Proċedura : 2014/0304(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0181/2015

Testi mressqa :

A8-0181/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2015 - 4.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0260

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 145kWORD 58k
4.6.2015
PE 552.025v02-00 A8-0181/2015

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija

(05662/2015 – C8-0056/2015 – 2014/0304(NLE))

Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

Rapporteur: Jerzy Buzek

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 RIŻULTATI TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija

(05662 – C8-0056/2015 – 2014/0304(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta ' deċiżjoni tal-Kunsill (05662/2015),

–       wara li kkunsidra l-abbozz ta' Ftehim għal kooperazzjoni xjentifika u teknoloġika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Konfederazzjoni Svizzera li jassoċja lill-Konfederazzjoni Svizzera mal-Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni u mal-Programm ta' Riċerka u Taħriġ tal-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika li jikkumplimenta l-Orizzont 2020, u li jirregola l-parteċipazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-attivitajiet tal-ITER imwettqa mill-Fużjoni għall-Enerġija (15369/2014),

–       wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 186, l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), l-Artikolu 218(7) u l-Artikolu 218(8), l-ewwel subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8–0056/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), l-Artikolu 108(7) u l-Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A8-0181/2015),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u l-Konfederazzjoni Svizzera.


RIŻULTATI TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

24.3.2015

Data tal-adozzjoni

28.5.2015

 

 

 

Avviż legali