Proċedura : 2014/2213(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0218/2015

Testi mressqa :

A8-0218/2015

Dibattiti :

PV 08/09/2015 - 11
CRE 08/09/2015 - 11

Votazzjonijiet :

PV 09/09/2015 - 8.11
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0307

RAPPORT     
PDF 277kWORD 204k
25.6.2015
PE 549.165v02-00 A8-0218/2015

dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE

(2014/2213(INI))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Kerstin Westphal

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE

(2014/2213(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari t-Titolu XVIII tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimi u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta' Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006(1),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1301/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u dwar dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw l-Investiment li għandu fil-mira t-tkabbir ekonomiku u l-impjiegi, u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 1080/2006(2),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1299/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-appoġġ mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali għall-għan ta' kooperazzjoni territorjali Ewropea(3),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-23 ta' Ġunju 2011 dwar l-Aġenda Urbana Ewropea u l-Futur tagħha fil-Politika ta' Koeżjoni(4),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Frar 2008 dwar is-segwitu tal-Aġenda Territorjali u l-Karta ta' Leipzig: Programm ta' Azzjoni Ewropew għall-ippjanar tal-ispazju u l-Koeżjoni Territorjali(5),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Lulju 2014 dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE – aspetti prinċipali tal-aġenda urbana tal-UE (COM(2014)0490),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar il-Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT): Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi (COM(2014)0368),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 2010 dwar Ewropa 2020 – Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv (COM(2010)2020),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta' Lulju 2012 bit-titolu "Bliet u komunitajiet intelliġenti – sħubija Ewropea għall-innovazzjoni" (COM(2012)4701),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Ottubru 1998 dwar Żvilupp Urban Sostenibbli fl-Unjoni Ewropea: Qafas għal Azzjoni (COM(1998)0605),

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 1997 bit-titolu "Lejn aġenda urbana fl-Unjoni Ewropea" (COM(1997)0197),

–       wara li kkunsidra s-sitt Rapport tal-Kummissjoni dwar il-"Koeżjoni Ekonomika, soċjali u territorjali: Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi - Il-promozzjoni tal-iżvilupp u ta' governanza tajba f'reġjuni u bliet tal-UE", Lulju 2014,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bl-isem "Il-bliet ta' għada: Ninvestu fl-Ewropa", Brussell, 17-18 ta' Frar 2014,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bit-titolu "Futuri Diġitali – vjaġġ fil-viżjonijiet tal-2050 u l-isfidi politiċi, il-bliet, il-villaġġi u l-komunitajiet", 2014,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni bl-isem "Il-bliet ta' għada: Sfidi, viżjonijiet, it-triq 'il quddiem", Brussell, Ottubru 2011,

–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-Ministri lejn aġenda urbana tal-UE, adottata fil-laqgħa informali tal-Ministri tal-UE responsabbli għall-Koeżjoni Territorjali u l-Kwistjonijiet Urbani tal-10 ta' Ġunju 2015 f'Riga,

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill adottati fi Brussell fid-19 ta' Novembru 2014 dwar is-Sitt Rapport dwar il-"Koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali: Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi",

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza adottati fil-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli mill-politika ta' koeżjoni tal-24 u l-25 ta' April 2014 f'Ateni,

–       wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Presidenza Pollakka dwar id-dimensjoni territorjali tal-politiki tal-UE u l-politika futura ta' koeżjoni, adottati fil-Laqgħa Informali tal-Ministri responsabbli mill-politika ta' koeżjoni tal-UE, l-iżvilupp territorjali u urban tal-24 u l-25 ta' Novembru 2011, f'Poznań,

–       wara li kkunsidra l-Aġenda Territorjali tal-UE 2020, miftiehma fil-Laqgħa Ministerjali Informali tal-Ministri responsabbli għall-Ippjanar Spazjali u l-Iżvilupp Territorjali tad-19 ta' Mejju 2011, f'Gödöllő,

–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni ta' Toledo, adottata fil-Laqgħa Informali tal-Ministri dwar l-iżvilupp urban tat-22 ta' Ġunju 2010, f'Toledo,

–       wara li kkunsidra l-Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli, adottata fil-Laqgħa Informali tal-Ministri dwar l-iżvilupp urban tal-24 u l-25 ta' Mejju 2007, f'Leipzig,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni tal-25 ta' Ġunju 2014 intitolata "Lejn approċċ komprensiv għall-bliet fl-Unjoni Ewropea",

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tat-23 ta' April 2015 tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE – Aspetti Prinċipali tal-Aġenda Urbana tal-UE" (COM(2014)0490),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0218/2015),

A.     billi fl-2014 nofs il-popolazzjoni dinjija(6) u 72 % tal-popolazzjoni Ewropea kienu qed jgħixu f'żoni urbani(7), u sas-sena 2050 kważi 80 % tal-popolazzjoni tad-dinja se tkun qed tgħix f'żoni urbani(8);

B.     billi ż-żoni urbani funzjonali fl-UE jinkludu struttura poliċentrika unika mibnija madwar bliet kbar, ta' daqs medju u żgħar u żoni ta' madwarhom, u b'hekk imorru lil hinn mill-fruntieri amministrattivi tradizzjonali sabiex jinkludu diversi territorji konnessi ma' xulxin bl-isfidi ekonomiċi, soċjali, ambjentali u demografiċi tagħhom;

C.     billi l-bliet u ż-żoni urbani funzjonali, bħal żoni metropolitani, mhux biss jiżvolġu rwol importanti f'demokrazija parteċipattiva iżda huma wkoll pilastri ekonomiċi kruċjali u muturi tal-impjiegi fl-UE minħabba li l-innovazzjoni u l-attivitajiet ekonomiċi l-ġodda ħafna drabi joriġinaw fil-bliet; billi għalhekk jirrappreżentaw vantaġġ kbir għall-UE fir-relazzjonijiet tagħha mal-partijiet l-oħra tad-dinja iżda huma wkoll l-oqsma fundamentali li fihom jeħtieġ li jingħelbu l-ostakli għat-tkabbir u l-impjiegi u jiġu indirizzati l-esklużjoni soċjali (pereżempju, żgħażagħ mhux imħarrġin sew fis-suq tax-xogħol), in-nuqqas ta' aċċessibbiltà u d-degrad ambjentali;

D.     billi l-bliet, iż-żoni urbani funzjonali u r-reġjuni huma responsabbli għall-akbar proporzjon ta' konsum tal-enerġija u tal-emissjonijiet ta' gassijiet b'effett serra fl-UE; billi, minn naħa, huma jaqdu rwol ewlieni fil-kisba ta' titjib fl-effiċjenza tal-enerġija u fl-awtosuffiċjenza u fl-iżvilupp ta' inizjattivi ġodda (bħal forom ġodda ta' attività ekonomika) li jinkoraġġixxu l-mobilità urbana u sistemi tat-trasport kompetittivi li ma jagħmlux ħsara lill-ambjent, u b'hekk jiġu promossi t-tkabbir, l-impjiegi, il-koeżjoni soċjali u territorjali, is-saħħa, is-sikurezza u s-sigurtà;

E.     billi l-popolazzjoni f'xi bliet qed tixjieħ u tonqos fin-numru, u tali bliet qed iħabbtu wiċċhom ma' problemi minħabba d-daqs tal-faċilitajiet u tas-servizzi pubbliċi li jipprovdu, u oħrajn għandhom popolazzjoni li qed tikber, fatt li jżid il-pressjoni fuq il-faċilitajiet u s-servizzi pubbliċi eżistenti (pereżempju, l-edukazzjoni) u taggrava problemi oħra bħalma huma l-qgħad (fost iż-żgħażagħ), l-esklużjoni soċjali, il-konġestjoni tat-traffiku, l-espansjoni urbana u t-tniġġis, li jżidu b'mod sinifikanti l-ħin tal-ivvjaġġar għal xogħol u jnaqqsu l-kwalità tal-ħajja ta' ħafna Ewropej;

F.     billi wħud mill-isfidi ewlenin li qed iħabbtu wiċċhom magħom il-bliet, marbuta mal-iżvilupp ekonomiku u soċjali, mat-tibdil fil-klima, mat-trasport u mat-tibdil demografiku, jistgħu jiġu indirizzati biss permezz ta' sħubijiet bejn il-bliet u ż-żoni tal-periferija; billi l-espansjoni ta' oqsma interkonnessi f'dawn l-aħħar snin, minħabba l-iżviluppi fl-oqsma tat-trasport u l-komunikazzjoni b'mod partikolari, toħloq ħtieġa għall-iżvilupp ta' għodod għal promozzjoni tal-konnettività;

G.     billi l-inizjattivi politiċi Ewropej għandhom impatt dirett jew indirett fuq l-iżvilupp sostenibbli tal-bliet u l-politika urbana;

H.     billi madwar 70 % tal-politiki u tal-leġiżlazzjonijiet Ewropej jiġu implimentati fil-livell lokali u reġjonali;

I.      billi għandha tiġi żgurata aktar konsistenza fil-livell tal-UE bejn id-diversi inizjattivi politiċi u programmi ta' sussidji tal-UE billi jiġi sfruttat bis-sħiħ il-Qafas Strateġiku Komuni (Titolu II, Kapitolu I, Artikolu 10 tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013 – Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni) u permezz ta' koordinament politiku aħjar fost u mal-partijiet interessati u livelli tal-gvern, peress li l-approċċ settorjali tal-politika tal-UE jista' jwassal għal politiki u leġiżlazzjoni li jistgħu ma jiffavorixxux iż-żoni urbani funzjonali;

