RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja

28.7.2015 - (COM(2015)0286 – C8‑0156/2015 – 2015/0125(NLE)) - *

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern
Rapporteur għal opinjoni: Ska Keller


Proċedura : 2015/0125(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A8-0245/2015

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja

(COM(2015)0286 – C8‑0156/2015 – 2015/0125(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2015)0286),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 78(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8‑0156/2015),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0245/2015),

1.      Japprova l-proposta mill-Kummissjoni kif emendata;

2.      Japprova d-dikjarazzjoni tiegħu annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

3.      Jistieden lill-Kummissjoni timmodifika l-proposta tagħha konsegwentement, skont l-Artikolu 293(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

4.      Jistieden lill-Kunsill biex jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

5.      Jitlob lill-Kunsill biex jerġa’ jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda l-proposta tal-Kummissjoni b’mod sustanzjali;

6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

Emenda  1

Proposta għal deċiżjoni

Kunsiderazzjoni 3a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Kapitolu I u l-Artikoli 18 u 19 tagħha,

Emenda  2

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 2a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2a) F’konformità mal-Artikolu 78(3) u l-Artikolu 80 tat-Trattat, il-miżuri ta’ solidarjetà previsti f’din id-Deċiżjoni huma vinkolanti.

Emenda  3

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 4a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(4a) Il-miżuri temporanji għal rilokazzjoni ta' emerġenza huma biss parti waħda mill-approċċ olistiku lejn il-migrazzjoni kif delinjat fil-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2015 bit-titolu, "Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni" u r-rapport fuq inizjattiva proprja li ġej mill-Parlament Ewropew. Il-Parlament Ewropew jenfasizza li d-dimensjonijiet kollha tal-approċċ olistiku huma importanti u għandhom jiġu mressqa b'mod parallel. Fil-laqgħa tiegħu tal-25 u s-26 ta' Ġunju, il-Kunsill Ewropew qabel b'mod partikolari, fid-dawl tas-sitwazzjoni ta’ emerġenza attwali u tal-impenn biex tissaħħaħ is-solidarjetà u r-responsabilità, dwar ir-rilokazzjoni temporanja u eċċezzjonali mifruxa fuq sentejn ta’ 40 000 persuna fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali, mill-Italja u l-Greċja lejn Stati Membri oħra. L-Istati Membri għandhom jaqblu dwar kwoti vinkolanti għad-distribuzzjoni ta' dawn il-persuni.

Emenda  4

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Emenda

(5) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2015, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni tibbaża r-rispons tagħha għall-aħħar t-traġedji fil-Mediterran fuq is-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbilità, u biex tintensifika l-isforzi tagħha f’dan il-qasam fuq l-Istati Membri li jirċievu l-ikbar għadd ta’ refuġjati u applikanti għal protezzjoni internazzjonali, kemm jekk f’termini assoluti jew termini proporzjonali.

(5) Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2015, il-Parlament Ewropew saħaq fuq il-ħtieġa li l-Unjoni tibbaża r-rispons tagħha għall-aħħar t-traġedji fil-Mediterran fuq is-solidarjetà u l-qsim ġust tar-responsabbilità, u biex tintensifika l-isforzi tagħha f’dan il-qasam fuq l-Istati Membri li jirċievu l-ikbar għadd ta’ refuġjati u applikanti għal protezzjoni internazzjonali, kemm jekk f’termini assoluti jew termini proporzjonali abbażi tal-kriterji għall-istabbiliment tal-Istat Membru responsabbli għall-analiżi tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali f'konformità mar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a. Il-Parlament Ewropew talab għal kwota obbligatorja għad-distribuzzjoni ta' persuni li jfittxu l-asil fost l-Istati Membri kollha.

 

 

______________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta' Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun determinat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ippreżentata f'wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta' pajjiż terz jew persuna apolidi (riformulazzjoni) (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

Emenda  5

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Fost l-Istati Membri li għaddejjin minn sitwazzjoni ta’ pressjoni partikolari, u quddiem il-ġrajjiet reċenti traġiċi fil-Mediterran, l-Italja u l-Greċja b’mod partikolari esperjenzaw flussi bla preċedent ta’ migranti, inklużi applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li b’mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, li waslu fit-territorju tagħhom, u ħolqu pressjoni sinifikanti fuq is-sistemi ta' migrazzjoni u ta’ ażil tagħhom.

 

(7) Fost l-Istati Membri li għaddejjin minn sitwazzjoni ta’ pressjoni partikolari, u quddiem il-ġrajjiet reċenti traġiċi fil-Mediterran, l-Italja u l-Greċja b’mod partikolari esperjenzaw flussi bla preċedent ta’ migranti, inklużi applikanti għall-protezzjoni internazzjonali li b’mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, li waslu fit-territorju tagħhom, u ħolqu pressjoni sinifikanti fuq is-sistemi ta' migrazzjoni u ta’ asil tagħhom, għaldaqstant jindikaw l-impatt negattiv tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 għall-ewwel pajjiż li daħal fl-Unjoni, li b'dispjaċir għadu ma wassalx għas-sospensjoni ta' dak ir-regolament jew għallinqas għat-tneħħija tar-referenza għall-ewwel pajjiż li daħal fl-Unjoni. Madankollu, l-Istati Membri l-oħra fi ħdan l-Unjoni wkoll qegħdin jesperjenzaw żidiet kbar fin-numru ta' persuni li jfittxu asil li jilqgħu.

Emenda  6

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 7a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Il-previżjoni esperta turi pressjoni migratorja akbar fuq il-fruntieri esterni marittimi u tal-art tal-Unjoni fit-terminu qasir u medju.

 

Emenda  7

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Skont id-dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (Frontex), ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u tal-Lvant kienu ż-żoni prinċipali għall-qsim illegali tal-fruntieri fl-Unjoni, fl-2014. Fl-2014 iktar minn 170 000 migrant waslu b’mod irregolari biss biss fl-Italja, li jirrappreżentaw żieda ta’ 277 % meta mqabbel mal-2013. Kien hemm żieda kostanti wkoll fil-Greċja b’aktar minn 50 000 migrant irregolari li waslu fil-pajjiż, li jirrappreżentaw żieda ta’ 153 % meta mqabbel mal-2013. L-istatistiċi tal-ewwel xhur tal-2015 jikkonfermaw din it-tendenza ċara fir-rigward tal-Italja. Barra minn hekk, il-Greċja fl-ewwel xhur tal-2015 iffaċċjat żieda qawwija fl-għadd ta’ qsim irregolari tal-fruntieri, li tikkorrispondi għal aktar minn 50 % tal-għadd totali tal-qsim irregolari tal-fruntieri fl-2014 (kważi 28 000 fl-ewwel erba’ xhur tas-sena 2015 meta mqabbel mal-għadd totali ta’ kważi 55 000 fl-2014). Proporzjon sinifikanti min-numru totali ta’ migranti irregolari misjuba f’dawn iż-żewġ reġjuni inkluda l-migranti ta’ nazzjonalitajiet li, abbażi tad-dejta tal-Eurostat, fil-livell tal-Unjoni laħqu rata ta’ rikonoxximent għolja (fl-2014, is-Sirjani u l-Eritrej, li għalihom ir-rata ta’ rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni hija ta' aktar minn 75 %, kienet tirrappreżenta aktar minn 40 % tal-migranti irregolari fl-Italja u aktar minn 50 % minnhom fil-Greċja). Skont il-Eurostat, 30 505 Sirjani nstabu li fl-2014 kienu qegħdin b’mod irregolari fil-Greċja, meta mqabblin ma’ 8 220 fl-2013.

(8) Skont id-dejta tal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni (Frontex), ir-rotta tal-Mediterran Ċentrali u tal-Lvant kienu ż-żoni prinċipali għall-qsim illegali tal-fruntieri fl-Unjoni, fl-2014. Fl-2014 iktar minn 170 000 migrant waslu b’mod irregolari fl-Italja biss, li jirrappreżentaw żieda ta’ 277 % meta mqabbel mal-2013, inklużi aktar minn 26 100 tfal, li minnhom 13 000 kienu minuri mhux akkumpanjati, li jirrapreżentaw 7,6 % min-numru totali ta' migranti. Kien hemm żieda kostanti wkoll fil-Greċja b’aktar minn 50 000 migrant irregolari li waslu fil-pajjiż, li jirrappreżentaw żieda ta’ 153 % meta mqabbel mal-2013. L-istatistiċi tal-ewwel xhur tal-2015 jikkonfermaw din it-tendenza ċara fir-rigward tal-Italja. Minn Jannar sa nofs Ġunju 2015, l-Italja rreġistrat żieda ta’ 5 % ta’ qsim irregolari tal-fruntieri meta mqabbel mal-istess perjodu fis-sena preċedenti. Barra minn hekk, il-Greċja fl-ewwel xhur tal-2015 iffaċċjat żieda qawwija fl-għadd ta’ qsim irregolari tal-fruntieri, li tikkorrispondi għal żieda ta' aktar minn sitt darbiet aktar meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena preċedenti u żieda ta’ kważi 140 % meta mqabbel mas-sena preċedenti kollha (76 293 minn Jannar sa Ġunju 2015, skont data tal-Frontex, meta mqabbel mal-għadd totali ta’ kważi 55 000 fl-2014). Proporzjon sinifikanti min-numru totali ta’ migranti irregolari misjuba f’dawn iż-żewġ reġjuni inkluda l-migranti ta’ nazzjonalitajiet li, abbażi tad-dejta tal-Eurostat, fil-livell tal-Unjoni laħqu rata ta’ rikonoxximent għolja (fl-2014, is-Sirjani u l-Eritrej, li għalihom ir-rata ta’ rikonoxximent fil-livell tal-Unjoni hija ta' aktar minn 75 %, kienet tirrappreżenta aktar minn 40 % tal-migranti irregolari fl-Italja u aktar minn 50 % minnhom fil-Greċja). minn Jannar sa nofs Ġunju 2015 is-Sirjani u l-Eritrej irrappreżentaw 30 % tal-wasliet fl-Italja u kważi 60 % fil-Greċja). Skont il-Eurostat, 30 505 Sirjani nstabu li fl-2014 kienu qegħdin b’mod irregolari fil-Greċja, meta mqabblin ma’ 8 220 fl-2013.

