Proċedura : 2014/0268(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0276/2015

Testi mressqa :

A8-0276/2015

Dibattiti :

PV 04/07/2016 - 13
CRE 04/07/2016 - 13

Votazzjonijiet :

PV 05/07/2016 - 4.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0296

RAPPORT     ***I
PDF 1388kWORD 949k
30.9.2015
PE 557.123v01-00 A8-0276/2015

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq</Titre>

(COM(2014)0581 – C8‑0168/2014 – 2014/0268(COD))

Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

Rapporteur: Elisabetta Gardini

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq

(COM(2014)0581 – C8‑0168/2014 – 2014/0268(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2014)0581),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0168/2014),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-18 ta' Frar 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (A8-0276/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Dan ir-Regolament għandu jinkludi rekwiżiti sostantivi li jirrigwardjaw il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq. L-elementi ewlenin tar-rekwiżiti relevanti ta’ dan ir-Regolament huma bbażati fuq ir-riżultati tal-istima tal-impatt tal-20 ta’ Novembru 2013 u l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tal-għażliet differenti billi jiġu elenkati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli f’termini ta’ aspetti ekonomiċi, ambjentali, tas-sikurezza u tas-soċjetà. L-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ġew inklużi t-tnejn f’dik l-analiżi. Wara li tqabblu l-għażliet differenti, l-għażliet preferuti ġew identifikati u ntgħażlu biex jiffurmaw il-bażi għal dan ir-Regolament.

(5) Dan ir-Regolament għandu jinkludi rekwiżiti sostantivi li jirrigwardaw il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magni li għandhom jiġu installati f’makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq (NRMM). L-elementi ewlenin tar-rekwiżiti relevanti ta’ dan ir-Regolament huma bbażati fuq ir-riżultati tal-istima tal-impatt tal-20 ta’ Novembru 2013 u l-analiżi mwettqa mill-Kummissjoni tal-għażliet differenti billi jiġu elenkati l-vantaġġi u l-iżvantaġġi possibbli f’termini ta’ effetti ekonomiċi, ambjentali u fuq is-saħħa, u ta’ aspetti tas-sikurezza u tas-soċjetà. L-aspetti kwalitattivi u kwantitattivi ġew inklużi t-tnejn f’dik l-analiżi. Wara li tqabblu l-għażliet differenti, l-għażliet preferuti ġew identifikati u ntgħażlu biex jiffurmaw il-bażi għal dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni li għandhom jiġu installati fil-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Għal dawn l-għanijiet, għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-emissjonijiet ġodda li jkunu jirriflettu l-progress teknoloġiku u li jiżguraw il-konverġenza mal-politiki tal-Unjoni fis-settur tat-toroq, bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja u li jitnaqqsu l-emissjonijiet minn makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, li b’hekk jirriżultaw f’sehem aktar proporzjonat tal-emissjonijiet tal-makkinarju fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi li jintużaw fit-toroq. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam għandu jitwessa’, bil-għan li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-suq fl-UE u fil-livell internazzjonali, kif ukoll bil-għan li jitnaqqas ir-riskju tad-distorsjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika l-qafas legali attwali, inklużi miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, kif ukoll li jtejjeb il-kundizzjonijiet ġenerali għall-infurzar, b’mod partikolari billi jsaħħaħ ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq.

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni li għandhom jiġu installati fil-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern fil-kuntest usa’ tar-rieżami kontinwu tal-politika tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja. Għal dawn l-għanijiet, għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-emissjonijiet ġodda, applikabbli anke għall-vetturi agrikoli, li jkunu jirriflettu l-progress teknoloġiku u li jiżguraw il-konverġenza mal-politiki tal-Unjoni fis-settur tat-toroq, bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja u li jitnaqqsu l-emissjonijiet minn makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq u minn vetturi agrikoli, li b’hekk jirriżultaw f’sehem aktar proporzjonat tal-emissjonijiet tal-makkinarju fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi li jintużaw fit-toroq. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam għandu jitwessa’, bl-għan li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali, kif ukoll bl-għan li jitnaqqas ir-riskju ta’ distorsjonijiet tas-suq u effetti negattivi fuq is-saħħa. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika l-qafas legali attwali, inklużi miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, kif ukoll li jtejjeb il-kundizzjonijiet ġenerali għall-infurzar, b’mod partikolari billi jsaħħaħ ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Minbarra li jwessa’ l-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-qasam tal-armonizzazzjoni tas-suq, filwaqt li jimminimizza d-distorsjonijiet tas-suq, dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika l-qafas legali attwali, inklużi miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, kif ukoll li jtejjeb il-kundizzjonijiet ġenerali għall-infurzar, b’mod partikolari billi jsaħħaħ ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 6b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6b) Il-White Paper tal-Kummissjoni bit-titolu “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b’mod effiċjenti”1a tenfasizza r-rwol speċjali tal-ferroviji u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni biex jintlaħqu l-miri tal-politika dwar it-tibdil fil-klima. Fir-rigward tan-nuqqasijiet ta’ dawk il-modi ta’ trasport fiż-żamma tal-arja nadifa, il-Kummissjoni Ewropea u l-Istati Membri għandhom jipprovdu modi differenti biex jappoġġjaw innovazzjonijiet relatati mat-teknoloġija tal-emissjonijiet fil-kompetenza tagħhom, sabiex espansjoni ulterjuri tat-trasferiment tal-merkanzija għal-linji ferrovjarji u t-trasport fl-ilmijiet navigabbli interni timxi wkoll id f’id mat-titjib tal-arja fl-Ewropa.

 

––––––––––––––––––

 

Il-White Paper tal-Kummissjoni “Pjan direzzjonali għal Żona Unika Ewropea tat-Trasport – Lejn sistema tat-trasport kompetittiva u li tuża r-riżorsi b'mod effiċjenti” tat-28.3.2011, COM(2011) 144 final.

Ġustifikazzjoni

Das jährliche Berichtssystem der Europäischen Umweltagentur zu Umweltauswirkungen im Verkehr (TERM) weist auf Defizite bei der Luftreinhaltung (Feinstaub, Stickoxide, Schwefel) bei Eisenbahn und vor allem der Binnenschifffahrt hin. Beide Verkehrsträger werden aber klimapolitisch benötigt. Da mit vorliegendem NRMM-Vorschlag eine Weichenstelltung für die Auswirkung von Eisenbahn und Binnenschifffahrt auf die Luftreinhaltung bis 2040 in der EU vorgenommen wird, müssen abgastechnische Innovationen durch Fördermöglichkeiten auf Ebene der EU und in den Mitgliedsstaaten einhergehen.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) Il-kisba tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja teħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet mill-magni. Għal dik ir-raġuni, il-manifatturi għandhom jiġu pprovduti b’informazzjoni ċara dwar il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet fil-ġejjieni u għandhom jingħataw perjodu ta’ żmien xieraq li matulu jkunu jistgħu jiksbuhom u jissoktaw bl-iżviluppi tekniċi meħtieġa.

(10) Il-kisba sostenibbli tal-għanijiet tal-Unjoni dwar il-kwalità tal-arja u l-protezzjoni tal-arja minn issa sal-2020 u lil hinn minn dik id-data teħtieġ sforz kontinwu sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet minn tipi differenti ta’ magni. Għal dik ir-raġuni, il-manifatturi għandhom jiġu pprovduti minn qabel b’informazzjoni ċara u komprensiva dwar il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet fil-ġejjieni u għandhom jingħataw perjodu ta’ żmien xieraq li matulu jkunu jistgħu jiksbuhom u jissoktaw bl-iżviluppi tekniċi meħtieġa.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) It-tnaqqis sostenibbli ta’ emissjonijiet mill-magni jeħtieġ l-intensifikazzjoni kostanti ta’ kooperazzjoni diretta bejn, fuq naħa waħda, il-manifatturi u negozji relatati oħra u, fuq in-naħa l-oħra, istituzzjonijiet tar-riċerka xjentifika stabbiliti. Kooperazzjoni bħal din għandha rwol sinifikanti fl-iżvilupp ta’ prodotti u teknoloġiji ġodda li għandhom impatt pożittiv fuq it-titjib tal-kwalità tal-arja.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex jiġi garantit livell ottimali ta’ protezzjoni għall-persuni li jaħdmu fil-viċinanzi ta’ makkinarju u sabiex l-esponiment kumulattiv tal-persuni li jaħdmu fil-viċinanzi ta’ diversi oġġetti differenti ta’ makkinarju u tagħmir mobbli jinżamm kemm jista’ jkun baxx, għandhom jintużaw teknoloġiji tal-ogħla livell ħalli jimminimizzaw l-emissjonijiet.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 14

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14) Huwa xieraq li tiġi inkoraġġita l-introduzzjoni ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi, li jista’ jkollhom emissjonijiet baxxi ta’ NOx u partikuli. B’hekk, il-valuri tal-limitu għall-idrokarburi totali għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-emissjonijiet tal-idrokarburi mhux metaniċi u tal-metan.

(14) Huwa meħtieġ li tiġi inkoraġġita l-introduzzjoni ta’ vetturi li jużaw fjuwils alternattivi, li jista’ jkollhom emissjonijiet baxxi ta’ NOx u partikuli. B’hekk, il-valuri tal-limitu għall-idrokarburi totali għandhom jiġu adattati sabiex jieħdu f’kunsiderazzjoni l-emissjonijiet tal-idrokarburi mhux metaniċi u tal-metan.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 14b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b) Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għal miżuri fil-livell nazzjonali jew tal-Unjoni fir-rigward tal-użu ta’ magni jew makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq li jkunu f’konformità ma’ dan ir-Regolament jekk dawn il-miżuri jkunu meħtieġa u proporzjonati għas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol u biex jiġu evitati perikli għas-saħħa għall-ħaddiema li jiġu affettwati minn emissjonijet prodotti minn dawn il-magni f’ċerti applikazzjonijiet.

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom jippermettu l-projbizzjoni tal-użu ta’ magni bil-kombustjoni għal raġunijiet ta’ saħħa u sigurtà fuq il-post tax-xogħol, b’mod partikolari f’postijiet fejn il-kwalità tal-arja hija partikolarment ħażina.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 15

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15) Sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ partikuli ultrafini (b’daqs ta’ 0,1 μm u inqas) ikunu kkontrollati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta approċċ ibbażat fuq in-numri għall-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ partikuli minbarra l-approċċ ibbażat fuq il-massa, li qiegħed jintuża bħalissa. L-approċċ ibbażat fuq in-numri għall-emissjonijiet tal-partikuli għandu jibbaża fuq ir-riżultati tal-programm ta’ kejl tal-partikuli (PMP) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u jkun konsistenti mal-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent.

(15) Sabiex jiġi żgurat li l-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ partikuli ultrafini (b’daqs ta’ 0,1 μm u inqas) ikunu kkontrollati, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta approċċ ibbażat fuq in-numri għall-emissjonijiet ta’ inkwinanti ta’ partikuli minbarra l-approċċ ibbażat fuq il-massa, li qiegħed jintuża bħalissa. L-approċċ ibbażat fuq in-numri għall-emissjonijiet tal-partikuli għandu jibbaża fuq ir-riżultati tal-programm ta’ kejl tal-partikuli (PMP) tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (UNECE) u għandu jilħaq l-istess livell ta’ protezzjoni mogħti mil-leġiżlazzjoni eżistenti tal-Unjoni dwar il-vetturi li jintużaw fit-triq. Barra minn hekk, għandu jappoġġja l-obbligu li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-emissjonijiet ta’ sustanzi karċinoġeniċi, u b’hekk jipproteġi l-ħaddiema, u għandu jkun konsistenti mal-għanijiet ambizzjużi eżistenti għall-ambjent.

 

Ġustifikazzjoni

Der Stand der Technik beim Partikelzahlansatz (PN) wird im NRMM-Vorschlag der Kommission (PN = 1x1012) nicht erreicht, obwohl dies bei den Emissionsgrenzwerten (PN= 6.0×1011) für die Typisierung von Motoren bei leichten Kraftfahrzeugen (VO 715/2007) und schweren Nutzfahrzeugen (VO 595/2009 ) seit Jahren der Fall ist und erwiesenermaßen sich auch schon technisch einwandfrei bei NRMM-Motoren (z.B. Schweiz) bewährt hat. Sollte der Kommissionsvorschlag hier nicht abgeändert werden, würde eine bereits veraltete Technik ab den 2020-er Jahren vorgeschrieben werden! Damit wird wider besseres Wissens die Gesundheit und der Schutz vor allem bei betroffenen ArbeitnehmerInnen vor der gefährlichsten Feinstaubfraktion beeinträchtigt, obwohl Hersteller heute schon sowohl Motoren für leichte Kfz, Lkw und Industriemotoren für NRMM-Maschinen gleichermaßen produzieren. Der EU-Gesetzgeber muss daher für On-road und Off-road den gleichen Standard vorschreiben und in den NRMM-Anhängen den PN nach Stand der Technik einfügen!

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 16a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a) Minħabba l-ħajja twila tal-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, huwa xieraq li tiġi kkunsidrata l-modifika tal-magni li diġà jintużaw. Tali modifika għandha tkun immirata b’mod partikolari lejn żoni urbani b’popolazzjoni densa u dawk li jkunu qed jiksru l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja. Biex jiġi żgurat livell ta’ modifika komparabbli u ambizzjuż, l-Istati Membri għandhom iqisu l-prinċipji tar-Regolament 132 tal-UNECE dwar il-Modifika għall-Kontroll tal-Emissjonijiet (REC).

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 16b (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16b) Fejn xieraq, għandhom jiġu mfittxija sinerġiji bejn it-tnaqqis ta’ emissjonijiet gassużi u ta’ partikuli f’magni installati fuq makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq u l-istandards ta’ emissjonijiet kif applikati f’vetturi heavy duty (HDVs) peress li t-teknoloġiji huma interkonnessi. Din l-armonizzazzjoni futura tista’ tgħin biex jitjiebu l-ekonomiji ta’ skala u l-kwalità tal-arja. Jekk dawn l-istandards għall-NRMM ma jkunux jistgħu jintlaħqu minnufih, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra azzjoni ulterjuri.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 18

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18) Sabiex jiġu kkontrollati aħjar l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu u sabiex jitħejja l-proċess ta’ konformità matul is-servizz, għandha tiġi adottata metodoloġija ta’ ttestjar għall-monitoraġġ tar-rekwiżiti tar-rendiment tal-emissjonijiet fuq il-bażi tal-użu ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet f’perjodu ta’ żmien xieraq.

