Proċedura : 2014/0259(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0243/2015

Testi mressqa :

A8-0243/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 08/09/2015 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0281

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 220kWORD 112k
23.7.2015
PE 537.523v02-00 A8-0243/2015

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika soċjali

(06732/2015 – C8-0079/2015 – 2014/0259(NLE))

Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

Rapporteur: Patrick Le Hyaric

PR_NLE-AP_LegAct

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Protokoll tal-2014 għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat, 1930, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mal-politika soċjali

(06732/2015 – C8-0079/2015 – 2014/0259(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-abboż ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06732/2015),

–       wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 153(2), b'rabta mal-Artikolu 153(1)(a) u (b), l-Artikolu 218(6)(2a)(v) u l-Artikolu 218(8) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0079/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0243/2015),

1.      Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Ix-xogħol furzat huwa ksur tad-drittijiet tal-bniedem u reat kontra d-dinjità ta' miljuni ta' nisa, irġiel, bniet u subien.

Il-ġlieda kontra din il-forma ta' sfruttament, fil-forma l-aktar vjolenti tagħha, hija l-bażi ta' movimenti kbar ta' emanċipazzjoni politiċi u filosofiċi. Fix-xewqa li teħles lill-bnedmin minn katina ta' dominanza politika, kulturali u dipendenza materjali, il-ġlieda emanċipatorja dejjem attakkat ix-xogħol servili li jipprojbixxi l-ftuħ ta' drittijiet oħrajn.

Minkejja dan, fil-21 seklu x-xogħol furzat jikkonċerna 21 miljun persuna, ilkoll vittmi ta' sfruttament li jiġġenera dħul ta' $ 150 biljun fis-sena għal dawk li jorganizzawh u jissorveljawh.

Mal-forom tradizzjonali ta' sfruttament ibbażati fuq ir-restrizzjoni fiżika jew materjali, kif dejjem kienu u għadhom, hemm ukoll dawk ġodda, l-aktar fil-pajjiżi għonja u kultant minkejja l-eżistenza ta' stat tad-dritt. Aktar sottili u insidjużi iżda daqstant vjolenti, huma dawk ibbażati fuq it-tama. Huma jaffettwaw lill-irġiel, lin-nisa u lit-tfal li jixtiequ joħorġu mill-kundizzjonijiet li jkunu jinsabu fihom u jkunu bdew bidla f'ħajjithom biex jiksbu dan.

Għalkemm l-iskjavitù minħabba d-dejn uffiċjalment ma teżistix aktar fil-kontinent Ewropew, 880,000 persuna fl-Unjoni Ewropea, u 1,6 miljun fil-kontinent kollu jsofru minn dawn il-forom ġodda ta' xogħol furzat. L-irġiel u n-nisa li lilhom kien offrut impjieg barra l-pajjiż isibu lilhom infushom maqbuda minn min suppost qed iħaddimhom, il-migranti mit-traffikanti tagħhom, u tfal magħmula vulnerabbli minħabba l-qlugħ mill-għeruq tagħhom.

L-aktar popolazzjonijiet vulnerabbli, in-nisa, it-tfal, il-migranti, huma dawk li fuqhom jiġu imposti l-agħar kompiti u kundizzjonijiet: li jipprostitwixxu rwieħhom, li jittalbu, u li jagħmlu x-xogħol l-aktar iebes u l-aktar degradanti. Mal-vjolenza tal-isfruttament hemm ukoll il-vjolenza fiżika, l-aggressjoni psikoloġika kostanti, il-biża' u l-iżolament.

Dawn il-forom ġodda ta' skjavitù u ta' sfruttament, bħal fil-qedem, għandhom jinqerdu bis-saħħa tal-liġi u ta' azzjonijiet determinati sabiex jinfurzaw il-liġi. Dan huwa l-għan tal-Protokoll tal-2014 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol b'rabta mal-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-1930 li dwaru tittratta din ir-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali tal-Parlament Ewropew.

Il-Protokoll

Il-Protokoll tal-2014 tal-ILO għall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Furzat tal-1930 jaġġorna lil din il-Konvenzjoni u jagħtiha għodod ġodda għall-ġlieda kontra x-xogħol furzat u jagħtiha karattru li jorbot legalment.