Emenda  8

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Skont id-dejta tal-Frontex, rotta migratorja importanti oħra lejn l-Unjoni fl-2014 kienet ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, bi 43 357 qasma irregolari tal-fruntieri. Madankollu, il-maġġoranza tal-migranti li jużaw ir-rotta tal-Balkani mhumiex, prima facie, fil-bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, b'51 % tal-wasliet ikunu Kosovari.

(10) Skont id-dejta tal-Frontex, rotta migratorja importanti oħra lejn l-Unjoni fl-2014 kienet ir-rotta tal-Balkani tal-Punent, bi 43,357 qasma irregolari tal-fruntieri. In-numru ta' qasmiet irregolari tal-fruntieri żdied drammatikament fl-2015. Bejn Jannar u Ġunju 2015, 67 444 migrant u refuġjat użaw ir-rotta tal-fruntieri bejn it-Turkija u l-Greċja u l-Bulgarija u l-fruntieri tal-art tal-Ungerija. Dan jammonta għal żieda ta' 962 % meta mqabbel mal-istess perjodu matul is-sena ta' qabel. Ir-rotta issa qiegħda tintuża dejjem aktar minn persuni li qed jaħarbu l-gwerra u l-persekuzzjoni. Bejn Jannar u Ġunju 2015, 17 955 refuġjat mill-Afganistan, 13 225 refuġjat mis-Sirja, 3 021 refuġjat mill-Iraq u 196 refuġjat mill-Eritrea daħlu fl-Unjoni permezz ta' din ir-rotta.

Emenda  9

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Għandu jkun hemm traspożizzjoni rapida u sħiħa u implimentazzjoni effettiva tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Asil mill-Istati Membri parteċipanti kollha, biex b'hekk jiġu żgurati standards tal-Unjoni komuni, inklużi kundizzjonijiet ta' lqugħ tal-persuni li jfittxu asil u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, kif previst skont il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni eżistenti.

 

Emenda  10

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Jekk Stat Membru apparti l-Italja jew il-Greċja jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza simili kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 78(3) tat-Trattat. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fejn ikun adegwat, is-sospensjoni tal-obbligi ta’ dan l-Istat Membru previsti f’din id-Deċiżjoni.

(15) Meta jittieħed kont tal-instabilità li għaddejja bħalissa u l-kunflitti fil-viċinat immedjat tal-Unjoni u man-natura tal-flussi migratorji, jekk Stat Membru apparti l-Italja jew il-Greċja jiffaċċjaw sitwazzjoni ta’ emerġenza simili kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni, u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 78(3) tat-Trattat. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fejn ikun adegwat, is-sospensjoni tal-obbligi ta’ dan l-Istat Membru previsti f’din id-Deċiżjoni.

Emenda  11

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 17

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jinvolvu deroga temporanja mill-kriterju stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u mill-passi proċedurali, inklużi l-limiti ta’ żmien, stabbiliti fl-Artikoli 21, 22 u 29 ta’ dan ir-Regolament.

(17) Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jinvolvu deroga temporanja mill-kriterju stabbilit fl-Artikolu 13(1) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 u mill-passi proċedurali, inklużi l-limiti ta’ żmien, stabbiliti fl-Artikoli 21, 22 u 29 ta’ dan ir-Regolament. Il-miżuri ta’ rilokazzjoni m’għandhomx jipprevjenu lill-Istati Membri milli jagħmlu użu sħiħ tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 inkluż użu proattiv u effiċjenti tal-kriterji kollha, bħalma huma r-riunifikazzjoni tal-familja, il-protezzjoni speċjali ta’ minorenni mhux akkumpanjati, u l-klawżola ta' diskrezzjoni għal raġunijiet umanitarji.

____________________

____________________

Ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat liema hu l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali iddepożitata għand wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 31).

 

Emenda  12

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Kellha ssir għażla fir-rigward tal-kriterju li kellu jiġi applikat meta kellu jiġi deċiż min u kemm-il appplikant għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja. Hija prevista sistema ċara u li tiffunzjona bbażata fuq il-limitu tar-rata medja, fil-livell tal-Unjoni, tad-deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali fil-proċeduri waqt l-ewwel istanza kif definiti mill-Eurostat mill-ammont totali, fil-livell tal-Unjoni, ta’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-ażil għall-protezzjoni internazzjonali meħuda fl-ewwel istanza abbażi tal-aħħar statistiċi disponibbli. Minn naħa, dan il-limitu għandu jiżgura kemm jista' jkun possibbli, li l-applikanti kollha li x'akarx li jeħtieġu l-aktar protezzjoni internazzjonali jkunu f’pożizzjoni li jgawdu b'mod sħiħ u malajr id-drittijiet tagħhom ta’ protezzjoni fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. Min-naħa l-oħra, għandu jimpedixxi, kemm jista' jkun possibbli, li l-applikanti li x’aktarx probabbli tingħatalhom deċiżjoni negattiva rigward l-applikazzjoni tagħhom ma jiġux rilokati fi Stat Membru ieħor, u għaldaqstant itawlu b’mod mhux dovut il-permanenza tagħhom fl-Unjoni. Abbażi tad-dejta tal-Eurostat għall-2014 dwar id-deċiżjonijiet fl-ewwel istanza, il-limitu ta’ 75 %, li f’din is-sena jikkorrispondi għal deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet ta' Sirjani u Eritrej, għandu jintuża f’din id-Deċiżjoni.

(18) Kellha ssir għażla fir-rigward tal-kriterju li kellu jiġi applikat meta kellu jiġi deċiż min u kemm-il appplikant għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja. Hija prevista sistema ċara u li tiffunzjona bbażata fuq il-limitu tar-rata medja, fil-livell tal-Unjoni, tad-deċiżjonijiet li jagħtu protezzjoni internazzjonali fil-proċeduri waqt l-ewwel istanza kif definiti mill-Eurostat mill-ammont totali, fil-livell tal-Unjoni, ta’ deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet għall-asil għall-protezzjoni internazzjonali meħuda fl-ewwel istanza abbażi tal-aħħar statistiċi disponibbli. Minn naħa, dan il-limitu għandu jiżgura kemm jista' jkun possibbli, li l-applikanti kollha li x'akarx li jeħtieġu l-aktar protezzjoni internazzjonali jkunu f’pożizzjoni li jgawdu b'mod sħiħ u malajr id-drittijiet tagħhom ta’ protezzjoni fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. Min-naħa l-oħra, għandu jimpedixxi, kemm jista' jkun possibbli, li l-applikanti li x’aktarx probabbli tingħatalhom deċiżjoni negattiva rigward l-applikazzjoni tagħhom ma jiġux rilokati fi Stat Membru ieħor, u għaldaqstant itawlu b’mod mhux dovut il-permanenza tagħhom fl-Unjoni. Abbażi tad-dejta tal-Eurostat għall-2014 dwar id-deċiżjonijiet fl-ewwel istanza, il-limitu ta’ 75 %, li f’din is-sena jikkorrispondi għal deċiżjonijiet dwar applikazzjonijiet ta' Sirjani u Eritrej, għandu jintuża f’din id-Deċiżjoni. Sabiex titqies in-natura b'tendenza għall-bidla tal-flussi migratorji, il-grupp immirat ta' benefiċjarji għar-rilokazzjoni għandu jkun ivvalutat kull tliet xhur.

 

Emenda  13

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 19

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19) Il-miżuri provviżorji huma maħsuba biex itaffu l-pressjoni tal-ażil sinifikanti minn fuq l-Italja u l-Greċja, b’mod partikolari billi jiġu rilokati għadd kbir ta’ applikanti, li b’mod ċar għandhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, li waslu fit-territorju tal-Italja u l-Greċja wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni ssir applikabbli. Abbażi tal-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li daħlu irregolarment fl-Italja u fil-Greċja fl-2014, u l-għadd ta’ dawk li b’mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, it-total ta’ 40 000 applikant li b’mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja. Dan l-għadd jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal 40 % tal-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali li daħlu irregolarment fl-Italja u fil-Greċja fl-2014. Għaldaqstant, il-miżura ta' rilokazzjoni proposta f’din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-qsim ġust tal-piż bejn l-Italja u l-Greċja fuq naħa waħda, u l-Istati Membri fuq in-naħa l-oħra. Abbażi tal-istess ċifri globali disponibbli fl-2014 u fl-ewwel erba’ xhur tas-sena tal-2015, tal-Italja meta mqabbla mal-Greċja, 60 % ta’ dawn l-applikanti għandhom jiġu rilokati mill-Italja u 40 % mill-Greċja.