J.      billi fl-1997 il-Kummissjoni ppubblikat Komunikazzjoni dwar aġenda urbana għall-UE(9), iżda r-rwol tal-bliet Ewropej fit-tfassil tal-politika tal-UE għadu qed jiġi diskuss;

K.     billi fil-passat, il-Parlament appoġġa l-proposta tal-Kummissjoni li tippreżenta "Aġenda Urbana" bħala qafas għall-politika urbana futura fil-livell Ewropew;

L.     billi s-sussidjarjetà, kif definita fit-TFUE, kif ukoll il-governanza f'diversi livelli, ibbażata fuq azzjoni koordinata mill-UE, mill-Istati Membri u mill-awtoritajiet reġjonali u lokali, u l-prinċipju ta' sħubija, huma elementi essenzjali għall-implimentazzjoni korretta tal-politiki kollha tal-UE, u billi l-impenn tar-riżorsi u tal-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali għandhom jissaħħu f'dan is-sens;

M.    billi r-Regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR) (ir-Regolament (UE) Nru 1301/2013) isaħħaħ id-dimensjoni urbana tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (FSIE) billi jiġu allokati mill-inqas 5 % tal-appoġġ finanzjarju tiegħu għal azzjonijiet integrati ta' żvilupp urban sostenibbli permezz tad-delega ta' kompiti ta' ġestjoni lill-awtoritajiet urbani, b'mod partikolari billi jingħataw aktar responsabbiltajiet għal kompiti relatati tal-inqas għall-għażla tal-operazzjonijiet bil-ħolqien ta' għodod bħalma huma l-Investimenti Territorjali Integrati (ITI) u żvilupp lokali parteċipattiv (CLLD), billi jiġi allokat baġit speċifiku għal "azzjonijiet innovattivi" sabiex jiġu ttestjati soluzzjonijiet ġodda relatati mal-iżvilupp urban sostenibbli, u billi jiġi stabbilit netwerk għall-iżvilupp urban;

N.     billi l-prinċipju ta' sħubija stabbilit fir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (ir-Regolament (KE) Nru 1303/2013) u l-Kodiċi ta' Kondotta Ewropew jobbliga lill-Istati Membri jiżguraw l-involviment bikri ta' awtoritajiet urbani fil-proċess ta' tfassil ta' politika tal-UE;

Id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE

1.      Huwa tal-fehma li l-politiki tal-UE għandhom jappoġġaw u jippermettu lill-bliet u liż-żoni urbani funzjonali jesprimi u jilħqu l-potenzjal sħiħ tagħhom bħala muturi għat-tkabbir ekonomiku, l-impjiegi, l-inklużjoni soċjali u l-iżvilupp sostenibbli; jemmen, għaldaqstant, li dawn il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali jeħtieġu li jiġu assoċjati aktar mill-qrib maċ-ċiklu kollu tat-tfassil tal-politika Ewropea;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni u, fejn xieraq, lill-Istati Membri jipproponu modi biex jintroduċu mekkaniżmu ta' twissija bikrija billi jadattaw l-għodod disponibbli u skont l-Artikolu 6 tal-Protokoll dwar l-Applikazzjoni tal-Prinċipji ta' Sussidjarjetà u Proporzjonalità, filwaqt li l-gvern sottonazzjonali jingħata l-possibbiltà li josserva jekk il-prinċipji ta' sussidjarjetà u ta' proporzjonalità ġewx meqjusa, li jippermettu lill-gvernijiet sottonazzjonali jiġu involuti fil-proċessi politiċi minn stadju bikri u jippermettu strateġiji ta' żvilupp territorjali infurmati tajjeb u implimentazzjoni aktar effiċjenti tal-leġiżlazzjoni futura;

Lejn Aġenda Urbana integrata Ewropea

3.      Jilqa' b'sodisfazzjon l-inizjattiva tal-Kummissjoni li taħdem lejn Aġenda Urbana Ewropea; jappoġġa l-istabbiliment tiegħu bħala qafas koerenti għall-politiki tal-UE b'dimensjoni urbana bil-għan li jkun hemm rabta aħjar bejn is-soluzzjonijiet urbani u l-isfidi tal-UE, biex ikun hemm adegwament aħjar tal-politiki settorjali u tal-livelli ta' governanza, biex il-finanzjament tal-UE jkun immirat aħjar għall-isfidi urbani rilevanti u biex ikun hemm valutazzjoni aħjar tal-impatt territorjali tal-politiki settorjali; jemmen li l-Aġenda Urbana Ewropea għandha, b'mod partikolari, tippromwovi l-iżvilupp tal-aħjar soluzzjonijiet ta' governanza immirati biex jintlaħqu b'suċċess l-isfidi u l-objettivi ta' żvilupp sostenibbli, ekonomiċi u soċjalment inklużivi tal-bliet u taż-żoni urbani funzjonali fl-Ewropa;

4.      Jirrikonoxxi li, minkejja li m'hemm l-ebda kompetenza espliċita tal-UE fir-rigward tal-iżvilupp urban, firxa wiesgħa ta' inizjattivi tal-UE għandhom impatt dirett/indirett fuq il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali; għalhekk huwa tal-opinjoni li l-politiki urbani nazzjonali u reġjonali li huma żviluppati sew u stabbiliti huma prerekwiżit għal Aġenda Urbana Ewropea; iqis li din tal-aħħar għandha tikkostitwixxi strateġija li tindirizza l-bliet u ż-żoni urbani funzjonali fl-UE li, fuq medda twila ta' żmien, se tiżviluppa f'politika urbana fil-livell tal-UE; jenfasizza f'dan il-kuntest li l-iżvilupp territorjali urban għandu jkun ibbażat fuq organizzazzjoni territorjali bbilanċjata bi struttura urbana poliċentrika skont l-Aġenda Territorjali tal-UE tal-2020;

5.      Huwa konvint li l-Aġenda Urbana Ewropea għandha tkun sforz konġunt bejn il-Kummissjoni, l-Istati Membri, l-awtoritajiet lokali u l-partijiet interessati l-oħra biex jiġu razzjonalizzati, kkoordinati u implimentati l-politiki tal-UE b'dimensjoni urbana permezz ta' approċċ prattiku, integrat u kkoordinat, imma li xorta waħda jkun flessibbli, fil-bliet u ż-żoni urbani funzjonali u magħhom, b'kunsiderazzjoni tal-ispeċifiċitajiet territorjali lokali u fir-rispett tal-arkitettura istituzzjonali ta' kull Stat Membru;

6.      Jemmen li Aġenda Urbana Ewropea għandha tkun kompletament konformi mal-għanijiet globali u l-istrateġija tal-UE, b'mod partikolari l-istrateġija Ewropa 2020, u l-objettivi tal-koeżjoni territorjali; jenfasizza li l-fruntieri amministrattivi qegħdin isiru inqas u inqas rilevanti fit-tentattiv li jiġu indirizzati l-isfidi tal-iżvilupp fil-livell reġjonali u lokali; jemmen, għalhekk, li l-Aġenda Urbana Ewropea għandha tkun inklużiva u tikkunsidra b'mod ċar id-diversità tal-entitajiet territorjali fl-UE u l-konnessjonijiet transkonfinali u bejn spazji rurali u urbani, inklużi s-servizzi li ż-żoni urbani funzjonali jipprovdu għall-periferiji tagħhom;

7.      Iħeġġeġ lill-Kummissjoni toħroġ b'komunikazzjoni li tagħti dettalji tal-karatteristiċi tal-Aġenda Urbana Ewropea futura, abbażi tal-"acquis urban" u l-konsultazzjoni estensiva ma' partijiet interessati differenti, inkluzi s-sħab ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili; jitlob lill-Kummissjoni tinkludi l-Aġenda Urbana Ewropea fil-programm ta' ħidma annwali tagħha;

L-integrazzjoni ta' approċċ integrat għall-iżvilupp territorjali fit-tfassil tal-politika u l-leġiżlazzjoni tal-UE

8.      Jistieden lill-Kummissjoni tapplika approċċ territorjali integrat ibbażat aktar fuq il-post meta jiġu konċettwalizzati inizjattivi politiċi ġodda mmirati lejn ż-żoni urbani, sabiex tkun żgurata l-konsistenza u sabiex il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali jingħataw is-setgħa li jwettqu l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, permezz ta', fost affarijiet oħra, l-implimentazzjoni ta' approċċ integrat tal-UE li jappoġġa proġetti intelliġenti u sostenibbli fil-bliet Ewropej, li jgħinu fil-promozzjoni tal-iżvilupp soċjali u ekonomiku;

9.      Jitlob lill-Kummissjoni tintroduċi, bħala regola ġenerali, valutazzjoni tal-impatt territorjali fuq id-dimensjoni urbana sabiex tkun żgurata l-fattibbiltà prattika fl-inizjattivi politiċi tal-UE rilevanti kollha fil-livell reġjonali u lokali, li tkun miftuħa għal kontribut mil-livelli deċentralizzati tal-gvernijiet fit-tfassil ta' valutazzjonijiet tal-impatt u ta' politiki ġodda (approċċ minn isfel għal fuq), u tiżgura li l-politiki settorjali rilevanti kollha tal-UE jindirizzaw b'mod adegwat l-isfidi li jiffaċċaw il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali; jistieden lill-Kummissjoni tikkonċentra dawn il-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali fuq l-elementi li ġejjin: żvilupp territorjali bilanċjat, integrazzjoni territorjali, aspetti ta' governanza, regolamentazzjoni, implimentazzjoni fil-livell lokali, u koerenza ma' objettivi politiċi oħra;

