġeġ ix-xogħol iddikjarat billi dan isir anqas burokratiku u anqas amministrattiv, u b'hekk jiġi żgurat li x-xogħol mhux dikjarat ikun l-alternattiva l-anqas attraenti.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(10a) Il-korpi tal-infurzar u l-ispettorati tax-xogħol nazzjonali ta’ sikwit ikunu jeħtieġu aċċess immedjat għal dejta u informazzjoni miżmuma minn awtoritajiet nazzjonali barranin. Għaldaqstant l-iskambju effiċjenti u rapidu tad-dejta huwa essenzjali biex ix-xogħol mhux iddikjarat jitnaqqas kemm jista' jkun.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11) Il-Pjattaforma għandha l-għan li tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattiki u ta’ informazzjoni, tipprovdi qafas fil-livell tal-UE biex tiġi żviluppata l-kompetenza u l-analiżi, u ttejjeb il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet bejn l-awtoritajiet differenti tal-infurzar nazzjonali tal-Istati Membri.

(11) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni attiva bbażata fuq l-assistenza reċiproka, it-trasparenza u l-kunfidenzjalità fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv. Barra minn hekk, il-Pjattaforma għandha l-għan li tikkondividi l-aħjar prattiki ta’ regolamentazzjoni ċara u sempliċi bejn l-Istati Membri bil-ħsieb li jitnaqqas ir-riskju ta’ żbalji mhux intenzjonati speċjalment fost persuni li jaħdmu għal rashom u SMEs.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 11a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) L-identifikazzjoni, l-analiżi u s-soluzzjoni ta' problemi prattiċi relatati mal-infurzar tal-liġi tal-Unjoni dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-protezzjoni soċjali fuq il-post tax-xogħol prinċipalment jaqgħu fil-kompetenza tas-sistemi nazzjonali ta' spezzjonijiet tax-xogħol, u minħabba f'hekk jirrikjedu kooperazzjoni mill-qrib u effikaċi fil-livell tal-Unjoni.

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett deterrent jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista’ tieħu l-forma ta’ taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-dejta. Kampanji Ewropej jew strateġiji komuni jistgħu jżidu l-ħolqien tal-kuxjenza tax-xogħol mhux iddikjarat.

(12) Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri, proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u rapporti ta’ implimentazzjoni tal-liġi Ewropea f’dan il-qasam, u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett ta' deterrent jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta' taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet għal kondiviżjoni tad-dejta b'konformità mar-regoli ta' protezzjoni tad-dejta, bl-użu, kull meta jkun rilevanti, tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern u l-Iskambju Elettroniku ta' Informazzjoni tas-Sigurtà Soċjali (EESSI). Il-Pjattaforma tista’ tippromwovi wkoll investigazzjonijiet konġunti mill-Istati Membri, b’mod partikolari f’każijiet transkonfinali. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jikkonformaw mar-rakkomandazzjonijiet tal-Pjattaforma fuq bażi volontarja.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Il-Pjattaforma għandha timmoniterja mill-qrib l-implimentazzjoni tar-regoli l-ġodda tal-Unjoni li jistgħu jappoġġjaw il-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, inkluża d-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a dwar l-akkwist pubbliku u, b’mod partikolari, id-dispożizzjonijiet tagħha dwar is-sottokuntrattar u l-offerti li huma baxxi aktar min-normal.

 

__________________

 

1a Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13) Hemm tliet awtoritajiet nazzjonali differenti ta' infurzar li prinċipalment huma involuti fix-xogħol mhux iddikjarat: spettorati tax-xogħol, spettorati tas-sigurtà soċjali u awtoritajiet tat-taxxa. F’xi każi, l-awtoritajiet tal-migrazzjoni u s-servizzi tal-impjieg kif ukoll l-awtoritajiet doganali, il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u s-sħab soċjali jistgħu wkoll ikunu involuti.

(13) Ta’ sikwit ikun hemm bosta awtoritajiet nazzjonali differenti ta' infurzar li prinċipalment ikunu involuti fit-trażżin tax-xogħol mhux iddikjarat: fosthom l-ispettorati tax-xogħol, l-ispettorati tas-sigurtà soċjali, l-ispettorati tas-saħħa u s-sigurtà u l-awtoritajiet tat-taxxa. F’xi każi, l-awtoritajiet tal-migrazzjoni u s-servizzi tal-impjieg kif ukoll l-awtoritajiet doganali, il-pulizija, l-uffiċċju tal-prosekutur pubbliku u s-sħab soċjali jistgħu wkoll ikunu involuti.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri għandha tiġi implimentata taħlita politika, iffaċilitata permezz ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali kollha li qed imexxu u/jew li huma attivi fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat.

(14) Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri għandha tiġi implimentata taħlita politika, iffaċilitata permezz ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-Pjattaforma għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali kollha u partijiet interessati oħrajn li qed imexxu u/jew li huma attivi fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri għandu jibqa' jkollhom il-kompetenza li jiddeċiedu liema awtoritajiet jirrappreżentawhom fl-attivitajiet differenti tal-Pjattaforma.

Ġustifikazzjoni

Din il-proposta toriġina minn abbozz ta' approċċ ġenerali tal-Kunsill u għandha l-għan li tiċċara li jkun f'idejn l-Istati Membri li jiddeċiedu liema awtoritajiet nazzjonali jipparteċipaw f'isimhom fl-attivitajiet tal-Pjattaforma.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Pjattaforma għandha tinvolvi l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, kemm trans-industrijali kif ukoll f’dawk is-setturi l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat, u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. L-involviment tal-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati li għandhom bħalissa.

(16) Il-Pjattaforma għandha tinvolvi l-Parlament Ewropew, l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, kemm transindustrijali kif ukoll f’dawk is-setturi l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat, u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. L-involviment tal-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati li għandhom bħalissa. Ir-rappreżentant mill-Parlament Ewropew għandu jkollu status ta’ osservatur fil-Pjattaforma.