 

(19) Il-miżuri provviżorji ta' emerġenza huma maħsuba biex jistabbilixxu mekkaniżmu ta' rilokazzjoni ġust u ekwu, itaffu l-pressjoni tal-asil sinifikanti minn fuq l-Italja u l-Greċja, b’mod partikolari billi jiġu rilokati għadd kbir ta’ applikanti, li b’mod ċar għandhom bżonn ta’ protezzjoni internazzjonali, li waslu fit-territorju tal-Italja u l-Greċja wara d-data li fiha din id-Deċiżjoni ssir applikabbli. Abbażi tal-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li daħlu irregolarment fl-Italja u fil-Greċja fl-2014, u l-għadd ta’ dawk li b’mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali, it-total ta’ 40 000 applikant li b’mod ċar jeħtieġu protezzjoni internazzjonali għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja. Dan l-għadd jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor għal 40 % tal-għadd totali ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali li daħlu irregolarment fl-Italja u fil-Greċja fl-2014. Għaldaqstant, il-miżura ta' rilokazzjoni proposta f’din id-Deċiżjoni tikkostitwixxi l-qsim ġust tar-responsabilità bejn l-Italja u l-Greċja fuq naħa waħda, u l-Istati Membri fuq in-naħa l-oħra. Abbażi tal-istess ċifri globali disponibbli fl-2014 u fl-ewwel erba’ xhur tas-sena tal-2015, tal-Italja meta mqabbla mal-Greċja, 60 % ta’ dawn l-applikanti għandhom jiġu rilokati mill-Italja u 40 % mill-Greċja. Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sehem ta' persuni li se jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja, abbażi tal-aktar data reċenti disponibbli, bil-ħsieb li jiġi adattat għall-flussi tar-refuġjati li jkunu nbidlu. Il-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni ta' emerġenza mhuwiex soluzzjoni fl-isfida fit-tul tal-pressjoni tal-asil fuq il-fruntieri esterni tal-Unjoni, imma, huwa aktar każ ta' prova bil-ħsieb tal-proposta leġiżlattiva li ġejja dwar skema permanenti ta' rilokazzjoni ta' emerġenza abbażi tal-Artikolu 78(2) TFUE u għaldaqstant huwa inizjalment ristrett għal total ta' 40 000 applikant. Madankollu, għandha titqies żieda ulterjuri ta' postijiet ta' rilokazzjoni, jekk din tkun meħtieġa, għall-adattament ta' flussi u tendenzi li jinbidlu malajr ta' refuġjati matul l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni. Kull proposta għal mekkaniżmu permanenti ta' rilokazzjoni ta' emerġenza trid tkun ibbażata fuq kontribut aktar sostanzjali għall-kondiviżjoni tas-solidarjetà u r-responsabilità fost l-Istati Membri, inkluża żieda fin-numru ta' postijiet disponibbli għal rilokazzjoni għall-adattazzjoni għall-flussi u t-tendenzi migratorji li jinbidlu malajr. Għandu jkun mibni fuq kriterji definiti b'mod ċar, inkluż id-dħul mhux mistenni ta' persuni b'nazzjonalità ta' pajjiżi terzi u l-pressjoni eċċezzjonali tal-asil, u dan jippermetti l-iskattar tiegħu abbażi ta' indikaturi trasparenti u oġġettivi.

Emenda  14

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 20a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(20a) Meta jiġi abbozzat il-mekkaniżmu permanenti għar-rilokazzjoni skont l-Artikolu 78(2) tat-Trattat, il-Kummissjoni għandha tinkludi t-territorju ta' Stat Membru bħala kriterju għad-determinzzjoni tad-distribuzzjoni tal-migranti.

Emenda  15

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi appoġġ għal operazzjonijiet ta’ qsim tal-piżijiet maqbula bejn l-Istati Membri, u huwa miftuħ għal żviluppi ġodda ta’ politika f’dan il-qasam. L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 jipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jimplimentaw azzjonijiet relatati mat-trasferiment ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bħala parti mill-programmi nazzjonali tagħhom, filwaqt li l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 jipprevedi l-possibilità ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 6 000 għat-trasferiment ta’ benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru ieħor.

(21) Il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF) stabbilit permezz tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jipprovdi appoġġ għal operazzjonijiet ta’ qsim ta' responsabilità maqbula bejn l-Istati Membri, u huwa miftuħ għal żviluppi ġodda ta’ politika f’dan il-qasam. L-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 jipprevedi l-possibbiltà għall-Istati Membri li jimplimentaw azzjonijiet relatati mat-trasferiment ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali bħala parti mill-programmi nazzjonali tagħhom, filwaqt li l-Artikolu 18 tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 jipprevedi l-possibilità ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 6 000 għat-trasferiment ta’ benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali minn Stat Membru ieħor.

______________

___________________

Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).

Emenda  16

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 21a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a) Il-Kummissjoni għandha tikkontrolla l-infiq tas-somma ta' EUR 6 000 għar-rilokazzjoni ta' kull applikant.

Emenda  17

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Meta jkun qed jiġi deċiż liema applikanti, li jeħtieġu b’mod ċar il-protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja, għandha tingħata prijorità lil applikanti vulnerabbli skont l-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. F’dan ir-rigward, il-bżonnijiet speċjali tal-applikanti, inkluża s-saħħa, għandhom jingħataw l-ewwel l-importanza. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom dejjem jiġu kkunsidrati l-ewwel.

(25) Meta jkun qed jiġi deċiż liema applikanti, li jeħtieġu b’mod ċar il-protezzjoni internazzjonali, għandhom jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja, għandha tingħata prijorità lil applikanti vulnerabbli, - u fost dawn, attenzjoni speċjali għandha tingħata lil minuri mhux akkumpanjati - skont l-Artikoli 21 u 22 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Sabiex titqies is-sitwazzjoni speċifika ta' persuni vulnerabbli, l-Istati Membri huma meħtieġa skont id-Direttiva 2013/33/UE u d-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, imexxu valutazzjoni individwali tal-vulnerabilitajiet tal-individwi skont il-ħtiġijiet speċjali tagħhom ta' riċeviment u ta' proċedura. Għaldaqstant, l-Istati Membri għandhom jieħdu passi attivi biex jivvalutaw il-ħtiġijiet individwali ta' dawk li jfittxu l-asil u ma jistgħux iserrħu biss fuq l-awto-identifikazzjoni tagħhom biex jiggarantixxu b'mod effikaċi d-drittijiet tagħhom skont id-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-bżonnijiet speċjali tal-applikanti, inkluża s-saħħa, għandhom jingħataw l-ewwel l-importanza. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom dejjem jiġu kkunsidrati l-ewwel fil-proċeduri kollha stabbiliti b'segwitu għal din id-Deċiżjoni u l-prinċipji ewlenin stabbiliti fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ġunju 2013 fil-Każ C-648/11 m'għandhom qatt jiġu mhedda.

______________

___________________

Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).

Id-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 96).

Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (riformulazzjoni) (ĠU L 180, 29.6.2013, p. 60).

Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-6 ta' Ġunju 2013, Ir-Reġina, dwar l-applikazzjoni ta': MA, BT, DA v s-Segretarju tal-Istat għad-Dipartiment tal-Intern, C-648/11, ECLI:EU:C:2013:367.

Emenda  18

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26) Barra minn hekk, sabiex jiġi deċiż liema Stat Membru speċifiku għandu jkun l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika lill-kwalifiki speċifiċi, tal-applikanti kkonċernati, li jistgħu jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni, bħalma huma l-ħiliet lingwistiċi tagħhom. Barra minn hekk, fil-każ ta’ applikanti partikolarment vulnerabbli, għandu jitqies x'kapaċità għandu l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni biex jagħti l-appoġġ adegwat lil dawn l-applikanti.

(26) Barra minn hekk, sabiex jiġi deċiż liema Stat Membru speċifiku għandu jkun l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni, għandha tingħata kunsiderazzjoni speċifika lill-preferenzi u lill-kwalifiki speċifiċi, tal-applikanti kkonċernati, li jistgħu jiffaċilitaw l-integrazzjoni tagħhom fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni, bħalma huma l-ħiliet lingwistiċi tagħhom, irbit familjari li jmur lil hinn mid-definizzjoni ta' membri tal-familja fir-Regolament (UE) Nru 604/2013, relazzjonijiet soċjali, rabtiet kulturali, soġġorn preċedenti fi Stat Membru, esperjenza ta' studju u ta' xogħol preċedenti ma' kumpanija jew ma' organizzazzjoni ta' Stat Membru speċifiku kif ukoll kwalifiki speċifiċi li jistgħu jkunu rilevanti għall-integrazzjoni tal-applikanti fis-suq tax-xogħol tal-Istat Membru ta' rilokazzjoni. L-Istati Membri għaldaqstant għandhom jiffaċilitaw ir-rikonoxximent effikaċi tad-diplomi, il-kwalifiki u l-ħiliet tal-applikanti. Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu jgħarrfu lill-applikanti dwar l-opportunitajiet tas-suq tax-xogħol tagħhom. Barra minn hekk, fil-każ ta’ applikanti partikolarment vulnerabbli, għandu jitqies x'kapaċità għandu l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni biex jagħti l-appoġġ adegwat lil dawn l-applikanti. Filwaqt li l-applikanti ma għandux ikollhom id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru tar-rilokazzjoni tagħhom, il-ħtiġijiet, il-preferenzi u l-kwalifiki speċifiċi tagħhom għandhom jitqiesu sa fejn dan ikun possibbli.

