Proċedura : 2014/0005(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0267/2015

Testi mressqa :

A8-0267/2015

Dibattiti :

PV 26/10/2015 - 14
CRE 26/10/2015 - 14

Votazzjonijiet :

PV 27/10/2015 - 5.9
CRE 27/10/2015 - 5.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni
PV 04/10/2016 - 7.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0368
P8_TA(2016)0369

RAPPORT     ***I
PDF 981kWORD 546k
28.9.2015
PE 554.890v03-00 A8-0267/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

(COM(2014)0001 – C7‑0014/2014 – 2014/0005(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur għal opinjoni: Marietje Schaake

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin
 PROĊEDURA

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

(COM(2014)0001 – C7‑0014/2014 – 2014/0005(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0001),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0014/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (A8-0267/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur jeħtieġ li jesporta prodotti mediċinali kkontrollati mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d-distributur ikunu kkonkludew ftehim legalment vinkolanti li jkun jobbliga lid-distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali.

(8) L-għoti ta' awtorizzazzjoni globali jkun xieraq ukoll meta manifattur jeħtieġ li jesporta prodotti mediċinali kkontrollati mir-Regolament (KE) Nru 1236/2005 lil distributur f'pajjiż li ma abolixxiex il-piena kapitali, sakemm l-esportatur u d-distributur ikunu kkonkludew ftehim legalment vinkolanti li jkun jobbliga lid-distributur japplika sett xieraq ta' miżuri li jiggarantixxi li l-prodotti mediċinali mhux se jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Huwa meħtieġ li s-sensara fl-Unjoni jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ senserija fir-rigward ta' oġġetti li l-esportazzjoni u l-importazzjoni tagħhom huma pprojbiti minħabba li dawn l-oġġetti ma għandhom l-ebda użu prattiku ieħor ħlief għall-piena kapitali, it-tortura jew trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Il-projbizzjoni tal-għoti ta’ tali servizzi sservi biex jiġu protetti l-moralitajiet pubbliċi.

(12) Huwa meħtieġ li s-sensara fl-Unjoni jiġu pprojbiti milli jipprovdu servizzi ta’ senserija fir-rigward ta' oġġetti li l-esportazzjoni u l-importazzjoni tagħhom huma pprojbiti minħabba li dawn l-oġġetti ma għandhom l-ebda użu prattiku ieħor ħlief għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Il-projbizzjoni tal-għoti ta' tali servizzi sservi biex jiġu protetti l-moralitajiet pubbliċi u jiġu rispettati l-prinċipji ta' dinjità umana li huma ta' bażi għall-valuri Ewropej, kif inkorporati fit-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Klawsola mmirata tal-użu aħħari għandha tiġi introdotta għall-Istati Membri biex jissospendu jew iwaqqfu t-trasferiment ta' oġġetti relatati mas-sigurtà mhux elenkati fl-Annessi II u III li, b'mod ċar, m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-finijiet tal-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, jew li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-trasferiment ta' dawn l-oġġetti jwassal li jiffaċilitaw jew jwettqu l-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra. Is-setgħat mogħtija taħt il-klawsola mmirata tal-użu aħħari ma għandhomx jiġu estiżi għall-prodotti mediċinali li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(aa) Punt (f) huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

(f) “assistenza teknika” tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

(f) "assistenza teknika" tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar, l-użu, il-prattiki jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

(Din l-emenda għandha l-għan li temenda dispożizzjoni fi ħdan att eżistenti – l-Artikolu 2(f) – li ma saritx referenza għalih fil-proposta tal-Kummissjoni.)

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – sottopunt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt k – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament id-dispożizzjoni unika ta’ servizzi anċillari hija eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-dispożizzjoni ta' servizzi anċillari hija inkluża f'din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigrazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali, inkluż permezz tal-internet;

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) “sensar” tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k), mill-Unjoni lejn it-territorju ta’ pajjiż terz;

(l) "sensar" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi, jew ċittadina ta', Stat Membru tal-Unjoni, jew sussidjarja ta' persuna ġuridika jew sħubija, li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k);

Ġustifikazzjoni

L-UE għandha wkoll tkun kapaċi tinforza dan ir-Regolament meta ċittadini tal-UE jew persuni ġuridiċi stabbiliti fl-UE huma involuti fi transazzjonijiet li jseħħu barra mit-territorju tal-Unjoni.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) “fornitur tal-assistenza teknika” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f), mill-Unjoni lejn it-territorju ta’ pajjiż terz;

(m) "fornitur tal-assistenza teknika" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f);

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt n

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(n) “esportatur” tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija li f'isimha ssir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, tintrabat b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollha s-setgħa li tibgħat l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta’ esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx aġixxa għan-nom tiegħu, l-“esportatur” tfisser il-persuna li jkollha s-setgħa meħtieġa li tibgħat l-oġġett ikkonċernat 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta’ dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna stabbilita barra mill-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu tkun ibbażata l-esportazzjoni, l-esportatur jiġi kkunsidrat bħala l-parti kontraenti stabbilita fl-Unjoni;

(n) "esportatur" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija li f'isimha ssir dikjarazzjoni tal-esportazzjoni, jiġifieri l-persuna li, fil-mument li fih id-dikjarazzjoni tiġi aċċettata, tintrabat b'kuntratt mad-destinatarju fil-pajjiż terz ikkonċernat u jkollha s-setgħa li tibgħat l-oġġetti 'l barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Jekk ma jkun ġie konkluż l-ebda kuntratt ta' esportazzjoni jew jekk id-detentur tal-kuntratt ma jkunx aġixxa għan-nom tiegħu, l-"esportatur" tfisser il-persuna li jkollha s-setgħa meħtieġa li tibgħat l-oġġett ikkonċernat 'il barra mit-territorju doganali tal-Unjoni. Meta l-benefiċċju ta' dritt li wieħed jiddisponi mill-oġġetti jappartjeni lil persuna stabbilita barra mill-Unjoni skont il-kuntratt li fuqu tkun ibbażata l-esportazzjoni, l-esportatur jiġi kkunsidrat bħala l-parti kontraenti residenti jew stabbilita fl-Unjoni;

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt ra (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ra) "transitu" tfisser it-trasport ta' oġġetti mhux tal-Unjoni, elenkati fl-Annessi, li jidħlu jew jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni b'destinazzjoni barra mill-Unjoni;

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 4aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 4aa.

 

Projbizzjoni ta' transitu

 

1. Kwalunkwe transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II għandu jkun ipprojbit, irrispettivament mill-oriġini tal-oġġetti.

 

2. B'deroga mill-paragrafu 1, l-awtorità kompetenti tista' tawtorizza transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness II, jekk jintwera li, fil-pajjiż li lejh se jiġu esportati l-oġġetti, tali oġġetti se jintużaw għall-fini esklużiv ta' wirja pubblika f'mużew fid-dawl tas-sinifikat storiku tagħhom."

Ġustifikazzjoni

It-transitu ta' oġġetti pprojbiti għall-esportazzjoni u l-importazzjoni m'għandux jiġi awtorizzat.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 3b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 4 ab (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(3b) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 4ab

 

Il-projbizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni kummerċjali

 

Il-kummerċjalizzazzjoni u l-attivitajiet ta' promozzjoni online u offline fl-Unjoni minn kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija, għall-fini tat-trasferiment tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandhom ikunu pprojbiti."

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-awtoritajiet kompetenti jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b’mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta’ qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta’ devjazzjoni.