10.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissistematizza u tanalizza d-data kollha disponibbli u l-oqfsa kunċettwali komuni ("acquis urban") sabiex tipprevjeni d-duplikazzjoni u l-inkonsistenzi u tipprovdi definizzjoni ċara ta' żvilupp urban sostenibbli integrat u b'hekk tidentifika l-objettivi komuni koerenti u trasparenti tal-UE f'dan il-qasam;

11.    Huwa konvint li sabiex tkun tista' tivvaluta liż-żoni urbani b'mod aktar preċiż milli biss bl-indikatur tal-PDG, trid issir disponibbli biżżejjed data; jemmen, għalhekk, li l-Eurostat għandu jipprovdi u jikkumpila aktar data dettaljata lokali u li għandha titkompla l-ħidma fuq l-Awditjar Urban u fuq sondaġġi simili; jistieden ukoll lill-Kummissjoni taħdem fuq strumenti li jistgħu ikejlu l-progress u l-impatt ta' aġenda urbana integrata fil-livell tal-UE;

12.    Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tnaqqas il-burokrazija marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni attwali tal-UE fil-livell lokali, u tiżgura li r-regolamentazzjoni futura kollha tanalizza bir-reqqa l-konsegwenzi tal-implimentazzjoni tagħha fil-livell lokali;

Id-dimensjoni urbana tal-istrumenti u l-finanzjament tal-politiki tal-UE

13.    Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tal-UE u l-istrumenti finanzjarji tagħha huma mgħammra aħjar biex jappoġġaw strateġiji territorjali integrati kumplessi għaż-żoni urbani funzjonali permezz ta' ppjanar strateġiku u regoli komuni; jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-istrumenti l-ġodda disponibbli bħall-ITI u s-CLLD, kif ukoll mill-programmi operattivi (PO) flessibbli l-ġodda, sabiex jappoġġaw b'suċċess l-implimentazzjoni ta' pjanijiet integrati għall-iżvilupp urban; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jfasslu sett koerenti ta' indikaturi biex jivvalutaw aħjar id-dimensjoni urbana tal-operazzjonijiet implimentati u l-inizjattivi ffinanzjati mill-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej;

14.    Jenfasizza l-bżonn li jiġi sfruttat kemm jista' jkun il-potenzjal tal-istrateġiji makroreġjonali għall-implimentazzjoni b'suċċess tal-approċċ urban integrat; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi u tintegra b'mod adegwat aspetti tal-Aġenda Urbana Ewropea u tenfasizza d-dimensjoni urbana fi ħdan l-istrateġiji makroreġjonali tal-UE li jirrappreżentaw mudell għall-ippjanar u l-governanza f'diversi livelli;

15.    Jiddispjaċih li, għalkemm il-politika ta' koeżjoni l-ġdida tinkludi aspetti ġuridikament vinkolanti b'rabta mas-settur urban, speċjalment fir-rigward tal-involviment tal-bliet fil-fażi ta' programmazzjoni, il-parteċipazzjoni reali tar-rappreżentanti tal-bliet u dawk urbani fit-tiswir tal-politika hija skarsa, u jemmen li tista' tittejjeb permezz ta' involviment bikri fil-proċessi politiċi, pereżempju permezz ta' konsultazzjoni, l-evalwazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki u esperjenzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw l-applikazzjoni tal-prinċipju ta' sħubija (b'kunsiderazzjoni wkoll tal-Kodiċi ta' Kondotta Ewropea dwar is-Sħubija (l-Artikolu 5.3 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (1303/2013)) meta jkunu qed jiġu implimentati programmi u proġetti appoġġati mill-fondi tal-UE, b'attenzjoni partikolari għall-involviment ta' bliet, u żoni urbani funzjonali fit-tħejjija, il-ġestjoni u l-governanza tal-programmi, inkluż fil-livell transkonfinali;

16.    Jitlob li jkun hemm involviment akbar tal-bliet fil-programmi tal-Fondi Strutturali u ta' Investiment; jemmen li t-tagħlimiet li jinsiltu minn dan jistgħu jservu bħala rakkomandazzjoni importanti għal politika fl-iżvilupp tal-politika ta' koeżjoni wara l-2020; f'dan il-kuntest, jistieden lill-Kummissjoni tivverifika l-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana Ewropea f'għadd ta' oqsma tematiċi, li jirriflettu l-isfidi ta' żoni urbani ("Proġetti Pilota Urbani"), b'mod partikolari billi jiġi żgurat koordinament orizzontali tad-diversi politiki tal-UE, it-tneħħija ta' sovrappożizzjonijiet eżistenti u l-applikazzjoni ta' mudell ta' governanza f'diversi livelli u t-twettiq tal-valutazzjonijiet tal-impatt territorjali; jitlob lill-Kummissjoni tirrapporta lill-Parlament dwar il-progress u r-riżultati f'dan ir-rigward fuq bażi regolari;

17.    Jitlob koordinament u integrazzjoni aħjar tal-politiki ta' investiment tal-UE li għandhom il-potenzjal li jiżguraw, żvilupp urban integrat li huwa sostenibbli u soċjalment inklużiv; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu użu sħiħ mill-qafas regolatorju sabiex jinħolqu sinerġiji bejn il-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-programmi sussidjati tal-UE (bħal LIFE, Orizzont 2020, Enerġija Intelliġenti-Ewropa, eċċ.) u l-fondi tal-politika ta' koeżjoni, kif ukoll investimenti pubbliċi (jiġifieri nazzjonali), kapital privat u strumenti finanzjarji sabiex jinkiseb l-akbar effett ta' lieva tal-fondi investiti; jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata l-kumplementarjetà tal-politiki kollha ta' investiment u sinerġija mtejba, u biex jiġi evitat finanzjament doppju u duplikazzjonijiet;

Mudell ġdid ta' governanza f'diversi livelli

18.    Ifakkar li l-isfidi ekonomiċi, soċjali u ambjentali ewlenin tal-lum imorru lil hinn mill-fruntieri amministrattivi tradizzjonali, u l-ispariġġ li qed jikber bejn l-istrutturi amministrattivi u territorjali (il-kooperazzjoni urbana u periurbana, kooperazzjoni urbana-rurali, eċċ.) jeħtieġ forom ġodda ta' governanza flessibbli sabiex ikompli l-iżvilupp territorjali integrat ta' żoni funzjonali;

19.    Jemmen li l-Aġenda Urbana Ewropea għandha tkun ibbażata fuq metodu ġdid ta' governanza f'diversi livelli, li jinvolvi l-livell lokali aktar mill-qrib fl-istadji kollha taċ-ċiklu politiku, biex b'hekk il-politiki jitressqu eqreb lejn ir-realtajiet u jsiru aktar konsistenti mat-trasformazzjonijiet kostanti fiż-żoni urbani funzjonali u jirreaġixxu fir-rigward tagħhom; huwa tal-fehma, f'dan ir-rigward, li l-Kumitat tar-Reġjuni, bħala l-korp li jirrappreżenta l-awtoritajiet lokali u reġjonali, għandu jkollhom rwol f'dan il-proċess;

20.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tissuġġerixxi elementi għal mudell ta' governanza ġdid f'diversi livelli bbażat fuq sħubijiet u kollaborazzjoni ġenwina, li tmur lil hinn minn sempliċi konsultazzjonijiet mal-partijiiet ikkonċernati, mudell li jgħaqqad flimkien strutturi governattivi formali ma' strutturi informali ta' governanza flessibbli li jikkorrispondu għar-realtajiet l-ġodda tas-soċjetà diġitalizzata tan-"netwerk", u li jkun adattat għall-iskala li fiha jeżistu l-isfidi, mudell li jtejjeb il-kooperazzjoni f'diversi livelli, kemm vertikali kif ukoll orizzontali, b'atturi governattivi u mhux governattivi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali u Ewropew, li b'hekk iressaq il-gvern eqreb lejn iċ-ċittadini u jtejjeb il-leġittimità demokratika tal-proġett Ewropew; jirrakkomanda li dan il-mudell "sui generis" imfassal apposta jsir il-metodu ta' ħidma tal-Aġenda Urbana Ewropea futura wara l-aċċettazzjoni tagħha min-naħa tas-sħab u wara li jkunu kkonsultati l-partijiet interessati rilevanti kollha;

Il-ġestjoni tal-għarfien u l-qsim tad-data

21.    Huwa tal-fehma li pjattaformi u netwerks urbani (bħal URBACT, in-Netwerk għall-Iżvilupp Urban) u iktar programmi għall-iskambju tal-għarfien bejn il-bliet (bħal Civitas, il-Patt tas-Sindki, Mayors Adapt, l-Inizjattiva għal Bliet u Komunitajiet Intelliġenti, il-Qafas ta' Referenza għall-Bliet Sostenibbli, ManagEnergy) offrew opportunità eċċellenti għall-involviment ta' atturi transkonfinali lokali u reġjonali fl-iżvilupp urban u l-iskambju ta' għarfien bejn l-atturi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkonsolida u tiżgura koordinament aħjar bejn dawn il-pjattaformi sabiex jippermettu lill-atturi lokali jifhmuhom aħjar u jinvolvu ruħhom magħhom b'mod aktar effiċjenti;

22.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jisfruttraw tajjeb il-qsim tal-għarfien u l-attivitajiet tal-bini tal-kapaċità li jipprovdu l-proġetti ffinanzjati mill-UE u attivitajiet ta' netwerking oħra bejn il-bliet; jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa mekkaniżmi għal qsim aħjar tar-riżultati tal-proġetti fis-servizzi tagħha u biex tiżgura li r-riżultati jintużaw kemm fi żviluppi ta' politika fil-livell tal-UE kif ukoll f'dak nazzjonali;