Meta jitqies il-fatt li "l-kuntest u l-forom tax-xogħol furzat inbidlu", il-Protokoll iqis bħala "meħtieġa" il-miżuri ta' prevenzjoni, protezzjoni, tad-dħul fis-seħħ tal-mekkaniżmi ta' rikors u tiswija, bħall-kumpens u r-riparazzjoni għall-ħsara materjali u fiżika. Huwa jappella wkoll għat-tisħiħ tar-riżorsi u tal-koperazzjoni bejn l-istati fil-ġlieda kontra l-forom kontemporanji tal-iskjavitù, filwaqt li jagħraf il-karattru dejjem aktar internazzjonali tagħhom.

Id-dispożizzjonijiet tal-protokoll issaħħu l-qafas legali internazzjonali billi jistabbilixxu l-obbligu li jitrażżan ix-xogħol furzat u li tiġi żgurata l-protezzjoni lill-vittmi u aċċess għall-mekkaniżmi ta' rimedju, bħalma huwa l-kumpens.

L-Artikoli 1 u 6 jitolbu lill-Istati Membri tal-ILO jiżviluppaw politika nazzjonali u pjan ta' azzjoni nazzjonali għall-eliminazzjoni effettiva u sostenibbli tax-xogħol furzat u biex jieħdu miżuri biex jimplimentaw id-dispożizzjonijiet tal-Protokoll, wara li ssir konsultazzjoni mal-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u tal-ħaddiema.

L-Artikolu 2 jistabbilixxi l-passi li l-Istati Membri tal-ILO għandhom jieħdu sabiex jipprevjenu x-xogħol furzat:

•   l-edukazzjoni u l-informazzjoni tal-persuni, speċjalment dawk meqjusa partikolarment vulnerabbli, kif ukoll dawk li jħaddmu;

•   sforzi biex jiżguraw li l-kamp ta' applikazzjoni u l-kontroll tal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni rilevanti dwar il-prevenzjoni tax-xogħol furzat, ikopru l-ħaddiema u s-setturi kollha tal-ekonomija u li s-servizzi tal-ispezzjonijiet tax-xogħol jissaħħu;

•   il-protezzjoni tal-persuni, speċjalment tal-ħaddiema migranti, mill-abbużi possibbli u prattiki frodulenti fil-proċess ta' reklutaġġ u tħaddim;

•   appoġġ għad-diliġenza dovuta li tagħha jridu jagħtu prova s-setturi pubbliċi u privati; u

•   azzjoni kontra l-kawżi profondi li jkabbru r-riskju tax-xogħol furzat.

Fir-rigward tal-vittmi tax-xogħol furzat, l-Artikolu 3 jipprovdi li jittieħdu miżuri effettivi biex jiġu identifikati, meħlusa u protetti u sabiex ikunu jistgħu jirkupraw jirriabilitaw ruħhom, kif ukoll jingħataw lilhom għajnuna u appoġġ f'forom oħra.

L-Artikolu 4 jirrikjedi li l-Istati Membri tal-ILO jiżguraw li l-vittmi kollha jkollhom aċċess għal mekkaniżmi ta' rikors u rimedju, bħall-kumpens, u li l-awtoritajiet kompetenti ma jkunux rikjesti li jtellgħu lill-vittmi l-qorti minħabba s-sehem tagħhom f'attivitajiet illegali li kienu mġiegħla jwettqu.

L-Artikolu 5 jipprovdi għal kooperazzjoni internazzjonali għall-prevenzjoni u l-qerda tax-xogħol furzat u l-Artikolu 7 jħassar id-dispożizzjonijiet tranżitorji mill-Konvenzjoni.

Il-konsistenza mal-politiki u l-objettivi oħra tal-UE

Fil-liġi primarja tagħha, l-UE għandha mniżżla l-projbizzjoni tax-xogħol furzat billi ħadet mill-Karta tad-Drittijiet Soċjali Fundamentali tal-ħaddiema iżda wkoll il-Karta Soċjali Ewropea tal-Kunsill tal-Ewropa fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE(1).

Għalkemm l-UE għadha ma aderixxietx għall-Konvenzjoni dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, il-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja tal-UE diġà bbażat ruħha fuq dan id-dokument li l-Artikolu 4 tiegħu jipprojbixxi l-iskjavitù u x-xogħol furzat.