(18) Sabiex jiġu kkontrollati aħjar l-emissjonijiet effettivi waqt l-użu u sabiex jitħejja l-proċess ta’ konformità matul is-servizz, għandha tiġi adottata metodoloġija ta’ ttestjar għall-monitoraġġ tar-rekwiżiti tar-rendiment tal-emissjonijiet fuq il-bażi tal-użu ta’ sistemi portabbli għall-kejl tal-emissjonijiet sa tmiem l-2017.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 20

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-magni li huma konformi ma’ u koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu permessi li jitpoġġew fis-suq fl-Istati Membri; dawk il-magni ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit ieħor tal-emissjonijiet nazzjonali. L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjonijiet għandu jieħu l-miżuri ta’ verifikazzjoni neċessarji sabiex jiżgura l-identifikazzjoni tal-magni manifatturati taħt kull approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(20) Il-magni li huma konformi ma’ u koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu permessi li jitpoġġew fis-suq fl-Istati Membri; dawk il-magni ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit ieħor tal-emissjonijiet nazzjonali li jirregola t-tqegħid tagħhom fis-suq. L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjonijiet għandu jieħu miżuri ta’ verifikazzjoni u kontroll fejn iċ-ċirkustanzi jkunu jeħtieġu dan, għall-importazzjoni u l-provvista tal-magni fis-suq tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li f’kull każ jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jinkoraġġixxu jew jirrestrinġu l-użu ta’ magni mqegħda fis-suq, sakemm il-metodi magħżula ma jkunux diskriminatorji u jkunu ġustifikati b’mod oġġettiv.

Ġustifikazzjoni

L-identifikazzjoni tat-tipi ta’ magni li jidħlu fis-suq tal-UE għandha ssir mal-importazzjoni. Dan hu l-aktar mod sikur, effikaċi u rħis biex jiġu identifikati u kontrollati t-tipi kollha ta’ magni bħal dawn. Il-konformità mal-istandards tal-UE tista’ tiġi vverifikata bl-għajnuna tad-dokumenti tal-importazzjoni li jakkumpanjawhom.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 21

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Għandhom jingħataw numru limitat ta’ eżenzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi relatati mal-forzi armati, il-limitazzjonijiet tal-provvista loġistika, l-ittestjar fuq il-post tal-prototipi u l-użu ta’ makkinarju f’atmosferi splussivi..

(21) Għandhom jingħataw numru limitat ta’ eżenzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi relatati mal-forzi armati, il-limitazzjonijiet tal-provvista loġistika, l-ittestjar fuq il-post tal-prototipi, ċerti magni ta’ sostituzzjoni, magni għal ċerti tipi ta’ proġetti fis-settur ferrovjarju u l-użu ta’ makkinarju f’atmosferi splussivi.

(Ara l-emendi għall-Artikolu 32(4a) (ġdid) u (4b) (ġdid).)

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 25

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Bħala konsegwenza, ir-regolamenti tal-UNECE u l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li aderixxiet għalihom, fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 97/836/KE, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati sabiex tiddetermina liema regolamenti tal-UNECE għandhom japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE.

(25) Bħala konsegwenza, ir-regolamenti tal-UNECE u l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li aderixxiet għalihom, fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 97/836/KE, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, sabiex dan ir-Regolament ikun allinjat kemm jista’ jkun mat-testi maqbula tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati sabiex tiddetermina liema regolamenti tal-UNECE għandhom japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 27

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27) Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’aktar dettalji tekniċi, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-familji tal-magni, it-tbagħbis, il-monitoraġġ tar-rendiment tal-emissjonijiet matul is-servizz, il-proċeduri tekniċi tal-ittestjar u l-kejl, il-konformità tal-produzzjoni, il-kunsinna separata tas-sistema ta’ wara t-trattament tal-egżost ta’ magna, il-magni għall-ittestjar fuq il-post, il-magni għall-użu f’atmosferi perikolużi, l-ekwivalenza tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-magni, l-informazzjoni għall-OEMs u għall-utenti finali, l-awto-ttestjar, l-istandards u l-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi, il-magni li jaħdmu b’fjuwils kompletament jew parzjalment gassużi, il-kejl tan-numru ta’ partikuli u ċ-ċikli tal-ittestjar. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(27) Sabiex dan ir-Regolament jiġi ssupplimentat b’aktar dettalji tekniċi, jeħtieġ li l-Kummissjoni tiġi ddelegata bis-setgħa li tadotta l-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-familji tal-magni, it-tbagħbis, il-monitoraġġ tar-rendiment tal-emissjonijiet matul is-servizz, il-proċeduri tekniċi tal-ittestjar u l-kejl, il-konformità tal-produzzjoni, il-kunsinna separata tas-sistema ta’ wara t-trattament tal-egżost ta’ magna, il-magni għall-ittestjar fuq il-post, il-magni għall-użu f’atmosferi perikolużi, l-ekwivalenza tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-magni, l-informazzjoni għall-Manifatturi ta’ Tagħmir Oriġinali (OEMs) u għall-utenti finali, l-istandards u l-valutazzjoni tas-servizzi tekniċi, il-magni li jaħdmu b’fjuwils kompletament jew parzjalment gassużi, il-kejl tan-numru ta’ partikuli u ċ-ċikli tal-ittestjar u l-valutazzjoni tal-produzzjoni annwali tal-OEMs. Huwa ta’ importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq konsultazzjonijiet adatti matul il-ħidma preparatorja tagħha, inkluż fil-livell tal-esperti. Il-Kummissjoni, waqt it-tħejjija u t-tfassil ta’ atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, f’waqtha u adatta ta’ dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 29a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(29a) Dan ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-vetturi agrikoli koperti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 167/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, li jissostwixxu lil dawk tad-Direttiva 97/68/KE mħassra. Minħabba l-effett kombinat tal-posponiment tal-Istadju IV għat-tratturi agrikoli tal-kategoriji T2, T4.1 u C2 u d-dati tal-applikazzjoni tal-Istadju V, l-Istadju VI jkollu tul ta' sentejn u tliet xhur biss. Sabiex jiġi evitat piż amministrattiv mhux meħtieġ, il-magni tal-Istadju IIIB għandhom jitħallew jibbenefikaw mill-klawsoli tranżitorji ddefiniti f’dan ir-Regolament fid-dawl tar-rekwiżiti tal-applikazzjoni tal-Istadju V.

 

__________________

 

1a ĠU L 60, 2.3.2013, p. 1-51.

Ġustifikazzjoni

Id-Direttiva 2011/87/UE kkonċediet dewmien għad-dati obbligatorji tal-Istadji IIIB u IV għat-tratturi agrikoli u forestali li jappartjenu għall-kategoriji T2, T4.1 u C2. Id-dati obbligatorji tal-Istadju V definiti minn dan ir-Regolament jagħmlu l-Istadju IV mhux ekonomikament sostenibbli għall-manifatturi, minħabba li żewġ disinji ġodda ta’ tratturi f’madwar sentejn jirrappreżentaw piż ekonomiku mingħajr benefiċċju ambjentali. Għaldaqstant, it-tratturi li qegħdin f’dawk il-kategoriji u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istadju IIIB għandhom jitħallew jiksbu aċċess għall-perjodu tranżitorju tal-Istadju V.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 2 – punt e

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e) il-propulsjoni ta’ bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni b’potenza netta inqas minn 37 kW;

(e) il-propulsjoni, jew għal skopijiet awżiljarji, ta’ bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni b’potenza netta inqas minn 37 kW;

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) “magna” tfisser konvertitur tal-enerġija għajr turbina tal-gass fejn il-kombustjoni tal-fjuwil isseħħ fi spazju ristrett, sabiex jiġu prodotti gassijiet li jespandu li jintużaw direttament sabiex jipprovdu enerġija mekkanika u li għaliha tista’ tingħata approvazzjoni tat-tip; hija tinkludi s-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni (ħardwer u messaġġi) bejn l-unità(jiet) tal-kontroll elettroniku (ECU) tas-sistema tal-magna u kwalunkwe sistema tal-motopropulsjoni jew unità oħra għall-kontroll tal-vettura li tkun meħtieġa għall-konformità mal-Kapitoli II u III;

(6) “magna” tfisser konvertitur tal-enerġija għajr turbina tal-gass, iddisinjat biex jibdel enerġija kimika (input) f’enerġija mekkanika (output) bi proċess ta’ kombustjoni interna; inklużi, fejn huma installati, is-sistema ta’ kontroll tal-emissjonijiet u l-interfaċċja tal-komunikazzjoni (ħardwer u messaġġi) bejn l-unità(jiet) tal-kontroll elettroniku tas-sistema tal-magna u kwalunkwe sistema tal-motopropulsjoni jew unità oħra għall-kontroll tal-vettura li tkun meħtieġa għall-konformità mal-Kapitoli II u III;

Ġustifikazzjoni

Huwa meħtieġ li tiġi ċċarata d-definizzjoni sabiex tkopri t-teknoloġiji tal-magni kollha, b’mod partikolari bil-ħsieb ta’ jekk jużawx jew le s-sistemi tal-ECU jew dawk ta’ wara t-trattament.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) “magna ta’ sostituzzjoni” tfisser magna li:

 

(a) titqiegħed fis-suq esklussivament biex tissostitwixxi magna li diġà tqiegħdet fis-suq u ġiet installata f’makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq; u

 

(b) tkun konformi ma’ stadju tal-emissjonijiet li huwa aktar baxx minn dak applikabbli fid-data ta’ sostituzzjoni tal-magna;

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 29

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) “perjodu ta’ tranżizzjoni” tfisser l-ewwel tmintax-il xahar wara d-data tal-implimentazzjoni obbligatorja tal-Istadju V, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2);

(29) “perjodu ta’ tranżizzjoni” tfisser l-ewwel erbgħa u għoxrin xahar wara d-data tal-implimentazzjoni obbligatorja tal-Istadju V, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2);

Ġustifikazzjoni

Il-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq għandu jiġi ddisinjat mill-ġdid sabiex ikun jista’ jakkomoda l-magni akbar tal-Istadju V. Għalhekk, huwa meħtieġ perjodu ta’ tranżizzjoni itwal.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 43a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43a) “teknoloġija avvanzata fl-emissjonijiet” (AET) u “magna ekoloġika mtejba” (EEE) jfissru magna installata f”makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, kif definit fil-punt 1 ta’ dan l-Artikolu, u li hija konformi mal-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness IIa.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 43b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(43b) “krejn mobbli” tfisser krejn bi driegħ bi provvista ta’ enerġija interna li kapaċi jivvjaġġa mgħobbi jew mhux mgħobbi, mingħajr il-ħtieġa ta’ runways fissi u li jiddependi fuq il-gravità għall-istabbiltà, sakemm mhux eskluż mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament skont il-punt (a) tal-Artikolu 2(2). Jaħdem fuq tajers, crawlers jew b’arranġamenti mobbli oħrajn. F’pożizzjonijiet fissi jista’ jkun appoġġjat bi bsaten jew aċċessorji oħra li jżidu l-istabbiltà tiegħu. Is-superstruttura ta’ krejn mobbli tista’ tkun tat-tip li ddur ċirku sħiħ, li ddur b’mod limitat jew li ma ddurx. Ġeneralment dan ikun mgħammar b’parank wieħed jew aktar u/jew ċilindri idrawliċi biex jerfgħu u jgħollu d-driegħ u t-tagħbija. Krejnijiet mobbli jkunu mgħammra jew bi driegħ teleskopiku, jew bi driegħ artikolat, jew bi driegħ kannizzata, jew kombinazzjoni ta’ dawn, iddisinjat b’tali modi li jkun jista’ jitbaxxa malajr. It-tagħbijiet sospiżi mid-driegħ jistgħu jkunu mqandla b’assemblaġġi blokka mgħaqqda flimkien bil-ganċ jew twaħħil ieħor li jerfa’ tagħbija għal servizzi speċjali;

Ġustifikazzjoni

(Aġġustament tekniku) Din id-definizzjoni ta’ “krejn mobbli” ġejja mill-Anness I, numru 38, tad-Direttiva 2000/14/KE (id-Direttiva dwar l-Istorbju).

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 72

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(72) “awtottestjar” tfisser it-twettiq tat-testijiet fil-faċilitajiet tal-persuna responsabbli stess, ir-reġistrazzjoni tar-riżultati tat-testijiet u s-sottomissjoni ta’ rapport, inklużi l-konklużjonijiet, lill-awtorità tal-approvazzjoni minn manifattur li jkun inħatar bħala servizz tekniku sabiex jivvaluta l-konformità ma’ ċerti rekwiżiti;

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-awtottestjar mhuwiex fattibbli fir-rigward tal-ittestjar tal-magni. Huwa fattibbli biss fir-rigward tal-ittestjar ta’ makkinarju jew vetturi.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) magni b’potenza referenzjarja ta’ inqas minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni tal-kategoriji IWP, RLL jew RLR;

(b) magni b’potenza referenzjarja ta’ inqas minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni tal-kategoriji IWA, IWP, RLL jew RLR;

Ġustifikazzjoni

L-emenda għat-Tabella I-6 fl-Anness II tapplika l-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni għal kull potenza. Din l-emenda tippermetti unitajiet abbażi tal-art ta’ <560kW sabiex jintużaw b’għażla fejn jistgħu jiġu applikati. Dawn l-unitajiet abbażi tal-art għandhom valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet aktar baxxi minn dawk proposti fl-emenda għat-Tabella I-6 fl-Anness II.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni għall-propolsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn jew ugwali għal 37 kW, ,

(a) il-magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni għall-propolsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom,

Ġustifikazzjoni

Fir-Regolament tal-Istati Uniti Nru 40CFR1042 ma hemmx minimu ta’ 37 kW. It-tneħħija ta’ din l-esklużjoni tippermetti allinjament sħiħ mar-Regolament tal-Istati Uniti. Din l-emenda tallinja l-potenza referenzjarja tal-magna tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni mar-Regolament tal-Istati Uniti Nru 40CFR1042 dwar il-limiti tal-emissjonijiet fil-baħar li tippermetti l-forniment ta’ magni żviluppati għas-suq tal-Istati Uniti, iżda xorta tipprevedi għal tnaqqis ta’ 80 % fl-emissjonijiet mil-limiti tal-emissjonijiet attwali minn magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-magni b’potenza referenzjarja akbar minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni tal-kategorija IWA soġġetti għal konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(8);

(b) il-magni li jintużaw minflok il-magni tal-kategorija IWA soġġetti għal konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(8);

Ġustifikazzjoni

L-emenda għat-Tabella I-6 fl-Anness II testendi l-applikazzjoni tal-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni minn >560 kW biss biex tinkludi kull potenza. Din l-emenda tallinja t-test biex tippermetti lill-magna tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni li ġiet ċertifikata għaċ-ċiklu korrett biex tintuża bħala magna awżiljarja f’konformità ma’ dak il-prinċipju.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Il-‘Kategorija IWA’, li tinkludi magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni jew li huma maħsuba għal skopijiet awżiljarji, li jkollhom potenza netta li tkun akbar minn 560 kW.