23.    Jemmen li sabiex jiġu fformulati politiki mfassla aħjar, jeħtieġ li d-Database tal-Awditjar Urban jiġi aġġornat u mtejjeb; jinkoraġġixxi lill-Eurostat u lill-Kummissjoni jipprovdu u jikkumpilaw data aktar dettaljata, li tinġabar fejn ikunu implimentati l-politiki – f'ħafna każijiet fuq livell lokali; jenfasizza li l-ġbir ta' data tal-fluss – il-kejl tar-relazzjonijiet bejn il-bliet u ż-żoni tal-periferija u fi ħdan żoni urbani funzjonali – ukoll qed isir dejjem iżjed importanti sabiex jittejjeb il-fehim ta' dawn l-oqsma funzjonali kumplessi, u għalhekk iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiġbor u tanalizza dik id-data, u taqlibha f'evidenza għal żviluppi politiċi;

L-implimentazzjoni tal-Aġenda Urbana Ewropea futura

24.    Jemmen li sabiex l-Aġenda Urbana Ewropea tkun għodda effikaċi, għandha tkun qafas kunċettwali komuni u aġġornat regolarment b'enfasi tematika fuq numru limitat ta' sfidi fil-kuntest usa' tal-għanijiet tal-Ewropa 2020 ta' tkabbir intelliġenti, inklużiv u sostenibbli;

25.    Jemmen bis-sħiħ li dawn l-isfidi għandhom jirrispondu għall-kriterji li ġejjin: 1) ikunu konformi mal-qafas kunċettwali komuni; 2) ikunu sfidi urbani ewlenin b'impatt sinifikanti fuq il-bliet, u ż-żoni urbani funzjonali fl-Istati Membri u bejniethom; 3) ma jkunux jistgħu jiġu solvuti mill-Istati Membri unilateralment; 4) meta l-approċċ tal-UE jkollu valur miżjud evidenti; jitlob lill-Kummissjoni tibda taħdem fuq l-immappjar ta' tali sfidi, iżda wkoll li jidentifika l-problemi li għad fadal, inkoerenzi fil-politiki jew fil-kapaċità u n-nuqqasijiet fl-għarfien, b'kooperazzjoni mill-qrib mal-partijiet interessati rilevanti kollha, b'mod partikolari dawk fil-livell lokali;

26.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw li livell ogħla ta' koordinament transsettorjali tal-politiki b'dimensjoni urbana jiġi assigurat fil-livelli kollha tal-gvern biex jippermettu l-integrazzjoni aħjar ta' żvilupp urban integrat; jistieden lid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Reġjonali u Urbana (DĠ REGIO), responsabbli għal politika urbana tal-UE, f'kooperazzjoni mill-qrib mal-grupp eżistenti ta' bejn is-servizzi tal-Kummissjoni dwar l- "iżvilupp urban", biex imexxu dan il-proċess 'il quddiem u biex ikun żgurat li d-dimensjoni urbana titqies rilevanti fl-inizjattivi rilevanti ġodda kollha; jitlob lill-President tal-Kummissjoni Ewropea jaħtar tmexxija politika fi ħdan il-Kulleġġ tal-Kummissarji biex jagħti direzzjoni strateġika li l-Aġenda Urbana tal-Politiki Ewropej u biex jirrapporta kull sena lill-Parlament dwar l-Aġenda Urbana;

27.    Jitlob lill-Kummissjoni taħtar koordinatur speċjali urban tal-UE, ibbażat fuq servizzi diġà eżistenti jew entitajiet fi ħdan il-Kummissjoni, biex jissorvelja u jivvaluta l-implimentazzjoni prattika ta' tali koordinament b'mod orizzontali (fis-setturi ta' politika rilevanti kollha) u vertikali (fil-livelli kollha ta' gvern); huwa tal-opinjoni li l-koordinatur urban speċjali tal-UE għandu, bl-għajnuna ta' grupp ta' bejn is-servizzi tal-Kummissjoni dwar l-"iżvilupp urban", jistabbilixxu "punt uniku ta' servizz" dwar il-politiki urbani fi ħdan il-Kummissjoni u jiżgura l-ġbir, il-ġestjoni u d-disseminazzjoni korretta ta' data fuq il-politiki urbani fi ħdan u bejn is-servizzi tal-Kummissjoni u ma' diversi partijiet interessati b'tali mod li jiġi stabbilit mekkaniżmu ta' twissija bikrija u ta' sensibilizzazzjoni fi stadju bikri li l-awtoritajiet lokali u reġjonali jiġu involuti fil-proċessi ta' politika b'impatt fuq il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali;

28.    Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tiżviluppa, filwaqt li jintużaw l-istrutturi eżistenti u, pereżempju, bħala parti mill-"Proġett Pilota Urban", punti uniċi ta' informazzjoni mill-Istati Membri dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE (Punti uniċi ta' servizz Urbani), bil-għan li tingħata informazzjoni komprensiva b'mod partikolari fuq inizjattivi differenti tal-UE, linji gwida u possibbiltajiet fir-rigward tal-iżvilupp urban; 

29.    Jistieden lill-Kummissjoni torganizza summit urban regolari li jiffoka fuq il-forum "il-bliet ta' għada", b'hekk jgħaqqad flimkien il-partijiet interessati mil-livelli kollha ta' governanza u setturi differenti; jemmen li summits bħal dawn għandhom joffru opportunità reali għall-bliet biex jinvolvu ruħhom fi djalogu kostruttiv ma' dawk li jfasslu l-politika fl-oqsma ta' politika rilevanti u għandhom jgħinu sabiex jiġi vvalutat l-impatt tal-politiki tal-UE fuq il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali u kif l-aħjar li jiġu involuti fl-inizjattivi li ġejjin;

30.    Iħeġġeġ lill-Istati Membri jassoċjaw b'mod sħiħ il-bliet u ż-żoni urbani funzjonali mal-iżvilupp u l-programmazzjoni ta' politika strateġika u jinvolvuhom fihom b'mod vinkolanti (bħal programmi ta' riforma nazzjonali, ftehimiet ta' sħubija u programmi operttivi); jistieden lill-Istati Membri jsaħħu l-iskambju ta' esperjenza tagħhom dwar il-programmi nazzjonali għall-iżvilupp urban, li jagħti s-setgħa lill-bliet biex jiksbu l-objettivi tal-Ewropa 2020, billi jistabbilixxu laqgħat regolari informali tal-Kunsill tal-ministri inkarigati mill-iżvilupp urban;

Dimensjoni esterna tal-Aġenda Urbana Ewropea

31.    Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jqisu b'mod sħiħ ix-xogħlijiet preparatorji li għaddejjin għall-aġenda Habitat III u jiżguraw li l-Aġenda Urbana Ewropea futura tkun għalkollox kompatibbli u kkoordinata mal-għanijiet u l-objettivi ta' din l-aġenda urbana globali; jitlob lill-Kummissjoni tinforma regolarment lill-Parlament dwar id-dimensjoni esterna tal-Aġenda Urbana Ewropea u jemmen li l-aġenda urbana tista' ssir il-kontribut tal-UE għad-dibattitu internazzjonali dwar l-"Aġenda Urbana Ġdida" tan-Nazzjonijiet Uniti u l-konferenza Habitat III dwar id-Djar u l-Iżvilupp Urban Sostenibbli fl-2016;

32.    Jemmen li għandu jkun hemm impenn ċar, koerenti u miftuħ tal-UE u tal-Istati Membri, b'konsultazzjoni u kontribut tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, fl-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Istandardizzazzjoni (ISO) rigward l-iżvilupp ta' standards ġodda għal żvilupp urban sostenibbli, li jirrispettaw ix-xogħol fuq linji gwida Universali tan-NU dwar l-ippjanar urban u territorjali; jenfasizza li l-itandards ISO l-ġodda għandhom jitqiesu bħala għodda ta' appoġġ u mhux leġiżlattivi;

33.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Urbanizzazzjoni fl-Ewropa u fid-dinja kollha

In-nies qed jgħixu dejjem iktar fil-bliet(10), kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja kollha. B'mod partikolari t-tkabbir tal-popolazzjoni u tat-teknoloġiji l-ġodda qegħdin iħaffu dan l-iżvilupp.

Fl-1950, 50,5 % biss tal-popolazzjoni fl-Ewropa kienet qiegħda tgħix f'żoni urbani. Sal-2014 dan il-perċentwal diġà żdied għal 72 % u sas-sena 2030 jista' jkun 78 %. Fid-dinja, il-popolazzjoni li tgħix f'żoni urbani se tkun irduppjat minn 29 % fis-sena 1950 għal x'aktarx 59,9 % fl-2030, u fl-2050 x'aktarx 80 % tal-popolazzjoni dinjija se tkun qed tgħix fi bliet.(11) Iż-żieda demografika fil-bliet, anki llum, diġà ġġib magħha kompiti ġodda, mhux għall-politika lokali u reġjonali biss, iżda wkoll għal dik nazzjonali u Ewropea, sabiex tissodisfa l-ħtiġijiet ekonomiċi, soċjali u kulturali ta' kwantità ta' nies li dejjem qed tiżdied li tgħix fil-bliet.

L-għan ta' dan ir-rapport ta' inizjattiva huwa li jindirizza l-isfidi tal-politika urbana għall-politika tal-UE u li jfassal linji gwida u limiti għal politika futura sostenibbli għall-iżvilupp urban tal-UE.

Id-domandi ċentrali ta' dan ir-rapport huma: liema marġini għall-manuvra għandha l-UE fil-politika urbana? il-politika tal-UE, fil-preżent x'effett għandha fuq il-bliet, u kif għandha tinfluwenzahom fil-futur? kif jistgħu jittejbu l-koordinament u l-koerenza tal-politika urbana tal-UE?