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu deċiżjonijiet dwar l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjonijiet fir-rigward tal-esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa, fuq bażi ta' każ b'każ, filwaqt li jqisu l-kunsiderazzjonijiet rilevanti kollha, inkluż b'mod partikolari jekk applikazzjoni fir-rigward ta' esportazzjoni essenzjalment identika tkun ġietx miċħuda minn Stat Membru ieħor fit-tliet snin ta' qabel, u l-kunsiderazzjonijiet dwar l-użu aħħari maħsub u r-riskju ta' devjazzjoni.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a) Fl-Artikolu 6, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

1a. L-awtorità kompetenti, filwaqt li tieħu kont tal-evidenza kollha rilevanti, flimkien mal-Istati Membri, għandha tiżgura li l-kumpaniji kollha li jikkummerċjalizzaw tagħmir tas-sigurtà u li jorganizzaw fieri u avvenimenti oħra fejn tali tagħmir huwa kkummerċjalizzat, ikunu konxji tal-fatt li tali tagħmir jista' jintuża għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li din il-kummerċjalizzazzjoni ta' tali tagħmir tista' tiġi pprojbiti u jistgħu jiġu rtirati awtorizzazzjonijiet fir-rigward tagħha.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b) Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 6 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

2. L-awtorità kompetenti m'għandha tagħti l-ebda awtorizzazzjoni meta jkun hemm raġunijiet tajba biex wieħed jemmen li l-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, inkluża l-piena korporali ġudizzjarja, minn awtorità tal-infurzar tal-liġi jew kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika f'pajjiż terz.

 

L-awtorità kompetenti għandha tieħu kont ta':

 

– sentenzi disponibbli tal-qorti internazzjonali,

 

– sejbiet mill-korpi kompetenti tan-NU, il-Kunsill tal-Ewropa u l-UE, u rapporti tal-Kumitat Ewropew tal-Kunsill tal-Ewropa għall-Prevenzjoni tat-Tortura u t-Trattament u Pieni Inumani jew Degradanti u tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-Tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

 

Jista' jittieħed kont ta' informazzjoni rilevanti oħra, inklużi sentenzi disponibbli tal-qorti nazzjonali, rapporti jew informazzjoni oħra mħejjija minn organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u informazzjoni dwar restrizzjonijiet fuq l-esportazzjonijiet tal-oġġetti elenkati fl-Annessi II, III u IIIa applikati mill-pajjiż tad-destinazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 5c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5c) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 6a

 

Rekwiżit ta' awtorizzazzjoni għal transitu

 

1. Awtorizzazzjoni għandha tkun meħtieġa għat-transitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III jew IIIa jekk l-operatur ekonomiku kien infurmat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn iseħħ it-transitu li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

 

2. Jekk operatur ekonomiku huwa konxju li l-oġġetti fi transitu elenkati fl-Anness III jew IIIa huma intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti,li għandhom jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti li jagħmlu t-transitu kkonċernat soġġett għall-awtorizzazzjoni.

 

 

3. Stat Membru li jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, dwar it-transitu ta' oġġett li mhuwiex elenkat fl-Anness III jew IIIa, għandu jgħarraf lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni.

Ġustifikazzjoni

Għandhom jiddaħlu rekwiżiti addizzjonali ta' awtorizzazzjoni sabiex jiġi evitat transitu ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena tal-mewt jew għat-tortura.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7a – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Huwa pprojbit li sensar jipprovdi servizzi ta’ senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f’pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk is-sensar ikun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi parti mill-kunsinna bil-baħar ta' tali oġġetti hija jew tista' tkun maħsuba biex tintuża għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f’pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.

1. Huwa pprojbit li sensar jipprovdi servizzi ta' senserija lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti, jekk is-sensar ikun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi parti mill-kunsinna bil-baħar ta' tali oġġetti hija jew tista' tkun maħsuba biex tintuża għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

regulation (EC) No 1236/2005

Artikolu 7a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f’pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f’pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni.”

2. Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Annessi III u IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta’ tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fornitur ta' assistenza teknika għandu wkoll ikun ipprojbit milli jagħti struzzjoni, parir, taħriġ jew jittrasmetti tagħrif prattiku jew ħiliet li jistgħu jgħinu t-twettiq ta' piena kapitali, it-tortura jew trattament jew piena krudili, inumani jew degradanti oħra.

Ġustifikazzjoni

Assistenza teknika li tista' tgħin it-twettiq ta' eżekuzzjonijiet ġudizzjarji, it-tortura jew trattament ħażin ieħor tista' tingħata wkoll indipendentement mill-provvista ta' tagħmir li attwalment jaqa' fl-ambitu ta' dan ir-Regolament.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7aa

 

Skambju tal-aħjar prattiki

 

L-Istati Membri huma mħeġġa jippromwovu l-aħjar prattiki bejn il-fornituri tal-assistenza tekniku biex jiżguraw li din l-assistenza tikkontribwixxi b'mod pożittiv għall-ġlieda kontra t-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra."

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7c – paragrafu 3 – punt 3.3 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

'3.3. Il-Kummissjoni, b'kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri u pajjiżi terzi fejn xieraq, għandha tadotta linji gwida dwar l-aħjar prattika dwar il-verifika tal-użu aħħari."

Ġustifikazzjoni

Linji gwida dwar l-aħjar prattika mibnija fuq l-esperjenzi ta' awtoritajiet ta' Stati Membri kif ukoll ta' pajjiżi terzi għandhom jistabbilixxu qafas aktar ċar sabiex jiġi ddeterminat l-użu aħħari ta' oġġetti li jistgħu jintużaw ħażin għall-piena kapitali, u b'hekk jiġu ffaċilitati l-esportazzjonijiet leġittimi għal użu maħsub, b'mod partikolari fis-settur mediċinali u farmaċewtiku.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 7a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Kapitolu III aa (ġdid) – Artikolu 7da (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(7a) Jiddaħħal il-Kapitolu li ġej:

 

"Kapitolu III aa

 

Oġġetti mhux elenkati

 

Artikolu 7da

 

Klawsola onnikomprensiva

 

1. Awtorizzazzjoni għandha tkun meħtieġa għall-esportazzjoni ta' oġġetti mhux elenkati fl-Annessi ta' dan ir-Regolament jekk l-esportatur kien informat mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit li l-oġġetti inkwistjoni huma jew jistgħu jkunu intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-fini ta' piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

 

2. Jekk esportatur huwa konxju li l-oġġetti li huwa jipproponi li jesporta, li mhumiex elenkati fl-Anness II, III jew IIIa, huma intiżi, fl-intier tagħhom jew parzjalment, għall-fini ta' piena kapitali jew għall-fini ta' tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra, huwa għandu jinnotifika lill-awtoritajiet tal-Istat Membru li fih huwa stabbilit, li għandhom jiddeċiedu jekk huwiex espedjenti li l-esportazzjoni kkonċernata tkun soġġetta għall-awtorizzazzjoni.

 

3. Stat Membru li jimponi rekwiżit ta' awtorizzazzjoni, fl-applikazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, għall-esportazzjoni ta' oġġett li mhuwiex elenkat fl-Anness II, III jew IIIa, għandu jinforma immedjatament dwar dan lill-Istati Membri l-oħra u lill-Kummissjoni u jindika raġunijiet preċiżi għall-impożizzjoni ta' rekwiżit ta' awtorizzazzjoni. L-Istati Membri għandhom ukoll jinformaw immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe modifika għall-miżuri adottati skont il-paragrafi 1 u 2.

 

4. L-Istati Membri l-oħra għandhom jagħtu l-konsiderazzjoni dovuta kollha lil din l-informazzjoni u għandhom jinformaw lill-amministrazzjoni doganali u lill-awtoritajiet nazzjonali rilevanti l-oħra tagħhom.