(6) Il-‘Kategorija IWA’, li tinkludi magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni, għal skopijiet awżiljarji jew li huma maħsuba għal skopijiet awżiljarji.

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħna għat-Tabella I-6 fl-Anness II testendi l-applikazzjoni tal-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni minn >560 kW biss biex tinkludi kull potenza. Din l-emenda tallinja t-test ma’ dan l-istess prinċipju.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Il-‘Kategorija RLR’, li tinkludi magni esklussivament għall-użu f’vaguni, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;

(8) Il-‘Kategorija RLR’, li tinkludi:

 

(a) il-magni esklussivament għall-użu f’vaguni, għall-propulsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom;

 

(b) il-magni użati minflok il-magni tal-kategorija RLL;

Ġustifikazzjoni

Il-magni tat-tip użati fil-vaguni jistgħu jintużaw ukoll fil-lokomotivi u ma għandhomx jiġu soġġetti għal approvazzjoni doppja mhux meħtieġa.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru l-awtoritajiet tal-approvazzjoni kompetenti fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni, kif ukoll l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kompetenti fi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sorveljanza tas-suq skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif u l-ħatra ta’ tali awtoritajiet.

1. L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu jew jaħtru l-awtoritajiet tal-approvazzjoni kompetenti fi kwistjonijiet li jikkonċernaw l-approvazzjoni, kif ukoll l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq kompetenti fi kwistjonijiet li jikkonċernaw is-sorveljanza tas-suq, inkluż l-ittestjar matul is-servizz imsemmi fl-Arikolu 18, skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar it-twaqqif u l-ħatra ta’ tali awtoritajiet.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a. F’żoni urbani li ma jikkonformawx mal-valuri tal-limitu kif stabbiliti fid-Direttiva 2008/50/KE, l-Istati Membri għandhom, bħala parti mill-iżvilupp tal-pjanijiet dwar il-kwalità tal-arja skont l-Artikolu 23 ta’ dik id-Direttiva, jivvalutaw il-ħtieġa li jieħdu miżuri, li ma jinvolvux spejjeż sproporzjonati, biex jiżguraw il-modifika tal-magni eżistenti installati fil-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq bl-aħħar teknoloġija ta’ tnaqqis tal-emissjonijiet. Tali modifika għandha ssir bil-ħsieb li jintlaħqu r-rekwiżiti tal-Istadju V.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Dan ir-Regolament għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-dritt tal-Istati Membri li jistabbilixxu, bid-dovuta osservanza tat-Trattati, dawk ir-rekwiżiti li huma jħossu bħala meħtieġa sabiex jassiguraw li l-ħaddiema jkunu protetti waqt li jkunu qed jużaw il-makkinarju msemmi f’dan ir-Regolament, sakemm dawn ir-rekwiżiti ma jaffettwawx it-tqegħid fis-suq tal-magni inkwistjoni.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jippubblikaw, permezz tal-pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 41, reġistru tat-tipi u l-familji kollha ta’ magni, li għalihom ikunu taw approvazzjoni tat-tip tal-UE, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: it-trademark, id-deżinjazzjoni tal-manifattur, il-kategorija tal-magna, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip.

3. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jippubblikaw, permezz tal-pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 41, reġistru tat-tipi u l-familji kollha ta’ magni, li għalihom ikunu taw approvazzjoni tat-tip tal-UE, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: it-trademark, id-deżinjazzjoni tal-manifattur, il-kategorija tal-magna, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll il-parametri tekniċi.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu, fuq skala adegwata u fuq il-bażi ta’ kampjuni adegwati, kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorji tal-magni. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskji, kwalunkwe lmenti u informazzjoni rilevanti oħra.

Għall-magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu, fuq skala adegwata u fuq il-bażi ta’ perċentwal sinifikanti ta’ kampjuni, kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorji tal-magni. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskji, kwalunkwe lmenti u informazzjoni rilevanti oħra.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Minbarra l-marki mwaħħlin mal-magni tagħhom skont l-Artikolu 31, il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-magni tagħhom magħmula disponibbli fis-suq isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tagħhom fl-Unjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja lill-magna.

6. Minbarra l-marki mwaħħlin mal-magni tagħhom skont l-Artikolu 31, il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-magni tagħhom magħmula disponibbli fis-suq isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, il-parametri tekniċi u l-indirizz tagħhom fl-Unjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja lill-magna.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-importaturi għandhom jagħmlu disponibbli l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 41.

5. L-importaturi għandhom jagħmlu disponibbli l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 41.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u ta’ partikuli minn tipi jew familji ta’ magni matul is-servizz għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-ittestjar tal-magni installati f’makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq operati fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. Tali ttestjar għandu jitwettaq fuq magni li tkun saritilhom manutenzjoni korretta u għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-magni, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rappurtar tar-riżultati għall-kategoriji ta’ magni differenti.

1. Fir-rigward tat-tipi jew tal-familji ta’ magni soġġetti għal approvazzjoni tat-tip skont dan ir-Regolament, l-emissjonijiet ta’ inkwinanti gassużi u ta’ partikuli minn tipi jew familji ta’ magni matul is-servizz għandhom jiġu mmonitorjati permezz tal-ittestjar waqt l-użu tal-magni installati f’makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq operati fuq iċ-ċikli tat-tħaddim normali tagħhom. Tali ttestjar għandu jitwettaq, taħt ir-responsabbiltà tal-manifattur jew tal-entità responsabbli minn dan l-ittestjar u taħt is-superviżjoni tal-awtorità nazzjonali tal-approvazzjoni tat-tip, fuq magni li tkun saritilhom manutenzjoni korretta u għandu jkun konformi mad-dispożizzjonijiet dwar l-għażla tal-magni, il-proċeduri tal-ittestjar u r-rappurtar tar-riżultati għall-kategoriji ta’ magni differenti.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi pilota bil-għan li tiżviluppa proċeduri ta’ ttestjar xierqa għal dawk il-kategoriji u sub-kategoriji ta’ magni li għalihom għadhom mhumiex fis-seħħ tali proċeduri ta’ ttestjar.

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi ta’ monitoraġġ bil-għan li tiżviluppa proċeduri ta’ ttestjar xierqa għal dawk il-kategoriji u sub-kategoriji ta’ magni li għalihom għadhom mhumiex fis-seħħ tali proċeduri ta’ ttestjar.

 

Il-Kummissjoni għandha twettaq programmi ta’ monitoraġġ biex tiddetermina sa fejn l-emissjonijiet li jirriżultaw miċ-ċiklu tat-test, u li fuqhom hija bbażata l-approvazzjoni tat-tip, jikkorrispondu għall-emissjonijiet imkejla fl-operat attwali. Dawk il-programmi u r-riżultati tagħhom għandhom ikunu s-suġġett ta' preżentazzjoni lill-Istati Membri u sussegwentement ta' komunikazzjoni lill-pubbliku kull sena.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-kontenut tal-folder ta’ informazzjoni għandu jiġi definit f’att ta’ implimentazzjoni u għandu jinkludi dawn li ġejjin:

2. Il-kontenut tal-folder ta’ informazzjoni għandu jinkludi dawn li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-kontenut tal-folder ta’ informazzjoni huwa diġà definit direttament fl-Artikolu 20(2), u l-Artikolu 20(4) jipprevedi atti ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu mudelli għall-folder ta’ informazzjoni. Għalhekk ma hemm l-ebda ħtieġa għal atti ta’ implimentazzjoni ulterjuri għad-definizzjoni tal-kontenut tal-folder ta’ informazzjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba) il-pjan inizjali tal-ittestjar matul is-servizz skont l-Artikolu 18(1);

Ġustifikazzjoni

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Euro VI jobbligaw lill-manifattur jippreżenta pjan għall-ittestjar matul is-servizz lill-awtorità tal-approvazzjoni tat-tip. Dispożizzjoni simili hija ssuġġerita għar-Regolament dwar l-NRMM. Wara dan is-suġġeriment, il-pjanijiet ser ikunu diġà vvalidati fil-mument tal-approvazzjoni tat-tip.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fil-każ ta’ magna tal-kategorija IWP b’potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, li tkun maħsuba biex tintuża minflok magna tal-kategorija IWA f' konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu ssodisfati separatament għal kull ċiklu tat-test tal-istatiċità applikabbli kif stabbilit fit-Tabelli IV-5 u IV-6 tal-Anness IV, filwaqt li d-dokument ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip għandu jindika kull ċiklu tat-test tal-istatiċità li għalih kien issodisfat dan ir-rekwiżit.

8. Fil-każ ta’ magna tal-kategorija IWP li tkun maħsuba biex tintuża minflok magna tal-kategorija IWA f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu ssodisfati separatament għal kull ċiklu tat-test tal-istatiċità applikabbli kif stabbilit fit-Tabelli IV-5 u IV-6 tal-Anness IV, filwaqt li d-dokument ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip għandu jindika kull ċiklu tat-test tal-istatiċità li għalih kien issodisfat dan ir-rekwiżit.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta [9] lit-Tabella I-6 fl-Anness II testendi l-applikazzjoni tal-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni minn >560 kW biex tinkludi kull potenza. Din l-emenda tallinja t-test ma’ dan il-prinċipju.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 4 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament li jistipula:

4. Mhux aktar tard mill-31 ta’ Diċembru 2017, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 55 ta’ dan ir-Regolament li jistipulaw:

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. Minflok ma jagħti ċertifikat ta’ konformità, il-manifattur jista’ japplika marka ta’ konfomità lill-magna. Il-marka ta’ konformità għandha tinkludi kodiċi elettroniku li jista’ jinqara bi strumenti tat-teknoloġija tal-informatika (IT) disponibbli komunement u jippermetti l-irkupru ta’ informazzjoni dwar il-magna mis-sit elettroniku tal-manifattur. L-informazzjoni li tista’ tiġi rkuprata għandha tkun ekwivalenti għall-informazzjoni li tinsab fiċ-ċertifikat ta’ konformità.

Ġustifikazzjoni

The requirement to hold a certificate of conformity in paper form for each engine represents an unnecessary administrative burden and seems outdated in today's digital world. The possibility to replace the certificate of conformity with a conformity marking giving access to electronically stored information alleviates this burden, while equally allowing for the reliable tracking of engines.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 30 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-mudell għaċ-ċertifikat ta’ konformità, inklużi l-karatteristiċi tekniċi maħsuba biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni. Għal dak il-għan, l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-karatteristiċi tas-sigurtà fl-istampar li jipproteġu l-karta użata fiċ-ċertifikat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni rigward il-mudell għaċ-ċertifikat ta’ konformità, inklużi l-karatteristiċi tekniċi maħsuba biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni u l-karatteristiċi tas-sigurtà fl-istampar li jipproteġu l-karta użata fiċ-ċertifikat, u mudell għall-marka ta’ konformità u l-informazzjoni li tista’ tiġi rkuprata, inklużi t-tipi aċċettabbli ta’ kodiċijiet elettroniċi użati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar il-magna, imsemmija fil-paragrafu 6a ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta mudell għall-marka ta’ konformità u l-informazzjoni li tista’ tiġi rkuprata u li tistabbilixxi t-tipi aċċettabbli ta’ kodiċijiet elettroniċi użati għall-aċċess għall-informazzjoni dwar il-magna.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel iħallu l-linja tal-produzzjoni, il-magni għandu jkollhom il-marka mitluba minn dan ir-Regolament.

2. Qabel iħallu l-linja tal-produzzjoni, il-magni manifatturati fl-UE, kif ukoll dawk manifatturati barra mill-UE, għandu jkollhom il-marka mitluba minn dan ir-Regolament. Dan ir-rekwiżit ma għandu bl-ebda mod jaffettwa marki oħra meħtieġa minn Stat Membru jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a. Fejn applikabbli, għal magni mqiegħda fis-suq skont l-Artikolu 32(4a), il-marka statutorja għandha tinkludi l-kliem “Għall-użu f’vetturi għall-varar ta’ dgħajjes tas-salvataġġ biss”.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-mudell għall-marka msemmija fil-paragrafu 1, inkluża l-informazzjoni essenzjali obbligatorja tagħha. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

4. Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-mudell għall-marka msemmija fil-paragrafu 1, inkluża l-informazzjoni essenzjali obbligatorja tagħha u, fejn applikabbli, l-informazzjoni addizzjonali msemmija fil-paragrafu 3a ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Minkejja l-Artikolu 5(2) u (3) u l-Artikolu 17(2), l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ magni li huma maħsuba għall-installazzjoni f’makkinarju li jintuża esklussivament għall-varar u l-irkupru ta’ dgħajjes ta’ salvataġġ operat minn servizz ta’ salvataġġ nazzjonali (“vettura għall-varar ta’ dgħajjes ta’ salvataġġ”).