Għalhekk, l-istrateġiji tal-UE għandhom jagħmlu sforz biex jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem u x-xogħol deċenti, jippromwovuhom, u jeqirdu t-traffikar tal-bnedmin, kemm ġewwa kif ukoll 'il barra mill-fruntieri tagħha.

Il-pożizzjoni tar-rapporteur

Id-drittijiet tax-xogħol jirrappreżentaw wieħed mill-pilastri ewlenin tax-xogħol deċenti u jipprovdu l-istrument ewlieni fil-ġlieda kontra l-isfruttament tax-xogħol. Għalhekk, kwalunkwe devjazzjoni minn dawn id-drittijiet, l-evażjoni permezz ta’ politiki oħra bħalma huma l-libertà tal-moviment, jew pressjonijiet politiċi għar-riforma tad-drittijiet tax-xogħol fis-sens ta’ tnaqqis tal-istandards normali oriġinali jmorru kontra l-applikazzjoni l-aktar wiesgħa tal-istandards tax-xogħol deċenti.

Għal dan l-għan, l-applikazzjoni tad-Direttiva dwar l-ippustjar tal-Ħaddiema hija sors ta’ tħassib peress li tista’ toħloq lakuna ġuridika de facto u tippermetti lill-impriżi jagħlqu għajnejhom, jew saħansitra tħeġġeġ, permezz tal-katina ta’ sottokuntrattar, li jinkisru r-regoli, ir-rekwiżiti minimi u l-prattiki fis-seħħ. L-ispetturi nazzjonali tax-xogħol ma jistgħux jindirizzaw kif xieraq il-każijiet transnazzjonali li jaqgħu taħt din id-Direttiva li għalihom l-il-konsegwenzi kollha, inklużi dawk f’forma ta’ xogħol furzat, huma possibbli. Madankollu, l-Artikolu 2 tal-Protokoll jitlob tisħiħ tas-servizzi tal-ispettorat tax-xogħol biex tiġi applikata l-leġiżlazzjoni dwar ix-xogħol.

Il-protokoll jitlob lill-gvernijiet jieħdu miżuri sabiex il-ħaddiema, speċjalment il-ħaddiema migranti, jitħarsu aħjar minn prattiki abbużivi u frodulenti. Dan ma jistax isir bil-mod xieraq mingħajr ma jkun hemm tisħiħ reali tal-infurzar tal-liġi tax-xogħol, u mingħajr l-affermazzjoni ċara u mingħajr ambigwità li din tipprevali, l-istess bħad-dritt għall-azzjoni kollettiva, għall-moviment liberu u għall-kompetizzjoni. Ir-ratifika ta’ din il-Konvenzjoni għandha għalhekk tiġi akkumpanjata minn riflessjoni dwar l-impatt tal-politiki Ewropej fuq il-liġi tax-xogħol.

L-aspett l-ieħor enfasizzat minn dan il-Protokoll għall-protezzjoni tal-bnedmin mix-xogħol furzat jikkonċerna il-prevenzjoni u r-riparazzjoni tad-danni.

Il-prevenzjoni ma tistax tkun effikaċi għajr jekk l-immigrazzjoni irregolari ma tibqax stigmatizzata u tingħata trattament umanista. Il-migranti, partikolarment in-nisa, sikwit huma l-ewwel vittmi tax-xogħol furzat, u l-penalizzazzjoni tal-istatus ġuridiku tagħhom, jekk ma jkunx regolari, jew tal-attività li jkunu mġiegħla jagħmlu (2/3 tal-$150 biljun fi profitti mix-xogħol furzat jiġu mill-isfruttament sesswali) jbiegħedhom mill-istrutturi ġuridiċi li jkunu jistgħu jagħtu valur lid-drittijiet tagħhom.

Għalhekk huwa importanti li dawn il-persuni jinħarġu mill-iżolament li fih huma kostretti minn min qed jisfruttahom u mis-sistemi legali wisq ripressivi fil-konfront tal-migrazzjoni irregolari.