 

5. Meta jkun meħtieġ minn raġunijiet imperattivi ta' urġenza, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati biex iżżid oġġetti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għall-Anness II, III jew IIIa. Il-proċedura prevista fl-Artikolu 15b għandha tapplika għall-atti ddelegati adottati skont dan il-paragrafu.

 

6. Prodotti mediċinali, kif definiti fid-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, għandhom ikunu esklużi mill-ambitu ta' dan l-Artikolu.

 

_________________________

 

1a Id-Direttiva 2001/83/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta' Novembru 2001 dwar il-kodiċi tal-Komunità li għandu x'jaqsam ma' prodotti mediċinali għall-użu mill-bniedem (ĠU L 311, 28.11.2001, p. 67).

Ġustifikazzjoni

Dispożizzjonijiet "onnikomprensivi" analoġiċi għal dawk użati fir-"Regolament dwar l-Użu Doppju" jiżguraw li jkun hemm fis-seħħ salvagwardji addizzjonali kontra r-riskji. F'tali każijiet, il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk proċedura ta' urġenza hija meħtieġa biex jiġu adottati miżuri Komunitarji, u b'hekk iżżomm approċċ Komunitarju, li jassigura l-koerenza u kundizzjonijiet ekwi.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti.

6. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli, fuq talba, lil korp indipendenti ta' sorveljanza rilevanti bħall-Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, jew istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fi Stat Membru.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 8a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 10 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a) Il-paragrafu 2 tal-Artikolu 10 huwa sostitwit b'dan li ġej:

 

‘2. Jekk issir dikjarazzjoni doganali dwar l-oġġetti elenkati fl-Anness II, III jew IIIa, u jkun ikkonfermat li ma ngħatat l-ebda awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament għall-esportazzjoni jew l-importazzjoni intiża, l-awtoritajiet doganali għandhom iżommu l-oġġetti ddikjarati u jiġbdu l-attenzjoni għall-possibbiltà tal-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni skont dan ir-Regolament. Jekk fi żmien sitt xhur minn wara li jinżammu l-oġġetti ma ssir l-ebda applikazzjoni, jew jekk l-awtorità kompetenti tirrifjuta tali applikazzjoni, l-awtoritajiet doganali għandhom jiddisponu mill-oġġetti miżmumin f'konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali applikabbli."

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 12a (ġdid) – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-Kummissjoni tista’, fi żmien tliet xhur, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari.

2. Meta tirċievi talba skont il-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tinforma immedjatament lill-Istati Membri kollha u tiċċirkola l-informazzjoni li tirċievi mill-Istat Membru rikjedenti. Sakemm tingħata deċiżjoni finali mill-Kummissjoni, l-Istati Membri jistgħu jissospendu immedjatament it-trasferimenti tal-oġġetti inklużi fit-talba. Il-Kummissjoni tista', fi żmien tliet xhur, titlob lill-Istat Membru rikjedenti jipprovdi informazzjoni supplimentari, jekk tikkunsidra li t-talba tkun tonqos milli tindirizza punt wieħed rilevanti jew aktar jew jekk tara li hemm bżonn ta' informazzjoni addizzjonali fuq punt wieħed rilevanti jew aktar. Hi tgħarraf lill-Istat Membru inkwistjoni bil-punti li dwarhom ikun hemm bżonn li tiġi pprovduta informazzjoni supplimentari.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 12

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 12a – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni, fi żmien sitt xhur, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.”

3. Jekk tqis li ma jkunx hemm bżonn titlob għal informazzjoni supplimentari jew, fejn applikabbli, malli tirċievi l-informazzjoni supplimentari li tkun talbet, il-Kummissjoni, fi żmien tliet xhur, tagħti bidu għall-proċedura biex tiġi adottata l-emenda mitluba jew inkella tinforma lill-Istati Membri rikjedenti bir-raġunijiet għalfejn ma tkunx se tagħmel dan.”

Ġustifikazzjoni

Is-sistema għandha tkun dinamika biżżejjed biex tiżgura li l-annessi jkunu aġġornati, filwaqt li jinżammu kontrolli suffiċjenti u kundizzjonijiet ekwi madwar l-UE.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 1aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(12a) Il-paragrafu 1 tal-Artikolu 13 huwa sostitwit b'dan li ġej:

1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.

‘1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati, kif ukoll fir-rigward ta' miżuri meħuda skont il-klawsola mmirata tal-użu aħħari. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra."

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 13 − paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12b) Fl-Artikolu 13, jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

‘3a. Il-Kummissjoni għandha tagħmel rapport annwali li jkun magħmul mir-rapporti annwali tal-attività msemmija fil-paragrafu 3. Ir-rapport għandu jkun disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Article 15a

imħassar

Eżerċizzju tad-delega

 

1. Is-setgħa li jiġu adottati atti delegati hija mogħtija lill-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

 

2. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu ta’ ħames snin minn …. Il-Kummissjoni tfassal rapport dwar id-delega tas-setgħa sa mhux aktar tard minn disa' xhur qabel it-tmiem tal-perjodu ta' ħames snin. Id-delega tas-setgħa tiġi estiża b'mod taċitu għal perjodi ta' tul identiku, dejjem sakemm il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill ma jopponux għal tali estensjoni sa mhux aktar tard minn tliet xhur qabel it-tmiem ta' kull perjodu.

 

3. Id-delega tas-setgħa msemmija fl-Artikolu 12 tista' tiġi revokata fi kwalunkwe ħin mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni għal revoka ġġib fi tmiemha d-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Din issir effettiva fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew f’data aktar tard speċifikata fiha. Hija ma taffettwa l-validità tal-ebda att delegat li jkun diġà fis-seħħ.

 

4. Hekk kif tadotta att delegat, il-Kummissjoni tinnotifika simultanjament lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill b'dan.

 

5. Att delegat adottat skont l-Artikolu 12 jidħol fis-seħħ biss jekk ma tiġi espressa l-ebda oġġezzjoni min-naħa tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill f'perjodu ta' xahrejn min-notifika ta' dak l-att lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill jew jekk, qabel ma jiskadi dak il-perjodu, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill ikunu informaw it-tnejn li huma lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dan il-perjodu jiġi estiż b'xahrejn fuq l-inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

 

Ġustifikazzjoni

Id-delega tas-setgħat twettqet taħt ir-Regolament għall-"Kummerċ Ġenerali I" (UE) Nru 37/2014 tal-15 ta' Jannar 2014 u diġà hija inkluża taħt l-Artikolu 15a.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Article 15ba (new)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15a) Jiddaħħal l-artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15ba

 

Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura

 

1. Għandu jitwaqqaf Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni. Kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant għal dan il-Grupp. Huwa għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tista' titqajjem jew mill-president jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.

 

2. Il-Grupp ta' Koordinament għandu, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħu miżuri xierqa biex jistabbilixxi kooperazzjoni diretta u skambju ta' informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari biex jelimina r-riskju ta' disparitajiet possibbli fl-applikazzjoni ta' kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li jistgħu jwasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ.

 

3. Il-President tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura għandu, kull meta jqis li huwa meħtieġ, għandu jikkonsulta mal-esportaturi, mas-sensara u ma' partijiet interessati rilevanti oħra, inkluż mill-partijiet kollha tas-soċjetà ċivili b'għarfien espert rilevanti fil-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament.

 

3. Il-Kummissjoni għandha tibgħat rapport annwali bil-miktub lill-Parlament Ewropew dwar l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura, li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill."