Ġustifikazzjoni

The technical requirements for Lifeboat Launch Vehicles (LLVs) are very challenging and it is therefore not possible to install engines which meet the emission limits proposed in this regulation. The space around the engine has to be kept to a minimum to avoid buoyancy effects which cannot simply be overcome by adding weight. As a consequence of these challenges it is not possible to fit the exhaust after-treatment or emission control systems to meet any of the emission limits proposed in the regulation. Thus the derogation from the emissions requirements for LLVs, which they receive in the current Directive, needs to be continued.

Emenda    49

Proposta għal regolament

<Article>Artikolu 32 – paragrafu 4b (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4b. Minkejja l-Artikolu 5(3) u l-Artikolu 17(2), l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ magni ta’ sostituzzjoni, għal perjodu mhux itwal minn 15-il sena mid-dati applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ magni ta’ Stadju V stabbiliti fl-Anness III, sakemm dawn il-magni:

 

(a) jappartjenu għall-kategorija NRE jew NRS, ma jkollhomx potenza referenzjarja akbar minn 560 kW u jkunu konformi ma’ stadju ta’ emissjonijiet li jkun skada mhux aktar kmieni minn 20 sena qabel it-tqegħid tagħhom fis-suq u li jkun strett tal-inqas daqs il-limiti ta’ emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw meta tqiegħdu fis-suq oriġinarjament;

 

(b) jappartjenu għall-kategorija NRE jew NRS, fejn il-magna ta’ sostituzzjoni u l-magna oriġinali jappartjenu għal kategorija ta’ magni u medda tal-potenza li ma kinitx soġġetta għall-approvazzjoni tat-tip fil-livell tal-Unjoni fi ...*;

 

(c) jappartjenu għall-kategorija RLL jew RLR u jkunu konformi mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw meta tqiegħdu fis-suq oriġinarjament, jew jappartjenu għall-kategorija NRE jew NRG u jkollhom potenza referenzjarja akbar minn 560 kW.

 

__________________

 

*Id-data tar-revoka tad-Direttiva 97/68/KE.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) it-tqegħid fis-suq ta’ magni li għandhom jiġu installati f’vetturi għall-varar ta’ dgħajjes ta’ salvataġġ, kif imsemmi fil-paragrafu 4a;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt cb (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb) it-tqegħid fis-suq ta’ magni li għandhom jiġu installati f’vetturi għall-varar ta’ dgħajjes ta’ salvataġġ, kif imsemmi fil-paragrafu 4b;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5 – subparagrafu 1 – punt cc (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc) it-tqegħid fis-suq ta’ magni ta’ sostituzzjoni, kif imsemmi fil-paragrafu 4a.

Ġustifikazzjoni

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati dwar l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi u l-kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq ta’ magni ta’ sostituzzjoni.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a. Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 32(4b) għall-magni tal-kategoriji RLL u RLR, l-Istati Membri jistgħu, fuq talba tal-OEM, jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ magni li jappartjenu għal dawk il-kategoriji li, fi ...* ikunu parti minn proġett li jkun fi stadju avvanzat ta' żvilupp fis-sens tal-punt (t) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a, u jkunu konformi mar-rekwiżiti ta’ kwalunkwe stadju tal-emissjonijiet tal-UE li jkun ippreċeda dak fis-seħħ mat-tqegħid tagħhom fis-suq, jekk l-użu ta’ magni ta’ sostituzzjoni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istadju l-ġdid iwasslu għal spejjeż sproporzjonati. Sa ... **, kull Stat Membru għandu jibgħat lill-Kummissjoni lista tal-proġetti kkonċernati li jkunu fi stadju avvanzat ta’ żvilupp.

 

––––––––––––––––––

 

1a Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).

 

* ĠU daħħal id-data: Id-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

 

** ĠU daħħal id-data: Sena mid-data tal-pubblikazzjoni ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 36 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Jekk, fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur ma jkunx jista’ jivverifika r-rekwiżiti tal-immarkar tal-magna speċifikati fl-Artikolu 31, l-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ magna jew tal-familja ta’ magni korrispondenti skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata. Il-proċedura tal-informazzjoni għandha titwettaq kif stabbilit fl-Artikolu 36(4).

4. Jekk, fuq talba tal-awtorità tal-approvazzjoni, il-manifattur ma jkunx jista’ jivverifika r-rekwiżiti tal-immarkar tal-magna speċifikati fl-Artikolu 31, l-approvazzjoni mogħtija fir-rigward tat-tip ta’ magna jew tal-familja ta’ magni korrispondenti skont dan ir-Regolament tista’ tiġi rtirata. Il-proċedura tal-informazzjoni għandha titwettaq kif stabbilit fl-Artikolu 37(4).

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tikkoreġi sempliċement żball fl-abbozzar tal-proposta tal-Kummissjoni. Il-proċedura tal-informazzjoni li għandha tiġi segwita hija stabbilita fl-Artikolu 37(4).

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Meta manifattur li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun obbligat, skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru. 765/2008, li jsejjaħ lura l-magni mqiegħda fis-suq, kemm jekk installati jew le f’makkinarju, minħabba l-fatt li l-magni jirrappreżentaw ksur serju ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent, dak il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magna.

1. Meta manifattur li jkun ingħata approvazzjoni tat-tip tal-UE jkun obbligat, skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2008, li jsejjaħ lura l-magni mqiegħda fis-suq, kemm jekk installati jew le f’makkinarju, minħabba l-fatt li l-magni jirrappreżentaw ksur ta’ dan ir-Regolament fir-rigward tal-protezzjoni tal-ambjent u s-saħħa pubblika, dak il-manifattur għandu jinforma minnufih lill-awtorità tal-approvazzjoni li tkun tat l-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-magna.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli għall-OEMs l-informazzjoni kollha rilevanti u l-istruzzjonijiet meħtieġa intenzjonati għall-utent finali, b’mod partikolari dawk li jiddeskrivu kwalunkwe kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċjali marbuta mal-użu ta’ magna.

3. Il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli għall-OEMs, u għal kwalunkwe parti terza, fuq talba, l-informazzjoni kollha rilevanti u l-istruzzjonijiet meħtieġa intenzjonati għall-utent finali, b’mod partikolari dawk li jiddeskrivu kwalunkwe kundizzjonijiet jew restrizzjonijiet speċjali marbuta mal-użu ta’ magna.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 41 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, il-manifatturi għandhom jagħmlu disponibbli għall-OEMs il-valur tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) stabbilit matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u jagħtu struzzjonijiet lill-OEMs sabiex jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-utent finali tal-makkinarju fejn huwa maħsub li tiġi installata l-magna.

4. Minkejja r-rekwiżiti msemmija fil-paragrafu 3, il-manifatturi għandhom jagħmlu pubblikament disponibbli l-valur tal-emissjonijiet tad-dijossidu tal-karbonju (CO2) stabbilit matul il-proċess tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE u jagħtu struzzjonijiet lill-OEMs sabiex jikkomunikaw din l-informazzjoni lill-utent finali tal-makkinarju fejn huwa maħsub li tiġi installata l-magna.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bażi tad-dejta u pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni

Skambju ta’ dejta u informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern

Ġustifikazzjoni

L-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, stabbilita sew, jiffranka spejjeż u sforzi amministrattivi mhux meħtieġa meta mqabbla mal-istabbiliment ta’ pjattaforma diġitali ġdida.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma diġitali u amministrattiva ċentrali tal-Unjoni għall-iskambju ta’ dejta u informazzjoni relatati mal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE f’format elettroniku. Il-pjattaforma għandha tintuża għall-iskambju ta’ dejta u informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, jew bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-Kummissjoni, li jseħħ fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

1. L-iskambju ta’ dejta u informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, jew bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-Kummissjoni, fil-qafas ta’ dan ir-Regolament, għandu jseħħ permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (“IMI”) stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a.

 

__________________

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

 

(Din l-emenda tapplika għat-test leġiżlattiv kollu li qed jiġi eżaminat. L-adozzjoni tagħha ser teħtieġ it-tibdil ta’ kwalunkwe referenza għal “pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni” jew “pjattaforma” għal “Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern” jew “IMI” tul it-test kollu.)

Ġustifikazzjoni

L-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, li hija stabbilita sew, jiffranka spejjeż u sforzi amministrattivi mhux meħtieġa meta mqabbla mal-bini ta’ pjattaforma diġitali ġdida.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjattaforma diġitali u amministrattiva ċentrali tal-Unjoni għandha tinkludi wkoll database fejn kwalunkwe informazzjoni ta’ relevanza fir-rigward tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament għandha tinġabar ċentralment u ssir aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għall-Kummissjoni. Id-database għandha tgħaqqad lid-databases nazzjonali mad-database ċentrali tal-Unjoni, meta jintlaħaq qbil mal-Istati Membri kkonċernati.

2. Kwalunkwe informazzjoni ta’ rilevanza fir-rigward tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament għandha tinġabar ċentralment u ssir aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għall-Kummissjoni permezz tal-IMI. Id-databases nazzjonali għandhom ikunu magħquda mal-IMI, meta jintlaħaq qbil mal-Istati Membri kkonċernati.

Ġustifikazzjoni

L-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, li hija stabbilita sew, jiffranka spejjeż u sforzi amministrattivi mhux meħtieġa meta mqabbla mal-bini ta’ pjattaforma diġitali ġdida.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Wara l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha testendi l-pjattaforma diġitali u amministrattiva ċentrali tal-Unjoni b’moduli li għandhom jippermettu:

3. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li l-IMI tippermetti:

Ġustifikazzjoni

L-użu tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern, li hija stabbilita sew, jiffranka spejjeż u sforzi amministrattivi mhux meħtieġa meta mqabbla mal-bini ta’ pjattaforma diġitali ġdida.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-proċeduri u r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati li huma meħtieġa għat-twaqqif tad-database u l-pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-IMI diġà hija stabbilita sew u ma hemm l-ebda ħtieġa ta’ speċifikazzjonijiet ulterjuri permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 46

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[...]

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-awtottestjar mhuwiex fattibbli fir-rigward tal-ittestjar tal-magni. Huwa fattibbli biss fir-rigward tal-ittestjar ta' makkinarju jew vetturi.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 55a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 55a

 

Appoġġ finanzjarju għall-modifika

 

1. Soġġett għad-dħul fis-seħħ tal-miżuri ta’ implimentazzjoni għal dan ir-Regolament, l-Istati Membri jistgħu jiddisponu inċentivi li japplikaw għall-modifika ta’ magni li jkunu qed jintużaw u li ma jkunux konformi ma’ dan ir-Regolament sabiex dawn jissodisfaw il-valuri tal-limitu tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness applikabbli għat-tip ta’ magna li għandha tiġi mmodifikata.

 

2. Għal kull tip ta’ magna, l-inċentivi finanzjarji li jissemmew fil-paragrafu 1 ma għandhomx jeċċedu l-ispiża addizzjonali tat-tagħmir tekniku użat sabiex tkun żgurata konformità mal-limiti ta’ emissjoni speċifikati fl-Anness rispettiv, inkluża l-ispiża tal-installazzjoni fuq il-magna.

Ġustifikazzjoni

Member States should be able to allow operators of non-road mobile machinery to choose between upgrading existing systems and buying new equipment. Some of the equipment addressed in this Regulation exhibits extremely long life expectancies, which means that the expected effect of this Regulation on the emissions of those sectors would be very limited in the short to medium term. Having cost-effectiveness under consideration and aiming for more immediate results for this kind of machinery, provisions should be included encouraging Member States to implement measures in favour of the retrofitting of existing equipment having a very long life expectancy.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 56a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56a

 

Emenda tar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

 

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a:

 

"8a. Ir-Regolament (UE) 20xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ xx dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq*+: Artikolu 42.

 

*ĠU L XX, xx.xx.xxxx, p. x."

 

______________

 

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' referenza u d-data għar-regolament u kompli d-dettalji tan-nota ta' qiegħ il-paġna.

 

1a Ir-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE (“ir-Regolament tal-IMI”) (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli II u III, dan ir-Regolament ma għandux jinvalida, qabel id-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni msemmija fl-Anness III, kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE.

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli II u III, dan ir-Regolament ma għandux jinvalida, qabel id-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni msemmija fl-Anness III, kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE jew kwalunkwe eżenzjoni.

Ġustfikazzjoni

Għandhom jibqgħu validi mhux biss l-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont id-Direttiva 97/68/KE, iżda anke l-eżenzjonijiet mogħtija skont dik id-Direttiva.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sad-dati obbligatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni msemmija fl-Anness III.

2. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip u l-eżenzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sad-dati obbligatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni msemmija fl-Anness III.

Ġustifikazzjoni

Matul il-perjodu bejn ir-revoka tad-Direttiva 97/68/KE u d-dati obbligatorji għall-Istadju V, ma għandux biss jibqa’ possibbli li jingħataw approvazzjonijiet tat-tip tal-UE skont id-Direttiva 97/68/KE, iżda wkoll l-eżenzjonijiet applikabbli.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5(3) u 17(2), il-magni tranżitorji u, fejn applikabbli, il-makkinarju fejn jiġu installati dawk il-magni tranżitorji jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perjodu tranżitorju, bil-kundizzjoni li l-makkinarju fejn tiġi installata l-magna tranżitorja jkollu data tal-produzzjoni qabel sena (1) wara l-bidu tal-perjodu tranżitorju.

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5(3) u 17(2), il-magni tranżitorji u, fejn applikabbli, il-makkinarju fejn jiġu installati dawk il-magni tranżitorji jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perjodu tranżitorju, bil-kundizzjoni li l-makkinarju fejn tiġi installata l-magna tranżitorja jkollu data tal-produzzjoni qabel 18-il xahar wara l-bidu tal-perjodu tranżitorju, mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/20141b.

 

______________

 

1a Id-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (ĠU L 191, 18.7.2008, p. 1).

 

1b Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabbiltà fir-rigward tas-subsistema “Vetturi ferrovjarji – lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-magni tal-kategorija NRE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu tranżitorju u tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmija fl-ewwel subparagrafu b’perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 50 unità ta’ makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq mgħammra b’magni ta’ kombustjoni. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-produzzjoni annwali totali msemmija f’dan il-paragrafu, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed.