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-emenda dwar l-Artikolu 1(2)(ba) ġdid.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(17a) Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali tal-attività dwar il-ħidma tal-Pjattaforma.

Ġustifikazzjoni

Konformi mal-emenda dwar l-Artikolu 7(5a) ġdid.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Il-Pjattaforma u l-kompiti tagħha għandhom jiġu ffinanzjati mill-assi PROGRESS tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) skont l-approprjazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità baġitarja.

(21) Il-Pjattaforma u l-kompiti tagħha għandhom jiġu ffinanzjati mill-assi PROGRESS tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) skont l-approprjazzjonijiet stabbiliti mill-awtorità baġitarja. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżorsi finanzjarji jintużaw b’mod trasparenti u effiċjenti għall-ħidma tal-Pjattaforma.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22) Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi amministrattivi meħtieġa biex in-netwerk jiġi stabbilit.

(22) Il-Kummissjoni għandha tieħu l-passi amministrattivi meħtieġa biex twaqqaf il-Pjattaforma.

Ġustifikazzjoni

Kjarifika, li tista' tinstab ukoll fl-abbozz tal-approċċ ġenerali tal-Kunsill.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 22a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) Għalkemm il-Pjattaforma hija pass inizjali utli lejn kooperazzjoni aħjar bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, hija m’għandhiex titqies bħala l-uniku strument tal-Unjoni possibbli kontra dak il-fenomenu. B’mod partikolari, il-Kummissjoni għandha tkompli tissorvelja l-liġijiet nazzjonali u tal-Unjoni eżistenti, sabiex tistabbilixxi jekk dawn hux qed jinkoraġġixxu direttament jew indirettament ix-xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Bil-preżenti qiegħda tiġi stabbilita ġjattaforma li ssaħħaħ il-kooperazzjoni tal-UE fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat, minn hawn ’il quddiem msejħa "il-Pjattaforma".

(1) B'dan qiegħda tiġi stabbilita Pjattaforma Ewropea li ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fil-livell tal-Unjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, minn hawn ’il quddiem imsejħa "il-Pjattaforma".

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar il-kooperazzjoni skont l-abbozz ta' approċċ ġenerali tal-Kunsill.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) Membru tal-Parlament Ewropew li jkun membru tal-Kumitat responsabbli u/jew rappreżentant indipendenti maħtur mill-Parlament Ewropew,

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) rappreżentanti tal-Istati taż-ŻEE.

(d) rappreżentant wieħed minn kull stat taż-ŻEE.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) ittejjeb il-kooperazzjoni bejn id-diversi awtoritajiet tal-infurzar tal-Istati Membri fil-livell tal-UE għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, inkluż xogħol indipendenti fittizju, b’mod aktar effiċjenti u effettiv,

 

(a) ittejjeb il-kooperazzjoni effikaċi u mill-qrib bejn il-korpi differenti tal-infurzar tal-Istati Membri u atturi oħrajn fil-livell tal-UE sabiex jipprevjenu u jkunu ta' deterrent għax-xogħol mhux iddikjarat, inkluż xogħol indipendenti falz, b’mod aktar effiċjenti u effettiv,

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Tikkoordina l-azzjonijiet operattivi transkonfinali

(c) Tħeġġeġ, tniedi, tiffaċilita u tippromwovi azzjonijiet operattivi transkonfinali prattiċi, effettivi u effiċjenti kif ukoll il-komunikazzjoni bejn uffiċjali lokali u reġjonali tar-reġjuni tal-fruntiera dwar tali azzjonijiet.

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Tiżviluppa l-analiżi tal-effikaċja tal-miżuri politiċi differenti fit-trażżin tal-inċidenza tax-xogħol mhux iddikjarat, inklużi miżuri preventivi kif ukoll punittivi u kif ukoll miżuri ta' skoraġġiment b'mod ġenerali,,

(b) Tanalizza l-effikaċja tal-miżuri politiċi differenti fit-trażżin tal-inċidenza tax-xogħol mhux iddikjarat, inklużi miżuri preventivi u ta’ deterrent kif ukoll miżuri abilitanti b’mod ġenerali, u tanalizza għaliex xi Stati Membri u reġjuni għandhom anqas xogħol mhux iddikjarat minn oħrajn,

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Tadotta linji gwida għall-ispetturi, manwali ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat,

(d) Tiżviluppa linji gwida mhux vinkolanti għall-ispetturi, manwali ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat,

Ġustifikazzjoni

Ġew inklużi ċerti elementi mill-abbozz ta' approċċ ġenerali tal-Kunsill, li jiċċaraw it-tip ta' kooperazzjoni.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f) Ittejjeb il-modi tal-qsim tad-dejta f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni, inkluż l-aħjar użu tas-Sistema ta' Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) u tiġi eżaminata l-possibilità li jintuża Skambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI).

(f) Teżamina u tipproponi modi biex tiġi żviluppata sistema affidabbli u effiċjenti ta' skambju rapidu ta’ informazzjoni u ttejjeb il-kondiviżjoni tad-dejta f’konformità mar-regoli dwar il-protezzjoni tad-dejta tal-Unjoni, inkluż li jiġu esplorati l-possibilitajiet biex isir użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u l-Iskambju Elettroniku tat-Tagħrif tas-Sigurtà Soċjali (EESSI).

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (‘ir-Regolament tal-IMI’) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h) Torganizza evalwazzjoni bejn il-pari biex jiġi segwit il-progress tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra x-xogħol mhux iddikjarat, inkluż appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi relatati mal-ġlieda kontra jew il-prevenzjoni ta’ xogħol mhux iddikjarat maħruġa mill-Kunsill.

(h) Torganizza evalwazzjonijiet bejn il-pari biex jiġi segwit il-progress tal-Istati Membri fil-ġlieda kontra xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-lista u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kollha tal-infurzar involuti fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat.

3. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bil-lista u d-dettalji ta’ kuntatt tal-awtoritajiet kollha rilevanti involuti fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma tal-Pjattaforma u tippresjedi l-laqgħat tagħha.