Emenda  19

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26a) Abbażi tat-tagħlimiet mgħallma mill-proġett pilota dwar ir-rilokazzjoni minn Malta (EUREMA), l-aspettativi u l-preferenzi għandhom jitqiesu sa fejn dan ikun possibbli. Bħala pass inizjali, l-applikanti għandhom jingħataw il-possibilità li jesprimu l-preferenzi tagħhom. Huma għandhom jikklassifikaw l-Istati Membri b’ordni ta’ preferenza u jsostnu l-preferenzi tagħhom b'elementi bħal irbit familjari, soċjali u kulturali bħalma huma l-ħiliet lingwistiċi, permanenza preċedenti, studji preċedenti u l-esperjenzi tax-xogħol preċedenti. Dan għandu jseħħ matul l-ipproċessar inizjali. Bħala t-tieni pass, l-Istati Membri rispettivi għandhom ikunu infurmati dwar il-preferenzi tal-applikanti. Huma mbagħad għandhom jingħataw l-opportunità li jindikaw il-preferenzi tagħhom għall-applikanti fost dawk l-applikanti li kienu esprimew il-preferenza tagħhom għall-Istat Membru kkonċernat. L-Istati Membri għandhom jissostanzjaw il-preferenzi tagħhom b'elementi bħal irbit familjari, soċjali u kulturali. L-uffiċjali ta' kollegament maħtura mill-Istati Membri jistgħu jiffaċilitaw il-proċedura permezz tat-twettiq ta' intervisti mal-applikanti rispettivi. L-applikanti għandu jkollhom ukoll l-opportunità li jikkonsultaw atturi oħra bħall-NGOs, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) u l-Organizzazzjoni Internazzjonali għall-Migrazzjoni (IOM). Fl-aħħar nett, l-Italja u l-Greċja, bl-assistenza tal-EASO, għandhom jieħdu deċiżjoni li jirrilokaw kull applikant għal Stat Membru speċifiku bil-kunsiderazzjoni tal-preferenzi tagħhom fejn possibbli. Il-UNHCR għandu jkun ikkonsultat dwar l-aħjar prattiki żviluppati fir-risistemazzjoni inkluż dwar il-ġestjoni ta’ preferenzi u ta' kwalifiki speċifiċi.

Emenda  20

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 26b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(26b) Il-prinċipju ta' non-diskriminazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10 tat-Trattat għandu jkun rispettat bis-sħiħ waqt il-proċedura kollha ta' rilokazzjoni. Diskriminazzjoni abbażi ta’ sess, età, etniċità, diżabilità u reliġjon tirrappreżenta ksur ċar tat-Trattat.

Emenda  21

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 28

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28) Is-salvagwardji legali u proċedurali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 jibqgħu japplikaw fir-rigward ta’ applikanti li huma koperti minn din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu infurmati dwar il-proċedura ta' rilokazzjoni stabbilita f’din id-Deċiżjoni u nnotifikati bid-deċiżjoni ta’ rilokazzjoni. Meta jiġi kkunsidrat li l-applikant ma għandux id-dritt, skont il-liġi tal-UE, li jagħżel l-Istat Membru responsabbli għall-applikazzjoni tiegħu, l-applikant, għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni ta' rilokazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013, bil-għan biss li d-drittijiet fundamentali tiegħu jiġu rrispettati.

(28) Is-salvagwardji legali u proċedurali stipulati fir-Regolament (UE) Nru 604/2013 jibqgħu japplikaw fir-rigward ta’ applikanti li huma koperti minn din id-Deċiżjoni. Barra minn hekk, l-applikanti għandhom ikunu infurmati dwar il-proċedura ta' rilokazzjoni stabbilita f’din id-Deċiżjoni u nnotifikati bid-deċiżjoni ta’ rilokazzjoni. L-applikant għandu jkollu d-dritt għal rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni ta' rilokazzjoni skont ir-Regolament (UE) Nru 604/2013 u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda  22

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 30

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30) Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati l-movimenti sekondarji ta' persuni rilokati mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni lejn Stati Membri oħra. B’mod partikolari, l-applikanti għandhom ikunu infurmati dwar il-konsegwenzi ta’ moviment ulterjuri fi ħdan l-Istati Membri u tal-fatt li, jekk l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni jagħtihom protezzjoni internazzjonali, fil-prinċipju, huma biss intitolati għad-drittijiet marbutin mal-protezzjoni internazzjonali f’dak l-Istat Membru.

(30) Għandhom jittieħdu miżuri sabiex jiġu evitati l-movimenti sekondarji ta' persuni rilokati mill-Istat Membru ta’ rilokazzjoni lejn Stati Membri oħra. Li tittieħed l-aktar kunsiderazzjoni possibbli tal-preferenzi tal-applikanti, inklużi r-rabtiet tal-familja lil hinn mid-dispożizzjonijiet dwar il-familja fir-Regolament (UE) Nru 604/2013, ir-rabtiet soċjali u kulturali, hi miżura sempliċi sabiex l-applikanti jiżviluppaw sens ta’ appartenenza fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. L-applikanti għandhom jingħataw l-informazzjoni neċessarja kollha f’lingwa li jifhmu jew li b’mod raġonevoli huma mistennija li jifhmu, dwar id-destinazzjoni tagħhom u, fil-każ li l-preferenza tagħhom ma tkunx tista' tiġi kkunsidrata b’mod sħiħ, dwar ir-raġunijiet għal dan. Biex jiġu evitati movimenti sekondarji ulterjorment, l-applikanti għandhom ikunu infurmati dwar il-konsegwenzi ta’ moviment ulterjuri fi ħdan l-Istati Membri, kif previst mill-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 u tal-fatt li, jekk l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni jagħtihom protezzjoni internazzjonali, fil-prinċipju, huma biss intitolati għad-drittijiet marbutin mal-protezzjoni internazzjonali f’dak l-Istat Membru.

Emenda  23

Proposta għal deċiżjoni

Premessa 30a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(30a) Il-kunsens tal-applikanti jew il-benefiċjarji tal-protezzjoni internazzjonali għar-rilokazzjoni huwa prinċipju stabbilit fid-dritt sekondarju tal-Unjoni, minqux fl-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 u, b'analoġija, fl-Artikolu 5 tar-Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u fl-Artikolu 17(2) tar-Regolament (UE) Nru 604/2013, billi abbażi tal-Artikolu 78(3) TFUE, derogi mid-dritt tal-Unjoni huma possibbli taħt kundizzjonijiet ristretti ħafna. L-implimentazzjoni effikaċi tal-mekkaniżmu ta' rilokazzjoni ta' emerġenza jeħtieġ li tiġi żgurata, billi l-kunsens huwa ta' importanza partikolari għall-prevenzjoni ta' moviment sekondarju u għandu, għaldaqstant, bħala prinċipju, ikun meħtieġ qabel ir-rilokazzjoni. Fejn persuna ma tagħtix il-kunsens tagħha, hu jew hi m'għandhiex, bħala prinċipju, tiġi rilokata, iżda persuna oħra għandha tiġi offruta dik l-opportunità.

 

 

_________

 

Regolament (UE) Nru 439/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta' Mejju 2010 li jistabbilixxi Uffiċċju Ewropew ta' Appoġġ fil-qasam tal-Asil (ĠU L 132, 29.5.2010, p. 11).

Emenda  24

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja sabiex jiġu megħjuna jiffaċċjaw is-sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata mid-dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi f’dawn l-Istati Membri.

Din id-Deċiżjoni tistabbilixxi miżuri ta' emerġenza provviżorji vinkolanti fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja sabiex jiġu megħjuna jiffaċċjaw is-sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata mid-dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi jew persuni apolidi f’dawn l-Istati Membri.

Emenda  25

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) "applikant" tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha deċiżjoni finali tkun għadha ma tteħditx;

(b) "applikant" tfisser ċittadin ta’ pajjiż terz jew persuna apolida li jkun għamel applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali li dwarha deċiżjoni finali tkun għadha ma tteħditx kif imsemmi fl-Artikolu 2(i) tad-Direttiva 2011/95/UE;

Emenda  26

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) "membri tal-familja" tfisser il-membri tal-familja kif definit fil-punt (g) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 604/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

(d) "qraba stretti" tfisser il-konjuġi, it-tfal, il-ġenituri, il-persuni li jeżerċitaw l-awtorità tal-ġenituri, in-nanniet u n-neputijiet;

 

(Emenda orizzontali. Jekk tiġi adottata, tapplika għat-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' "qarib strett" hija usa' minn dik ta' "membri tal-familja" skont l-Artikolu 2 tar-Regolament 604/2013 u għaldaqstant aktar xierqa.