Għall-magni tal-kategorija NRE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu tranżitorju u tal-perjodu ta’ 18-il xahar imsemmija fl-ewwel subparagrafu b’perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 80 unità ta’ makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq mgħammra b’magni ta’ kombustjoni interna. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-limiti massimi msemmija f’dan il-paragrafu, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

  

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għall-magni tal-kategorija NRE użati fil-krejnijiet mobbli, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu tranżitorju bi 12-il xahar ieħor.

Ġustifikazzjoni

Il-krejnijiet mobbli huma soġġetti għal limitazzjonijiet dimensjonali stretti meta ttrasportati fit-triq u huma prodotti fi kwantitajiet relattivament żgħar ta’ mudelli differenti, kull wieħed mibjugħ fi kwantitajiet żgħar ħafna.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 8a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

8a. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 55 dwar il-metodi ta’ valutazzjoni tal-produzzjoni annwali tal-OEMs li jitolbu l-estensjoni li jipprevedi t-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5 ta’ dan l-Artikolu. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

Ġustifikazzjoni

L-abbuż tal-estensjoni li jipprevedi t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 57(5) jeħtieġ jiġi evitat. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tat-tip għalhekk għandu jkollhom metodi xierqa u uniformi biex jivvalutaw il-produzzjoni annwali tal-OEMs.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 9a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

9a. Minkejja l-Artikoli 5(3) u 17(2) u għal perjodu ta’ mhux aktar minn 10 snin mid-data applikabbli għat-tqegħid fis-suq ta’ magni fl-Istadju V stabbilita fl-Anness III, l-Istati Membri jistgħu jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ magni tal-kategorija RLL b’qawwa netta massima ta' aktar minn 2000 kW li ma jikkonformawx mal-limiti tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Anness II, u li għandhom jiġu installati f’lokomottivi li jistgħu jaħdmu biss fuq netwerk ferrovjarju teknikament iżolat ta’ 1520 mm. Matul dak il-perjodu l-magni li jitqiegħdu fis-suq għandhom jikkonformaw tal-inqas mal-limiti tal-emissjonijiet li l-magni kellhom jissodisfaw sabiex jitqiegħdu fis-suq fil-31 ta’ Diċembru 2011. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni tal-Istati Membri għandhom jagħtu l-approvazzjoni tat-tip tal-UE u jawtorizzaw it-tqegħid fis-suq ta’ dawn il-magni.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward:

1. Sal-31 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward:

(a) il-valutazzjoni tal-potenzjal ulterjuri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti abbażi tat-teknoloġiji disponibbli u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji;

(a) il-valutazzjoni tal-potenzjal ulterjuri tat-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ inkwinanti abbażi tat-teknoloġiji disponibbli u analiżi tal-ispejjeż imqabbla mal-benefiċċji kif ukoll valutazzjoni tal-progress tal-Istati Membri lejn l-impenji tagħhom għat-tnaqqis tal-emissjonijiet kif stabbilit fid-Direttiva 2001/81/KE; B’mod partikolari, ir-rapport għandu jinkludi l-valutazzjoni tal-fattibbiltà teknoloġika u ekonomika li jiżdiedu valuri ta’ limitu PN għal dawk il-kategoriji NRMM li m’għandhomx wieħed stabbilit fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament, kif ukoll tistabbilixxi limiti PN aktar baxxi għall-kategoriji kollha f’konformità ma’ dawk stabbiliti għall-HDVs tal-Euro VI fid-Direttiva 2005/55/KE. Ir-rapport għandu jikkunsidra wkoll reviżjoni tal-limiti tal-emissjonijiet fir-rigward tal-HC, fosthom:

 

- il-fattur A għal magni li jaħdmu kompletament jew parzjalment bil-gass fil-qafas ta' operazzjoni newtrali għall-klima meta mqabbel mal-magni li jaħdmu bid-diżil;

(b) l-identifikazzjoni tat-tipi ta’ inkwinanti potenzjalment rilevanti li bħalissa ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

(b) l-identifikazzjoni tat-tipi ta’ inkwinanti potenzjalment rilevanti li ma jaqgħux fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sal-31 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward:

2. Sal-31 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni għandha tissottometti rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill rigward:

(a) l-użu tal-klawżoli ta’ eżenzjoni previsti fl-Artikolu 32(3) u (4);

(a) l-użu tal-klawżoli ta’ eżenzjoni previsti fl-Artikolu 32(3) u (4);

(b) il-monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-konklużjonijiet tagħhom.

(b) il-monitoraġġ tar-riżultati tat-testijiet tal-emissjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 18 u l-konklużjonijiet tagħhom, kif ukoll evalwazzjoni tal-fattibbiltà tal-introduzzjoni ta’ testijiet PEMS;

 

(b a) il-monitoraġġ tat-testijiet għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE stabbilit fl-Artikoli 23 u 24, b’attenzjoni partikolari fuq il-valutazzjoni jekk dawk it-testijiet jikkorrispondux għall-kundizzjonijiet tal-użu normali tal-magni.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 59 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom ikunu bbażati fuq konsultazzjoni tal-partijiet involuti rilevanti u għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istandards Ewropej u internazzjonali relatati eżistenti. Tali rapport għandu jkun akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

3. Ir-rapporti msemmija fil-paragrafi 1 u 2 għandhom:

 

(a) ikunu bbażati fuq konsultazzjoni tal-partijiet ikkonċernati rilevanti;

 

(b) għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-istandards tal-Unjoni u internazzjonali relatati eżistenti; u

 

(c) għandhom ikunu akkumpanjati, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 59a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 59a

 

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 167/2013

 

Fl-Artikolu 19(3), jiddaħħal is-subparagrafu li ġej:

 

“Għall-finijiet ta’ tqegħid fis-suq, reġistrazzjoni jew dħul fis-servizz ta’ tratturi tal-kategoriji T2, T4.1 u C2, il-magni li jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Istadju IIIB għandhom jiġu kkunsidrati bħala magni tranżitorji kif definiti fl-Artikolu 3(30) tar-Regolament (UE) XX/20151a.

 

________________

 

1a Ir-Regolament (UE) XX/2015, Artikolu 3, paragrafu 30.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Anness I – tabella I-5

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Tabella I -5: Is-subkategoriji tal-kategorija ta’ magni IWP definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Modalità tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWP

kollha

varjabbli

37≤P<75

IWP-v-1

Potenza nett massima

75≤P<130

IWP-v-2

130≤P<300

IWP-v-3

300≤P<1000

IWP-v-4

PN ≥ 1000

IWP-v-5

kostanti

37≤P<75

IWP-c-1

Potenza netta kklassifikata

75≤P<130

IWP-c-2

130≤P<300

IWP-c-3

300≤P<1000

IWP-c-4

PN ≥ 1000

IWP-c-5

 

Emenda

 

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Spjazzament

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWP

kollha

varjabbli

< 0.9

19≤P<75

IWP-v-1

Potenza netta massima

75≤P<300

IWP-v-2

 

300≤P<600

IWP-v-3

0.9≤disp.<1.2

< 300

IWP-v-3

300≤P<600

IWP-v-5

1.2≤disp.<3.5

< 300

IWP-v-6

300≤P<600

IWP-v-7

3.5≤disp.<7.0

< 300

IWP-v-8

300≤P<600

IWP-v-9

kollha

PN ≥ 600

IWP-v-10

kostanti

< 0.9

19≤P<75

IWP-c-1

Potenza netta kklassifikata

75≤P<300

IWP-c-2

300≤P<600

IWP-c-3

0.9≤disp.<1.2

< 300

IWP-c-3

300≤P<600

IWP-c-5

1.2≤disp.<3.5

< 300

IWP-c-6

300≤P<600

IWP-c-7

3.5≤disp.<7.0

< 300

IWP-c-8

300≤P<600

IWP-c-9

kollha

PN ≥ 600

IWP-c-10

Emenda    78

Proposta għal regolament

Anness I – tabella I-6

 

Test propost mill-Kummissjoni

 

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Modalità tal-veloċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWA

kollha

varjabbli

560≤P<1000

IWA-v-1

Potenza nett massima

PN ≥ 1000

IWA-v-2

kostanti

560≤P<1000

IWA-c-1

Potenza netta kklassifikata

 

Emenda

 

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Operazzjoni tal-veloċità

Spjazzament

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWA

kollha

varjabbli

< 0.9

19≤P<75

IWA-v-1

Potenza netta massima

75≤P<300

IWA-v-2

300≤P<600

IWA-v-3

0.9≤disp.<1.2

< 300

IWA-v-4

300≤P<600

IWA-v-5

1.2≤disp.<3.5

< 300

IWA-v-6

300≤P<600

IWA-v-7

3.5≤disp.<7.0

< 300

IWA-v-8

300≤P<600

IWA-v-9

kollha

PN ≥ 600

IWA-v-10

kostanti

< 0.9

19≤P<75

IWA-c-1

Potenza netta kklassifikata

75≤P<300

IWA-c-2

300≤P<600

IWA-c-3

0.9≤disp.<1.2

< 300

IWA-c-4

300≤P<600

IWA-c-5

1.2≤disp.<3.5

< 300

IWA-c-6

300≤P<600

IWA-c-7

3.5≤disp.<7.0

< 300

IWA-c-8

300≤P<600

IWA-c-9

kollha

PN ≥ 600

IWA-c-10

Emenda    79

Proposta għal regolament

Anness II – intestatura 1 – tabella II-1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Tabella II-1: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta’ magni NRE definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta’ ignixin tal-magna

CO

HC

NOx

Massa ta’ PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

 

Stadju V

NRE-v-1 NRE-c-1

0<P<8

CI

8,00

(HC+NOx≤7,50)

0,401)

-

1,10

Stadju V

NRE-v-2 NRE-c-2

8≤P<19

CI

6,60

(HC+NOx≤7,50)

0,40

-

1,10

Stadju V

NRE-v-3 NRE-c-3

19≤P<37

CI

5,00

(HC+NOx≤4,70)

0,015

1x1012

1,10

Stadju V

NRE-v-4 NRE-c-4

37≤P<56

CI

5,00

(HC+NOx≤4,70)

0,015

1x1012

1,10

Stadju V

NRE-v-5 NRE-c-5

56≤P<130

kollha

5,00

0,19

0,40

0,015

1x1012

1,10

Stadju V

NRE-v-6 NRE-c-6

130≤P≤560

kollha

3,50

0,19

0,40

0,015

1x1012

1,10

Stadju V

NRE-v-7 NRE-c-7

P>560

kollha

3,50

0,19

3,50

0,045

-

6,00

1) 0,6 għall-magni ta’ injezzjoni diretta li jiġu startjati bl-idejn u bl-arja mkessħa.

 

Emenda

Tabella II-1: Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta’ magni NRE definita fil-punt (1) tal-Artikolu 4

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta’ ignixin tal-magna

CO

HC

NOx

Massa ta’ PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

 

Stadju V

NRE-v-1 NRE-c-1

0<P<8

CI

8,00

(HC+NOx≤7,50)

0,401)

-

1,10

Stadju V

NRE-v-2 NRE-c-2

8≤P<19

CI

6,60

(HC+NOx≤7,50)

0,40

-

1,10

Stadju V

NRE-v-3 NRE-c-3

19≤P<37

CI

5,00

(HC+NOx≤4,70)

0,015

1x1012

1,10

Stadju V

NRE-v-4 NRE-c-4

37≤P<56

CI

5,00

(HC+NOx≤4,70)

0,015

1x1012

1,10

Stadju V

NRE-v-5 NRE-c-5

56≤P<130

kollha

5,00

0,19

0,40

0,01

9x1011

1,10

Stadju V

NRE-v-6 NRE-c-6

130≤P≤560

kollha

3,50

0,19

0,40

0,01

9x1011

1,10

Stadju V

NRE-v-7 NRE-c-7

P>560

kollha

3,50

0,19

3,50

0,045

-

6,00

1) 0,6 għall-magni ta’ injezzjoni diretta li jiġu startjati bl-idejn u bl-arja mkessħa.

NOTA SPJEGATTIVA

Introduzzjoni

Fil-prinċipju, ir-Rapporteur tilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni għal regolament li jimmira, l-ewwel nett, li jagħti kontribut għall-indirizzar tat-tħassib dwar is-saħħa pubblika ġġenerat minn studji li jindikaw partiċelli fini ħafna bħala sustanza karċinoġenika, biex titjieb b’mod ġenerali l-kwalità tal-arja u jinħoloq suq mingħajr ostakli mhux biss fi ħdan l-UE iżda wkoll mas-sħab kummerċjali prinċipali tagħna madwar id-dinja. L-approċċ gradwali, differenzjat skont id-daqs tal-magna u t-tip ta’ makkinarju, jippermetti introduzzjoni mingħajr xkiel għall-industriji mħassba dwar ir-rekwiżiti l-ġodda filwaqt li jqis il-varjetà wiesgħa ta’ makkinarji u magni.

Illum bosta żoni urbani tal-UE ma jilħqux għalkollox l-istandards tal-kwalità tal-arja. Din il-kwistjoni qed tikber hekk kif aktar u aktar persuni qed jiġu attirati biex jgħixu f’konglomerazzjonijiet urbani. Is-settur tal-NRMM huwa wieħed minn bosta setturi li jikkontribwixxu għall-emissjonijiet noċivi fil-forma ta’ gassijiet jew materja partikulata. Għaddejjin programmi ambizzjużi li jikkonċernaw kemm il-karozzi u l-vetturi tax-xogħol ħafif u dawk heavy-duty – biex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 u ta’ sustanzi niġġiesa – kif ukoll l-impjanti ta’ kombustjoni u l-emissjonijiet industrijali. Għalkemm is-settur tal-NRMM huwa ħafna iżgħar mis-sorsi l-oħra msemmija hawn fuq u għalkemm l-istadji suċċessivi sal-Istadju IV ppermettew li l-emissjonijiet jitnaqqsu b’mod drammatiku, hemm riskju li l-kontribut tiegħu ma jibqax sinifikanti jekk ma jsirx pass ’il quddiem komparabbli biex jikkontribwixxi għat-titjib tal-kwalità tal-arja. Skont id-dejta tal-Kummissjoni, il-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq jiġġenera 15 % tal-NOx kollha u 5 % tal-materja partikulata kollha fl-UE. Sabiex tindirizza din il-problema l-Kummissjoni tipproponi li tistabbilixxi standards aktar severi għall-maġġoranza tal-magni diġà fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 97/68/KE attwali u testendi l-kamp ta’ applikazzjoni għal meded ta’ potenzi tal-magni, tipi ta’ kombustjoni u fjuwils ġodda użati kif ukoll għadd ta’ kategoriji ġodda ta’ makkinarji, biex jiġu eliminati l-lakuni fil-leġiżlazzjoni. Dan, apparti mill-benefiċċji ovvji u mixtieqa għaċ-ċittadini tagħna mil-lat ambjentali u tas-saħħa, għandu l-vantaġġ li joħloq suq intern armonizzat għall-industrija u l-utenti tal-makkinarju u jiffaċilita l-kummerċ u l-kompetittività, u eventwalment il-leġiżlazzjoni ambjentali ssir ukoll opportunità ta’ negozju.