1. Il-Kummissjoni għandha tippromwovi u tiffaċilita l-ħidma tal-Pjattaforma u tippresjedi l-laqgħat tagħha.

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali tal-attività dwar il-ħidma tal-Pjattaforma.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Pjattaforma għandha, fejn hu possibbli, toqgħod lura mid-duplikazzjoni tax-xogħol li diġà sar minn dawk il-korpi l-oħrajn u minflok tikkoordina magħhom għall-fini tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li l-approprjazzjonijiet annwali tiegħu għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju.

Ir-riżorsi globali għall-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni għandhom jiġu stabbiliti fil-qafas tal-Programm Ewropew għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI), li l-approprjazzjonijiet annwali tiegħu għandhom jiġu awtorizzati mill-awtorità baġitarja fil-limiti tal-Qafas Finanzjarju. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li r-riżorsi finanzjarji tal-EaSI jintużaw b’mod trasparenti u effiċjenti.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Salvagwardja ta’ drittijiet

 

Persuni li jressqu każijiet ta’ xogħol mhux iddikjarat għall-attenzjoni tal-Pjattaforma, b’mod dirett jew permezz tal-awtoritajiet nazzjonali tal-infurzar jew osservaturi tal-pjattaforma, għandhom jiġu protetti kontra kull trattament sfavorevoli mill-impjegatur tagħhom.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

Referenzi

COM(2014)0221 – C7-0144/2014 – 2014/0124(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

16.4.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

16.4.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Dennis de Jong

17.7.2014

Eżami fil-kumitat

4.12.2014

21.1.2015

 

 

Data tal-adozzjoni

22.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

14

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Antanas Guoga, Sergio Gutiérrez Prieto, Eduard-Raul Hellvig, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Jiří Maštálka, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Robert Rochefort, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Anneleen Van Bossuyt

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Pascal Arimont, Emma McClarkin, Roberta Metsola, Marc Tarabella


OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (22.1.2015)

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

(COM(2014)0221 – C7‑0144/2014 – 2014/0124(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Kostadinka Kuneva

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-kwistjoni tax-xogħol deċenti qatt ma kienet importanti daqs kemm saret fis-snin reċenti. Għalhekk, il-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat, li huwa marbut direttament mal-prekarjetà, hija ta' preokkupazzjoni partikolari. Il-Parlament Ewropew, fir-Riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Jannar 2014 sejjaħ għal kooperazzjoni u infurzar akbar ta' spettorati tax-xogħol biex jiġi miġġieled ix-xogħol mhux iddikjarat, u r-Rapporteur per se tilqa' l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea. Ix-xogħol mhux iddikjarat huwa fenomenu partikolarment ta' ħsara li qed jikber fil-kriżi attwali għax il-miżuri ta' awsterità jistgħu jwasslu għal ekonomiji moħbijin akbar. Dak li huwa aktar allarmanti huwa l-fatt li l-ħaddiema spiss jaċċettaw dan il-fenomenu għaliex ix-xogħol mhux iddikjarat huwa l-unikà possibilità li għandhom li jirċievu salarji ogħla, iżda li mhux neċessarjament ikun biżżejjed għall-ħajja. Approċċ ikkoordinat fil-livell tal-UE biex wieħed jifhem il-kawżi u biex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi miġġieled jista' eventwalment jgħin biex isaħħaħ id-drittijiet u l-protezzjoni tal-ħaddiema, jista' jagħti spinta lill-finanzjar tas-sigurtà soċjali u jsaħħaħ l-istandards tax-xogħol. Peress li n-nisa għadhom sottorappreżentati fis-swieq tax-xogħol Ewropej, kwalunkwe proposta li hija maħsuba biex tikkontribwixxi għall-ilħuq tal-mira ewlenija ta' 75 % ta' okkupazzjoni sal-2020 u saħansitra iktar il-mira ta' okkupazzjoni sħiħa stabbilita fit-TUE, Artikolu 3(3), għandha, madankollu, timmira wkoll biex ixxejjen id-differenzi bejn l-irġiel u n-nisa f'termini ta' parteċipazzjoni fid-dinja tax-xogħol. It-tisħiħ tal-impjieg tan-nisa huwa kruċjali biex jiksbu l-libertà li jaħdmu fis-sigurtà u d-dinjità, biex joffru għajxien lit-tfal tagħhom, u hija forza li tixpruna t-tkabbir ekonomiku.

Għalkemm inqas nisa jinsabu f'setturi magħrufa tradizzjonalment fejn isir xogħol mhux iddikjarat, bħas-settur tal-bini, it-tiswija u r-rinnovament, il-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom fix-xogħol mhux iddikjarat spiss jingħad li huma inqas favorevoli u għalhekk għandhom jiġu indirizzati mill-Pjattaforma tal-UE. Filwaqt li ftit dejta hija disponibbli dwar il-karatteristiċi tax- xogħol mhux iddikjarat madwar l-UE, meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija informali, teżisti l-impressjoni li n-nisa spiss huma iktar ingaġġati f'xogħol mhux iddikjarat minħabba l-impossibilità li jingħaqdu mal-ekonomija formali, u l-impjiegi tagħhom fix-xogħol mhux iddikjarat huwa maħsub li huma ta' karattru aktar permanenti mill-impjiegi tal-irġiel. Ix-xogħol tan-nisa fil-familji privati, bħat-tindif, il-kura tat-tfal u tal-anzjani huwa partikolarment diffiċli li jiġi kkontrollat u spiss huwa prekarju, sottovalutat u mhux iddikjarat.