Dawn id-domandi jinsabu parzjalment fil-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni "Id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE – aspetti prinċipali tal-aġenda urbana tal-UE", ippubblikata f'Lulju tal-2014.(12) Il-komunikazzjoni tinkludi deskrizzjoni tas-sitwazzjoni tal-bliet u tal-politika urbana fil-pajjiżi membri tal-UE, proposta għal aġenda urbana tal-UE u konsultazzjoni mal-partijiet interessati dwar it-tema.

Kull belt hija differenti

Ma hemmx mudell urban Ewropew wieħed biss għal belt. L-istruttura tal-Ewropa hija wisq iżjed iddominata minn ħafna ċentri urbani, li ħafna drabi għandhom rwol importanti fuq livell reġjonali. Kważi nofs iċ-ċittadini Ewropej (madwar 200 miljun) jgħixu fi bliet b'popolazzjoni ta' inqas minn 100 000 abitant.

Sabiex iż-żona ġeografika tal-UE tkun koperta b'mod iktar preċiż fuq livell lokali u reġjonali u sabiex jiġi osservat u pparagunat aħjar l-iżvilupp fil-bliet, fl-2012, l-Eurostat u l-OECD żviluppaw tipoloġiji ġodda fuq il-bażi tad-daqs tal-popolazzjoni u d-densità tal-popolazzjoni kif ukoll il-flussi ta' ħaddiema li jivvjaġġaw. (13) (FUA= Functional Urban Areas, LUZ=Larger Urban Zone).

Ix-xjenza qiegħda tipprova tiżviluppa kriterji, analiżijiet funzjonali u karatteristiċi applikabbli b'mod ġenerali li jiddefinixxu belt.

"Spazju fejn żewġ atturi minn sferi differenti jiltaqgħu ma' xulxin, dan jista' jkun kumpanija, individwu jew NGO. Iżda m'hemmx regoli stabbiliti li jirregolaw din lt-laqgħa. Il-belt hija spazju li jkun fiha ftit anarkija." (14)

"Minħabba l-fatt li l-bliet huma kumplessi u mhux kompluti, huma baqgħu jeżistu f'kuntrast ma' renji, imperi, repubbliki, dittatorjati, kumpaniji multinazzjonali, impriżi finanzjarji. Fl-inkompletezza jinsab il-ftuħ, li jiddaħħlu l-affarijiet, l-urbanizzazzjoni"(15).

L-iskambju tal-informazzjoni u l-allokazzjoni effiċjenti tar-riżorsi b'mod partikolari jagħmlu l-bliet fabbriki tal-ħsieb u muturi tal-ekonomija. 100 "belt globali" waħedhom jikkontribwixxu għal 30 % tal-ekonomija dinjija(16), u fl-UE ż-żoni urbani jiġġeneraw żewġ terzi tal-PDG. Madankollu, skont l-Istat Membru, jeżistu differenzi sinifikanti fir-rigward tal-istruttura ekonomika tal-bliet individwali.

Ir-rapporteur, fir-rapport tagħha, tixtieq tikkunsidra t-tipi kollha ta' bliet u żoni urbani funzjonali.

Sfidi għall-bliet ta' għada

F'rapport tal-Kummissjoni tal-UE dwar il-futur tal-bliet fis-sena 2050 jingħad:

il-"bliet" se jikbru fi bliet kbar ħafna, li se jkunu fornuti sew b'mezzi tat-trasport ekoloġiċi u b'enerġija sostenibbli, u mimlija bi djar u bini ġdid magħmula minn materjali tal-kostruzzjoni innovattivi. L-elementi kollha tal-belt ser ikunu konnessi b'supranetwerk ogħla, l-Internet futur, li fuqu se tirnexxi ekonomija ġdida ta' servizzi sħiħa. Il-bliet fl-Ewropa se jikkompetu bejniethom bħala l-aqwa postijiet, billi jiżviluppaw il-forom tagħhom stess ta' ċittadinanza parteċipattiva biex imexxu ħolqien kooperattiv kontinwu tal-ispazju tal-belt u n-nisġa soċjali multikulturali tagħha. (17)

It-tkabbir ekonomiku u l-istrutturi għat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-amministrazzjoni fil-bliet huma sfidi ta' spiss imsemmijin li se jkollhom jindirizzaw il-bliet futuri.

It-tkabbir ekonomiku tal-bliet se jkun jiddependi iktar u iktar mis-sitwazzjoni ekonomika globali, il-progress teknoloġiku u l-infrastruttura. It-temi ekonomiċi, soċjali u dawk relatati mal-politika ambjentali iktar ma jmur qegħdin imorru lil hinn mill-fruntieri tradizzjonali tal-bliet. Hemm ħafna sfidi li l-bliet jistgħu jsolvuhom biss f'kuntest nazzjonali jew internazzjonali:(18)

  L-isfidi għal tkabbir intelliġenti huma: eż.: kundizzjonijiet favorevoli għall-innovazzjoni, il-ġenerazzjoni u ċ-ċirkolazzjoni tal-għarfien; jiġu attirati t-talenti, it-titjib tas-sistema edukattiva, ambjent imprenditorjali favorevoli;

  L-isfidi għal tkabbir inklużiv huma: eż. il-ġestjoni u l-adattament għall-bidliet demografiċi minħabba t-tixjiħ, l-iżbilanċi tal-età, il-mobbiltà fi ħdan pajjiżi u l-mobbiltà transkonfinali, il-migrazzjoni internazzjonali. Il-ħolqien ta' dispożizzjonijiet għall-integrazzjoni, ir-rispett għad-diversità u l-parteċipazzjoni.

  L-isfidi ekoloġiċi inklużivi huma: eż. l-isfidi ta' infrastruttura ekoloġika, il-mobbiltà urbana sostenibbli u t-trasport, l-adattament għat-tibdil fil-klima (skarsezza ta' ilma, għargħar, mewġiet ta' sħana, eċċ.), bliet effiċjenti fl-enerġija;

  L-isfidi ta' ġestjoni u governanza: il-ħtieġa ta' forom ġodda ta' governanza flessibbli fi ħdan iż-żoni urbani funzjonali. Il-kombinazzjoni tal-istrutturi governattivi formali ma' strutturi flessibbli ta' governanza informali li jikkorrispondu mal-iskala li fiha jeżistu l-isfidi; Il-promozzjoni ta' regolamentazzjoni aktar intelliġenti.(19)

It-tfassil tal-bliet tal-Ewropa - xi rwol għandhom il-politiki tal-UE?

Il-kompetenzi tal-UE huma stabbiliti permezz tat-trattati tal-UE.(20) Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għandu rwol ċentrali b'mod partikolari fil-qasam tal-politika reġjonali u l-iżvilupp urban u jagħti lill-UE kompetenzi limitati biss. Iżda minn dejjem, il-biċċa l-kbira tad-deċiżjonijiet tal-UE kellhom tal-inqas impatt indirett anki fuq is-sitwazzjoni fil-bliet tal-Ewropa.

L-"Ewropizzazzjoni" tal-bliet fil-passat kienet influwenzata fil-biċċa l-kbira mill-politika tal-UE (approċċ minn fuq 'l isfel). L-istituzzjonijiet kollha tal-UE huma involuti fiha. L-ewwel inizjattivi li kienu mmirati lejn il-bliet min-naħa tal-Kummissjoni tal-UE diġà saru fit-tmeninijiet. Il-Kummissjoni tal-UE hija involuta fl-iżvilupp urban permezz ta' ħafna politiki differenti, b'għadd ta' regoli, programmi u inizjattivi, b'mod partikolari permezz tal-politika reġjonali tal-UE u l-iżvilupp urban. Iżda hemm ukoll setturi ta' politika oħrajn li huma rilevanti b'dimensjoni ta' politika urbana, bħal pereżempju l-ambjent, l-impjiegi, it-trasport u l-enerġija(21).

Fl-2009 u fl-2011, il-Parlament Ewropew adotta żewġ riżoluzzjonijiet dwar il-politika urbana, (22) (23) li fihom appella għal tisħiħ tad-dimensjoni urbana fis-setturi politiċi tal-UE. Sensiela ta' laqgħat informali tal-Kunsill tal-Ministri responsabbli għall-politika urbana fis-snin li għaddew iffurmaw l-għanijiet u l-prinċipji bażiċi tal-iżvilupp urban tal-UE. (24)

L-Ewropizzazzjoni tal-bliet isseħħ ukoll fid-direzzjoni opposta (l-approċċ minn isfel għal fuq). Minħabba l-appeli dejjem aktar b'saħħithom mingħand il-bliet biex ikunu involuti aktar mill-qrib fit-tfassil tal-politiki jistgħu jiġu stabbiliti netwerks urbani (25), li jippromwovu l-iskambju tal-informazzjoni u li jkollhom influwenza fuq id-deċiżjonijiet li jittieħdu fuq livell tal-UE. Madankollu, dan ma japplikax għall-bliet kollha bl-istess mod. Daqskemm huma differenti l-interessi u l-bżonnijiet tal-bliet fl-UE, huwa wkoll differenti l-grad tal-Ewropizzazzjoni tagħhom.(26)

Min ifassal il-politika tal-UE għandu jikkunsidra iktar bir-reqqa l-interessi differenti tal-bliet. Punt ċentrali ta' kritika għall-politiki tal-UE rigward kwistjonijiet urbani, madankollu, huwa n-nuqqas ta' konsistenza u koordinament kemm fid-diversi regoli u programmi tal-UE, kif ukoll fil-koordinament tal-ħidma bejn l-UE u l-livell lokali.

