Proċedura : 2014/0337(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0250/2015

Testi mressqa :

A8-0250/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2015 - 5.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0396

RAPPORT     ***I
PDF 826kWORD 298k
14.9.2015
PE 567.595v01-00 A8-0250/2015

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar ċerti atti fil-Qasam ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

(COM(2014)0713 – C8‑0277/2014 – 2014/0337(COD))

Kumitat għall-Affarijiet Barranin

Rapporteur: Claude Moraes

(Proċedura semplifikata – Artikolu 50(2) tar-Regoli ta' Proċedura)

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tħassar ċerti atti fil-Qasam ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

(COM(2014)0713 – C8‑0277/2014 – 2014/0337(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014) 0713),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), l-Artikolu 77(2)(a), (b) u (d), l-Artikolu 78(2)(e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0277/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 50(2) tar-Regoli ta ' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0250/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

EMENDI TAL-PARLAMENT EWROPEW(1)*

għall-proposta tal-Kummissjoni

---------------------------------------------------------

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jirrevoka ċerti atti mill-acquis ta’ Schengen

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 77(2)(a)(b), u (d), l-Artikolu 78(2)(e) u (g), l-Artikolu 79(2)(c) u (d) u l-Artikolu 87(2)(a) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara li l-abbozz ta’ att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġislattiva ordinarja,

Billi:

(1)  It-titjib fit-trasparenza tal-liġi tal-Unjoni huwa element essenzjali tal-istrateġija għal tfassil aħjar tal-liġijiet li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni jimplimentaw. F’dak il-kuntest huwa xieraq li dawk l-atti li m’għadx għandhom skop jitneħħew mil-leġiżlazzjoni li tinsab fis-seħħ.

(2)  Għadd ta’ atti li jappartjenu għall-acquis ta’ Schengen ma għadhomx rilevanti minħabba n-natura temporanja tagħhom jew għaliex il-kontenut tagħhom kien ittrattat f’atti suċċessivi, anke jekk dawn ma tħassrux.

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv Sch/Com-ex (95) PV 1 rev(2) irreferiet għal sitwazzjoni speċifika ħafna dwar il-konsultazzjoni minn qabel mitluba mill-Portugall vis-à-vis l-applikanti għall-viża Indoneżjani. Dik id-Deċiżjoni ma baqgħetx valida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 810/2009(3) u r-Regolament (KE) Nru 767/2008(4) li jipprovdu għal regoli ġodda dwar il-konsultazzjoni minn qabel ta’ Stati Membri oħra fir-rigward tal-ħruġ tal-viżi.

(4)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (95) 21(5) ipprevediet l-obbligu tal-Istati Membri li jiskambjaw informazzjoni statistika għal monitoraġġ aħjar tal-migrazzjoni fil-fruntieri esterni. Din id-Deċiżjoni ma baqgħetx valida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004(6) li fdat lil Frontex bil-kompitu li twettaq l-analiżi tar-riskju dwar riskji emerġenti u s-sitwazzjoni attwali fuq il-fruntieri esterni kif ukoll biex tiżviluppa u topera s-sistemi ta’ informazzjoni li jippermettu l-iskambju ta’ informazzjoni bħal din.

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (96) 13 rev 1(7) stabbiliet il-prinċipji li jirregolaw id-drittijiet u l-obbligi tal-Istati Membri li jirrappreżentaw u dawk irrappreżentati fir-rigward tal-ħruġ tal-viżi ta' Schengen f'pajjiżi terzi fejn mhux l-Istati kollha ta' Schengen huma rrappreżentati. Dik id-deċiżjoni ma baqgħetx valida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 li jipprevedi għal regoli ġodda dwar l-arranġamenti dwar rappreżentanza f’sitwazzjonijiet fejn Stat Membru jaqbel li jirrappreżenta Stat Membru ieħor għall-fini li jeżamina l-applikazzjonijiet u joħroġ il-viżi f’isem dak l-Istat Membru.

(6)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/COM-ex (97) 39 rev(8) approvat il-prinċipji ta' gwida għall-iskop ta' provi u evidenza indikativa fil-ftehimiet ta' riammissjoni bejn l-Istati ta' Schengen. Din id-Deċiżjoni ma baqgħetx valida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003(9) u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003(10) li jipprovdu għall-elementi ta' prova u provi indizjarji li għandhom jintużaw biex tkun determinata r-responabbiltà tal-Istat Membru fl-eżami tal-applikazzjoni għall-ażil.