Għandha ssir riflessjoni verament Ewropea madwar il-fatturi ta’ riskju definiti mill-ILO fl-aħħar rapport tagħha dwar ix-xogħol furzat(2) li jimbuttaw lill-individwi lejn ix-xogħol furzat: it-telf tad-dħul u l-faqar, il-vulnerabbiltà relatata man-nuqqas ta’ edukazzjoni, mal-illitteriżmu, il-popolazzjonijiet vulnerabbli (in-nisa, it-tfal migranti). L-istrateġija Ewropea għall-ġlieda kontra l-faqar għandha tmur ferm lil hinn minn sempliċi koordinazzjoni ta’ azzjonijiet nazzjonali, u tistabbilixxi objettivi vinkolanti għat-tnaqqis tal-faqar, u tintegra l-kliem tal-preambolu tal-Protokoll li jgħidu li "x-xogħol furzat jikkontribwixxi sabiex jissokta l-faqar u jxekkel it-twettiq ta’ xogħol deċenti għal kulħadd".

Ir-rimedju għad-dannu jixħet f'diskussjoni r-responsabbiltà ta’ min iħaddem, iżda għandha wkoll tenfasizza r-responsabilità tal-kuntrattur sabiex jiġi evitat li jkun hemm dilwizzjoni tar-responsabbiltà fil-katina tas-sottokuntrattar.

Fl-aħħar nett, l-UE ma tistax tkun forza għall-progress jekk hija tillimitah għall-fruntieri tagħha u tissuġġettah għar-rekwiżiti tal-kompetizzjoni internazzjonali. Id-diplomazija Ewropea, kif ukoll il-politika tal-kummerċ, għandhom ikunu ħafna aktar iddeterminati fl-approċċi tagħhom fil-konfront ta’ pajjiżi terzi li jduru mal-Konvenzjoni tal-ILO dwar ix-xogħol furzat tal-1930 u l-Protokoll tiegħu tal-2014.

Mis-seftura Filippina iżolata u sfruttata fl-Ewropa, sal-ħaddiema li jibnu l-istedjums tat-Tazza tad-Dinja fil-Qatar, mid-drama tat-tħaddim tat-tfal u l-vjolenza tal-isfruttament sesswali, l-istess loġika u netwerks kriminali għadhom fis-seħħ u ma jistgħux jiġu tollerati aktar.

Għaldaqstant ir-rapporteur jipproponi li tingħata l-approvazzjoni għall-proposta ta' deċiżjoni tal-Kunsill.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.7.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

52

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Martina Dlabajová, Lampros Fountoulis, Elena Gentile, Arne Gericke, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Rina Ronja Kari, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Jérôme Lavrilleux, Patrick Le Hyaric, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Maria João Rodrigues, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Yana Toom, Ulrike Trebesius, Ulla Tørnæs, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Tim Aker, Lynn Boylan, Tania González Peñas, Sergio Gutiérrez Prieto, Ivo Vajgl, Monika Vana

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

52

+

ALDE

Enrique Calvet Chambon, Martina Dlabajová, Yana Toom, Ulla Tørnæs, Ivo Vajgl, Renate Weber

ECR

Arne Gericke, Zdzisław Krasnodębski, Anthea McIntyre, Ulrike Trebesius, Jana Žitňanská

EFDD

Laura Agea, Tiziana Beghin

ENF

Mara Bizzotto, Dominique Martin

PPE

David Casa, Danuta Jazłowiecka, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Ádám Kósa, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Verónica Lope Fontagné, Thomas Mann, Elisabeth Morin-Chartier, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Romana Tomc

GUE/NGL

Lynn Boylan, Tania González Peñas, Rina Ronja Kari, Patrick Le Hyaric, Inês Cristina Zuber

PPE

Guillaume Balas, Brando Benifei, Vilija Blinkevičiūtė, Ole Christensen, Elena Gentile, Sergio Gutiérrez Prieto, Agnes Jongerius, Jan Keller, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Maria João Rodrigues, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Marita Ulvskog

Verts/ALE

Terry Reintke, Monika Vana, Tatjana Ždanoka

1

-

Mhux affiljati

Lampros Fountoulis

1

0

EFDD

Tim Aker

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

-  : kontra

0  : astensjoni

(1)

TFUE, [it-Tielet Parti], Titolu X – Politika Soċjali

(2)

“Il-profitti u l-faqar: L-ekonomija tax-xogħol furzat"

Avviż legali