L-aġenda urbana tal-UE

Sabiex jiġi żgurat koordinament aħjar tal-politika kif ukoll integrazzjoni mtejba tal-objettivi tal-iżvilupp urban f'ammont ikbar ta' setturi politiċi, l-organizzazzjonijiet tal-bliet ilhom għal ħafna snin jitolbu għal aġenda urbana tal-UE.(27) L-ewwel komunikazzjoni mill-Kummissjoni dwar l-aġenda urbana diġà ħarġet fis-sena 1997. Fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar din it-tema, f'Lulju 2014, "id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE - aspetti prinċipali tal-aġenda urbana tal-UE", isiru diversi proposti dwar liema forom tista' tieħu din l-aġenda urbana tal-UE:

•         Metodu ta' ħidma sabiex tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki u l-programmi differenti tal-UE

Ħafna politiki fuq il-livell Ewropew jikkonċernaw iż-żoni urbani direttament, pereżempju l-politika b'rabta mat-trasport, il-politika soċjali u l-politika dwar it-tibdil fil-klima. Il-bliet huma kkonċernati kważi dejjem, iżda l-proposti differenti mhux dejjem huma koerenti u kkoordinati flimkien. Il-koordinament tad-diversi regoli, programmi u inizjattivi tal-UE b'rilevanza għall-bliet għalhekk tikkostitwixxi prijorità. Il-prinċipju ġenerali għandu jkun li d-dimensjoni urbana hija aspett integrali tal-oqsma politiċi kollha tal-UE.

Ir-rapporteur tipproponi li għandu jkun hemm rappreżentant speċjali għall-politika urbana fi ħdan il-Kummissjoni, li jikkoordina b'mod orizzontali diversi setturi politiċi u inizjattivi fil-Kummissjoni tal-UE u li vertikalment jottimizza u jappoġġa l-ħidma tad-diversi livelli għat-teħid ta' deċiżjonijiet u tal-amministrazzjoni.

•         Miżuri li l-għan tagħhom huwa ammont limitat ta' sfidi importanti tas-soċjetà

Bħala eżempji ta' tali sfidi, pereżempju, japplikaw il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima jew il-bidla demografika. Fil-prinċipju, l-isfidi għandu jkollhom impatt sinifikanti fuq il-bliet jew fuq iż-żoni urbani, ma jistgħux jiġu solvuti b'mod sodisfaċenti mill-Istati Membri tal-UE u kwalunkwe miżura tal-UE għandha tirrappreżenta valur miżjud għall-bliet.

Ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni biex f'kooperazzjoni fost l-oħrajn mal-partijiet interessati fil-livell lokali, tippreżenta proposti kemm għall-isfidi l-iktar urġenti kif ukoll dwar il-miżuri neċessarji.

•         Strateġija bi prijoritajiet fuq perjodu twil

Aġenda urbana tal-UE għandha tikkonforma mal-għanijiet u l-istrateġiji tal-UE, b'mod partikolari mal-istrateġija Ewropa 2020. Din tkun tistabbilixxi qafas ta' azzjoni fir-rigward tal-politiki u l-programmi differenti tal-UE u tiddefinixxi numru limitat ta' temi, li mbagħad jiġu implementati bi prijorità.

Ir-rapporteur tipproponi li l-aġenda urbana tal-UE għandha tkun orjentata skont l-għanijiet tal-istrateġija Ewropa 2020 u partikolarment għat-temi "inklużjoni soċjali, bidla demografika u sostenibbiltà" u tistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-aġenda urbana tal-UE fil-programm ta' ħidma li jmiss tagħha u tippreżenta l-passi neċessarji għall-implementazzjoni tagħha.

Bħala strumenti ċentrali għall-implementazzjoni tal-aġenda urbana tal-UE, ir-rapporteur tipproponi:

•         Mudell ġdid ta' "Multi-Level-Governance"

Il-politika urbana ma għandhiex isseħħ biss minn fuq għal isfel. Il-bliet għandhom jingħataw possibbiltajiet biex jinkorporaw l-esperjenzi u l-opinjoni tagħhom fil-proċess leġiżlattiv tal-UE.

Ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tiżviluppa mudell ġdid ta' "multi-level governance", li jikkombina l-istrutturi governattivi formali mal-istrutturi informali, li jieħdu kont tal-possibbiltajiet ġodda tal-komunikazzjoni diġitali u tal-attivitajiet tan-netwerk. Il-mudell il-ġdid għandu jiggarantixxi l-iskambju tal-informazzjoni kemm orizzontalment kif ukoll vertikalment u jżid il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini u l-leġittimità demokratika.

•         Regolamentazzjoni iktar intelliġenti

Wieħed mill-għanijiet tar-rapporteur hija li tissemplifika d-dritt tal-Unjoni għal politika tal-iżvilupp urban effiċjenti, sabiex tiffaċilita l-implementazzjoni u tikkawża inqas spejjeż. Ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tal-UE tintensifika l-isforzi tagħha għall-ħolqien ta' qafas ġuridiku li huwa ċar, stabbli kif ukoll prevedibbli, li jinkoraġġixxi t-tkabbir u l-impjiegi. B'mod partikolari għall-bliet għandu jkun iggarantit li l-użu tal-azzjoni amministrattiva jkun jista' jinkiseb bl-inqas spejjeż possibbli.

•         Appoġġ finanzjarju xieraq mill-UE

Sabiex ikun jista' jkun hemm reazzjoni għall-isfidi differenti taż-żoni urbani, hemm diversi fondi disponibbli (FEŻR, FSE, Orizzont 2020, Ewropa għaċ-ċittadini eċċ.).

Ir-rapporteur tissuġġerixxi li jinstabu soluzzjonijiet imfasslin apposta għal bliet, li jkunu disponibbli għajnuniet finanzjarji xierqa u possibbilment jintużaw b'mod ikkoordinat flus mill-fondi differenti.

•         Prinċipju ta' sħubija

Il-bliet huma direttament jew indirettament affettwati mir-regoli Ewropej, iżda l-proposti differenti mhux dejjem ikunu kkoordinati flimkien b'mod koerenti u mhux dejjem ikunu jistgħu jiġu implementati faċilment għall-bliet.

Ir-rapporteur tirrimarka li l-prinċipju ta' sħubija, fil-każ tal-fondi strutturali, jista' jkun eżempju għal kooperazzjoni iktar effiċjenti bejn il-livelli ta' governanza differenti. L-inkorporazzjoni bikrija tal-livell urban tista' tikkontribwixxi sabiex il-liġijiet, li jkollhom konsegwenzi diretti fuq il-bliet, ikunu jistgħu jiġu applikati wkoll realment minn dawn fil-prattika.

•         Forum informattiv u skambju armonizzat tad-data dwar kwistjonijiet urbani

Ir-rapporteur tissuġġerixxi li jsir forum ta' informazzjoni li jittella' b'mod regolari dwar il-politika urbana, joffri lill-partijiet interessati tal-livelli governattivi differenti l-possibbiltà li jikkooperaw u jiddiskutu, u jagħtihom l-opportunità, biex fuq livell tal-UE, jivvalutaw il-konsegwenzi tal-politiki tal-UE.

Armonizzazzjoni iktar b'saħħitha tad-data dwar l-ippjanar urban u rurali għandha tissemplifika l-implementazzjoni tal-politiki tal-UE fil-livell lokali u tiffaċilita l-eżami tagħhom għall-użu u s-suċċess.

Fil-qosor, ir-rapporteur hija tal-fehma li l-politika tal-UE għandha tadotta b'mod urġenti l-miżuri neċessarji msemmijin għal politika/aġenda urbana effiċjenti tal-UE, sabiex ikun jista' jkollha influwenza fuq il-konsegwenzi u l-veloċità tal-urbanizzazzjoni fl-Ewropa. Huwa biss permezz ta' ġestjoni attiva u kkoordinata tal-politika tal-UE, li l-bliet ikunu jistgħu jibqgħu jissodisfaw il-funzjoni tagħhom anki fil-futur u joffru lir-residenti tagħhom il-kondizzjonijiet tal-għajxien mixtieqa minnhom.

8.5.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

dwar id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE

(2014/2213(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Evelyn Regner

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.      Jirrimarka li l-bliet żgħar u kbar għandhom rwol importanti fil-ħidma biex jintlaħqu l-miri u l-għanijiet ta' impjiegi tal-politiki ta' koeżjoni tal-Ewropa 2020, u għaldaqstant jeħtieġ li jkunu integrati fil-proċess sħiħ tat-tfassil tal-politiki fil-livell tal-UE, li jista' jintlaħaq, inter alia, permezz tal-inklużjoni ta' rappreżentanti tal-bliet kbar u żgħar fil-gruppi ta' esperti, li għandhom ukoll jikkonsultaw lill-atturi tas-soċjetà ċivili u l-imsieħba soċjali; jilqa' f'dan ir-rigward aġenda urbana tal-UE, li tiżgura koordinazzjoni aħjar tal-politiki u l-involviment tal-partijiet interessati rilevanti minn żoni urbani Ewropej u għandha tittieħed fil-kuntest usa' tal-Artikolu 4 TUE;

2.      Jilqa' wkoll konsultazzjonijiet multidixxiplinari ma' korpi li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, bħall-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, u korpi simili fl-Istati Membri, u l-assoċjazzjonijiet taċ-ċittadini u r-rappreżentanti eletti tagħhom, bil-ħsieb li jottimizzaw ir-riżultati tal-politiki tal-UE u, b'mod partikolari tal-politiki dwar l-impjiegi;