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-prattika stabbilita għal kontrolli strateġiċi fuq l-esportazzjoni, grupp ta' esperti għandu jiġi stabbilit biex jeżamina b'mod regolari l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u jiddiskuti proposti għal aġġornamenti, inkluż it-tħejjija ta' atti delegati.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 1b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 15bb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15b) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15bb

 

1. Minn...*, u kull tliet snin wara dan, il-Kummissjoni għandha tirrieżamina l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport komprensiv dwar l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni tal-impatt lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill, li jista' jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni l-informazzjoni kollha meħtieġa għall-preparazzjoni tar-rapport.

 

2. Taqsimiet speċjali tar-rapport għandhom jittrattaw:

 

(a) il-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura u l-attivitajiet, l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tiegħu. L-informazzjoni li l-Kummissjoni tipprovdi dwar l-eżaminazzjonijiet u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinament Kontra t-Tortura għandha tiġi trattata b'kunfidenzjalità skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001. L-informazzjoni għandha, f'kull każ, titqies bħala kunfidenzjali jekk id-divulgazzjoni tagħha x'aktarx ikollha effett negattiv sinifikanti fuq min jipprovdiha jew fuq is-sors ta' din l-informazzjoni.

 

(b) informazzjoni dwar id-deċiżjonijiet nazzjonali ta' liċenzjar mill-Istati Membri, ir-rapportar lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, il-mekkaniżmi ta' notifika u ta' konsultazzjoni fost l-Istati Membri, il-promulgazzjoni u l-infurzar.

 

(c) informazzjoni komprensiva dwar in-natura u l-effett ta' miżuri li ttieħdu mill-Istati Membri skont l-Artikolu 17, inkluż it-tħaddim tas-sistemi penali introdotti mill-Istati Membri, u valutazzjoni dwar jekk tali sistemi humiex effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

 

______________

 

* OJ: jekk jogħġbok daħħal id-data: tliet snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament."

Ġustifikazzjoni

F'konformità mal-qafas strateġiku ta' kontroll tal-esportazzjoni, għandu jkun hemm rieżami regolari tal-implimentazzjoni tar-Regolament. Regoli dwar pieni, għalkemm stabbiliti minn kull Stat Membru individwalment, għandhom jimmiraw lejn natura u effett simili, sabiex jinżamm approċċ koerenti u jkun hemm kundizzjonijiet ekwi fl-Unjoni kollha.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – punt 15c (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 17 – paragrafu 3 (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c) Fl-Artikolu 17, jiżdied il-paragrafu li ġej:

 

‘3. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk ir-regoli dwar il-pieni stabbiliti mill-Istati Membri huma ta' natura u effett simili."

Ġustifikazzjoni

Regoli dwar pieni, għalkemm stabbiliti minn kull Stat Membru individwalment, għandhom jimmiraw lejn natura u effett simili, sabiex jinżamm approċċ koerenti u jkun hemm kundizzjonijiet ekwu fl-Unjoni kollha.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15d (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness III – kolonna 2 – punti 1 u 2

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

(15d) Fl-Anness III, fit-tieni kolonna, il-punti 1 u 2 huma sostitwiti mis-segwenti:

1. Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

‘1. Prodotti maħsubin għat-trażżin tal-bnedmin, kif ġej:

1.1. Siġġijiet ta’ trażżin u bordijiet bil-manetti.

1.1. Siġġijiet ta' trażżin u bordijiet bil-manetti.

Nota:

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax is-siġġijiet ta’ trażżin maħsubin għal persuni b'diżabbiltà.

Dan il-punt ma jikkontrollax is-siġġijiet ta' trażżin maħsubin għal persuni b'diżabbiltà.

1.2. Manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta’ priġunieri, manetti u manetti individwali jew manetti fil-forma ta’ brazzuletti.

1.2. Manetti tas-saqajn, ktajjen għall-grupp ta' priġunieri, manetti u manetti individwali jew manetti fil-forma ta' brazzuletti.

Nota:

Nota:

Dan il-punt ma jikkontrollax lill-“manetti ordinarji”. Il-manetti ordinarji huma manetti li għandhom qies ġenerali inklużi l-ktajjen, imkejlin mix-xifer ta’ barra ta’ ħolqa sax-xifer ta’ barra tal-ħolqa l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta jinqaflu u li ma ġewx immodifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

Dan il-punt ma jikkontrollax lill-"manetti ordinarji". Il-manetti ordinarji huma manetti li għandhom qies ġenerali inklużi l-ktajjen, imkejlin mix-xifer ta' barra ta' ħolqa sax-xifer ta' barra tal-ħolqa l-oħra, bejn 150 u 280 mm meta jinqaflu u li ma ġewx immodifikati biex jikkawżaw uġigħ jew tbatija fiżika.

1.3. manetti tas-saba' l-kbir u strumenti għat-tgħaffiġ tas-saba' l-kbir, inklużi manetti bis-snien tas-saba' l-kbir.

1.3. manetti tas-saba' l-kbir u strumenti għat-tgħaffiġ tas-saba' l-kbir, inklużi manetti bis-snien tas-saba' l-kbir.

 

1.3.a Siġġijiet, twavel u sodod mgħammra b'ċineg

2. Tagħmir li jista' jinġarr maħsub għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtoprotezzjoni, kif ġej:

2. Tagħmir li jista' jinġarr maħsub għall-fini tal-kontroll tal-irvellijiet jew awtoprotezzjoni, kif ġej:

2.1. Tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr, inkluż iżda mhux limitat għal, lenbubi tax-xokk elettriku, tarki tax-xokk elettriku, stun guns u dart guns tax-xokk elettriku li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi l-10000 V.

2.1. Tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr, inkluż iżda mhux limitat għal, lenbubi tax-xokk elettriku, tarki tax-xokk elettriku, stun guns u dart guns tax-xokk elettriku li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi l-10000 V.

Noti:

Noti:

1. Dan il-punt ma jikkontrollax liċ-ċinturini tax-xokk elettriku kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Anness II.

1. Dan il-punt ma jikkontrollax liċ-ċinturini tax-xokk elettriku kif deskritt fil-punt 2.1 tal-Anness II.

2. Dan il-punt ma jikkontrollax lit-tagħmir individwali tax-xokk elettroniku meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

2. Dan il-punt ma jikkontrollax lit-tagħmir individwali tax-xokk elettroniku meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

 

2.2a. Strumenti akustiċi għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet/tal-folla

 

2.2b. Armi li jaħdmu bil-mewġa millimetrika"

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt 6 tal-Artikolu 1 u, sa fejn jiġi introdott l-Artikolu 7d, il-punt 7 tal-Artikolu 1, jibda japplika mill-1 ta’ Jannar 2015.

Il-punt 6 tal-Artikolu 1 u, sa fejn jiġi introdott l-Artikolu 7d, il-punt 7 tal-Artikolu 1, jibda japplika mill-1 ta' Frar 2016.

Ġustifikazzjoni

L-operaturi ekonomiċi u l-awtoritajiet tal-infurzar għandhom bżonn ta' perjodu ta' tranżizzjoni proporzjonat biex jikkonformaw ma' dawn il-projbizzjonijiet u biex jinfurzawhom.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Benin

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-pajjiż għadu jżomm il-piena tal-mewt fil-leġiżlazzjoni tiegħu.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Gabon

Ġustifikazzjoni

Il-Gabon irratifika mingħajr riżervi t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Liberja

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-pajjiż għadu jżomm il-piena tal-mewt fil-leġiżlazzjoni tiegħu.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Madagaskar

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-pajjiż għadu jżomm il-piena tal-mewt fil-leġiżlazzjoni tiegħu.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Mongolja

imħassar

Ġustifikazzjoni

Dan il-pajjiż għadu jżomm il-piena tal-mewt fil-leġiżlazzjoni tiegħu.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Anness II – Parti 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness IIIb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sao Tomé u Principe

imħassar

Ġustifikazzjoni

Is-Sao Tomé u Principe, bħall-Madagascar, ma rratifikawx mingħajr riżervi t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.