Emenda  27

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) “preferenza” tfisser il-preferenza espressa minn applikant għal ċertu Stat Membru jew il-preferenza espressa minn Stat Membru għal ċertu applikant sostnuta minn elementi bħal irbit familjari lil hinn mid-definizzjoni ta’ membri tal-familja li tinsab fil-punt (d), rabtiet soċjali bħal rabtiet ma’ komunitajiet etniċi u kulturali, u r-rabtiet kulturali mal-Istat Membru li jippreferi, bħalma huma l-ħiliet lingwistiċi, residenza preċedenti fi Stat Membru jew irbit ta' studju jew xogħol preċedenti ma’ kumpaniji jew organizzazzjonijiet ta’ dak l-Istat Membru.

Ġustifikazzjoni

La l-applikanti ma għandhom id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru preferut tagħhom u lanqas l-Istati Membri ma għandhom id-dritt li jagħżlu l-applikanti preferuti tagħhom. Iżda għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-preferenzi tagħhom, sa fejn dan ikun possibbli.

Emenda  28

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. Sabiex titqies in-natura b'tendenza għall-bidla tal-flussi migratorji, il-grupp ta' benefiċjarji mmirat għar-rilokazzjoni għandu jkun ivvalutat kull tliet xhur.

Emenda  29

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

-1. Sabiex tittaffa l-pressjoni sinifikanti tal-asil minn fuq l-Italja u l-Greċja, u wkoll biex iservi bħala każ ta' prova importanti fl-isfond tal-proposta leġiżlattiva li jmiss dwar l-iskema permanenti għar-rilokazzjoni ta' emerġenza abbażi tal-Artikolu 78(2) TFUE, total inizjali ta' 40 000 applikant se jiġu rilokati mill-Italja u mill-Greċja. Se titqies żieda ulterjuri, jekk din tkun meħtieġa, għall-adattament ta' flussi u tendenzi li jinbidlu malajr ta' refuġjati matul l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

1. Mal-24 000 applikant se jiġu rilokati mill-Italja għal territorju ta' Stati Membri oħra kif stabbilit fl-Anness I.

1. Inizjalment, mal-24 000 applikant se jiġu rilokati mill-Italja għal territorju ta' Stati Membri oħra kif stabbilit fl-Anness I.

2. Mas-16 000 applikant se jiġu rilokati mill-Italja għal territorju ta' Stati Membri oħra kif stabbilit fl-Anness II.

2. Inizjalment, mas-16 000 applikant se jiġu rilokati mill-Italja għal territorju ta' Stati Membri oħra kif stabbilit fl-Anness II.

 

2a. Fi żmien sitt xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni għandha tivvaluta s-sehem rispettiv ta' persuni li se jiġu rilokati mill-Italja u l-Greċja, abbażi tal-aktar data reċenti disponibbli tal-Frontex, bil-ħsieb li jiġi adattat għall-flussi tar-refuġjati li jkunu qed jinbidlu.

Emenda  30

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 4a

 

Il-kunsens

 

Il-kunsens tal-applikant għar-rilokazzjoni tiegħu jew tagħha għandu, bħala prinċipju, ikun meħtieġ.

Emenda  31

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Italja u l-Greċja jidentifikaw, f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, bl-assistenza tal-EASO u, fejn applikabbli, tal-uffiċjali ta’ kollegament tal-Istati Membri msemmija fil-paragrafu 8, l-applikanti individwali li għandhom jiġu rilokati fl-Istati Membri l-oħra, u jikkomunikaw lill-punti ta’ kuntatt ta’ dawn l-Istati Membri u li l-EASO l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jiġu rilokati. Għal dan l-għan tingħata prijorità lill-applikanti vulnerabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/33/UE.

2. L-Italja u l-Greċja se jidentifikaw, f’intervalli regolari matul il-perjodu ta’ applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, bl-assistenza tal-EASO u ta' aġenziji rilevanti oħra, l-applikanti individwali li għandhom jiġu rilokati fl-Istati Membri l-oħra, u jikkomunikaw lill-punti ta’ kuntatt ta’ dawn l-Istati Membri u li l-EASO l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jiġu rilokati. Għal dan l-għan tingħata prijorità lill-applikanti vulnerabbli skont it-tifsira tal-Artikoli 21 u  22 tad-Direttiva 2013/33/UE, u attenzjoni partikolari għandha tingħata lill-minuri li ma jkunux akkumpanjati.

Ġustifikazzjoni

Ir-rwol tal-uffiċjali ta’ kollegament ġie speċifikat fl-Artikolu 3b ġdid. Minflok ma jintbagħtu uffiċjali ta’ kollegament biex jiġu identifikati l-applikanti għar-rilokazzjoni minn Stati Membri individwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu esperti nazzjonali lill-EASO sabiex jassistu l-Italja u l-Greċja fil-miżuri ta' rilokazzjoni b’mod koordinat (ara l-Artikolu 7).

Emenda  32

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-Istati Membri, malajr kemm jista' jkun wara li jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, jindikaw l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jiġu rilokati immedjatament fit-territorju tagħhom u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, skont l-għadd stabbilit fl-Anness I u fl-Anness II rispettivament.

3. L-Istati Membri, malajr kemm jista' jkun wara li jirċievu l-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, għandhom jipprovdu informazzjoni dwar il-kapaċità disponibbli għall-akkoljenza tal-migranti u jindikaw l-għadd ta’ applikanti li jistgħu jiġu rilokati immedjatament fit-territorju tagħhom u kwalunkwe informazzjoni rilevanti oħra, skont l-għadd stabbilit fl-Anness I u fl-Anness II rispettivament.

Emenda  33

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. L-Italja u l-Greċja għandhom, bl-assistenza tal-EASO, jipprovdu lill-applikanti b’informazzjoni f’lingwa li jifhmu, jew li b’mod raġonevoli huma mistennija li jifhmu, rigward l-Istati Membri involuti f’rilokazzjonijiet ta’ emerġenza. L-applikanti għandu jkollhom ukoll aċċess għal informazzjoni pprovduta minn atturi oħra bħal pereżempju l-UNHCR u l-IOM. Matul l-ipproċessar inizjali l-applikanti għandhom jintalbu jikklassifikaw l-Istati Membri f'ordni ta' preferenza u jissostanzjaw il-preferenza tagħhom.

Emenda  34

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-applikanti li jkun jeħtieġ li jittieħdulhom il-marki tas-swaba’ skont l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, jistgħu jiġu rilokati biss jekk ikunu ttieħdulhom il-marki tas-swaba’.

5. L-applikanti li jkun jeħtieġ li jittieħdulhom u li jintbagħtulhom il-marki tas-swaba’ skont l-obbligi stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) Nru 603/2013, jistgħu jiġu rilokati biss jekk ikunu ttieħdulhom il-marki tas-swaba’, b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali tagħhom.

Emenda  35

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 5 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Sabiex jiġu implimentati l-aspetti kollha tal-proċedura ta' rilokazzjoni deskritta f’dan l-Artikolu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jibagħtu l-Italja u l-Greċja l-uffiċjali ta’ kollegament.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-rwol tal-uffiċjali ta’ kollegament ġie speċifikat fl-Artikolu 3b ġdid. Minflok ma jintbagħtu uffiċjali ta’ kollegament biex jiġu identifikati l-applikanti għar-rilokazzjoni minn Stati Membri individwali, l-Istati Membri għandhom jipprovdu esperti nazzjonali lill-EASO sabiex jassistu l-Italja u l-Greċja fil-miżuri ta' rilokazzjoni b’mod koordinat (ara l-Artikolu 7).

Emenda  36

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 6 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Meta tittieħed id-deċiżjoni li applikant jiġi rilokat, u qabel ir-rilokazzjoni effettiva, l-Italja u l-Greċja jinnotifikaw bil-miktub lill-persuna kkonċernata dwar id-deċiżjoni li jirrilokawha. Din id-deċiżjoni tispeċifika l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni.

4. Meta tittieħed id-deċiżjoni li applikant jiġi rilokat, u qabel ir-rilokazzjoni effettiva, l-Italja u l-Greċja, bl-assistenza tal-EASO u ta' atturi oħra bħal uffiċjali ta’ kollegament, jekk disponibbli, il-persuna kkonċernata għandha tkun informata bl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni b’mod komprensiv u f’lingwa li l-applikant jifhem jew li huwa raġonevolment preżunt li jifhem, jew, jekk il-preferenzi tal-applikant, ma jitqisux, bir-raġunijiet għal din id-Deċiżjoni. L-Italja u l-Greċja għandhom ukoll jinnotifikaw bil-miktub lill-persuna kkonċernata dwar id-deċiżjoni li jirrilokawha. Din id-deċiżjoni tispeċifika l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni.

Ġustifikazzjoni

Il-Manwal tar-Risistemazzjoni tal-UNHCR (Kapitolu 7.10) jiddikjara: "Ir-refuġjati għandu jkollhom kemm jista’ jkun informazzjoni dwar dak li qed jistennihom mal-wasla tagħhom fil-pajjiż ta’ risistemazzjoni. Il-parteċipazzjoni attiva tagħhom fil-proċess ta' integrazzjoni tiddetermina l-futur tagħhom." Insiltu l-istess lezzjonijiet mill-EUREMA. Waħda mir-raġunijiet ewlenin għaliex il-proġett falla kien in-nuqqas ta’ għarfien tal-migranti dwar l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni tagħhom.

