Proċedura : 2014/0293(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0179/2015

Testi mressqa :

A8-0179/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2015 - 4.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0255

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 161kWORD 67k
4.6.2015
PE 554.688v01-00 A8-0179/2015

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

(05872/2015 – C8-0074/2015 – 2014/0293(NLE))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Jerzy Buzek

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

PR_NLE-AP_Agreement

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja

(05872/2015 – C8-0074/2015 – 2014/0293(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar it-tiġdid tal-Ftehim għall-kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja (05872/2015),

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/648/KE tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta' kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Indja(1),

–       wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186 u l-Artikolu 218(6), it-tieni paragrafu, punt (a)(v), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0074/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0179/2015),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għat-tiġdid tal-Ftehim;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Indja.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

24.3.2015

Data tal-adozzjoni

28.5.2015

 

 

 

(1)

             ĠU L 213, 9.8.2002, p. 29.

Avviż legali