Ewrobarometru ppubblikat fl-2014 jgħid li d-distakk fil-ħlas bejn is-sessi huwa effettivament preżenti fix-xogħol mhux iddikjarat bi qligħ medju ta' 231 euro għan-nisa meta mqabbla ma' 402 euro għall-irġiel. F'19 % tal-każijiet, meta mqabbel ma' 12 % għall-irġiel, in-nisa qalu li r-raġuni ewlenija għala jagħmlu xogħol mhux iddikjarat kienet li ma kellhomx mezz ieħor ta' introjtu. Huma rrappurtaw li l-ħlas fl-idejn (envelope wages), jirrappreżentaw total ta' 45 % tal-introjtu tagħhom, filwaqt li dan huwa biss 29 % għall-irġiel.

Fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni, ir-Rapporteur jiġbed l-attenzjoni lejn il-fatt li d-definizzjoni ta' xogħol mhux iddikjarat bħala "kwalunkwe attività mħallsa li hija legali fin-natura tagħha imma mhux iddikjarata lill-awtoritajiet pubbliċi, filwaqt li jitqiesu d-differenzi fis-sistema regolatorja tal-Istati Membri" tmur lura għall-1998 u bħala tali bilkemm hija valida bħala bażi vijabbli biex il-Pjattaforma tal-UE tibni fuqha. L-ewwel u qabel kollox, biex jiġu indirizzati korrettament il-ħaddiema kollha kkonċernati, il-Pjattaforma għandha tassumi r-responsabilità li tadatta din id-definizzjoni għar-realtà fl-Istati Membri.

Għal dak li għandu x'jaqsam mal-perspettiva tal-ġeneri, ir-rapporteur identifika wkoll it-tliet prijoritajiet li ġejjin:

1.   Il-varjetà kbira ta' tipi ta' xogħol mhux iddikjarat fi ħdan l-Unjoni Ewropea, li jinvolvi ħaddiema differenti bi profili differenti, titlob approċċi differenti mill-Istati Membri u tagħmilha diffiċli biex il-prattika tiġi mmonitorjata fil-livell tal-UE. Per se, il-Pjattaforma tal-UE għandha toffri l-possibilità ta' żvilupp ta' kunċett komuni tax-xogħol mhux iddikjarat, b'attenzjoni speċjali għall-gruppi l-aktar vulnerabbi, bħall-ħaddiema nisa mhux iddikjarati, u l-użu ta' indikaturi xierqa.

2.   Sabiex jiġu żviluppati dan il-kunċett komuni, kif ukoll dawn l-indikaturi, l-involviment tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) fil-Pjattaforma tal-UE huwa importanti biex jiġu żgurati effetti ugwali fuq il-ġeneri.

3.   Għalkemm il-Pjattaforma tal-UE hija maħsuba għall-awtoritajiet ta' infurzar, il-ħtiġijiet reali u l-konsegwenzi għall-ħaddiem mhux iddikjarat innifsu jew għall-ħaddiema mhux iddikjarata nnifisha ma għandhomx jiġu injorati, u għandha tingħata attenzjoni biżżejjed mill-awtoritajiet relevanti lill-kundizzjonijiet tax-xogħol tagħhom u l-inklużjoni ta' kulħadd fid-dinja tax-xogħol.

EMENDI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) In-natura tax-xogħol mhux iddikjarat tvarja minn pajjiż għall-ieħor, u tiddependi, inter alia, mill-kuntest ekonomiku, amministrattiv, finanzjarju u soċjali kif ukoll il-motivazzjoni tal-ħaddiema u ta' min iħaddem biex jinvolvu ruħhom f'xogħol mhux iddikjarat. L-impatt tax-xogħol mhux iddikjarat hu sproprozjonat fost partijiet differenti tal-popolazzjoni, pereżempju mil-lat ta' ġeneru u ta' status ta' immigrazzjoni. Ix-xogħol domestiku, li fil-parti l-kbira tiegħu jitwettaq min-nisa, jippreżenta sfida partikolari, billi dan ix-xogħol huwa atipiku u huwa min-natura tiegħu inviżibbli. Biex jiġu indirizzati l-forom kollha ta' xogħol mhux iddikjarat, hi meħtieġa firxa kumplessa u mfassla apposta ta' approċċi u miżuri ta’ politika.

Ġustifikazzjoni

Ix-xogħol domestiku u x-xogħol fis-settur tal-kura spiss mhumiex regolati u jsiru min-nisa. L-iskambju tal-aħjar prattiki fi ħdan il-Pjattaforma jista' jkun importanti għal dan il-grupp tal-ħaddiema mhux iddikjarati peress li l-approċċi politiċi, bħar-rikonoxximent tal-kwalifiki tagħhom jew miżuri kontra d-diskriminazzjoni, huma kumplessi u speċifiċi.

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7b) Kooperazzjoni mtejba bejn l-Istati Membri mhux biss tippermetti li l-problema tiġi indirizzata mill-perspettiva fiskali iżda tagħmel possibbli wkoll l-iskambju tal-aħjar prattiki dwar il-ħarsien soċjali, bħad-drittijiet tal-pensjoni u l-aċċess għall-kura tas-saħħa, anke ta' dawk il-grupp ta' ħaddiema mhux iddikjarati li jinsabu f'qagħda partikolarment vulnerabbli jew li jwettqu xogħol li lanqas biss hu kkunsidrat bħala xogħol mhux iddikjarat fl-Istati Membri kollha, bħall-indukrar informali tat-tfal jew il-kura ta' membri anzjani tal-familja, provduti fil-kuntest ta' netwerks ta' qraba, fil-parti l-kbira min-nisa.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jittrattaw ix-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehim bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. Il-Pjattaforma mhix se timpedixxi l-applikazzjoni tal-ftehimiet bilaterali jew l-arranġamenti li jikkonċernaw l-kooperazzjoni amministrattiva.

(8) Madwar l-Istati Membri ddaħħlu firxa wiesgħa ta’ approċċi u miżuri politiċi biex jittrattaw diversi forom ta' xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri ikkonkludew ukoll ftehimiet bilaterali u wettqu proġetti multilaterali dwar ċerti aspetti tax-xogħol mhux iddikjarat. L-Istati Membri huma wkoll mitluba jiffirmaw il-Konvenzjonijiet rilevanti tal-ILO bħall-Konvenzjoni dwar l-Ispezzjoni fuq ix-Xogħol (Nru 81) u l-Konvenzjoni tal-Ħaddiema Domestiċi (Nru 189). Il-Pjattaforma għandha takkumpanja l-azzjonijiet tal-Istati Membri u tgħin biex jittejbu s-sottoskrizzjoni u l-applikazzjoni ta' tali ftehimiet.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jevitaw u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv.