Emenda  37

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) l-ipproċessar inizjali tal-applikazzjonijiet;

(b) l-ipproċessar inizjali tal-applikazzjonijiet, inkluża l-identifikazzjoni ta' vulnerabilitajiet u preferenzi, bl-iskop ta' identifikazzjoni ta' applikanti potenzjali għar-rilokazzjoni u l-iskrijnjar tal-applikanti, inkluża l-identifikazzjoni ċara tagħhom, it-teħid tal-marki tas-swaba tagħhom u r-reġistrazzjoni tal-applikazzjonijiet tagħhom għall-protezzjoni internazzjonali;

Emenda  38

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt d

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d) l-implimentazzjoni tat-trasferiment tal-applikanti għall-Istat Membru ta’ rilokazzjoni.

(d) l-implimentazzjoni tat-trasferiment tal-applikanti għall-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. L-ispejjeż tat-trasferiment lejn l-Istat Membru ta' rilokazzjoni m'għandhomx ikunu piż addizzjonali fuq il-Greċja u l-Italja.

Ġustifikazzjoni

L-iskop tad-deċiżjoni tal-Kunsill huwa li tippermetti solljev ekonomiku għall-Greċja u l-Italja. Għaldaqstant li jintalbu jġorru dawn l-ispejjeż addizzjonali huwa kontradittorju għad-deċiżjoni.

Emenda  39

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 8 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Jekk l-Italja jew il-Greċja ma jikkonformawx mal-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi li tissospendi din id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ dawn l-Istati Membri għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi għal darba li testendi din is-sospensjoni għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn tliet xhur.

2. Jekk l-Italja jew il-Greċja ma jikkonformawx mal-obbligu msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi, ladarba tkun tat lill-Istat Membru ikkonċernat l-opportunità li jippreżenta l-fehmiet tiegħu, li tissospendi din id-Deċiżjoni fir-rigward ta’ dak l-Istat Membru għal perjodu ta’ mhux aktar minn tliet xhur. Il-Kummissjoni tista’ tiddeċiedi għal darba li testendi din is-sospensjoni għal perjodu ieħor ta' mhux aktar minn tliet xhur.

Emenda  40

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi Stat Membru ta’ rilokazzjoni, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 78(3) tat-Trattat. Dawn il-miżuri jistgħu jinkludu, fejn ikun adegwat, is-sospensjoni tal-obbligi ta’ dan l-Istat Membru previsti f’din id-Deċiżjoni.

F’każ ta’ sitwazzjoni ta’ emerġenza kkaratterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fi Stat Membru ta’ rilokazzjoni, il-Kunsill, fuq proposta mill-Kummissjoni u wara konsultazzjoni mal-Parlament Ewropew, jista’ jadotta miżuri provviżorji għall-benefiċċju tal-Istat Membru kkonċernat, skont l-Artikolu 78(3) tat-Trattat. Dawn il-miżuri jistgħu addizzjonalment jinkludu, fejn adatt, is-sospensjoni tal-obbligi ta’ dak l-Istat Membru previsti f’din id-Deċiżjoni.

Emenda  41

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Italja u l-Greċja kull tliet xhur jagħmlu rapport lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, inklużi l-pjanijiet direzzjonali msemmija fl-Artikolu 8, kull tliet xhur.

L-Italja u l-Greċja għandhom jagħmlu rapport lill-Kunsill u lill-Kummissjoni dwar l-implimentazzjoni u l-użu xieraq tal-fondi milqugħa fi ħdan il-qafas ta’ din id-Deċiżjoni, fost l-oħrajn dwar il-pjanijiet direzzjonali msemmijin fl-Artikolu 8, kull tliet xhur.

Emenda  42

Proposta għal deċiżjoni

Artikolu 11a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 11a

 

Evalwazzjoni

 

Sa Lulju 2016, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu dwar l-applikazzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u, fejn xieraq, għandha tipproponi r-rakkomandazzjonijiet meħtieġa għal mekkaniżmu ta’ rilokazzjoni permanenti, inkluż fil-perspettiva tal-kontroll tal-idoneità ta’ Dublin.

 

Sa…*, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rapport ta' evalwazzjoni finali dwar l-applikazzjoni ta' din id-Deċiżjoni.

 

L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha xierqa għall-preparazzjoni ta’ dak ir-rapport fi żmien debitu.

 

____________

 

* ĠU: jekk jogħġbok daħħal id-data: 30 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' din id-Deċiżjoni.

Emenda  43

Proposta għal deċiżjoni

Anness IIa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Emenda

Emenda

Anness IIa

Il-Proċedura ta’ Rilokazzjoni

Il-proċedura kif prevista fil-proposta tal-Kummissjoni; passi proċedurali addizzjonali mdaħħla mill-Parlament Ewropew huma sottolinjati

 

1 – Proċessar inizjali ta' persuni li qegħdin ifittxu protezzjoni internazzjonali

 

- L-identifikazzjoni ta’ persuni li għalihom Stat Membru ieħor huwa (jew għandu jkun) responsabbli skont ir-Regolament ta’ Dublin

 

→ It-trasferimenti ta’ Dublin

 

- L-identifikazzjoni ta’ applikanti vulnerabbli

 

- L-identifikazzjoni ta’ membri tal-familja għal rilokazzjoni konġunta

 

- L-identifikazzjoni tal-preferenzi tal-applikanti għal ċerti Stati Membri

 

 

2 – L-għażla tal-applikanti għal rilokazzjoni

 

- L-Italja/il-Greċja jiddeterminaw liema applikanti għandhom jiġu rilokati.

 

- Jgħarrfu lill-Istati Membri dwar in-numru ta’ postijiet meħtieġa kif ukoll dwar il-preferenzi tal-applikanti

 

 

3 - Il-parteċipazzjoni tal-Istati Membri

 

- L-Istati Membri jinfurmaw lill-Italja/il-Greċja dwar in-numru ta’ postijiet ta’ rilokazzjoni disponibbli

 

- L-uffiċjali ta’ kollegament jistgħu jagħmlu intervisti mal-applikanti li jkunu esprimew preferenza għall-Istat Membru tagħhom

 

- L-Istati Membri jindikaw il-preferenzi tagħhom għall-applikanti

 

 

4 – Deċiżjoni ta' rilokazzjoni

 

- L-Italja/il-Greċja jiddeċiedu liema applikant għandu jiġi rilokat lejn liema Stat Membru b'kunsiderazzjoni tal-preferenzi tal-applikanti u tal-Istati Membri

 

 

5 – Informazzjoni u kunsens

 

- L-applikanti jiġu infurmati komprensivament dwar l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni tagħhom

 

- Bħala prinċipju, l-applikanti jagħtu l-kunsens tagħhom biex jiġu rilokati lejn dak l-Istat Membru

 

 

6 – It-Trasferiment

 

It-trasferiment ta’ applikanti lejn l-Istat Membru ta’ rilokazzjoni fi żmien xahar

ANNESS: DIKJARAZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

Il-Parlament Ewropew, fid-dawl tal-ħtieġa li jiġu adottati miżuri immedjati għall-benefiċċju ta’ Stati Membri ffaċċjati b’sitwazzjoni ta’ emerġenza karatterizzata minn dħul f’daqqa ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi, qablet dwar il-bażi legali tal-Artikolu 78(3) tat-TFUE kif propost mill-Kummissjoni għal Deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam ta’ protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja. Madankollu, il-Parlament Ewropew jista’ jaċċetta l-Artikolu 78(3) TFUE bħala bażi legali biss bħala miżura ta’ emerġenza, li ser tiġi segwita bi proposta leġiżlattiva xierqa fil-futur li titratta b'mod strutturali kwalunkwe sitwazzjoni ta’ emerġenza fil-futur. Jinsisti li l-Artikolu 78(2) TFUE li jirrikjedi proċedura leġiżlattiva ordinarja għal miżuri li jiddetterminaw liema Stat Membru jkun responsabbli biex jikkonsidra l-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali, flimkien mal-Artikolu 80, it-tieni sentenza TFUE li jagħti fid-dispożizzjonijiet tiegħu effett skont il-priċipju ta’ solidarjetà kif espress fl-ewwel sentenza tal-Artikolu 80, jifformaw il-bażi legali korretta. Barra minn hekk, il-Parlament Ewropew jenfasizza l-fatt li l-adozzjoni ta’ din id-deċiżjoni hija strettament mingħajr preġudizzju għall-firxa ta’ bażijiet ġuridiċi disponibbli għall-koleġiżlatur fil-futur, b’mod partikolari fir-rigward tal- Artikolu 78 flimkien mal-Artikolu 80 TFUE. Il-Parlament Ewropew iħeġġeġ lill-Kummissjoni tippreżenta proposta leġiżlattiva għal skema permanenti ta’ rilokazzjoni bbażata fuq l-Artikolu 78(2) u l- Artikolu 80 sa tmiem l-2015, kif imħabbar mill-Kummissjoni fl-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni. Il-Parlament Ewropew jirriżerva d-dritt tiegħu li jħejji rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja f’każ li l-Kummissjoni ma tressaqx proposta leġiżlattiva bħal din fi żmien debitu.