3.      Jikkunsidra li sabiex ikun żgurat li l-opinjonijiet tal-partijiet interessati urbani kollha jkunu kkunsidrati aħjar, l-għodod eżistenti u l-istrutturi tal-UE għandhom jiġu esplorati b'mod aktar effiċjenti permezz ta' konsultazzjoni, evalwazzjoni, stima ta' impatt u skambju tal-aħjar prattiki u esperjenzi b'mod speċjali fit-tfassil ta' programmi operattivi;

4.      Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tkompli tappoġġja l-iżvilupp ta' programmi ta' investiment fil-belt kollha amministrati lokalment;

5.      Jirrimarka li t-tkabbir, il-ħolqien tal-impjiegi, ir-riċerka u l-iżvilupp huma kkonċentrati b'mod partikolari fil-bliet żgħar u kbar u fir-reġjuni urbani tal-Ewropa u li ħafna bliet żgħar u kbar Ewropej qed iħabbtu wiċċhom ma' sfidi soċjali kbar, b'mod partikolari dawk li qed jikbru malajr u dawk li qed jiffaċċaw tnaqqis demografiku; ifakkar li l-bliet żgħar u kbar għandhom l-akbar konċentrazzjoni kemm ta' rikkezzi kbar kif ukoll tal-esklużjoni fl-aktar forom estremi tagħhom;

6.      Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja l-bliet żgħar u kbar u ż-żoni urbani flimkien mal-Istati Membri u biex tipproponi linji gwida Ewropej biex jingħelbu dawn l-isfidi, li jinkludu rati għolja ta' qgħad, inugwaljanza soċjali li qed tikber, is-sigurtà, il-globalizzazzjoni, il-bidliet fix-xejriet tal-produzzjoni, il-migrazzjoni u l-faqar, u l-ħtieġa li jiġu promossi l-integrazzjoni u li tiġi pprovduta infrastruttura pubblika u akkomodazzjoni soċjali;

7.      Jirrimarka li l-miżuri fl-oqsma tal-impjiegi, soċjali, ekonomiċi u tal-politika ambjentali jiksbu effett iktar rapidu u akbar fl-agglomerazzjonijiet milli f'żoni oħrajn; jitlob lill-Kummissjoni tikkunsidra din iċ-ċirkustanza fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni tal-politiki tagħha;

8.      Iqis li, billi jiġu appoġġati proġetti innovattivi, intelliġenti u sostenibbli, il-bliet żgħar u kbar jistgħu jagħtu kontribut qawwi għat-tkabbir ekonomiku, billu jżidu r-rata tal-impjieg u jtejbu l-koeżjoni soċjali, u li l-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien teħtieġ iffinanzjar adegwat sabiex jittejjbu l-infrastruttura diġitali u l-ħiliet fl-ICT taċ-ċittadini tagħha f'żoni urbani;

9.      Jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rabtiet bejn iċ-ċentri tal-bliet u l-periferija urbana, u bejn iż-żoni urbani u rurali;

10.    Huwa tal-fehma li, fl-oqfsa tal-Fond Ewropew għal Investimenti Strateġiċi, il-proġetti fiż-żoni urbani għandhom jingħataw attenzjoni speċjali, bil-għan li jinġiebu 'l quddiem finanzjament u investimenti sostenibbli mil-lat soċjali u minn dak ambjentali b'potenzjal kbir għall-ħolqien tal-impjiegi; jenfasizza li l-Kumitat tal-Investiment tal-Fond, li se jeżamina l-proġetti, għandu jagħti attenzjoni partikolari lil proġetti li għandhom x'jaqsmu ma' akkomodazzjoni soċjali, ir-rinnovazzjoni ta' żoni pubbliċi u bini, it-trasport pubbliku strateġiku, l-edukazzjoni, is-saħħa u l-kura; jenfasizza li l-investimenti għandhom jiffukaw ukoll fuq il-ħolqien ta' impjiegi sostenibbli u ta' kwalità għolja, sabiex jiġi evitat il-faqar fost dawk li jaħdmu; jitlob għall-involviment taċ-ċittadini u tal-partijiet interessati fit-tfassil tal-politiki neċessarji u tal-proġetti relatati;

11.    Jinnota li, sabiex tiżdied l-attraenza tal-bliet żgħar u kbar bħala postijiet fejn isir l-investiment, u b'hekk jikkontribwixxu għal tkabbir ekonomiku inklużiv u biex tingħata spinta lill-ħolqien tal-impjiegi, huwa meħtieġ li jsir iżjed investiment fi spazji pubbliċi urbani, jiġu riabilitati t-territorji abbandunati u jiġu indirizzati l-problemi li jillimitaw l-iżvilupp tal-kummerċ, b'mod partikolari fis-servizzi, bħaċ-ċentri urbani ftit li xejn żviluppati, l-ispazji pubbliċi abbandunati, iż-żoni urbani mhux sikuri jew mhux attraenti u l-livell baxx ta' involviment tar-residenti;

12.    Jistieden lill-Kummissjoni tistudja l-possibbiltà ta' flessibilità baġitarja maġġuri fi ħdan ir-regoli tal-qafas ta' governanza ekonomika għan-nefqa pubblika għall-ġlieda kontra l-qgħad u l-faqar u għall-iskop li jiġi promoss l-investiment soċjali biex jiġi ffaċilitat investiment produttiv akbar mill-bliet żgħar u kbar, it-tnaqqis ta' diversi forom ta' inugwaljanza u l-promozzjoni ta' taħlita soċjali bbilanċjata; jenfasizza li, b'mod konformi mal-aġenda urbana, għandha tinstab soluzzjoni għall-problema tal-integrazzjoni fis-suq tax-xogħol taż-żgħażagħ bi ftit kwalifiki, billi jiġi pprovdut taħriġ vokazzjonali u taħriġ fuq il-post tax-xogħol li jkun mingħajr ostakli, aċċessibbli u ta' kwalità u li jgħinhom jiksbu ħiliet, filwaqt li jitqies il-fatt li n-nuqqas ta' kwalifiki jista' jżid ir-riskju tal-qgħad, li min-naħa tiegħu jżid ir-riskju tal-faqar u jwassal għal għadd kbir ta' sfidi soċjali marbuta mal-esklużjoni, l-aljenazzjoni u l-isforzi falluti fil-bini ta' ħajja indipendenti; jenfasizza li huwa kruċjali għall-bliet żgħar u kbar li jgħinu aktar żgħażagħ jibqgħu l-iskola u jiksbu l-kwalifiki xierqa meħtieġa għal impjieg u karriera u li jkun żgurat aċċess usa' għal edukazzjoni ta' kwalità għolja, bi proġetti speċjali għal tfal minn gruppi żvantaġġati u minoritajiet;

13.    Jiġbed l-attenzjoni għall-kwistjoni tal-iffullar tal-akbar bliet, li, fin-nuqqas ta' infrastruttura xierqa, jista' jwassal għal problemi ta' mobilità jew ta' akkomodazzjoni insuffiċjenti jew ta' kwalità baxxa; huwa mħasseb dwar il-problemi kkawżati mit-traffiku u nuqqas ta' fluss tat-traffiku mingħajr xkiel fil-bliet, li jżidu b'mod sinifikanti l-ħin tal-ivvjaġġar u jnaqqsu l-kwalità tal-ħajja ta' ħafna Ewropej; jenfasizza li n-nuqqas ta' infrastruttura xierqa jista' jikkawża pressjoni psikoloġika u tensjoni fuq il-ħaddiema, u b'hekk ifixkel li jkun hemm bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

14.    Jitlob lill-Kummissjoni tivverifika jekk il-fondi mhux użati tal-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ jistgħux jingħataw direttament lill-bliet li huma affettwati b'mod partikolari minn qgħad għoli fost iż-żgħażagħ, u taħt liema kundizzjonijiet jista' jsir dan, sakemm l-allokazzjoni tal-fondi tkun dedikata għal proġetti speċifiċi maħsuba biex jiġġieldu l-qgħad fost iż-żgħażagħ;

15.    Jiġbed l-attenzjoni għall-fatt li d-disinn u s-servizzi urbani li jindirizzaw id-diskriminazzjoni bejn is-sessi u jippromwovu opportunitajiet ugwali jikkontribwixxu għall-kisba ta' benefiċċju soċjali u ekonomiku akbar; jitlob għalhekk li l-Kummissjoni tippromwovi attivament l-iskambju ta' eżempji tal-aħjar prattiki fl-ibbaġitjar skont il-ġeneru;

16.    Jenfasizza l-kunċetti ta' bliet żgħar u kbar aċċessibbli, ta' bbaġitjar għal disinn universali(28) u tal-ippjanar ta' bliet żgħar u kbar aċċessibbli; jistieden lill-bliet żgħar u kbar u r-reġjuni urbani jirrispettaw l-impenji tal-UE dwar l-aċċessibbiltà; jistieden lill-Kummissjoni tissorvelja l-implimentazzjoni tal-miżuri relatati; iħeġġeġ l-involviment sistematiku taċ-ċittadini, inklużi l-persuni b'diżabilità, u r-rappreżentanti tagħhom, u l-esperti fid-disinn universali tal-iżvilupp urban;

17.    Jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra, meta talloka l-fondi, l-effetti tal-kriżi finanzjarja, li dgħajfu l-kapaċità tar-reġjuni urbani li jiffaċċjaw kwistjonijiet maġġuri bħall-isfidi demografiċi, ambjentali, ekonomiċi u soċjali u l-provvista ta' servizzi pubbliċi;

18.    Jitlob lill-Kummissjoni, bħala parti mill-programm urban tagħha, tistabbilixxi miri ambizzjużi biex tiżgura li l-bliet żgħar u kbar u r-reġjuni jimplimentaw l-Istrateġija Ewropa 2020 filwaqt li tqis il-karatteristiċi speċifiċi ta' kull reġjun, u jirrimarka li, b'konformità ma' din l-istrateġija, il-prijoritajiet tal-programm urban għandhom jinkludu l-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u n-nuqqas ta' saqaf fejn wieħed jgħix, billi tiġi inkoraġġuta b'mod partikolari akkomodazzjoni soċjali aktar sostenibbli;