(10) It-tisħiħ tal-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-livell tal-UE huwa meħtieġ biex jgħin lill-Istati Membri jipprevjenu u jiskoraġġixxu x-xogħol mhux iddikjarat b’mod aktar effiċjenti u effettiv, filwaqt li jitqiesu d-differenzi bejn il-ġeneri.

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, ftehim bilaterali konkluż bejn l-Istati Membri u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett deterrent jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta’ taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data. Kampanji Ewropej jew strateġiji komuni jistgħu jżidu l-ħolqien tal-kuxjenza tax-xogħol mhux iddikjarat.

(12) Il-Pjattaforma għandha tagħmel użu mis-sorsi relevanti kollha ta’ informazzjoni, b’mod partikolari studji, inklużi l-istudji ta' aġenziji relevanti tal-Unjoni, bħall-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, li jindirizzaw il-ħtiġijiet ta' gruppi partikolari tal-popolazzjoni, ftehimiet bilaterali konklużi bejn l-Istati Membri u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u toħloq sinerġiji bejn l-istrumenti u l-istrutturi eżistenti fil-livell tal-UE biex jiġi massimizzat l-effett deterrent jew preventiv ta’ dawn il-miżuri. Il-koordinazzjoni operattiva tal-azzjonijiet tal-Istati Membri tista' tieħu l-forma ta’ taħriġ konġunt, evalwazzjoni bejn il-pari u soluzzjonijiet għall-kondiviżjoni tad-data. Kampanji Ewropej jew strateġiji komuni jistgħu jżidu l-ħolqien tal-kuxjenza tax-xogħol mhux iddikjarat.

Ġustifikazzjoni

L-involviment tal-EIGE huwa kruċjali biex jiġi ggarantit li l-Pjattaforma tal-UE ssegwi approċċ li jintegra l-perspettiva tal-ġeneri. Il-ħolqien ta' impjiegi formali huwa partikolarment importanti għan-nisa peress li jinsabu lura f'dak li jirrigwarda l-ilħuq tal-mira ta' okkupazzjoni tal-istrateġija UE2020: it-tisħiħ tal-impjegar tan-nisa huwa kruċjali biex jiksbu l-libertà tagħhom li jaħdmu fis-sigurtà u d-dinjità, u hija forza li tixpruna t-tkabbir ekonomiku.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri għandha tiġi implimentata taħlita politika, iffaċilitata permezz ta’ kooperazzjoni strutturata bejn l-awtoritajiet rilevanti. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-awtoritajiet nazzjonali kollha li qed imexxu u/jew li huma attivi fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat.

(14) Sabiex ix-xogħol mhux iddikjarat jiġi indirizzat b’mod komprensiv u b’suċċess, fl-Istati Membri jeħtieġ tiġi implimentata taħlita politika li tintegra l-perspettiva tal-ġeneri, ibbażata fuq kooperazzjoni strutturata bejn il-korpi u l-atturi kollha rilevanti. Il-kooperazzjoni għandha tinkludi l-korpi u l-atturi kollha li qed imexxu u/jew li huma attivi fil-prevenzjoni u/jew l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat. Għandha tingħata attenzjoni partikolari lil oqsma moħbija jew sottovalutati ta' xogħol mhux iddikjarat, bħas-settur tax-xogħol domestiku.

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Fi ħdan il-Pjattaforma, għandhom jiġu ppreżentati miżuri pożittivi, bħalma huma inċentivi fiskali u vawċers tas-servizzi, biex jagħmluha faċli għaċ-ċittadini tal-Unjoni biex jimpjegaw lill-ħaddiema b'mod legali u jaqdu dmirijiethom bħala impjegaturi, anke f'setturi soċjali bħalma huma s-servizzi fid-djar, it-tindif u l-indukrar tat-tfal.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 16

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16) Il-Pjattaforma għandha tinvolvi l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, kemm trans-industrijali kif ukoll f’dawk is-setturi l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat, u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol. L-involviment tal-Eurofound u l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol, fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi ma jestendix il-mandati li għandhom bħalissa

(16) Il-Pjattaforma għandha tinvolvi l-imsieħba soċjali fil-livell tal-UE, kemm trans-industrijali kif ukoll f’dawk is-setturi l-aktar affettwati mix-xogħol mhux iddikjarat, tintensifika d-djalogu soċjali u tikkoopera ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti, bħall-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO), u aġenziji deċentralizzati tal-Unjoni, b’mod partikolari l-Eurofound, l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. L-involviment tal-Eurofound, l-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol u l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fix-xogħol tal-Pjattaforma bħala osservaturi jew parteċipanti ma jestendix il-mandati li għandhom bħalissa

Ġustifikazzjoni

Il-Pjattaforma għandha wkoll titqies espliċitament bħala opportunità biex dawn il-ħaddiema, li ħafna minnhom huma nisa, u speċjalment fix-xogħol tal-kura, jiġu megħjuna jintegraw fis-swieq tax-xogħol regolari. L-involviment tal-EIGE huwa kruċjali biex jiġi ggarantit li l-Pjattaforma tal-UE ssegwi approċċ li jintegra l-kwistjoni tal-ġeneri. Il-ħolqien ta' impjiegi formali huwa partikolarment importanti għan-nisa peress li jinsabu lura f'dak li jirrigwarda l-ilħuq tal-mira ta' okkupazzjoni tal-istrateġija UE2020: it-tisħiħ tal-impjieg tan-nisa huwa kruċjali biex jiksbu l-libertà li jaħdmu fis-sigurtà u d-dinjità, u hija forza li tixpruna t-tkabbir ekonomiku.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-Pjattaforma tista' tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi u għandha tkun tista' tiddependi fuq il-kompetenza ta’ professjonisti b’kompetenzi speċifiċi.