Il-Kummissjoni, bl-Għażla Politika 4 timmira li tgħaqqad flimkien l-aqwa għażliet minnhom kollha: allinjament mal-istandards tal-Istati Uniti, meta dawn ikunu aktar severi mill-istandards tal-UE, u mal-ambizzjonijiet tas-settur tat-toroq fejn l-ambizzjonijiet attwali tal-NRMM għadhom lura; barra minn hekk, dan jingħaqad ma’ dispożizzjonijiet ta’ monitoraġġ imsaħħa, jekk ikun il-każ.

Il-progress teknoloġiku jista’ jiġġustifika regolamentazzjoni aktar severa mingħajr ma jagħmel pressjoni żejda fuq l-industrija tal-manifattura. Tabilħaqq, fil-biċċa l-kbira, it-teknoloġija meħtieġa għall-konformità mal-istandards ġodda proposti mmaturat f’setturi oħrajn u tista’ tittieħed minn u tadatta għall-ispeċifiċitajiet tas-setturi tal-NRMM ikkonċernati. Dan il-pjan ta’ adattament għadu ma tlestiex u dan jiġġustifika għalfejn ċerti magni mhumiex soġġetti għall-objettivi l-aktar ambizzjużi stabbiliti għall-maġġoranza vasta tal-każijiet.

L-effett tal-ħolqien ta’ suq intern se jkollu wkoll vantaġġ f’kuntest ħafna akbar. Dan se jiffaċilita u jsaħħaħ ħafna l-kummerċ estern ma’ ekonomiji industrijali żviluppati oħrajn, b’mod partikolari mal-Istati Uniti, iżda probabbilment anke ma’ reġjuni u bliet fejn it-tniġġis tal-arja hija problema.

Rimarki

B’dan ir-rapport l-objettiv prinċipali huwa li jintlaħaq bilanċ raġonevoli bejn it-tħassib dwar is-saħħa u l-ambjent, kif propost mill-Kummissjoni, u l-kompetittività tal-industrija tal-manifattura tal-UE, l-impjiegi u l-għarfien prattiku li tinvolvi. Is-saħħa u s-sikurezza taċ-ċittadini tagħna jikkostitwixxu element prinċipali f’din il-proposta, b’mod speċjali fir-rigward ta’ dawk li jaħdmu kuljum bil-makkinarji li huma fi ħdan il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din il-proposta peress li huma partikolarment esposti għall-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa. Meta jitqiesu l-aspetti tal-kompetizzjoni, ir-Rapporteur jidhrilha li l-SMEs, ġeneraturi ta’ ħafna impjiegi, jistgħu jkunu vulnerabbli u għandhom jingħataw xi vantaġġi.

Objettiv importanti ieħor għandu jkun li l-industrija tingħata element ta’ ċertezza ta’ ppjanar fit-tul u ambjent regolatorju stabbli. F’dan ir-rigward, l-għażla ta’ dan l-istrument leġiżlattiv ġdid, li jieħu l-forma ta’ regolament, toffri vantaġġ ċar fuq direttiva li teħtieġ iż-żmien biex tiġi trasposta f’leġiżlazzjoni nazzjonali bir-riskju inerenti ta’ interpretazzjonijiet differenti. B’dawn l-objettivi f’moħħha r-Rapporteur ipproponiet numru ta’ emendi:

·  Huwa rakkomandabbli li jitnaqqsu kemm jista’ jkun l-obbligi amministrattivi. Il-leġiżlazzjoni u l-formalitajiet għandhom jevolvu mal-era diġitali u għandu jittieħed vantaġġ biex jitnaqqsu l-burokraziji żejda u l-ispejjeż relatati magħhom. Għalhekk il-format u l-forma taċ-ċertifikat ta’ konformità jista’ jiġi ssimplifikat u rkuprat faċilment f’database xierqa.

·  Fl-istess loġika ta’ effiċjenza u ffrankar tal-ispejjeż, ir-Rapporteur tippreferi li jsir użu mis-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern diġà eżistenti, li għandha vantaġġ ovvju fuq il-ħolqien ta’ sistema amministrattiva ġdida.

·  Il-possibbiltà ta’ sostituzzjoni tal-magni ma’ magni oħrajn ta’ mill-anqas l-istess stadju tal-emissjonijiet li tinsab fid-Direttiva 97/68/KE attwali għandha tiġi ppreservata. Madankollu, ir-Rapporteur tippreferi tillimita din il-possibbiltà għal ċerti kategoriji ta’ magni f’mod differenzjat skont bosta fatturi, bħal tul ta’ ħajja medja itwal, kapitalizzazzjoni tal-investiment u żviluppi teknoloġiċi. Barra minn hekk, din il-possibbiltà għandha tkun ukoll limitata fiż-żmien, skont il-kategoriji u l-klassijiet tal-potenza.

Ir-Rapporteur hija wkoll kemmxejn imħassba dwar il-kunflitti li jista’ jkun hemm fis-settur ferrovjarju. Fil-fatt, il-perjodu ta’ sena previst fl-Artikolu 57(5) tal-proposta jista’ jkun kuntrastanti mal-obbligi u l-proċeduri li għandhom jiġu segwiti għall-proċeduri ta’ awtorizzazzjoni stabbiliti fid-Direttiva 2008/57/KE (id-Direttiva dwar l-Interoperabilità) u r-Regolament Nru 1302/2014. Għalhekk, ir-Rapporteur tistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jevitaw li joħolqu kunflitt li jkun ġej minn dispożizzjonijiet potenzjalment kontradittorji. Meta jitqiesu dawn ir-rekwiżiti speċifiċi f’termini ta’ obbligi, għandhom jiġu konċessi magni ta’ sostituzzjoni u żmien għall-introduzzjoni.

Ġiet konċessa żieda ġenerali ta’ sitt snin fil-perjodu ta’ tranżizzjoni, kif imsemmi qabel, u f’ċerti każijiet speċifiċi anke itwal.

Il-Kummissjoni hija mitluba tikkunsidra, meta tkun qed tevalwa għandhiex tagħmel rieżami ulterjuri tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, li tinkludi bosta kategoriji ta’ tratturi dojoq fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament, peress li r-Rapporteur jidhrilha li dan huwa aktar xieraq, b’mod partikolari fid-dawl tal-għażla ta’ żmien ekonomikament mhux sostenibbli tal-Istadji IV u V għal dawk it-tratturi.

Għall-bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni, il-proposta tal-Kummissjoni hija ambizzjuża ħafna u tista’ toħloq piż eċċessiv fuq l-industrija li trid tirkupra l-ispejjeż ta’ żvilupp tagħha fuq ftit mijiet ta’ makkinarji biss, jew inqas, manifatturati kull sena. Ir-Rapporteur hija favur approċċ kemmxejn aktar artab għall-kategoriji itqal – iżda fl-istess ħin l-aktar numerużi bil-bosta – ta’ bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni li jgħaqqdu r-rikostituzzjoni ta’ dan il-mod ta’ trasport – bħala wieħed effiċjenti fl-użu tal-enerġija u li ma jagħmilx ħsara lill-ambjent – mas-sostenibbiltà ekonomika, li hija indispensabbli.

24.6.2015

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

għall-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq

(COM(2014)0581 – C8‑0168/2014 – 2014/0268(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Jiří Pospíšil

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Sfond u proposta tal-Kummissjoni

Din il-proposta leġiżlattiva għandha l-għan li tipproteġi l-ambjent u tiżgura l-funzjonament xieraq tas-suq intern għal magni ta’ makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq. Il-proposta tkopri għadd importanti ta’ tipi ta’ magni ta’ kombustjoni installati f’firxa wiesgħa ta’ magni, li jinkludu tagħmir żgħir li jinżamm fl-idejn, makkinarju tal-kostruzzjoni u settijiet li jiġġeneraw l-elettriku, vaguni, lokomotivi u bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni. L-implimentazzjoni b’suċċess ta' dan ir-Regolament twassal għal gwadann ambjentali sinifikanti billi tnaqqas l-emissjonijiet minn magni ġodda li, maż-żmien, jieħdu post magni qodma li jniġġsu iżjed.

Il-proposta għandha l-għan li tikkontribwixxi għall-kompetittività tal-industrija Ewropea u li tnaqqas ir-riskju ta’ distorsjoni tas-suq billi tissimplifika l-leġiżlazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip, ittejjeb it-trasparenza u ttaffi l-piżijiet amministrattivi. Barra minn hekk, bl-allinjament tar-rekwiżiti dwar l-emissjonijiet tal-UE u tal-Istati Uniti, il-proposta tneħħi ostakli għall-kummerċ estern u tnaqqas l-ostakli regolatorji.

Il-kompetittività tal-industrija Ewropea

Ir-Rapporteur jilqa’ l-proposta tal-Kummissjoni u jappoġġja bis-sħiħ l-għanijiet tagħha. Madankollu, se jkunu meħtieġa diversi aġġustamenti sabiex jiġi żgurat bis-sħiħ li dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-kompetittività tal-industrija Ewropea f’dan is-settur.

Fl-abbozz tal-Opinjoni tiegħu, ir-Rapporteur ifittex li jerġa’ jibbilanċja l-proposta u li jipprovdi biżżejjed flessibbiltà biex jiżgura li l-manifatturi jkunu jistgħu jikkonformaw mar-rekwiżiti ambjentali mingħajr ma jfixklu l-kompetittività tal-UE. It-tibdil propost jgħin b’mod sinifikanti lill-manifatturi meta jadattaw għar-rekwiżiti ambjentali l-ġodda mingħajr ma jbaxxuhom.

Fid-dawl ta’ dan t’hawn fuq ir-Rapporteur jipproponi li jestendi b’sitt xhur il-perjodu tranżitorju li huwa previst mill-proposta. Huma previsti eċċezzjonijiet oħra għal manifatturi ta’ volum żgħir li jipproduċu inqas minn 100 magna fis-sena għaliex il-manifatturi kkonċernati huma primarjament SMEs. Ir-Rapporteur huwa tal-opinjoni wkoll li, f’każijiet definiti b’mod ċar, għandu jkun permess l-użu ta’ magni ta’ sostituzzjoni.

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin fir-rapport tiegħu:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni li għandhom jiġu installati fil-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Għal dawn l-għanijiet, għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-emissjonijiet ġodda li jkunu jirriflettu l-progress teknoloġiku u li jiżguraw il-konverġenza mal-politiki tal-Unjoni fis-settur tat-toroq, bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja u li jitnaqqsu l-emissjonijiet minn makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, li b’hekk jirriżultaw f’sehem aktar proporzjonat tal-emissjonijiet tal-makkinarju fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi li jintużaw fit-toroq. Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam għandu jitwessa’, bil-għan li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-suq fl-UE u fil-livell internazzjonali, kif ukoll bil-għan li jitnaqqas ir-riskju tad-distorsjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika l-qafas legali attwali, inklużi miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, kif ukoll li jtejjeb il-kundizzjonijiet ġenerali għall-infurzar, b’mod partikolari billi jsaħħaħ ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq.

(6) Dan ir-Regolament għandu l-għan li jistabbilixxi regoli armonizzati għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni li għandhom jiġu installati fil-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, bil-għan li jiġi żgurat il-funzjonament tas-suq intern. Għal dawn l-għanijiet, għandhom jiġu stabbiliti limiti tal-emissjonijiet ġodda li jkunu jirriflettu l-progress teknoloġiku u li jiżguraw il-konverġenza mal-politiki tal-Unjoni fis-settur tat-toroq, bil-għan li jintlaħqu l-miri tal-Unjoni rigward il-kwalità tal-arja u li jitnaqqsu l-emissjonijiet minn makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq, li b’hekk jirriżultaw f’sehem aktar proporzjonat tal-emissjonijiet tal-makkinarju fir-rigward tal-emissjonijiet tal-vetturi li jintużaw fit-toroq. L-Istati Membri għandhom jappoġġjaw b’mod attiv dawk l-għanijiet permezz ta’ skemi nazzjonali li jinkoraġġixxu lill-utenti jaqilbu għal tagħmir ġdid, biex b’hekk jitnaqqas b’mod gradwali s-sehem tal-makkinarju qadim mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq li jipproduċu l-iżjed emissjonijiet.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) Il-kamp ta’ applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni f’dan il-qasam għandu jitwessa’, bl-għan li tittejjeb l-armonizzazzjoni tas-suq fil-livell tal-Unjoni u dak internazzjonali, kif ukoll bl-għan li jitnaqqas ir-riskju ta' distorsjonijiet tas-suq. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu l-għan li jissimplifika l-qafas legali attwali, inklużi miżuri għas-simplifikazzjoni tal-proċeduri amministrattivi, kif ukoll li jtejjeb il-kundizzjonijiet ġenerali għall-infurzar, b’mod partikolari billi jsaħħaħ ir-regoli dwar is-sorveljanza tas-suq.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex jiġi garantit livell ottimali ta’ protezzjoni għall-persuni li jaħdmu fil-viċinanzi ta’ makkinarju u sabiex l-esponiment kumulattiv tal-persuni li jaħdmu fil-viċinanzi ta’ diversi partijiet differenti ta’ makkinarju u tagħmir mobbli jinżamm kemm jista’ jkun baxx, għandhom jintużaw teknoloġiji tal-ogħla livell jitnaqqsu kemm jista' jkun l-emissjonijiet.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20) Il-magni li huma konformi ma’ u koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu permessi li jitpoġġew fis-suq fl-Istati Membri; dawk il-magni ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit ieħor tal-emissjonijiet nazzjonali. L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjonijiet għandu jieħu l-miżuri ta’ verifikazzjoni neċessarji sabiex jiżgura l-identifikazzjoni tal-magni manifatturati taħt kull approvazzjoni tat-tip tal-UE.