NOTA SPJEGATTIVA

Kontrolli tal-esportazzjoni madwar l-UE huma għodod tal-politika tal-kummerċ estern li jservu diversi għanijiet usa' ta' politika. "Ir-Regolament kontra t-Tortura" (KE) Nru 1236/2005 huwa strument uniku li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem permezz ta' kontrolli ta' oġġetti u attivitajiet li jintużaw għal jew jistgħu jintużaw ħażin għall-piena kapitali, għat-tortura jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra.

Ir-"Regolamenti kontra t-Tortura" jikkontribwixxi għall-politika tal-UE li ilha teżisti dwar l-eliminazzjoni tal-piena tal-mewt madwar id-dinja, u l-prevenzjoni tat-tortura. Huwa jgħin biex jinkisbu dawn l-għanijiet billi jikkombina projbizzjonijiet mar-rekwiżiti ta' liċenzjar għall-kummerċ fl-oġġetti elenkati. Huwa jirregola projbizzjoni fil-kummerċ ta' oġġetti "b'użu uniku" ta' tortura u eżekuzzjoni u assistenza teknika relatata (Anness II) u sistema ta' awtorizzazzjoni għal oġġetti "b'użi multipli" li jistgħu jintużaw ħażin għat-tortura u eżekuzzjonijiet permezz ta' injezzjonijiet letali (Anness III).

Aġġornament leġiżlattiv

It-tiġdid tal-kontrolli tal-UE tal-kummerċ fi strumenti ta' tortura kien ilu mistenni, bl-aġġornamenti tal-listi ta' kontroll huma miżuri fid-direzzjoni t-tajba. Ir-rieżmi kontinwu tal-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE kontra t-tortura kien iffurmat, fost l-oħrajn, bl-isforzi tal-Parlament Ewropew, inkluż talbiet espressi fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Ġunju 2010 u talbiet addizzjonali dwar l-implimentazzjoni magħmula fl-ittra indirizzata lill-Kummissarju De Gucht u lir-RGħ/VP Ashton mill-presidenti tal-Kumitati INTA u DROI tas-27 ta' Ġunju 2011.

Huwa importanti li jiġi żgurat l-aħjar taħlita ta' miżuri leġislattivi, amministrattivi, ġudizzjarji u esterni tal-UE, biex jipprevjenu u jipprojbixxu l-produzzjoni, il-kummerċ u l-użu ta' oġġetti ta' tortura u jikkontrollaw b'mod effikaċi oġġetti b'użu potenzjalment letali u inuman. Il-kompitu huwa inevitabbilment ikkumplikat bin-nuqqas ta' reġimi ta' kontroll multilaterali fuq l-esportazzjoni fil-qasam ta' oġġetti għat-tortura meta mqabbel mad-dominju ta' "użu doppju". Madankollu, l-UE ma tistax tillimita l-isforzi tagħha għall-eradikazzjoni tat-tortura billi tnaqqas id-disponibbiltà ta' tagħmir abbużiv, telimina devjazzjoni u evażjoni u tippromwovi kontrolli xierqa lil hinn mill-fruntieri tagħha. L-istrumenti tal-kummerċ huma element ta' approċċ komprensiv bl-użu tal-istrumenti kollha tal-UE għal azzjoni esterna.

Huwa importanti li tiġi żgurata koerenza fil-kontrolli tal-esportazzjoni tal-UE inklużi lista ta' oġġetti militari, b'użu doppju, armi tan-nar u oġġetti għat-tortura, mingħajr ma tissottoponi oġġetti għal kontrolli doppji (bl-eċċezzjoni ta' kontrolli komplementari li jipprevjenu t-traffikar illeċitu ta' drogi).

Il-Kummissjoni tipproponi li jissaħħu l-kontrolli ta' għodod tat-tortura, fost l-oħrajn billi:

•  ddaħħal Anness IIIa speċifiku biex tipprevjeni prodotti mediċinali kkontrollati milli jintużaw għall-piena kapitali permezz ta' injezzjoni letali;

•  tintroduċi projbizzjoni fuq servizzi ta' senserija għal oġġetti pprojbiti u testendi l-projbizzjoni ta' servizzi ta' senserija u assistenza teknika għal oġġetti kkontrollati, f'każijiet fejn fornitur/sensar ikun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li l-oġġetti jistgħu jintużaw għat-tortura;

•  tistabbilixxi Awtorizzazzjoni Ġenerali tal-Unjoni għall-Esportazzjoni għal pajjiżi li ħadu impenji internazzjonali sodi skont il-Protokoll Nru 13 għall-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem jew, it-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi.

Ir-rapporteur tappoġġa l-approċċ ta' kontrolli meħtieġa u proporzjonati mingħajr piżijiet superfluwi li jirrestrinġu l-kummerċ li għandu finijiet tal-użu aħħari leġittimi. F'dan ir-rigward, approċċ Komunitarju li jżomm kundizzjonijiet ekwi huwa essenzjali. Fl-istess ħin, ir-rapporteur tfakkar fil-ħtieġa li sistemi ta' kontroll tal-esportazzjoni jibqgħu validi fil-futur u jipprovdu flessibbiltà biex jadattaw malajr għal bidliet teknoloġiċi u żviluppi madwar id-dinja. Elenki ta' oġġetti speċifiċi jipprovdu ċarezza għall-esportaturi u l-importaturi u jgħinuhom sabiex jiżguraw konformità. Fil-kuntest ta' dan ir-Regolament, għandu jiġi nnutat importanza partikolari għall-aċċess leġittimu għal mediċini u farmaċewtiċi, li l-UE hija produttur ewlieni tagħhom. Barra minn assistenza teknika u servizzi ta' senserija, fejn possibbli, l-UE għandha wkoll tipprova tikkontrolla servizzi oħra li jistgħu jikkontribwixxu għat-tifrix ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għat-tortura jew għal pieni kapitali, bħal fost oħrajn it-tqegħid fis-suq jew servizzi finanzjarji.

Peress li tranżazzjonijiet kummerċjali barranin qegħdin isiru dejjem aktar kumplessi, ir-rapporteur tissottolinja r-rwol ewlieni ta' infurzar effikaċi ta' kontrolli, verifiki, penali, gwida u komunikazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet nazzjonali. Hawnhekk ukoll, kundizzjonijiet ekwi u approċċ Komunitarju huma meħtieġa. Ir-rapporteur tfakkar fil-ħtieġa li l-implimentazzjoni tal-impenji tal-Istati Membri tkun sorveljata, inkluż l-obbligu tagħhom ta' rappurtar u skambju ta' informazzjoni permezz ta' sistema sikura kriptata għal liċenzji miċħuda u notifiki. Bħala tali, sistema ta' rappurtar u rieżami regolari, f'konformità ma' reġimi ta' kontroll tal-esportazzjoni oħra, tidher xierqa. Barra minn hekk, ir-responsabbiltà tal-industrija fil-proċess ta' verifikar ta' tranżazzjonijiet fil-katina tax-xerrej-destinatarju-utent aħħari ma tistax tiġi sottovalutata. Fl-interess taċ-ċarezza u ċ-ċertezza legali għall-kumpaniji, ir-rapporteur tistieden lill-Kummissjoni tikkodifika dan ir-Regolament fi żmien xieraq ladarba l-aġġornament attwali jiġi adottat.