19.    Jenfasizza li l-bliet żgħar u kbar huma parti minn żona funzjonali usa' u ma jistgħux jiġu ttrattati f'iżolament; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju ta' żvilupp reġjonali sostenibbli bil-ħsieb ukoll li jinkiseb żvilupp urban aktar effiċjenti u sostenibbli fl-iżvilupp tal-aġenda urbana tagħha, speċjalment fis-setturi tal-infrastruttura, tas-servizzi pubbliċi (speċjalment fl-edukazzjoni), tas-saħħa u tal-kura, flimkien ma' netwerks tat-trasport pubbliku kkoordinati, integrati, strateġiċi u sostenibbli li jgħinu biex tissaħħaħ il-koeżjoni soċjali u tissaħħaħ il-mobilità tal-ħaddiema u biex jintlaħaq bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; iħeġġeġ l-iżvilupp ta' dawn in-netwerks tat-trasport f'konurbazzjonijiet transkonfinali peress li ż-żoni urbani għandhom ikunu loġistikament interkonnessi mhux biss fil-livell reġjonali jew nazzjonali, iżda wkoll fil-livell transkonfinali;

20.    Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jgħinu liż-żoni urbani jimmodernizzaw il-karatteristiċi ekonomiċi, soċjali u ambjentali tagħhom permezz ta' investimenti għaqlin u koordinazzjoni aħjar; iqis li huwa wkoll meħtieġ li jiġi promoss ambjent sikur u ta' kwalità għolja;

21.    Jirrimarka li l-istrutturi u l-isfidi tal-bliet żgħar u kbar u tar-reġjuni urbani huma strutturalment differenti ħafna u jiffaċċjaw medda wiesgħa ta' sfidi; jikkonkludi, għaldaqstant, li approċċ wieħed għal kulħadd għandu jiġi miċħud; jistieden lill-Kummissjoni ssib modi ġodda biex ittejjeb l-iskambju ta' informazzjoni u tal-aħjar prattiki u biex tieħu kont tal-ħtiġijiet speċifiċi tar-reġjuni urbani meta tabbozza l-leġiżlazzjoni, peress li l-bliet żgħar u ż-żoni urbani akbar huma ċentri importanti ta' attività ekonomika u għadhom, minħabba l-kultura, id-daqs, l-infrastruttura u l-istruttura ekonomika tagħhom, problemi soċjali speċifiċi u jeħtieġu soluzzjonijiet speċifiċi;

22. Jinnota li l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri fuq l-iżvilupp urban attwalment issir fuq bażi intergovernattiva; jemmen li l-iżvilupp ta' aġenda urbana tal-UE għandha turi valur miżjud tal-UE ċar.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

7.5.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

44

4

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Kostadinka Kuneva, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Verónica Lope Fontagné, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Ulla Tørnæs, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Georges Bach, Heinz K. Becker, Karima Delli, Tania González Peñas, Marju Lauristin, Helga Stevens, Ivo Vajgl, Tom Vandenkendelaere

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Jens Nilsson

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

26

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, José Blanco López, Franc Bogovič, Steeve Briois, Rosa D’Amato, Bill Etheridge, Michela Giuffrida, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Julia Reid, Terry Reintke, Monika Smolková, Maria Spyraki, Olaf Stuger, Ángela Vallina, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petras Auštrevičius, Daniel Buda, Salvatore Cicu, Ivana Maletić, Jan Olbrycht

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jens Nilsson, Georgi Pirinski, Daniele Viotti

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320.

(2)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 289.

(3)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 259.

(4)

ĠU C 390E, 18.12.2012, p.10.

(5)

ĠU C 184E 6.8.2009, p. 95.

(6)

Parag Khanna, Beyond City Limits, Foreign Policy, 6 ta' Awwissu 2010.

(7)

Eurostat - City Statistics, 2014.

(8)

The Vertical Farm, www.verticalfarm.com.

(9)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Mejju 1997 "Lejn aġenda urbana fl-Unjoni Ewropea" (COM(1997)0197).

(10)

Id-definizzjoni preċiża tat-termini "belt" u "żona urbana" hija differenti minn pajjiż għall-ieħor. F'dan id-dokument it-termini huma interskambjabbli u jintużaw biex jiddeskrivu l-forom ta' insedjamenti urbani kollha.

(11)

Nazzjonijiet Uniti, World urbanization prospects, Dokument ta' ħidma ta' reviżjoni tal-2005 NO ESA/P/WP/200.

(12)

"Id-dimensjoni urbana tal-politiki tal-UE – aspetti prinċipali tal-aġenda urbana tal-UE", COM(2014) 490.

(13)

Dijkstra, Poelman, Cities in Europe the new OECD-EC definition, DĠ REGIO, Regional Focus 01/2012

(14)

Saskia Sassen, global cities as today's frontiers, leuphana digital school, 1/6.

(15)

Saskia Sassen, global cities as today's frontiers, leuphana digital school, 2/6.

(16)

Parag Khana, Beyond city limits, foreign policy, 6.10.2014. L-Ewropa għandha żewġ bliet ta' din id-dimensjoni: Londra u Pariġi.

(17)

Futurium, fl-2011 il-Kummissjoni Ewropea, id-Direttorat Ġenerali għan-Netwerks tal-Komunikazzjonijiet, il-Kontenut u t-Teknoloġija (DĠ CONNECT) nieda proġett imsejjaħ "Futuri Diġitali -. vjaġġ fil-viżjonijiet tal-2050 u l-isfidi politiċi." Il-proġett tlesta f'Diċembru 2013. L-għan tiegħu kien "li jipprovdi tweġibiet kredibbli u sostenibbli għal kwistjonijiet sistemiċi, bħall-qgħad jew l-istabbiltà finanzjarja." Wieħed mill-oqsma tematiċi kien Cities, Villages, Communities fl-2050.

(18)

Studju tal-Ministeru tal-Intern u r-Relazzjonijiet fir-Renju tan-Netherlands, The Hague, 2014: L-implikazzjonijiet reġjonali tad-dinamiċi globali jiddeterminaw fil-biċċa l-kbira s-swieq tax-xogħol lokali. Il-kooperazzjoni u l-koordinament f'livell ogħla, nazzjonali, Ewropew u dak internazzjonali huma prerekwiżit għal approċċi lokali effettivi għat-tkabbir ekonomiku.

(19)

Ibid. "Fis-soċjetà tagħna konnessa b'netwerks, dawn in-netwerks imorru lil hinn ukoll mill-fruntieri governattivi tradizzjonali, u dan għandu implikazzjonijiet għall-koordinazzjoni orizzontali u vertikali, il-bidla mill-gvern għall-governanza timplika li l-kooperazzjoni u l-koordinament ma' atturi mhux pubbliċi biex jintlaħqu l-miri pubbliċi saru aktar importanti."

(20)

Artikolu 5 TUE: Sussidjarjetà: 1., Artikolu 4 tat-TFUE: 2. Titolu XVIII, TFUE, koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali u l-Protokoll Nru 2 - dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità.

(21)

see: Id-dimensjoni urbana f'politiki oħra tal-UE, Kummissjoni Ewropea, DĠ Regio, 2011.

(22)

(2008/2130(INI) Id-dimensjoni urbana tal-politika ta' koeżjoni 24/3/2009.

(23)

2010/2158(INI) L-Aġenda Urbana Ewropea u l-futur tagħha fil-politika ta' koeżjoni 2011.

(24)

Dokumenti importanti jinkludu: Programm ta' Azzjoni, Lille, 2000; Acquis Urban, Rotterdam, 2004; Komunitajiet sostenibbli, Bristol, 2006; Karta ta' Leipzig dwar il-Bliet Ewropej Sostenibbli, Leipzig, 2007; Implimentazzjoni tal-Karta ta' Leipzig, Marsilja 2008; Dikjarazzjoni ta' Toledo, 2010; Konklużjonijiet ta' Poznań, Novembru 2011; Aġenda Territorjali tal-UE 2020, 2011; Lejn aġenda urbana tal-UE, Ateni, 2014.

(25)

pereżempju l-kooperazzjoni bejn il-muniċipalitajiet u l-kooperazzjoni transkonfinali. Huma meħtieġa forom flessibbli ta' ġestjoni tal-politika għall-iżvilupp urban, imfassla għaċ-ċentri urbani ta' daqs differenti.

(26)

Hameldinger et: The Europanization of cities, techne Press, Amsterdam, 2010: Tmien stadji tal-Ewropizzazzjoni tal-bliet: (a) risposta għad-direttivi u r-regolamenti tal-UE (b) il-ġestjoni tal-informazzjoni Ewropea (c) il-komunikazzjoni mas-settur privat u l-pubbliku (d) il-massimizzazzjoni tal-għotjiet mill-UE (e) l-aġevolazjoni tar-riġenerazzjoni ekonomika (permezz tal-punt (d)) (f) il-konnessjoni ma' organizzazzjonijiet lokali oħra parteċipanti fl-EU (g) il-parteċipazzjoni f'netwerks internazzjonali tal-UE u l-kooperazzjoni f'proġetti konġunti (h) il-konsulenza lill-UE dwar kwistjonijiet ta' implimentazzjoni (i) il-politiki tal-Kunsill isiru iktar Ewropej.

(27)

eż. Eurocities.

(28)

Kif definit fl-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (2010/48/KE).

Avviż legali