(20) Il-magni li huma konformi ma’ u koperti mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli l-ġodda dwar il-limiti tal-emissjonijiet u l-proċeduri tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għandhom ikunu permessi li jitpoġġew fis-suq fl-Istati Membri; dawk il-magni ma għandhom ikunu soġġetti għall-ebda rekwiżit ieħor tal-emissjonijiet nazzjonali li jirregola t-tqegħid tagħhom fis-suq. L-Istat Membru li jagħti l-approvazzjonijiet għandu jieħu l-miżuri ta’ verifikazzjoni u kontroll fejn iċ-ċirkustanzi jkunu jeħtieġu dan għall-importazzjoni u l-provvista tal-magni fis-suq tal-Unjoni, biex jiġi żgurat li f’kull każ dawn jikkonformaw mar-rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE. Din għandha tkun mingħajr ħsara għad-dritt tal-Istati Membri biex jinkoraġġixxu jew jirrestrinġu l-użu ta’ magni mqegħda fis-suq, sakemm il-metodi magħżula mhumiex diskriminatorji u huma ġustifikati b’mod oġġettiv.

Ġustifikazzjoni

L-identifikazzjoni tat-tipi ta’ magni li jidħlu fis-suq tal-UE għandha ssir mal-importazzjoni. Dan hu l-aktar mod sikur, effikaċi u rħis biex jiġu identifikati u kontrollati dawn it-tipi ta’ magni kollha. Il-konformità mal-istandards tal-UE tista’ tiġi vverifikata bl-għajnuna tad-dokumenti tal-importazzjoni tal-akkumpanjament.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21) Għandhom jingħataw numru limitat ta’ eżenzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi relatati mal-forzi armati, il-limitazzjonijiet tal-provvista loġistika, l-ittestjar fuq il-post tal-prototipi u l-użu ta’ makkinarju f’atmosferi splussivi..

(21) Għandhom jingħataw numru limitat ta’ eżenzjonijiet sabiex jiġu indirizzati l-ħtiġijiet speċifiċi relatati mal-forzi armati, il-limitazzjonijiet tal-provvista loġistika, l-ittestjar fuq il-post tal-prototipi, tal-magni ta’ sostituzzjoni u l-użu ta’ makkinarju f’atmosferi splussivi.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25) Bħala konsegwenza, ir-regolamenti tal-UNECE u l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li aderixxiet għalihom, fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 97/836/KE, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati sabiex tiddetermina liema regolamenti tal-UNECE għandhom japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE

(25) Bħala konsegwenza, ir-regolamenti tal-UNECE u l-emendi għalihom, li l-Unjoni vvotat favurihom jew li aderixxiet għalihom, fl-applikazzjoni tad-Deċiżjoni 97/836/KE, għandhom jiġu rikonoxxuti bħala ekwivalenti għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament. Għaldaqstant, sabiex dan ir-Regolament ikun allinjat kemm jista’ jkun mat-testi maqbula tal-UNECE, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati sabiex tiddetermina liema regolamenti tal-UNECE għandhom japplikaw għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) “magna ta’ sostituzzjoni” tfisser magna mibnija ġdida li tkun ġiet fornuta bl-għan uniku li tissostitwixxi magna f’makkinarju li jkun diġà qed jintuża;

Emenda    8

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 22a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(22a) “tagħmir użat taħt l-art” tfisser tagħmir użat fl-industrija tal-minjieri.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29) “perjodu ta’ tranżizzjoni” tfisser l-ewwel tmintax-il xahar wara d-data tal-implimentazzjoni obbligatorja tal-Istadju V, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2);

(29) “perjodu tranżitorju” tfisser l-ewwel erbgħa u għoxrin xahar wara d-data tal-implimentazzjoni obbligatorja tal-Istadju V, kif imsemmi fl-Artikolu 17(2);

Emenda    10

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt 40a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(40a) “krejn mobbli” tfisser krejn bid-driegħ bi provvista ta’ enerġija interna li jista' jivvjaġġa fit-triq u/jew off-road, li jiddependi fuq il-gravità għall-istabbiltà, u li jopera fuq tajers, biċ-ċineg jew b’apparat mobbli ieħor. Il-krejns mobbli fuq tajers għandhom jitqiesu li huma vetturi b’għan speċjali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2007/46/KE;

Emenda    11

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) magni b’potenza referenzjarja ta’ inqas minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni tal-kategoriji IWP, RLL jew RLR;

(b) magni b’potenza referenzjarja ta’ inqas minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni tal-kategoriji IWA, IWP, RLL jew RLR;

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta [9] lit-Tabella I-6 fl-Anness II tapplika l-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni ta’ kull potenza. Din l-emenda se tippermetti unitajiet ibbażati fuq l-art ta’ <560 kW biex jintużaw b’mod fakultattiv fejn jistgħu jiġu applikati. Dawn l-unitajiet ibbażati fuq l-art għandhom valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet inqas minn dawk proposti fl-emenda lit-Tabella I-6 fl-Anness II.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) il-magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni għall-propolsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom li jkollhom potenza referenzjarja li tkun akbar minn jew ugwali għal 37 kW,

(a) il-magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni għall-propolsjoni tagħhom jew li huma maħsuba għall-propulsjoni tagħhom,

Ġustifikazzjoni

Ma hemm l-ebda minimu ta’ 37 kW fir-Regolament tal-Istati Uniti Nru 40CFR1042. It-tneħħija ta’ din l-esklużjoni tippermetti l-allinjament sħiħ mar-Regolament tal-Istati Uniti.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-magni b’potenza referenzjarja akbar minn 560 kW li jintużaw minflok il-magni tal-kategorija IWA soġġetti għal konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(8);

(b) il-magni li jintużaw minflok il-magni tal-kategorija IWA soġġetti għal konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 23(8);

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta [9] lit-Tabella I-6 fl-Anness II twessa’ l-applikazzjoni tal-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni minn >560 kW biex tinkludi l-potenzi kollha. Din l-emenda tallinja t-test biex tippermetti lill-magna tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni li ġiet ċertifikata għaċ-ċiklu korrett biex tintuża bħala magna awżiljarja f’konformità ma’ dak il-prinċipju.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1 – punt 6 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-‘Kategorija IWA’, li tinkludi magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni jew li huma maħsuba għal skopijiet awżiljarji, li jkollhom potenza netta li tkun akbar minn 560 kW.

Il-‘Kategorija IWA’, li tinkludi magni esklussivament għall-użu fuq bastimenti li jivvjaġġaw fuq passaġġi tal-ilma interni jew li huma maħsuba għal skopijiet awżiljarji.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta [9] lit-Tabella I-6 fl-Anness II twessa’ l-applikazzjoni tal-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni minn >560 kW biex tinkludi l-potenzi kollha. Din l-emenda tallinja t-test ma’ dan il-prinċipju.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jippubblikaw, permezz tal-pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 41, reġistru tat-tipi u l-familji kollha ta’ magni, li għalihom ikunu taw approvazzjoni tat-tip tal-UE, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: it-trademark, id-deżinjazzjoni tal-manifattur, il-kategorija tal-magna, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip.

3. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni għandhom jippubblikaw, permezz tal-pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 41, reġistru tat-tipi u l-familji kollha ta’ magni, li għalihom ikunu taw approvazzjoni tat-tip tal-UE, li jkun fih mill-inqas l-informazzjoni li ġejja: it-trademark, id-deżinjazzjoni tal-manifattur, il-kategorija tal-magna, in-numru tal-approvazzjoni tat-tip u d-data tal-approvazzjoni tat-tip, kif ukoll il-parametri tekniċi.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu, fuq skala adegwata u fuq il-bażi ta’ kampjuni adegwati, kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorji tal-magni. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskji, kwalunkwe ilmenti u informazzjoni rilevanti oħra.

Għall-magni bl-approvazzjoni tat-tip tal-UE, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq għandhom iwettqu, fuq skala adegwata u fuq il-bażi ta' perċentwali sinifikanti ta’ kampjuni, kontrolli dokumentarji u, fejn xieraq, kontrolli fiżiċi u fil-laboratorji tal-magni. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jieħdu f’kunsiderazzjoni l-prinċipji stabbiliti tal-valutazzjoni tar-riskji, kwalunkwe ilmenti u informazzjoni rilevanti oħra.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. Minbarra l-marki mwaħħlin mal-magni tagħhom skont l-Artikolu 31, il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-magni tagħhom magħmula disponibbli fis-suq isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata u l-indirizz tagħhom fl-Unjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja lill-magna.

6. Minbarra l-marki mwaħħlin mal-magni tagħhom skont l-Artikolu 31, il-manifatturi għandhom jindikaw fuq il-magni tagħhom magħmula disponibbli fis-suq isimhom, l-isem kummerċjali rreġistrat jew il-marka kummerċjali rreġistrata, il-parametri tekniċi u l-indirizz tagħhom fl-Unjoni fejn jistgħu jiġu kkuntattjati jew, meta dan ma jkunx possibbli, fuq l-imballaġġ jew f’dokument li jakkumpanja lill-magna.

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. L-importaturi għandhom jagħmlu disponibbli l-istruzzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 41.

5. L-importaturi għandhom jagħmlu disponibbli l-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u d-dokumentazzjoni kollha meħtieġa b’konformità mal-Artikolu 41.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. Fil-każ ta’ magna tal-kategorija IWP b’potenza referenzjarja akbar minn 560 kW, li tkun maħsuba biex tintuża minflok magna tal-kategorija IWA f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu ssodisfati separatament għal kull ċiklu tat-test tal-istatiċità applikabbli kif stabbilit fit-Tabelli IV-5 u IV-6 tal-Anness IV, filwaqt li d-dokument ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip għandu jindika kull ċiklu tat-test tal-istatiċità li għalih kien issodisfat dan ir-rekwiżit.

8. Fil-każ ta’ magna tal-kategorija IWP li tkun maħsuba biex tintuża minflok magna tal-kategorija IWA f'konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 4, ir-rekwiżiti tal-paragrafu 5 għandhom jiġu ssodisfati separatament għal kull ċiklu tat-test tal-istatiċità applikabbli kif stabbilit fit-Tabelli IV-5 u IV-6 tal-Anness IV, filwaqt li d-dokument ta’ informazzjoni dwar l-approvazzjoni tat-tip għandu jindika kull ċiklu tat-test tal-istatiċità li għalih kien issodisfat dan ir-rekwiżit.

Ġustifikazzjoni

L-emenda proposta [9] lit-Tabella I-6 fl-Anness II twessa’ l-applikazzjoni tal-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet bħall-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni għall-magni awżiljarji tal-passaġġi tal-ilma interni minn >560 kW biex tinkludi l-potenzi kollha. Din l-emenda tallinja t-test ma’ dan il-prinċipju.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ċertifikat ta’ konformità

Dikjarazzjoni ta' konformità

1. Il-manifattur, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta’ magna jew familja ta’ magni, għandu jipprovdi ċertifikat ta’ konformità sabiex jakkumpanja lil kull magna li tiġi manifatturata b’konformità mat-tip ta’ magna approvat.

1. Il-manifattur, fil-kapaċità tiegħu bħala d-detentur ta’ approvazzjoni tat-tip tal-UE għal tip ta’ magna jew familja ta’ magni, għandu jipprovdi dikjarazzjoni ta’ konformità ("dikjarazzjoni ta' konformità") sabiex jakkumpanja magni li jitqiegħdu fis-suq fuq il-bażi ta':

 

(a) eżenzjoni msemmija fl-Artikolu 32(1), (3) jew (4); jew

 

(b) dispożizzjoni tranżitorja msemmija fl-Artikolu 57.

Tali ċertifikat għandu jiġi pprovdut mingħajr ħlas flimkien mal-magna u għandu jakkumpanja lill-makkinarju fejn tiġi installata l-magna. Il-kunsinna tiegħu ma tistax tkun dipendenti fuq talba espliċita jew fuq is-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali lill-manifattur.

Tali dikjarazzjoni għandha tiddikjara l-karatteristiċi partikolari u r-restrizzjonijiet li għandhom japplikaw għall-magna, u għandha tiġi pprovduta mingħajr ħlas flimkien mal-magna u għandha takkumpanja lill-makkinarju mobbli mhux maħsub għat-triq fejn tiġi installata l-magna Il-kunsinna tiegħu ma għandhiex tkun dipendenti fuq talba espliċita jew fuq is-sottomissjoni ta’ informazzjoni addizzjonali lill-manifattur.

Għal perjodu ta’ 10 snin wara d-data tal-produzzjoni tal-magna, il-manifattur tal-magna għandu, fuq it-talba tas-sid tal-magna, joħroġ kopja duplikata taċ-ċertifikat tal-konformità bi ħlas li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ħruġ tagħha. Il-kelma “kopja” għandha tkun tidher b’mod ċar fuq in-naħa ta’ quddiem ta’ kull ċertifikat idduplikat.

Għal perjodu ta’ 10 snin wara d-data tal-produzzjoni tal-magna, il-manifattur tal-magna għandu, fuq it-talba tal-utent aħħari tal-magna, joħroġ kopja duplikata tad-dikjarazzjoni tal-konformità bi ħlas ta' ammont li ma jaqbiżx l-ispiża tal-ħruġ tagħha. Il-kelma “duplikata” għandha tidher ċar fuq il-wiċċ ta’ kull dikjarazzjoni tal-konformità duplikata.

3. Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jitħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Kull Stat Membru jista’ jitlob biex iċ-ċertifikat ta’ konformità jiġi tradott fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tiegħu.

3. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha titħejja f’mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni. Kwalunkwe Stat Membru jista’ jitlob mill-manifattur tal-magna li d-dikjarazzjoni ta’ konformità tiġi tradotta fil-lingwa jew lingwi uffiċjali tiegħu.