(7)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (98) 1 rev 2(11) ipprevediet diversi miżuri li għandhom l-għan li jżidu l-effiċjenza tal-verifiki fuq il-fruntieri esterni. Din id-Deċiżjoni saret invalida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 562/2006(12) li stabbilixxa r-regoli dwar il-qsim ta' fruntieri esterni u tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 li ta lil FRONTEX il-kompitu li tiffaċilita l-applikazzjoni ta’ miżuri Komunitarji li għandhom x’jaqsmu mal-ġestjoni tal-fruntieri esterni billi tiżgura l-kordinazzjoni tal-azzjonijiet tal-Istati Membri fl-implimentazzjoni ta' dawn il-miżuri.

(8)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (98) 18 rev(13) ipprevediet proċedura li għandha tiġi segwita mill-Istati ta’ Schengen li jkollhom diffikultajiet serji biex jiksbu laissez-passer biex jirripatrijaw persuni b'nazzjonalità barranija illegali kif ukoll il-possibbiltà li jinvestigaw fil-livell tal-Unjoni dwar il-ħtieġa li jintużaw mezzi oħrajn ta’ natura iktar vinkolanti kontra dawk il-pajjiżi terzi. Dik id-deċiżjoni ma baqgħetx valida wara li l-Unjoni kkonkludiet ftehimiet ta’ riammissjoni ma’ għadd ta’ pajjiżi terzi li stabbilixxew l-obbligi speċifiċi u l-proċeduri li għandhom jiġu rispettati mill-awtoritajiet tal-pajjiż terzi u tal-Istati Membri fir-rigward tar-ripatrijazzjoni ta’ persuni b'nazzjonalità barranija li jkunu qegħdin jirrisjedu illegalment fl-Unjoni.

(9)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (98) 21(14) approvat regoli komuni biex jitwaħħlu timbri fuq il-passaporti tal-applikanti għall-viża kollha bħala mezz li jipprevjeni lill-istess persuna milli tagħmel iktar minn applikazzjoni waħda għall-viża jew tagħmel applikazzjonijiet suċċessivi għall-viża. Dik id-Deċiżjoni ma baqgħetx valida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 810/2009 li ppreveda sett ġdid ta’ regoli għall-ħruġ ta’ viżi u għall-ittimbrar tad-dokument tal-ivvjaġġar tal-applikant

(10)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (98) 37 def 2(15) stabbilit sett ta’ miżuri bil-għan li jiġi stabbilit approċċ integrat għall-intensifikar tal-ġlieda kontra l-migrazzjoni illegali li daħlu fis-seħħ bid-Deċiżjoni tal-Grupp Ċentrali tas-27 ta’ Ottubru 1998 dwar l-adozzjoni ta’ miżuri li jikkumbattu l-immigrazzjoni illegali (SCH/C (98) 117). Dawn id-deċiżjonijiet li ma baqgħux validi wara li daħal fis-seħħ ir-Regolament (KE) Nru 377/2004(16) li stabbilixxa l-qafas komuni biex uffiċjali għall-komunikazzjoni dwar l-immigrazzjoni jintbgħatu f’pajjiżi terzi, ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 li pprovda għal sett ta’ miżuri komuni dwar il-kontroll fil-fruntieri esterni u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI(17) li fdat lill-Europol b’kompiti speċifiċi relatati mal-iskambju ta’ informazzjoni, inkluż l-ġlieda kontra l-migrazzjoni irregolari.

(11)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (98) 59 rev(18) ipprovdiet sett ta’ linji gwida għall-użu kordinat ta’ konsulenti dwar dokumenti fir-rigward ta’ traffiku tal-ajru u dak marittimu u fir-rappreżentanzi konsulari tal-Istati Membri bil-għan li tissaħħaħ il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali. Dik id-deċiżjoni ma baqgħetx valida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 377/2004 li stabbilixxa regoli ġodda għall-iskjerament tal-uffiċjali ta’ kollegament f’pajjiżi terzi.

(12)  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv SCH/Com-ex (99) 7 rev 2(19) approvat pjan għall-iskjerament reċiproku ta' uffiċjal ta' kollegament mill-Istati Membri biex jagħtu pariri u jassistu fil-qadi ta’ kompiti ta' sigurtà u verifika fuq il-fruntieri esterni. Dik id-deċiżjoni ma baqgħetx valida wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 u r-Regolament (KE) Nru 2007/2004 li introduċa qafas ġuridiku ġdid għall-koperazzjoni bejn l-Istati Membri dwar il-kontroll tal-fruntiera esterna, inkluż is-sekondar ta’ uffiċjali ta’ kollegament.