(19) Il-Pjattaforma tista' tistabbilixxi gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifiċi, bħalma huma politiki mmirati għall-ħaddiema fis-settur informali li huma żgħażagħ, anzjani jew nisa, u, b’mod partikolari n-nisa b’diżabilità u n-nisa immigranti ,kif ukoll il-kawżi tax-xogħol mhux iddikjarat, u għandha tkun tista' tiddependi fuq il-kompetenza ta’ professjonisti b’kompetenzi speċifiċi.

Ġustifikazzjoni

Ix-xogħol li jsir fid-djar privati, inkluż is-servizzi fid-djar bħat-tindif jew il-kura tat-tfal jew tal-anzjani, spiss mhuwiex regolat u jsir min-nisa. Mill-bidu nett tal-Pjattaforma għandu jkun previst grupp ta' ħidma dwar il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa fix-xogħol mhux iddikjarat u l-effetti fuq is-sigurtà soċjali tagħhom. Huwa importanti wkoll li l-Pjattaforma teżamina r-raġunijiet rikorrenti li għalihom il-ħaddiema jaqilbu biex jaħdmu f'impjiegi mhux iddikjarati u li l-Istati Membri jiddiskutu politiki biex jindirizzaw b’mod determinat dawn il-kawżi.

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn:

2. Il-Pjattaforma għandha tkun magħmula minn rappreżentanza bilanċjata minn:

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) rappreżentanti tal-imsieħba soċjali trans-industrijali fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll imsieħba soċjali fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat,

(a) rappreżentanti tal-imsieħba soċjali trans-industrijali fil-livell tal-Unjoni, kif ukoll imsieħba soċjali fis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat, inklużi assoċjazzjonijiet tan-nisa Ewropej,

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1 – paragrafu 3 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) u rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA),

(b) rappreżentant tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), rappreżentant tal-Aġenzija Ewropea għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA), u rappreżentant tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE).

Ġustifikazzjoni

L-involviment tal-EIGE huwa kruċjali biex jiġi ggarantit li l-Pjattaforma tal-UE ssegwi approċċ li jintegra l-perspettiva tal-ġeneri. Il-ħolqien ta' impjiegi formali huwa partikolarment importanti għan-nisa peress li jinsabu lura f'dak li jirrigwarda l-ilħuq tal-mira ta' okkupazzjoni tal-istrateġija UE2020: it-tisħiħ tal-impjegar tan-nisa huwa kruċjali biex jiksbu l-libertà li jaħdmu fis-sigurtà u d-dinjità, u hija forza li tixpruna t-tkabbir ekonomiku.

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Pjattaforma, kif stipulat fl-Artikolu 1(1), għandha tikkontribwixxi għal infurzar aħjar tal-liġi nazzjonali u tal-UE, għat-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat u l-ħolqien ta’ impjiegi formali, u b’hekk jiġi evitat id-deterjorament tal-kwalità tax-xogħol, u biex tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol u l-inklużjoni soċjali billi:

Il-Pjattaforma, kif stipulat fl-Artikolu 1(1), għandha tikkontribwixxi għal infurzar aħjar tal-liġi nazzjonali u tal-UE, għat-tnaqqis tax-xogħol mhux iddikjarat u l-ħolqien ta’ impjiegi formali, biex tittejjeb it-tranżizzjoni mill-ekonomija informali għall-ekonomija formali, u b’hekk jiġi evitat id-deterjorament tal-kwalità tax-xogħol, u tippromwovi l-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol, l-ugwaljanza bejn is-sessi, l-opportunitajiet indaqs u l-inklużjoni soċjali billi:

 

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li tittejjeb it-tranżizzjoni mill-ekonomija informali għal dik formali, speċjalment f'dawk is-setturi fejn il-parti l-kbira tal-ħaddiema huma nisa, bħax-xogħol fi djar privati – servizzi ta' tindif, indokrar tat-tfal jew kura ta' persuni anzjani jew persuni b'disabilità. Dawn l-impjiegi mhumiex regolarizzati u sikwit ikunu prekarji, mingħajr garanziji soċjali u mhux iddikjarati.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) ittejjeb il-kapaċità teknika tal-awtoritajiet differenti tal-infurzar tal-Istati Membri li jittrattaw l-aspetti transkonfinali tax-xogħol mhux iddikjarat.

(c) tkabbar il-kuxjenza pubblika dwar l-urġenza tal-azzjoni u tħeġġeġ lill-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw ix-xogħol mhux iddikjarat, anke f'setturi soċjali li huma inqas dokumentati tajjeb u sikwit mhux ikkunsidrati bħala setturi li fihom iseħħ xogħol mhux iddikjarat.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) iżżomm lill-impjiegi tal-ekonomija formali milli jsiru informali.

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa) Toffri fehim komuni tat-tifsira tax-xogħol mhux iddikjarat billi tadotta definizzjoni ċara ta' xogħol mhux iddikjarat biex tirrifletti r-realtajiet tas-suq tax-xogħol;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni attwali ta' xogħol mhux iddikjarat tmur lura għall-1998 u per se ma tgħinx biex wieħed jifhem għalkollox dan il-fenomenu u biex jindirizzah bl-aktar mod effettiv. Il-ħolqien ta' impjiegi formali huwa partikolarment importanti għan-nisa peress li jinsabu lura f'dak li jirrigwarda l-ilħuq tal-mira ta' okkupazzjoni tal-istrateġija UE2020: it-tisħiħ tal-impjieg tan-nisa huwa kruċjali biex jiksbu l-libertà li jaħdmu fis-sigurtà u d-dinjità, u hija forza li tixpruna t-tkabbir ekonomiku.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) Tagħmel suġġerimenti għall-armonizzazzjoni fost l-Istati Membri kollha, filwaqt li titqies il-perspettiva tal-ġeneri.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Ittejjeb l-għarfien tax-xogħol mhux iddikjarat permezz ta’ kunċetti komuni, għodod ta’ kejl u l-promozzjoni ta’ analiżi komparattiva konġunta u indikaturi rilevanti relatati,