Delega tas-setgħat

Ir-"Regolament ta' Kontra t-Tortura" kien inkluż fil-pakkett għall-"Kummerċ Ġenerali I", li jallinja l-att mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat ta' Lisbona. Mill-20 ta' Frar 2014, il-Kummissjoni ingħatat is-setgħa li tadotta atti delegati biex temenda l-Annessi I-V tar-Regolament, bil-perjodu ta' oġġezzjoni stabbilit għal xahrejn wara n-notifika, li jista' jiġi estiż b'xahrejn oħra, u l-obbligu ta' rappurtar kull ħames snin. Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet dwar id-delega ta' setgħat fil-proposta attwali huma żejda u għandhom jiġu mħassra. Ir-rapporteur tfakkar lill-Kummissjoni li l-Parlament għandu jingħata kull tagħrif u dokumentazzjoni dwar il-laqgħat tagħha mal-esperti nazzjonali fil-qafas tal-ħidma tagħha għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta' atti delegati. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-Parlament huwa involut kif xieraq, sabiex toħloq l-aħjar kundizzjonijiet possibbli għal skrutinju fil-futur tal-atti delegati mill-Parlament.Ir-rapporteur tappoġġa l-introduzzjoni ta' proċedura ta' urġenza li tipprevedi l-applikazzjoni immedjata tal-att tal-Kummissjoni, li tippermetti modifika rapida tal-Anness II, III jew IIIa meta jeżistu raġunijiet imperattivi ta' urġenza. L-UE għandha toġġorna b'mod proattiv u immedjat il-listi ta' kontroll sabiex tinkludi apparat, tagħmir, komponenti, aċċessorji, prodotti intermedji u teknoloġiji rilevanti li jidħlu fis-suq.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Barranin (2.7.2015)

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1236/2005 dwar il-kummerċ ta' ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

(COM(2014)0001 – C7‑0014/2014 – 2014/0005(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Lochbihler

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-eżami tar-Regolament għandu l-għan li jkompli jsaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur globali ewlieni u responsabbli fil-ġlieda kontra l-piena kapitali u l-qerda tat-tortura.

L-abbozz ta' opinjoni għandu l-għan li jsaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi anċillari marbuta mat-trasferiment ta' oġġetti, kif ukoll dwar it-tranżitu, l-assistenza teknika u l-bejgħ kummerċjali. Skont il-pożizzjoni espressa ripetutament mill-Parlament, dan għandu l-għan li jintroduċi klawsola mmirata tal-użu aħħari sabiex l-Istati Membri jipprojbixxu jew jissospendu t-trasferiment ta' oġġetti relatati mas-sigurtà mhux elenkati fl-Anness II u III li, b'mod ċar, m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali, it-tortura jew trattament ħażin ieħor, jew li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-trasferiment ta' dawn l-elementi jwassal biex jiġu ffaċilitati jew ikkummissjonati l-eżekuzzjoni ġudizzjarja, it-tortura jew trattament ħażin ieħor.

Huwa jipproponi wkoll li jitwaqqaf Grupp ta' Koordinazzjoni tat-Tagħmir u li jiġi introdott mekkaniżmu ta' eżami perjodiku u skambju ta' informazzjoni u rapportar aktar sistematiċi sabiex jissaħħu s-sorveljanza u l-implimentazzjoni effiċjenti tar-Regolament.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Barranin jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(19a) Klawsola mmirata tal-użu aħħari għandha tiġi introdotta għall-Istati Membri biex jissospendu jew iwaqqfu t-trasferiment ta' oġġetti relatati mas-sigurtà mhux elenkati fl-Anness II u III li, b'mod ċar, m'għandhom l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali, it-tortura jew trattament ħażin ieħor, jew li hemm raġunijiet raġonevoli biex wieħed jemmen li t-trasferiment ta' dawn l-elementi jwassal biex jiġu ffaċilitati jew ikkummissjonati l-eżekuzzjoni ġudizzjarja, it-tortura jew trattament ħażin ieħor. Is-setgħat mogħtija taħt il-klawsola mmirata tal-użu aħħari ma għandhomx jiġu estiżi għall-prodotti mediċinali li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt f

 

Test fis-seħħ

Emenda

(aa) Il-punt (f) jinbidel b'dan li ġej:

"(f) "assistenza teknika" tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, it-testjar, il-manutenzjoni, l-armar jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

"(f) "assistenza teknika" tfisser kwalunkwe appoġġ tekniku relatat mat-tiswija, l-iżvilupp, il-manifattura, l-ittestjar, il-manutenzjoni, l-armar, l-użu jew kwalunkwe servizz tekniku ieħor, u tista' tieħu forom bħal istruzzjoni, pariri, taħriġ, trasmissjoni ta' għarfien dwar it-tħaddim jew ħiliet jew servizzi ta' konsulenza. L-assistenza teknika tinkludi forom verbali ta' assistenza u assistenza pprovduta b'mezzi elettroniċi;

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti – l-Artikolu 2f – li ma saritx referenza għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni. L-emenda tfittex li żżid il-kelma "użu" biex tiċċara d-definizzjoni ta' assistenza teknika.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt k – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament id-dispożizzjoni unika ta' servizzi anċillari hija eskluża minn din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;

Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, id-dispożizzjoni ta' servizzi anċillari hija inkuża f'din id-definizzjoni. Is-servizzi anċillari huma t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni jew ir-riassigurazzjoni jew ir-reklamar jew il-promozzjoni ġenerali;

Emenda    4

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt l

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(l) "sensar" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k), mill-Unjoni lejn it-territorju ta' pajjiż terz;

(l) "sensar" tfisser kull persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru jew ċittadin ta' Stat Membru li twettaq is-servizzi definiti skont il-punt (k);

Emenda    5

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2 – punt c

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt m

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(m) "fornitur tal-assistenza teknika" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f), mill-Unjoni lejn it-territorju ta' pajjiż terz;

(m) "fornitur tal-assistenza teknika" tfisser kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika jew sħubija residenti jew stabbilita fi Stat Membru tal-Unjoni li tipprovdi l-assistenza teknika definita skont il-punt (f);

Emenda    6

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 2 – punt ra (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ra) "tranżitu" tfisser it-trasport ta' oġġetti mhux tal-Unjoni, li jidħlu jew jgħaddu mit-territorju doganali tal-Unjoni, b'destinazzjoni barra mill-Unjoni."

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 4 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

(2a) L-Artikolu 4(1) jinbidel b'dan li ġej:

1. Kwalunkwe importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tiġi pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

"1. Kwalunkwe importazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness II għandha tiġi pprojbita, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti.

L-aċċettazzjoni minn persuna, entità jew korp fit-territorju doganali tal-Komunità tal-assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II, ipprovduta minn pajjiż terz, kemm jekk għal konsiderazzjoni kif ukoll jekk le, minn persuna, entità jew korp għandha tiġi pprojbita.

L-aċċettazzjoni minn persuna, entità jew korp fit-territorju doganali tal-Komunità tal-assistenza teknika relatata mal-oġġetti elenkati fl-Anness II, ipprovduta minn pajjiż terz, kemm jekk għal konsiderazzjoni kif ukoll jekk le, minn persuna, entità jew korp għandha tiġi pprojbita.

 

It-tranżitu mit-territorju doganali tal-Unjoni għandu jiġi pprojbit għall-oġġetti elenkati fl-Anness II."

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 2b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu -4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(2b) Wara l-Artikolu 4, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu -4a

 

Il-projbizzjoni ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni kummerċjali

 

Il-kummerċjalizzazzjoni u l-promozzjoni kummerċjali fi ħdan l-Unjoni minn kumpaniji u individwi reġistrati mal-Unjoni u dawk mhux reġistrati magħha għall-iskop tat-trasferiment ta' prodotti elenkati fl-Anness II għandhom jiġu strettament ipprojbiti. Dawn l-attivitajiet ta' kummerċjalizzazzjoni u promozzjoni kummerċjali għandhom jinkludu dawk magħmula bl-użu ta' sorsi intanġibbli, b'mod partikolari l-internet. Servizzi anċillari oħra, li jinkludu t-trasport, is-servizzi finanzjarji, l-assigurazzjoni u r-riassigurazzjoni, għandhom jiġu wkoll strettament ipprojbiti."