(13)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008(20) ppreveda l-ispeċifikazzjonijiet rilevanti għal ċerti testijiet tas-SIS II bil-għan li juru li s-SIS II Ċentrali, l-infrastruttura ta’ komunikazzjoni u l-interazzjonijiet bejn is-SIS II Ċentrali u s-sistemi nazzjonali (N.SIS II) taħdem skont il-ħtiġijiet tekniċi u funzjonali mniżżlin fl-istrumenti legali tas-SIS II. Dan ir-Regolament eżawrixxa l-effett legali tiegħu ladarba s-SIS II bdiet tiffunzjona fid-9 ta’ April 2013.

(14)  Għal raġunijiet ta’ ċertezza legali u ċarezza, dawn d-deċiżjonijiet u r-regolament obsoleti għandhom jitħassru,

(15)  Billi l-objettiv ta’ dan ir-Regolament, jiġifieri t-tħassir ta’ għadd ta’ atti obsoleti tal-Unjoni li jagħmlu parti mill-acquis ta’ Schengen ma jistax jinkiseb b'mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda jista’ jinkiseb aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista' tadotta miżuri, skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà kif stipulat fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, kif stipulat f'dak l-Artikolu, dan ir-Regolament ma jmurx lil hinn minn dak li hu neċessarju biex jintlaħaq dak l-objettiv.

(16)  F’konformità mal-Artikolu 1 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-Pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhijiex ser tieħu sehem fl-adozzjoni ta’ dan ir-Regolament u mhijiex marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu. Minħabba li dan ir-Regolament jibni fuq l-acquis ta’ Schengen, id-Danimarka għandha, f'konformità mal-Artikolu 4 ta’ dak il-Protokoll, tiddeċiedi, fi żmien sitt xhur wara li l-Kunsill ikun iddeċieda dwar dan ir-Regolament jekk hijiex ser timplimentah fid-dritt nazzjonali tagħha.

(17)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen li fih ir-Renju Unit ma jipparteċipax, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE(21). Ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu.

(18)  Dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen li fih l-Irlanda mhijiex qed tipparteċipa, skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002(22). Għaldaqstant l-Irlanda mhijiex qed tieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhix marbuta bih jew soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

(19)  Fir-rigward tal-Iżlanda u tan-Norveġja, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp fuq id-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen fit-tifsira tal-Ftehim milħuq bejn il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta’ dawn tal-aħħar mal-implimentazzjoni, applikazzjoni u żvilupp tal-acquis ta’ Schengen(23) li jaqgħu taħt il-qasam li għalih hemm referenza fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE(24).

(20)  Fir-rigward tal-Isvizzera, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen, fis-sens tal-Ftehim konkluż bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen(25), li jaqa’ fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni 1999/437/KE moqri flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/146/KE(26) u 2008/149/ĠAI(27).

(21)  Fir-rigward ta’ Liechtenstein, dan ir-Regolament jikkostitwixxi żvilupp tad-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen, skont it-tifsira tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat ta’ Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat ta’ Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Svizzera fl-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen(28) u l-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni li jaqgħu fil-qasam imsemmi fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE li jinqara flimkien mal-Artikolu 3 tad-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2011/349/UE(29) u 2011/350/UE(30),

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Tħassir ta’ atti li m’għadhomx applikabbli

L-atti li ġejjin huma mħassra:

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (95) PV 1 rev (politika dwar il-viża);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (95) 21 (skambju ta’ informazzjoni statistika);

-  Deċiżjoni SCH/Com-ex (96) 13 rev 1 (ħruġ ta' viżi Schengen);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (97) 39 rev (evidenza taħt il-ftehimiet ta’ riammissjoni);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (98) 1 rev 2 (task force);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (98) 18 rev (diffikultajiet biex jinkiseb laissez-passer);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (98) 21 (ittimbrar ta’ passaporti);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (98) 37 def 2 (ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali);

-  Id-Deċiżjoni ▌SCH/C (98) 117 (ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (98) 59 rev (konsulenti dwar id-dokumenti);

-  Id-Deċiżjoni SCH/Com-ex (99) 7 rev 2 (uffiċjali ta’ kollegament); kif ukoll

-  ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 (testijiet tas-SIS II).