NOTA SPJEGATTIVA

F'dik li hi l-akbar katastrofi fil-Baħar Mediterran wara t-Tieni Gwerra Dinjija, iktar minn 800 persuna mietu fi triqthom lejn l-Ewropa fit-18 ta’ April 2015. Dawn il-persuni ġarrbu gwerra, persekuzzjoni u trattament ħażin — u tilfu ħajjithom fuq l-għatba tal-Ewropa. Fil-mument tat-tfassil ta' dan ir-rapport, l-Italja qed tirkupra l-iġsma tagħhom. Il-mewt ta’ numru daqstant kbir ta' nies, 1867, biss, fl-ewwel sitt xhur tal-2015, u l-karba ta’ ħafna aktar li qegħdin jirriskjaw ħajjithom fil-Mediterran, kixfet b'mod drastiku li l-Ewropa għandha bżonn iżżid l-isforzi konġunti tagħha biex tevita aktar diżastri u biex tagħti reazzjoni effettiva għall-kriżi tar-refuġjati billi terfa' r-responsabilità tagħha li tipproteġi lil dawk fil-bżonn.

L-ebda Stat Membru waħdu ma jista’ jindirizza b’mod effettiv il-kriżi tar-refuġjati. Il-Parlament Ewropew, fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta’ April 2015, enfasizza li l-UE għandha tibbaża r-reazzjoni tagħha għat-traġedji fil-Mediterran fuq is-solidarjetà u l-qsim ġust ta’ responsabbiltajiet, b’mod partikolari ma’ dawk l-Istati Membri li jirċievu l-ikbar għadd ta’ refuġjati. Il-Parlament Ewropew talab għal kwota obbligatorja għat-tqassim ta' persuni li jfittxu l-asil fost l-Istati Membri kollha.

Il-prinċipju ta’ solidarjetà huwa wkoll fil-qalba ta’ reazzjoni strateġika tal-Kummissjoni Ewropea għall-kriżi fil-Mediterran, jiġifieri, l-Aġenda dwar il-Migrazzjoni. L-Aġenda hi bbażata fuq l-għarfien li "neħtieġu approċċ ġdid, approċċ aktar Ewropew" għall-Migrazzjoni. Bħala l-ewwel pass biex il-prinċipju ta’ solidarjetà jitqiegħed fil-prattika, il-Kummissjoni pproponiet miżura ta’ rilokazzjoni ta’ emerġenza għat-tqassim mill-Italja u mill-Greċja lejn Stati Membri oħra, ta’ 40.000 persuni li jinsabu fi bżonn ċar ta’ protezzjoni internazzjonali.

Ir-rapporteur taqbel bis-sħiħ mal-fehma li l-Istati Membri kollha jeħtieġ li jingħaqdu flimkien biex jindirizzaw l-isfidi tal-migrazzjoni. Il-proposta ta' rilokazzjoni ta’ emerġenza, għalkemm limitata,hi pass importanti f’dan ir-rigward. Il-Greċja u l-Italja jinsabu taħt pressjoni intollerabbli. Jekk dawn ma jirċevux appoġġ adegwat, aktarx li ċ-ċaqlieq irregolari 'l quddiem ta' refuġjati u migranti jkompli fuq skala sinifikanti. Dan jipperikola waħda mill-kisbiet prinċipali tal-UE, il-libertà ta’ moviment fiż-żona Schengen. Għalhekk ir-Rapporteur jappoġġa bis-sħiħ il-proposta tal-Kummissjoni għal miżura ta' rilokazzjoni obbligatorja li tinkludi pjan ta' tqassim vinkolanti tar-refuġjati fost l-Istati Membri, ibbażat fuq il-prinċipju ta’ solidarjetà u l-kondiviżjoni ta' responsabbiltà.

Barra minn hekk, ir-rapporteur tissuġġerixxi jissaħħaħ il-prinċipju ta' solidarjetà billi jiżdied in-numru ta’ refuġjati li jiġu rilokati. Il-Kummissjoni bbażat il-proposta tagħha għar-rilokazzjoni ta’ 40 000 refuġjati fuq l-għadd ta’ refuġjati li waslu fl-Ewropa fl-2014 — mingħajr kunsiderazzjoni tal-fatt li kien hemm żieda sinifikanti minn dakinnhar. B’68 000 refuġjati u migranti jaslu fil-Greċja biss sa mill-bidu tal-2015, il-Greċja rat żieda mingħajr preċedent ta' sitt darbiet fin-numru ta' wasliet meta mqabbel mal-istess perjodu tas-sena li għaddiet. Il-maġġoranza huma Sirjani. Il-parti l-kbira tagħhom jaslu fuq il-gżejjer Griegi fejn faċilitajiet ta’ lqugħ għal min ifittex asil spiss huma kompletament nieqsa. In-nies ikollhom jorqdu fit-toroq jew f’akkomodazzjoni ta’ emerġenza f'kundizzjonijiet estremament ħżiena. Wieħed minn kull ħames refuġjati Sirjani l-anqas biss għandhom aċċess regolari għal tojlit. Il-Greċja ma tistax titrattata din is-sitwazzjoni; is-sistema tal-asil ikkrollat. Ħafna refuġjati għalhekk jimxu ‘l quddiem lejn il-Balkani u jgħaddu mill-Ungerija. Anke fl-Italja qed tkompli x-xejra ta' numru ta' wasliet għolja ħafna. s'issa, fl-2015, waslu 67 500 refuġjati u migranti, ħafna minnhom mill-Eritrea, . Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, ir-rapporteur tissuġġerixxi li jintbagħat sinjal ċar lill-Kunsill li hemm bżonn ta’ iktar soldarjetà. L-Ewropa għandha tindirizza l-ħtiġijiet li qed jevolvu b’mod rapidu u fid-dawl tal-fatt li hemm proporzjon dejjem akbar ta’ wasliet fil-Greċja. In-numru ta’ persuni rilokati mill-Greċja u mill-Italja lejn Stati Membri oħra għandu għalhekk jiżdied għal 50 000 bħala minimu.

It-titjib tal-kwalità ta’ rilokazzjoni hi element tħassib ewlieni għar-rapporteur. F’dan ir-rigward, jistgħu jinsiltu tagħlimiet importanti mill-proġett pilota tal-UE dwar-rilokazzjoni minn Malta (EUREMA). L-ewwel nett, dan ma kienx vinkolanti, bil-konsegwenza li lanqas nofs tal-Istati Membri kollha wrew solidarjetà ma’ Malta billi ħadu numru (ġeneralment) baxx ħafna ta’ refuġjati. It-tieni nett, il-proġett ta' rilokazzjoni ssottovalutata b’mod sinifikanti l-importanza tal-preferenzi u tal-informazzjoni. Ħafna refuġjati diġà għandhom rabtiet familjari, soċjali jew kulturali ma' ċerti Stati Membri. Huma jippreferu li jiġu rilokati fi Stat Membru fejn jgħixu l-qraba tagħhom, fejn teżisti diġà komunità soċjali jew fejn il-lingwa komuni hi waħda li huma jitkellmu wkoll. Il-kunsiderazzjoni sistematika ta'tali preferenzi hi kruċjali biex tirnexxi r-rilokazzjoni. Tgħin biex takkomoda realtajiet ta’ ħajjet in-nies, tnaqqas l-inċentiv ta' ċaqlieq b’mod irregolari u ttejjeb il-prospetti ta’ integrazzjoni. Ir-refuġjati jkunu jistgħu jintegraw b’mod aktar faċli jekk huma diġà jkunu jitkellmu lingwa mitkellma fl-Istat Membru jew jekk ikunu jistgħu jiddependu fuq il-familja jew l-appoġġ tal-komunità. Tgħin biex jiżviluppaw sens ta’ appartenenza lil dak l-Istat Membru u effettivament tipprevjeni l-moviment sekondarju b'mod mhux sfurzat. La r-refuġjati ma għandhom id-dritt li jagħżlu l-Istat Membru tagħhom lanqas l-Istati Membri ma għandhom id-dritt li jagħżlu l-applikanti preferut tagħhom. Iżda għandha tingħata kunsiderazzjoni lill-preferenzi tagħhom, fejn xieraq. Anke l-informazzjoni u kunsens huma kruċjali għal rilokazzjoni b’suċċess. Sabiex ikunu ġestiti l-aspettattivi b'mod effikaċi, ir-refuġjati għandhom jingħataw biżżejjed informazzjoni dwar dak li qed jistenniehom mal-wasla tagħhom fl-Istat Membru ta’ rilokazzjoni. Sabiex jiġu evitati movimenti sekondarji mill-bidu nett, għandhom jiġu rilokati wkoll biss jekk jagħtu l-kunsens tagħhom għal din id-Deċiżjoni.