(a) Ittejjeb l-għarfien tax-xogħol mhux iddikjarat permezz ta’ kunċetti komuni, għodod ta’ kejl u l-promozzjoni ta’ analiżi komparattiva konġunta u indikaturi rilevanti relatati, inklużi indikaturi sensittivi għall-ġeneru u għall-età,

Ġustifikazzjoni

Is-swieq tax-xogħol fl-UE huma segregati skont il-ġeneru, u huma n-nisa li l-aktar jiġu impjegati f'setturi bħall-industrija tal-kura domestika. Dawn l-impjiegi mhux biss mhumiex iddikjarati iżda spiss huma wkoll impjiegi għal tul ta' żmien iqsar, b'inqas sigħat maħduma, filwaqt li huma mħallsa l-inqas pagi. Dan ma jippermettix li dawn in-nisa jkunu ekonomikament indipendenti. Madankollu, id-data disponibbli hija ftit wisq biex jiġu appoġġjati politiki li jistgħu jindirizzaw din il-kwistjoni, u jeżisti nuqqas ta' data dwar il-pożizzjoni tan-nisa migranti.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) Tistabbilixxi għodda, per eżempju bank ta’ għarfien ta’ prattiki/miżuri differenti, inklużi ftehim bilaterali użat fl-Istati Membri għall-iskoraġġiment u l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat,

(c) Tistabbilixxi għodda effiċjenti, bħal pereżempju bank ta' għarfien interattiv fi ħdan il-Eurofound ta’ prattiki/miżuri differenti, inklużi ftehimiet bilaterali użati fl-Istati Membri għall-iskoraġġiment u l-prevenzjoni tax-xogħol mhux iddikjarat biex jiffaċilitaw it-tranżizzjonijiet mill-ekonomija informali għal dik formali, u miżuri pożittivi biex jinkoraġġixxu liċ-ċittadini jimpjegaw b'mod legali lil dawk il-persuni li preċedentement kienu jaħdmu b'mod mhux iddikjarat,

Ġustifikazzjoni

Il-bażi tad-data attwali tal-Eurofound hi meqjusa bħala għodda siewja. It-trasformazzjoni tal-bażi tad-data f'bank ta' għarfien interattiv għandha tkun aktar siewja għax tagħti lok għall-faċilitazzjoni tal-iskambji tal-esperjenza u tal-prattiki tajba, tipprovdi informazzjoni aġġornata, oġġettiva, affidabbli u kumparattiva. Għal din ir-raġuni, ir-rapporteur għal opinjoni qed tistieden lill-Kummissjoni Ewropea toħloq Bank ta' Għarfien fi ħdan il-Eurofound biex jappoġġa l-Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tax-xogħol mhux iddikjarat, bħala kompitu addizzjoni tal-Aġenzija.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) Tadotta linji gwida għall-ispetturi, manwali ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat,

(d) Tadotta linji gwida mhux vinkolanti għall-ispetturi, manwali ta’ prattika tajba u prinċipji komuni ta’ spezzjonijiet biex jiġi ttrattat ix-xogħol mhux iddikjarat, li jkunu komprensivi mil-lat tad-differenzi bejn il-kundizzjonijiet tax-xogħol tan-nisa u dawk tal-irġiel,

Ġustifikazzjoni

Dan il-punt issemma wkoll fir-Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar "Spezzjonijiet tax-xogħol effikaċi bħala strateġija biex jittejbu l-kundizzjonijiet tax-xogħol fl-Ewropa" li jinnota li l-istrateġija UE2020 tiġbed l-attenzjoni fuq il-ħtieġa li jkun hemm in-nisa fis-suq tax-xogħol.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Pjattaforma se tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta’ informazzjoni, inklużi studji u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u tqis l-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-esperjenza ta’ ftehim bilaterali relevanti. Se tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-Eurofound u l-UE-OSHA.

 

(2) Fit-twettiq tal-kompiti tagħha, il-Pjattaforma għandha tqis l-integrazzjoni tal-perspettivatal-ġeneri u għandha tagħmel użu mis-sorsi rilevanti kollha ta’ informazzjoni, inklużi studji u proġetti ta’ kooperazzjoni multilaterali u tqis l-istrumenti u l-istrutturi rilevanti tal-Unjoni, kif ukoll l-esperjenza ta’ ftehimiet bilaterali relevanti. Għandha tistabbilixxi kooperazzjoni xierqa mal-Eurofound, b’mod partikolari rigward l-iżvilupp ta’ bank ta' għarfien interattiv bħala kompitu addizzjonali tal-Aġenzija, l-UE-OSHA u l-EIGE.

Ġustifikazzjoni

L-involviment tal-EIGE huwa kruċjali biex jiġi ggarantit li l-Pjattaforma tal-UE ssegwi approċċ li jintegra l-perspettiva tal-ġeneri. Il-ħolqien ta' impjiegi formali huwa partikolarment importanti għan-nisa peress li jinsabu lura f'dak li jirrigwarda l-ilħuq tal-mira ta' okkupazzjoni tal-istrateġija UE-2020: it-tisħiħ tal-impjegar tan-nisa huwa kruċjali biex jiksbu l-libertà li jaħdmu fis-sigurtà u d-dinjità, u hija forza li tixpruna t-tkabbir ekonomiku.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Kull Stat Membru għandu jaħtar punt uniku ta’ kuntatt bħala membru tal-Pjattaforma. Jistgħu jaħtru wkoll membru wieħed bħala sostitut.

1. Kull Stat Membru għandu jaħtar punt uniku ta’ kuntatt bħala membru tal-Pjattaforma. Huma jistgħu jaħtru wkoll membru wieħed bħala sostitut. Iż-żewġ karigi għandhom jirrispettaw il-bilanċ bejn il-ġeneri.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Ir-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali, kif ukoll mis-setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat, jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi, skont il-proċeduri stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tagħhom.