Artikolu 2Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Brussell,

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

NOTA SPJEGATTIVA

Fil-kuntest tal-iskadenza tal-perjodu transitorju stabbilit fil-Protokoll 36 dwar dispożizzjonijiet transnazzjonali, anness mat-Trattati, il-Kummissjoni wettqet valutazzjoni tal-acquis ta' Schengen u tal-istrumenti legali fil-qasam tal-kooperazzjoni tal-pulizija u tal-kooperazzjoni ġudizzjarja f'materji kriminali. Għadd ta' atti ġew identifikati bħala qodma minħabba li l-kontenut tagħhom iddaħħal f'atti suċċessivi jew minħabba li kienu ta' natura temporanja.

Fil-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2003, il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni ftehmu dwar tnaqqis fil-volum u simplifikazzjoni tal-liġi tal-Unjoni, inkluż permezz ta' revoka ta' atti skaduti.

Abbażi tal-iskrinjar li għamlet u skont l-impenji tal-Ftehima Interistituzzjonali għal għemil aħjar tal-liġijiet u l-politika tagħha dwar l-Idoneità Regolatorja(31), il-Kummissjoni ressqet proposta li jitħassru l-atti li ġejjin, li m'għadhomx validi:

  11-il deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv ta’ Schengen għax il-kontenut tagħhom issa huwa kopert f’atti suċċessivi, u

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 tat-18 ta’ Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta’ Informazzjoni ta’ Schengen (SIS II) li eżawrixxa l-effett legali tiegħu ġaladarba l-SIS II sar operazzjonali fid-9 ta’ April 2013.

Wara li kkonsulta s-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew u fid-dawl tal-emendi proposti mill-Kunsill għal din il-proposta tal-Kummissjoni fl-approċċ ġenerali, ir-rapporteur jipproponi li it-tip ta' att jinbidel biex minn 'deċiżjoni' jsir 'regolament'. Skont l-Artikolu 288 TFUE, regolament huwa vinkolanti kollu kemm hu u direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha, u jservi aħjar l-iskop tal-proposta għal revoka tal-atti meqjusa li m’għadomx validi.

It-titolu tal-att ġie emendat biex jikkorrispondi aħjar mal-atti mħassra.

Diversi emendi ġew introdotti biex jitjieb l-abbozzar tal-att.

PROĊEDURA

Titolu

It-tħassir ta’ ċerti atti fil-Qasam ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja

Referenzi

COM(2014)0713 – C8-0277/2014 – 2014/0337(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

28.11.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.12.2014

 

 

 

Rapporteur

Data tal-ħatra

Claude Moraes

5.2.2015

 

 

 

Proċedura semplifikata – data tad-deċiżjoni

8.12.2014

Eżami fil-kumitat

14.4.2015

2.7.2015

3.9.2015

 

Data tal-adozzjoni

3.9.2015

 

 

 

Data tat-tressiq

14.9.2015

(1)

* *   Emendi: it-test ġdid jew modifikat huwa indikat permezz tat-tipa korsiva u grassa; it-tħassir huwa indikat permezz tas-simbolu ▌.

(2)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta' April 1995 dwar il-politika komuni tal-viża (SCH/Com-ex (95) PV 1 rev.) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 175).

(3)

  Ir-Regolament (KE) Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar il-Viżi (Kodiċi dwar il-Viżi) (ĠU L 243, 15.9.2009, p. 1).

(4)

  Ir-Regolament (KE) Nru 767/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta' Lulju 2008 dwar is-Sistema tal-Informazzjoni dwar il-Viża (VIS) u l-iskambju ta' dejta bejn l-Istati Membri dwar viżi għal perjodu qasir (ir-Regolament VIS) (ĠU L 218, 13.8.2008, p. 60).

(5)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-20 ta’ Diċembru 1995 dwar l-iskambju rapidu bejn l-Istati ta' Schengen ta’ dejta stastistika u dejta speċifika fuq il-problemi li jistgħu jinqalgħu fuq il-fruntieri esterni (SCH/Com-ex (95) 21)(ĠU L 239, 22.9.2000, p. 176).

(6)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2007/2004 tas-26 ta’ Ottubru 2004 li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta’ Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 349, 25.11.2004, p. 1).

(7)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-27 ta' Ġunju 1996 dwar il-prinċipji għall-ħruġ tal-viżi ta' Schengen skont l-Artikolu 30(1)(a) tal-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen (SCH/Com-ex (96) 13 rev 1) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 180).

(8)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-15 ta' Diċembru 1997 dwar il-prinċipji ta' gwida għall-mezz ta' prova u evidenza indikattiva skont il-qafas tal-ftehim ta' riammissjoni bejn l-Istati ta' Schengen (SCH/Com-ex (97) 39 rev) (ĠU L 239 , 22.9.2000, p. 188).

(9)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 tat-18 ta’ Frar 2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 50, 25.2.2003, p. 1).