Ir-rilokazzjoni ta’ emerġenza hi biss l-ewwel pass, għalkemm importanti, sabiex il-prinċipju ta’ solidarjetà u l-kondiviżjoni ġusta ta’ responsabbiltajiet bejn l-Istati Membri kollha jitqiegħdu fil-prattika. Ir-rilokazzjoni ta’ emerġenza tfasslet mill-Kummissjoni bħala deroga temporanja għar-Regolament ta’ Dublin. Hi limitata kemm fil-kamp ta’ applikazzjoni kif ukoll iż-żmien. Barra minn hekk, din tillimita serjament id-drittijiet tal-Parlament billi teskludieħ mill-koleġiżlazzjoni. Għalhekk, ir-rapporteur tilqa’ b’sodisfazzjon kbir it-tħabbir mill-Kummissjoni li tippreżenta proposta leġiżlattiva għal skema ta’ rilokazzjoni permanenti, ibbażat fuq il-metodu tal-ko-deċiżjoni, sal-aħħar tal- 2015 fl-Aġenda dwar il-Migrazzjoni. Barra minn hekk, tissuġġerixxi li l-Parlament jieħu l-inizjattiva u jressaq rapport leġiżlattiv fuq inizjattiva proprja f’każ li l-Kummissjoni ma tippreżentax il-proposta rispettiva.

It-tkomplija ta’ miżuri ta’ emerġenza mhux biss hija inaċċettabbli għall-Parlament bħala koleġiżlatur iżda kien ukoll tonqos milli twettaq ir-riformi meħtieġa b’mod urġenti sabiex jingħeleb il-falliment attwali tas-sistema ta’ Dublin. Is-sistema ta’ Dublin ħolqot żbilanċi mhux sostenibbli fost l-Istati Membri kemm f’wasliet ta’ refuġjati u migranti u d-destinazzjoni finali tagħhom. Fil-qofol tagħha hemm l-użu ta’ sfurzar, u li huma ta' ħsara qawwija, bħalma huma d-detenzjoni ta’ dawk li qed ifittxu l-asil ittrawmatizzati mill-gwerer u mill-persekuzzjoni, dan filwaqt li l-moviment sekondarju, jibqa’ sinifikanti. Għalhekk ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tqis bis-sħiħ l-esperjenza tal-miżura ta' rilokazzjoni, inkluż ir-rikonoxximent tal-preferenzi waqt il-kontroll tal-idoneità tas-sistema ta' Dublin prevista fl-2016. Il-kriżi tar-refuġjati hi sfida kbira għall-Ewropa. L-Ewropa għandha tindirizzaha billi tieħu kont tal-ħajjiet u tal-preferenzi tar-refuġjati minflok ma tittratthom sempliċement bħala numri. U l-Ewropa tista’ tindirizza din il-kwistjoni b'mod effikaċi biss jekk l-Istati Membri jingħaqdu flimkien b’mod sod, abbażi tal-prinċipju ta’ solidarjetà.

ANNESS: ITTRA MILL-KUMITAT GĦALL-BAĠITS

D(2015)34431

Claude Moraes

President

Kumitat LIBE

Suġġett:         Opinjoni tal-Kumitat għall-Baġits dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2015)0286 - C8-0156/2015)

Sur President,

Qed niktiblek dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill li tistabbilixxi miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (COM(2015)0286 - C8-0156/2015) li dwarha l-Parlament qed jiġi kkonsultat mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni bħala l-kumitat mexxej.

Din il-proposta tinvolvi spejjeż addizzjonali għall-baġit tal-UE għal ammont totali ta' EUR 240 000 000 matul sentejn, u l-Kumitat għall-Baġits għaldaqstant talab opinjoni skont l-Artikolu 53 tar-Regoli ta' Proċedura. Madankollu, minħabba restrizzjonijiet ta' ħin minħabba l-fatt li l-abbozz ta' proposta ġie mħejji fil-kuntest ta' sitwazzjoni ta' emerġenza li ġejja mill-fruntieri tan-Nofsinhar tal-UE, il-Kumitat għall-Baġits aċċetta li jikteb ittra sempliċi sabiex jippermetti lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni jwettaq xogħlu rapidament.

L-abbozz ta' Deċiżjoni huwa sostnut mill-proposta korrispondenti tal-Kummissjoni Ewropea, fl-Abbozz tal-Baġit 2016 biex tinkludi ammont ta' EUR 150 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn skont il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (AMIF). Mhumiex mitluba approprjazzjonijiet ta' pagament fl-2016. Billi din l-ispiża żejda jirriżulta li teċċedi b'EUR 124 miljun il-limitu għall-Intestatura 3, il-Kummissjoni pproponiet ukoll il-Mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità kif jixraq (2015/2126(BUD)).

F'dan l-isfond u wara konsultazzjoni mal-koordinaturi, il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni biex jikkunsidraw is-segwenti waqt l-adozzjoni tar-rapport tiegħu:

Kif ġa enfasizzat fl-abbozz ta' rapport dwar il-mandat għat-trilogu dwar l-abbozz tal-baġit 2016, il-Kumitat għall-Baġits jilqa' l-Aġenda Ewropea tal-Kummissjoni dwar il-Migrazzjoni u jtenni l-appoġġ tiegħu għat-tisħiħ tal-mezzi tal-UE u l-iżvilupp ta' kultura ta' qsim ġust ta' responsabilità u solidarjetà fl-oqsma tal-asil, il-migrazzjoni u l-ġestjoni tal-fruntieri esterni.

F'dan il-kuntest il-Kumitat għall-Baġits jappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità fil-baġit 2016 sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri provviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja, għalkemm l-ammont aħħari u l-kamp ta' applikazzjoni ta' mobilizzazzjoni tali jista' jkollu jiġi aġġustat abbażi tal-eżitu tal-proċedura baġitarja.

Il-Kumitat għall-Baġits madankollu jissottolinja l-ħtieġa għal kontroll strett tad-destinazzjoni ta' dawn il-fondi sabiex ikun żgurat li jilħqu l-iskopijiet intiżi tagħhom.

Il-Kumitat għall-Baġits jinnota li l-proposta tinvolvi l-użu ta' somom sħaħ (EUR 6 000 għal kull applikant għal protezzjoni internazzjonali) għall-benefiċċju tal-Istati Membri li jirrilokaw l-applikanti u għaldaqstant hi miżura ta' qsim ta' responsabilità u solidarjetà finanzjarja, misluta mill-Artikolu 18 tal-bażi ġuridika tal-AMIF (Regolament (UE) Nru 516/2014).

Il-Kumitat għall-Baġits madankollu qiegħed jistaqsi jekk il-finanzjament propost hux se jkun suffiċjenti biex iwieġeb għat-tendenzi tal-migrazzjoni attwali fil-Mediterran. Flimkien mal-iskema ta' rilokazzjoni, jiġbed l-attenzjoni għal tisħiħ possibbli tal-programmi rilevanti fl-Intestatura 3 (AMIF, Fond għas-Sigurtà Interna) u tal-aġenziji rilevanti kemm f'termini ta' baġit kif ukoll ta' persunal sabiex jiffaċċjaw ir-responsabilitajiet imkabbra tagħhom. Jissuġġerixxi wkoll l-iżvilupp tad-dimensjoni esterna tal-Aġenda għall-Migrazzjoni permezz tal-kunsiderazzjoni ta' inizjattivi (u rinforzi korrispondenti) taħt l-Intestatura 4 fl-oqsma ta' viċinat, żvilupp, għajnuna umanitarja, stabilità u paċi, eċċ. Ifakkar ukoll li r-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza tista' tiġi mobilizzata waqt is-sena baġitarja għal ħtiġiet ta' għajnuna speċifiċi ta' pajjiżi terzi fost l-oħrajn għal sitwazzjonijiet ta' pressjoni partikolari li jirriżultaw minn flussi ta' migrazzjoni fil-fruntieri esterni tal-Unjoni.

Madankollu, il-Kumitat huwa tal-fehma li, fis-sitwazzjoni ġeopolitika attwali, b'mod partikolari minħabba l-pressjoni dejjem tiżdied tal-flussi ta' migrazzjoni, il-livell tal-limiti stabbiliti għall-Intestatura 3, li sa issa hija l-iżgħar intestatura fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali (QFP), jista' jkun sorpassat u għandu jiġi indirizzat fil-kuntest tar-reviżjoni li jmiss tal-QFP.

Fl-aħħarnett nieħu din l-opportunità biex nissottolinja li l-Kumitat għall-Baġits se jibqa' jikkoopera mill-qrib mal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Affarijiet tal-Intern dwar il-kwistjoni u ħerqan għall-emendi baġitarji li se jiġu mressqa mill-Kumitat LIBE fil-qafas tal-proċedura baġitarja.

Dejjem tiegħek,

Jean Arthuis

[iffirmata]

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

16.7.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

13

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Gerard Batten, Heinz K. Becker, Malin Björk, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Frank Engel, Cornelia Ernst, Laura Ferrara, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Ana Gomes, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Vicky Maeijer, Roberta Metsola, Claude Moraes, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anna Maria Corazza Bildt, Gérard Deprez, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Marek Jurek, Ska Keller, Miltiadis Kyrkos, Jean Lambert, Jeroen Lenaers, Emilian Pavel, Kazimierz Michał Ujazdowski, Elissavet Vozemberg

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Fredrick Federley, Herbert Reul, Jutta Steinruck, Vladimir Urutchev, Tom Vandenkendelaere, Wim van de Camp