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 5 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jkunux assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa mid-dwana sottomessa għal kontroll tat-tip I jew f'maħżen ħieles.

Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Għandha tinħtieġ awtorizzazzjoni għal tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7a – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. L-Istati Membri għandhom iwettqu attivitajiet xierqa ta' promulgazzjoni biex jiżguraw li l-kumpaniji kollha li jippromwovu tagħmir tas-sigurtà u kif ukoll dawk il-kumpaniji li jorganizzaw fieri tal-kummerċ u avvenimenti oħrajn fejn tali tagħmir huwa promoss, jinġiebu konxji dwar dan ir-Regolament u l-obbligi tiegħu.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti – l-Artikolu 7a – punt 1

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7a – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkunx jaf jew ikollux raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni."

2. Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness III, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti, jekk il-fornitur ta' din l-assistenza jkunx jaf jew ikollux raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għat-tortura, jew għal trattamenti jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fornitur tal-assistenza teknika għandu jkun ipprojbit ukoll milli jagħti istruzzjoni, parir, taħriġ jew jittrasmetti tagħrif prattiku jew ħiliet li jistgħu jgħinu biex jiġu kkummissjonati eżekuzzjonijiet ġudizzjarji, tortura jew trattament ħażin ieħor."

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7aa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Wara l-Artikolu 7a, jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 7aa

 

Klawsola mmirata tal-użu aħħari

 

1. Stat Membru għandu jipprojbixxi jew jissospendi t-trasferiment ta' oġġett relatat mas-sigurtà mhux elenkat fl-Annessi II u III li, b'mod ċar, m'għandu l-ebda użu prattiku ħlief għall-iskop tal-piena kapitali, it-tortura jew trattament ħażin ieħor, jew meta jkun hemm raġunijiet biex wieħed jemmen li t-trasferiment ta' dan l-oġġett iwassal biex jiġi ffaċilitat l-ikkummissjonar ta' eżekuzzjoni ġudizzjarja, tortura jew trattament ħażin ieħor;

 

2. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni bi kwalunkwe miżura adottata skont il-paragrafu 1 immedjatament wara l-adozzjoni tagħha u għandhom jindikaw ir-raġunijiet preċiżi għal din il-miżura.

 

3. L-Istati Membri għandhom ukoll jgħarrfu immedjatament lill-Kummissjoni bi kwalunkwe modifika għall-miżuri adottati skont il-paragrafu 1.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tippubblika l-miżuri mgħarrfa lilha skont il-paragrafi 2 u 3 fis-serje C tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

5. Il-Kummissjoni għandha tiddetermina jekk l-oġġetti riferuti fil-paragrafu 1 għandhomx jiġu miżjuda mal-Anness rilevanti sabiex it-trasferiment tagħhom jiġi pprojbit jew ikun soġġett għal awtorizzazzjoni.

 

6. Is-setgħat mogħtija taħt il-klawsola mmirata tal-użu aħħari ma għandhomx jiġu estiżi għall-prodotti mediċinali li jistgħu jintużaw għall-fini tal-piena kapitali."

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7b – paragrafu 1 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, ikun hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Madankollu, l-ebda awtorizzazzjoni ma tkun meħtieġa għall-oġġetti li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni, jiġifieri dawk li ma jkunux assenjati trattament jew użu approvat mid-dwana, għajr il-proċedura ta' tranżitu estern skont l-Artikolu 91 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92, inkluż il-ħażna ta' oġġetti mhux tal-Unjoni f'żona ħielsa mid-dwana sottomessa għal kontroll tat-tip I jew f'maħżen ħieles.

1. Għal kwalunkwe esportazzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, ikun hemm bżonn ta' awtorizzazzjoni, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti. Għandha tinħtieġ awtorizzazzjoni għal tranżitu ta' oġġetti elenkati fl-Anness III li jgħaddu biss mit-territorju doganali tal-Unjoni.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 7d – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti, jekk il-fornitur tal-assistenza teknika jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għall-piena kapitali f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni."

2. Huwa pprojbit li fornitur tal-assistenza teknika jipprovdi l-assistenza teknika lil kwalunkwe persuna, entità jew korp f'pajjiż terz, fir-rigward tal-oġġetti elenkati fl-Anness IIIa, irrispettivament mill-oriġini ta' tali oġġetti, jekk il-fornitur tal-assistenza teknika jkun jaf jew ikollu raġunijiet biex jissuspetta li xi oġġetti jew l-oġġetti kollha rilevanti huma jew jistgħu jkunu maħsuba biex jintużaw għall-piena kapitali f'pajjiż li ma jiffurmax parti mit-territorju doganali tal-Unjoni. Fornitur tal-assistenza teknika għandu jkun ipprojbit ukoll milli jagħti istruzzjonijiet, pariri, taħriġ jew jittrasmetti tagħrif prattiku jew ħiliet li jistgħu jgħinu l-ikkummisjonar ta' eżekuzzjoni ġudizzjarja."

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 8

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti.

6. Permezz ta' deroga mill-paragrafu 5, meta l-prodotti mediċinali jkunu jridu jiġu esportati minn manifattur lejn distributur, il-manifattur jipprovdi informazzjoni dwar l-arranġamenti magħmula u l-miżuri meħuda biex jiġi evitat li dawn il-prodotti jintużaw għall-piena kapitali, dwar il-pajjiż ta' destinazzjoni u, jekk tkun disponibbli, informazzjoni dwar l-użu aħħari u l-utenti aħħarija tal-oġġetti. Din l-informazzjoni għandha tkun aċċessibbli, fuq talba, lil korp indipendenti ta' sorveljanza rilevanti bħall-Mekkaniżmu Nazzjonali ta' Prevenzjoni stabbilit skont il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura u Trattamenti jew Pieni Oħra Krudili, Inumani jew Degradanti, jew istituzzjoni nazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem fi Stat Membru.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 12a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 13 – paragrafu 1

 

Test fis-seħħ

Emenda

 

Fl-Artikolu 13, il-paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

"1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, il-Kummissjoni u l-Istati Membri għandhom, fuq talba, jinformaw lil xulxin dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati.

"1. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 11, kull Stat Membru għandu jinforma lill-Kummissjoni dwar il-miżuri meħudin skont dan ir-Regolament u jipprovdi kwalunkwe informazzjoni rilevanti għad-dispożizzjoni tagħhom b'rabta ma' dan ir-Regolament, b'mod partikolari informazzjoni dwar awtorizzazzjonijiet mogħtija u rrifjutati, kif ukoll fir-rigward ta' miżuri meħuda taħt il-klawsola mmirata tal-użu aħħari. Il-Kummissjoni għandha tgħaddi l-informazzjoni lill-Istati Membri l-oħra."

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti – l-Artikolu 13.1 – li ma saritx referenza għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – 12b (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 13 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12b) Fl-Artikolu 13, għandu jiddaħħal il-paragrafu li ġej:

 

"3a. Il-Kummissjoni għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku r-rapport annwali tagħha, li jiġbor fih ir-rapporti ta' attività annwali ppubblikati mill-Istati Membri skont il-paragrafu 3."

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 14a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu -15a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu -15a

 

Grupp ta' Koordinazzjoni

1. Għandu jiġi stabbilit Grupp ta' Koordinazzjoni ppresedut minn rappreżentant tal-Kummissjoni, li għalih kull Stat Membru għandu jaħtar rappreżentant. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu jeżamina kwalunkwe kwistjoni rigward l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament li tista' titqajjem jew mill-President jew minn rappreżentant ta' Stat Membru.