1. Ir-rappreżentanti tal-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali u l-assoċjazzjonijiet tan-nisa li jirrappreżentaw setturi b’inċidenza għolja ta’ xogħol mhux iddikjarat jistgħu jattendu l-laqgħat tal-Pjattaforma bħala osservaturi, skont il-proċeduri stabbiliti mill-organizzazzjonijiet tagħhom.

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) Massimu ta’ 8 osservaturi li jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema),

(a) Massimu ta’ 8 rappreżentanti li jiżgura rappreżentanza bbilanċjata ta' msieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema),

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) Massimu ta’ 10 osservaturi li jirrappreżentaw l-imsieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema).

(b) Massimu ta’ 10 osservaturi li jiżgura rappreżentanza bbilanċjata ta' msieħba soċjali fil-livell trans-industrijali (maqsuma b’mod ugwali bejn l-organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem u tal-ħaddiema).

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma tal-Pjattaforma u tippresjedi l-laqgħat tagħha.

1. Il-Kummissjoni għandha tikkoordina l-ħidma tal-Pjattaforma. Il-ħidma tal-Pjattaforma għandha tiġi organizzata kif ġej:

 

(a) kull laqgħa tal-Pjattaforma għandha tkun preseduta minn żewġ rappreżentanti tal-membri tagħha li għandhom ikunu raġel u mara minn Stati Membri differenti;

 

(b) il-Presidenti għandhom jiġu megħjuna minn żewġ Viċi Presidenti li għandhom ikunu raġel u mara minn Stati Membri differenti;

 

 

(c) il-Presidenti u l-Viċi Presidenti għandhom jikkostitwixxu l-Bureau;

 

(d) Il-Bureau għandu jħejji u jorganizza l-ħidma tal-Pjattaforma b’mod konġunt mas-servizzi tal-Kummissjoni, li għandhom jiffunzjonaw bħala s-segretarjat.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) programm ta’ ħidma ta’ sentejn tal-Pjattaforma li jistabbilixxi, inter alia, il-kompiti dettaljati tagħha u rapporti regolari tal-Pjattaforma kull sentejn,

(b) programm ta’ ħidma ta’ sentejn tal-Pjattaforma li jistabbilixxi, inter alia, il-kompiti dettaljati tagħha u rapporti regolari tal-Pjattaforma kull sentejn, li t-tfassil tagħhom għandu jqis il-perspettiva tal-ġeneri,

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti meta l-mandat tagħhom jintemm.

(c) l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma, li jeħtieġ jiżgura rappreżentanza bbilanċjata, biex jeżaminaw kwistjonijiet speċifikati fil-programmi ta’ ħidma tal-Pjattaforma. Dawn il-gruppi ta’ ħidma għandhom jiġu xolti meta l-mandat tagħhom jintemm.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun qed jiġi diskuss jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ta’ każ b’każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.

(3) Esperti b’kompetenza speċifika f’suġġett li jkun qed jiġi diskuss jew meta s-suġġett jirrikjedi approċċ li jintegra l-perspettiva tal-ġeneri, magħżula skont il-prinċipji tal-bilanċ bejn il-ġeneri, jistgħu jiġu mistiedna fuq bażi ta’ każ każ biex jipparteċipaw fid-deliberazzjonijiet tal-Pjattaforma jew tal-gruppi ta’ ħidma jekk dan ikun utli u/jew meħtieġ.

 

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li jista' jkun li l-"ġeneru" mhux kwistjoni speċifika li għandha tiġi eżaminata fi ħdan il-Pjattaforma tal-UE, jista' jiġi inkluż fl-analizzar ta' kwistjonijiet oħra jekk l-effett jitqies li huwa differenti kemm fuq in-nisa u fuq l-irġiel: l-involviment tal-EIGE jista' jiggarantixxi approċċ li jintegra l-perspettiva tal-ġeneri fil-Pjattaforma tal-UE.

PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

Referenzi

COM(2014)0221 – C7-0144/2014 – 2014/0124(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

16.4.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

FEMM

16.4.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Kostadinka Kuneva

15.9.2014

Eżami fil-kumitat

2.12.2014

 

 

 

Data tal-adozzjoni

20.1.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

29

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Vilija Blinkevičiūtė, Anna Maria Corazza Bildt, Viorica Dăncilă, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Vicky Maeijer, Angelika Mlinar, Krisztina Morvai, Maria Noichl, Marijana Petir, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Jordi Sebastià, Ángela Vallina, Beatrix von Storch, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Biljana Borzan, Linnéa Engström, Rosa Estaràs Ferragut, Mariya Gabriel, Ildikó Gáll-Pelcz, Kostadinka Kuneva, Marc Tarabella

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa D’Amato


PROĊEDURA

Titolu

L-istabbiliment ta’ Pjattaforma Ewropea biex tissaħħaħ il-kooperazzjoni fil-prevenzjoni u l-iskoraġġiment ta’ xogħol mhux iddikjarat

Referenzi

COM(2014)0221 – C7-0144/2014 – 2014/0124(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

9.4.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

EMPL

16.4.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

ECON

16.4.2014

ITRE

16.4.2014

IMCO

16.4.2014

JURI

16.4.2014

 

LIBE

16.4.2014

FEMM

16.4.2014

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ECON

22.7.2014

ITRE

22.7.2014

JURI

3.9.2014

LIBE

15.7.2014

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Georgi Pirinski

15.9.2014

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.7.2014

4.11.2014

1.12.2014

22.1.2015

Data tal-adozzjoni

7.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

5

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Kostadinka Kuneva, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Ulla Tørnæs, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Karima Delli, Tania González Peñas, Marju Lauristin, Joachim Schuster, Helga Stevens, Ivo Vajgl, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Jens Nilsson

Data tat-tressiq

22.5.2015

Avviż legali