(10)

  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1560/2003 tat-2 ta’ Settembru 2003 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 343/2003 li jistabbilixxi l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi determinat l-Istat Membru responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali ppreżentata f’wieħed mill-Istati Membri minn ċittadin ta’ pajjiż terz (ĠU L 222, 5.9.2003, p. 3).

(11)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tal-21 ta' April 1998 dwar l-attivitajiet tat-task force (SCH/Com-ex (98) 1 rev 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 191).

(12)

  Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2006 li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta' Schengen) (ĠU L 105, 13.4.2006, p. 1.)

(13)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-23 ta’ Ġunju 1998 dwar il-miżuri li għandhom jittieħdu fir-rigward ta’ pajjiżi li jqajmu problemi fir-rigward tal-ħruġ ta’ dokumenti meħtieġa għat-tkeċċija mit-territorju ta’ Schengen (SCH/Com-ex (98) 18 rev) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 197).

(14)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-23 ta' Ġunju 1998 dwar l-ittimbrar ta' passaporti tal-applikanti għal viża (SCH/Com-ex (98) 21 ) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 200).

(15)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-27 ta' Ottubru 1998 dwar l-adozzjoni ta' miżuri biex tkun miġġielda l-immigrazzjoni illegali (SCH/Com-ex (98) 37 def 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 203),

(16)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 377/2004 tad-19 ta' Frar 2004 dwar il-ħolqien ta' netwerk tal-uffiċjali ta' kollegament dwar l-immigrazzjoni. (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 1).

(17)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/371/ĠAI tas-6 ta’ April 2009 li tistabbilixxi l-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) (ĠU L 121, 15.5.2009, p. 37).

(18)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tas-16 ta' Diċembru 1998 dwar l-iskjerament koordinat ta' konsulenti tad-dokumenti (SCH/Com-ex (98) 59 rev.) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 308),

(19)

  Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Eżekuttiv tat-28 ta' April 1999 dwar l-uffiċjali ta' kollegament (SCH/Com-ex (99) PV 7 rev 2) (ĠU L 239, 22.9.2000, p. 411).

(20)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 189/2008 tat-18 ta' Frar 2008 dwar it-testijiet tat-tieni ġenerazzjoni tas-Sistema ta' Informazzjoni ta' Schengen (SIS II) (ĠU L 57, 1.3.2008, p. 1).

(21)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2000/365/KE tad-29 ta’ Mejju 2000 dwar it-talba tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u Irlanda ta’ Fuq biex jieħdu parti f’xi disposizzjonijiet tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 131, 1.6.2000, p. 43).

(22)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/192/KE tat-28 ta' Frar 2002 dwar it-talba tal-Irlanda biex tieħu sehem f'xi wħud mid-dispożizzjonijiet tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 64, 7.3.2002, p. 20).

(23)

  ĠU L 176, 10.7.1999, p. 36.

(24)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 1999/437/KE tas-17 ta' Mejju 1999 dwar ċerti arranġamenti għall-applikazzjoni tal-Ftehim konkluż mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda u r-Renju tan-Norveġja dwar l-assoċjazzjoni ta' dawn iż-żewġ Stati mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 176, 10.7.1999, p. 31).

(25)

  ĠU L 53, 27.2.2008, p. 52.

(26)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/146/KE tat-28 ta' Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f'isem il-Komunità Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta' Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 1).

(27)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2008 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzjoni Żvizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen (ĠU L 53, 27.2.2008, p. 50).

(28)

  ĠU L 160, 18.6.2011, p. 21.

(29)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/349/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat b’mod partikolari mal-koperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali u l-koperazzjoni tal-pulizija

(ĠU L 160, 18.6.2011, p. 1).

(30)

  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/350/UE tas-7 ta’ Marzu 2011 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Svizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Prinċipat tal-Liechtenstein mal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea, il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar l-assoċjazzjoni tal-Konfederazzoni Svizzera mal-implimentazzjoni, l-applikazzjoni u l-iżvilupp tal-acquis ta’ Schengen, relatat mal-abolizzjoni tal-verifiki mal-fruntieri interni u l-moviment tal-persuni (ĠU L 160, 18.6.2011, p. 19).

(31)

  Komunikazzjoni mill-Kummissjoni tat-18 ta' Ġunju 2014 dwar "Programm dwar l-Idoneità u l-Prestazzjoni tar-Regolamentazzjoni (REFIT)" Is-Sitwazzjoni Attwali u l-Perspettivi" (COM(2014) 368 final, 18.6.2014.

Avviż legali