 

2. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu, b'kooperazzjoni mal-Kummissjoni, jieħu miżuri xierqa biex jistabbilixxi kooperazzjoni u skambju ta' informazzjoni diretti bejn l-awtoritajiet kompetenti, b'mod partikolari biex jelimina r-riskju ta' disparitajiet possibbli fl-applikazzjoni ta' kontrolli tal-esportazzjoni fuq oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra u li jistgħu jwasslu għal devjazzjoni tal-kummerċ.

 

3. Il-President tal-Grupp ta' Koordinazzjoni għandu, kull meta jikkunsidra li huwa meħtieġ, jikkonsulta mal-esportaturi, mas-sensara u mal-partijiet interessati rilevanti oħrajn affettwati minn dan ir-Regolament, inklużi r-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili.

 

4. Il-Grupp ta' Koordinazzjoni jista' jirċievi informazzjoni u proposti relatati mal-effikaċja tar-Regolament mill-korpi kollha tas-soċjetà ċivili b'għarfien espert rilevanti."

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Artikolu 15c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(15c) Jiddaħħal l-Artikolu li ġej:

 

"Artikolu 15c

 

Eżami tal-implimentazzjoni

 

1. Kull tliet snin, il-Kummissjoni għandha teżamina l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni tiegħu, li jista' jinkludi proposti biex ir-Regolament jiġi emendat. L-Istati Membri għandhom jipprovdu l-informazzjoni kollha xierqa lill-Kummissjoni għall-preparazzjoni tar-rapport.

 

2. Dan l-eżami għandu jinkludi d-deċiżjonijiet nazzjonali ta' liċenzjar mill-Istati Membri, ir-rapportar lill-Kummissjoni mill-Istati Membri, il-mekkaniżmi ta' notifika u ta' konsultazzjoni fost l-Istati Membri, il-promulgazzjoni u l-infurzar. Il-proċedura tal-eżami għandha tanalizza t-tħaddim tas-sistemi tal-penali introdotti mill-Istati Membri, u tevalwa jekk tali sistemi humiex effikaċi, proporzjonati u dissważivi.

 

3. Taqsima dedikata ta' dan ir-rapport għandha tipprovdi wkoll ħarsa ġenerali tal-attivitajiet, l-eżaminazzjoni u l-konsultazzjonijiet tal-Grupp ta' Koordinazzjoni, li għandu jkun soġġett għall-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 1049/2001.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt -a (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness II – tabella 1 – kolonna 2 – punt 2.2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) Fl-Anness II, wara l-punt 2.2 jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

 

"2.2a Lenbubi tax-xokkijiet elettriċi b'kuntatt dirett, pistoli li jistordu u tarki tal-isturdament maħsuba għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi

 

2.2b Kappuni tal-priġunieri maħsuba għal skopijiet ta' infurzar tal-liġi

 

2.2c Tnalji għall-kontroll tal-priġunieri"

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt -aa (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness III – tabella 1 – kolonna 2 – punt 1.3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa) Fl-Anness III, wara l-punt 1.3 jiddaħħal il-punt li ġej:

 

"1.3a Siġġijiet, twavel u sodod mgħammra b'ċineg"

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt -ab (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness III – tabella 1 – kolonna 2 – punt 2.1

 

Test fis-seħħ

Emenda

(-ab) Il-Punt 2.1 tal-Anness III huwa sostitwit b'dan li ġej:

"2.1. Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet.

"2.1. Tagħmir tax-xokk elettriku li jista' jinġarr, inkluż iżda mhux limitat għal, pistoli tad-darts tax-xokkijiet li għandhom vultaġġ mhux ikkargat li jeċċedi l-10 000 V. Armi ta' skariku elettriku li jistgħu jinġarru li jistgħu jimmiraw biss lejn individwu wieħed kull darba li jkun amministrat xokk elettriku, inkluż iżda mhux limitat għal-lembubi tax-xokkijiet elettriċi, tarki tax-xokkijiet elettriċi, pistoli tax-xokkijiet u pistoli tad-darts tax-xokkijiet.

Noti:

Noti:

1. Dan il-punt ma jikkontrollax ċinturini tax-xokkijiet elettriċi skont il-partita 2.1 tal-Anness II

 

1. Dan il-punt ma jkoprix ċinturini tax-xokkijiet elettriċi u apparat ieħor kif deskritt fil-punti 2.1 u 2.2a tal-Anness II

2. Dan il-punt ma jikkontrollax it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

2. Dan il-punt ma jkoprix it-tagħmir individwali tax-xokkijiet elettroniċi meta jakkumpanja lill-utent tiegħu għall-protezzjoni personali tal-utent stess.

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tfittex li temenda dispożizzjoni fi ħdan l-att eżistenti – l-Anness III Punt 2 – li ma saritx referenza għaliha fil-proposta tal-Kummissjoni.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 15 – punt -ac (ġdid)

Regolament (KE) Nru 1236/2005

Anness III – tabella 1 – kolonna 2 – punt 2.3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-ac) Fl-Anness III, wara l-punt 2.3 jiddaħħlu l-punti li ġejjin:

 

"2.3a Strumenti akustiċi għall-finijiet ta' kontroll ta' rvellijiet/tal-folla

 

2.3b Armi li jaħdmu bil-mewġa millimetrika"

PROĊEDURA

Titolu

Il-kummerċ ta’ certa merkanzija li tista’ tintuża għall-piena tal-mewt, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

Referenzi

COM(2014)0001 – C7-0014/2014 – 2014/0005(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.1.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.1.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Barbara Lochbihler

3.12.2014

Data tal-adozzjoni

29.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

45

2

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Francisco Assis, Petras Auštrevičius, Goffredo Maria Bettini, Elmar Brok, Klaus Buchner, James Carver, Fabio Massimo Castaldo, Javier Couso Permuy, Mark Demesmaeker, Georgios Epitideios, Eugen Freund, Sandra Kalniete, Manolis Kefalogiannis, Afzal Khan, Janusz Korwin-Mikke, Eduard Kukan, Ilhan Kyuchyuk, Barbara Lochbihler, Sabine Lösing, Andrejs Mamikins, David McAllister, Tamás Meszerics, Francisco José Millán Mon, Javier Nart, Pier Antonio Panzeri, Tonino Picula, Andrej Plenković, Jozo Radoš, Sofia Sakorafa, Jacek Saryusz-Wolski, Jaromír Štětina, Charles Tannock, Geoffrey Van Orden, Hilde Vautmans, Boris Zala

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Tanja Fajon, Neena Gill, Sergio Gutiérrez Prieto, Javi López, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Igor Šoltes, Traian Ungureanu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Daniel Buda, Pascal Durand, Andrey Novakov, Jarosław Wałęsa


PROĊEDURA

Titolu

Il-kummerċ ta’ ċerti oġġetti li jistgħu jintużaw għall-piena kapitali, it-tortura jew trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra

Referenzi

COM(2014)0001 – C7-0014/2014 – 2014/0005(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.1.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

15.1.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

15.1.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Marietje Schaake

21.1.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

23.2.2015

28.5.2015

29.6.2015

 

Data tal-adozzjoni

22.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

34

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Campbell Bannerman, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Eleonora Forenza, Karoline Graswander-Hainz, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Franck Proust, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Matteo Salvini, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Hannu Takkula, Iuliu Winkler, Jan Zahradil

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Dita Charanzová, Edouard Ferrand, Agnes Jongerius, Sander Loones, Gabriel Mato, Fernando Ruas, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte

Data tat-tressiq

29.9.2015

Avviż legali