4. Il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw iċ-ċertifikati ta’ konformità għandhom ikunu fl-organizzazzjoni tal-manifattur u għandhom ikunu debitament awtorizzati mill-maniġment sabiex jassumu b’mod sħiħ ir-responsabbiltà legali tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni tal-magna.

4. Il-persuni awtorizzati biex jiffirmaw id-dikjarazzjonijiet ta’ konformità għandhom ikunu fl-organizzazzjoni tal-manifattur u għandhom ikunu debitament awtorizzati mill-maniġment ta' dik l-organizzazzjoni sabiex jassumu b’mod sħiħ ir-responsabbiltà legali tal-manifattur fir-rigward tad-disinn u l-kostruzzjoni jew fir-rigward tal-konformità tal-produzzjoni tal-magna.

5. Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu jimtela kollu kemm hu u ma għandux ikun fih restrizzjonijiet fir-rigward tal-użu tal-magna għajr dawk previsti f’dan ir-Regolament jew fi kwalunkwe wieħed mill-atti ddelegati adottati skont dan ir-Regolament.

5. Id-dikjarazzjoni ta’ konformità għandha timtela kollha kemm hi u m’għandux ikun fiha restrizzjonijiet rigward l-użu tal-vettura ħlief għal dawk previsti f'dan ir-Regolament.

6. Iċ-ċertifikat ta’ konformità għandu, għat-tipi ta’ magni jew għall-familji ta’ magni approvati skont l-Artikolu 33(2), juri fit-titolu tiegħu l-frażi “Għal magni bit-tip approvat fl-applikazzjoni tal-Artikolu 31 tar-Regolament (UE) Nru. xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’ [data] dwar rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għal magni ta’ kombustjoni interna għal makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq (approvazzjoni provviżorja)”.

 

7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-mudell għaċ-ċertifikat ta’ konformità, inklużi l-karatteristiċi tekniċi maħsuba biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni. Għal dak il-għan, l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-karatteristiċi tas-sigurtà fl-istampar li jipproteġu l-karta użata fiċ-ċertifikat. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

7. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, il-mudell għad-dikjarazzjoni ta’ konformità, inklużi l-karatteristiċi tekniċi maħsuba biex jipprevjenu l-falsifikazzjoni. Għal dak il-għan, l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jipprovdu l-karatteristiċi tas-sigurtà fl-istampar li jipproteġu l-karta użata fid-dikjarazzjoni ta' konformità. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 31 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Qabel iħallu l-linja tal-produzzjoni, il-magni għandu jkollhom il-marka mitluba minn dan ir-Regolament.

2. Qabel iħallu l-linja tal-produzzjoni, il-magni manifatturati fl-Unjoni, kif ukoll dawk manifatturati barra mill-Unjoni, għandu jkollhom il-marka mitluba minn dan ir-Regolament. Dan ir-rekwiżit ma għandu bl-ebda mod jaffettwa marki oħra meħtieġa minn Stat Membru jew leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a. Minkejja r-rekwiżiti tal-Artikolu 5(2) u (3) u l-Artikolu 17(2), l-Istati Membri għandhom jippermettu t-tqegħid fis-suq ta’ magni ta’ sostituzzjoni li jkunu ta' waħda mill-kategoriji li ġejjin:

 

(a) magni tal-kategorija NRE, NRG jew NRS li jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu li l-magna li hija maħsuba li tiġi sostitwita kellha tissodisfa meta oriġinarjament tqiegħdet fis-suq;

 

(b) magni tal-kategorija RLL jew RLR li jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu li l-magna li hija maħsuba li tiġi sostitwita kellha tissodisfa meta oriġinarjament tqiegħdet fis-suq, jekk il-magna li se tiġi sostitwita kienet immanifatturata fl-1 ta’ Jannar 2012 jew wara;

 

(c) magni tal-kategorija RLL jew RLR li jikkonformaw mal-valuri ta’ limitu li kienu japplikaw għall-magni fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kategorija rispettiva fil-31 ta’ Diċembru 2011 għat-tqegħid fis-suq jekk il-magna li se tiġi sostitwita kienet prodotta f’dik id-data jew qabel u l-użu ta’ magna ta’ sostituzzjoni li tissodifsa r-rekwiżiti tal-aħħar stadju ta’ emissjonijiet applikabbli fil-vagun jew il-lokomotiv inkwistjoni jkun jinvolvi diffikultajiet tekniċi sinifikanti.

 

(d) Magni tal-kategorija NRE, NRG, NRS, RLL, RLR jista' jkollhom l-istess potenza, jew potenza ogħla, dment li jikkonformaw mal-punti (a), (b) u (c) ta' dan il-paragrafu.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 32 – paragrafu 5 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) it-tqegħid fis-suq ta’ magni ta’ sostituzzjoni, kif imsemmija fil-paragrafu 4a.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 35 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-manifattur għandu jżomm kopji tal-listi għal perjodu minimu ta’ 20 sena wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE konċernata.

Il-manifattur għandu jżomm kopji tal-listi għal perjodu minimu ta’ 10 sena wara t-tmiem tal-validità tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE konċernata.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 39a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 39a

 

L-iżgurar tas-saħħa u s-sikurezza tal-ħaddiema f’industriji tal-minjieri taħt l-art

 

F’każijiet fejn il-muturi elettriċi ma jistgħux jintużaw, għandu jintgħażel tagħmir ta’ taħt l-art li jaħdem b’karburant li jniġġes inqas bħal-LPG. Sustanzi niġġiesa mormija minn kull magna individwali ma għandhomx jeċċedu livelli li jikkorrispondi għal nofs il-limiti permissibbli fi spazji miftuħa u speċifikati fl-Anness II.

Ġustifikazzjoni

Limiti tal-emissjonijiet speċifiċi għandhom jiġu imposti fuq l-industrija tal-minjieri peress li l-użu ta’ magni li jaħdmu bil-karburant fossilu joħloq riskju kbir għas-saħħa tal-ħaddiema.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Bażi tad-dejta u pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni

Skambju tad-dejta u l-informazzjoni permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern (IMI)

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi pjattaforma diġitali u amministrattiva ċentrali tal-Unjoni għall-iskambju ta’ dejta u informazzjoni relatati mal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE f’format elettroniku. Il-pjattaforma għandha tintuża għall-iskambju ta’ dejta u informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, jew bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-Kummissjoni, li jseħħ fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

1. L-iskambju ta’ dejta u informazzjoni relatati mal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE f’format elettroniku għandu jsir permezz tal-IMI. L-IMI għandha tintuża għall-iskambju ta’ dejta u informazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, jew bejn l-awtoritajiet tal-approvazzjoni u l-Kummissjoni, li jseħħ fil-qafas ta’ dan ir-Regolament.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Il-pjattaforma diġitali u amministrattiva ċentrali tal-Unjoni għandha tinkludi wkoll database fejn kwalunkwe informazzjoni ta’ relevanza fir-rigward tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament għandha tinġabar ċentralment u ssir aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għall-Kummissjoni. Id-database għandha tgħaqqad lid-databases nazzjonali mad-database ċentrali tal-Unjoni, meta jintlaħaq qbil mal-Istati Membri kkonċernati.

2. Kwalunkwe informazzjoni ta’ relevanza fir-rigward tal-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija skont dan ir-Regolament għandha tinġabar ċentralment u ssir aċċessibbli għall-awtoritajiet tal-approvazzjoni u għall-Kummissjoni permezz tal-IMI. Id-database għandha tgħaqqad lid-databases nazzjonali mad-database ċentrali tal-Unjoni, meta jintlaħaq qbil mal-Istati Membri kkonċernati.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Wara l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha testendi l-pjattaforma diġitali u amministrattiva ċentrali tal-Unjoni b’moduli li għandhom jippermettu:

3. Wara l-implimentazzjoni tal-paragrafi 1 u 2, il-Kummissjoni għandha testendi l-IMI b’moduli li għandhom jippermettu:

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 42 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, tadotta l-proċeduri u r-rekwiżiti tekniċi ddettaljati li huma meħtieġa għat-twaqqif tad-database u l-pjattaforma amministrattiva ċentrali tal-Unjoni msemmija f’dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżaminazzjoni msemmija fl-Artikolu 54(2) sal-[31 ta’ Diċembru 2016].

imħassar

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 46

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 46

imħassar

Servizzi tekniċi interni tal-manifattur akkreditati internament

 

1. Servizz tekniku intern akkreditat ta’ manifattur jista’ jiġi nnominat biss għall-attivitajiet tal-kategorija A fir-rigward tar-rekwiżiti tekniċi li għalihom huwa permess l-awto-ttestjar permezz ta’ att iddelegat adottat skont dan ir-Regolament. Dak is-servizz tekniku għandu jikkostitwixxi parti distinta u separata tal-impriża u ma għandux ikun involut fid-disinn, fil-manifattura, fil-forniment jew fil-manutenzjoni tal-magni li huwa jivvaluta.

 

2. Servizz tekniku intern akkreditat għandu jissodisfa r-rekwiżiti li ġejjin:

 

(a) minbarra li jiġu maħtura mill-awtorità tal-approvazzjoni ta’ Stat Membru, għandhom jiġu akkreditati minn korp nazzjonali kif definit fil-punt 11 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (KE) Nru 765/2008 u skont l-istandards u l-proċedura msemmija fl-Artikolu 47 ta’ dan ir-Regolament;

 

(b) is-servizz tekniku akkreditat internament u l-persunal tiegħu għandhom ikunu identifikabbli mill-aspett organizzattiv u jkollhom metodi ta’ rappurtar fi ħdan l-impriża li jifformaw parti minnha, li jassiguraw l-imparzjalità tagħhom u juruha lill-korp nazzjonali rilevanti ta’ akkreditament;

 

(c) la s-servizz tekniku akkreditat internament u lanqas il-persunal tiegħu m’għandhom ikollhom sehem f’attività li tista’ tkun f’kunflitt mal-indipendenza tal-ġudizzju u l-integrità tagħhom marbuta mal-kategoriji tal-attivitajiet li għalihom ikunu ġew maħtura;

 

(d) is-servizz tekniku akkreditat internament għandu jagħti s-servizzi tiegħu esklussivament lill-impriża li jagħmel parti minnha.

 

3. Servizz tekniku intern akkreditat ma għandux bżonn jiġi nnotifikat lill-Kummissjoni għall-finijiet tal-Artikolu 49, iżda għandha tingħata informazzjoni dwar l-akkreditazzjoni tiegħu mill-impriża li jifforma parti minnha jew mill-korp tal-akkreditazzjoni nazzjonali lill-awtorità tal-approvazzjoni li tinnomina fuq talba ta’ dik l-awtorità.

 

4. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 55 dwar ir-rekwiżiti tekniċi li għalihom huwa permess l-awto-ttestjar, kif imsemmi fil-paragrafu 1. Dawk l-atti delegati għandhom jiġu adottati sal-[31 ta ' Diċembru 2016].

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu.

1. Is-setgħa li tadotta l-atti ddelegati hija konferita fuq il-Kummissjoni soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dan l-Artikolu. F'din il-perspettiva, il-Kummissjoni għandha twaqqaf grupp ta' ħidma, li jikkonsisti minn sħab soċjali u rappreżentanti rilevanti.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 56a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 56a

 

Emenda għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012

 

Il-punt li ġej għandu jiżdied mal-Anness għar-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a:

 

"8a. Regolament (UE) 20xx/xx tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ta’xx dwar ir-rekwiżiti relatati mal-limiti tal-emissjonijiet u l-approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq*+: Artikolu 42.

 

*ĠU L XX, xx.xx.xxxx, p. x."

 

______________

 

+ ĠU: jekk jogħġbok daħħal in-numru ta' referenza u d-data għar-regolament u kompli d-dettalji tan-nota ta' qiegħ il-paġna.

 

1aIr-Regolament (UE) Nru 1024/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar il-kooperazzjoni amministrattiva permezz tas-Sistema ta’ Informazzjoni tas-Suq Intern u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/49/KE ("ir-Regolament tal-IMI") (ĠU L 316, 14.11.2012, p. 1).

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli II u III, dan ir-Regolament ma għandux jinvalida, qabel id-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni msemmija fl-Anness III, kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE.

1. Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet fil-Kapitoli II u III, dan ir-Regolament ma għandux jinvalida, qabel id-dati għat-tqegħid fis-suq tal-magni msemmija fl-Anness III, kwalunkwe approvazzjoni tat-tip tal-UE jew eżenzjoni.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sad-dati obbligatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni msemmija fl-Anness III.

2. L-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jkomplu jagħtu l-approvazzjonijiet tat-tip u l-eżenzjonijiet skont il-leġiżlazzjoni rilevanti applikabbli fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament sad-dati obbligatorji għall-approvazzjoni tat-tip tal-UE tal-magni msemmija fl-Anness III.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5(3) u 17(2), il-magni tranżitorji u, fejn applikabbli, il-makkinarju fejn jiġu installati dawk il-magni tranżitorji jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perjodu tranżitorju, bil-kundizzjoni li l-makkinarju fejn tiġi installata l-magna tranżitorja jkollu data tal-produzzjoni qabel sena (1) wara l-bidu tal-perjodu tranżitorju.

5. 5. Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 5(3) u 17(2), il-magni tranżitorji u, fejn applikabbli, il-makkinarju fejn jiġu installati dawk il-magni tranżitorji jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq matul il-perjodu tranżitorju, bil-kundizzjoni li l-makkinarju fejn tiġi installata l-magna tranżitorja jkollu data tal-produzzjoni qabel tmintax-il xahar (18) wara l-bidu tal-perjodu tranżitorju mingħajr ħsara għad-Direttiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill1a u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/20141b.

 

______________

 

1aDirettiva 2008/57/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Ġunju 2008 dwar l-interoperabilità tas-sistema ferrovjarja fil-Komunità (tfassil mill-ġdid) (ĠU L 191, 18.7.2008, p.1).

 

1bRegolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1302/2014 tat-18 ta' Novembru 2014 dwar speċifikazzjoni teknika għall-interoperabilità fir-rigward tas-subsistema “Vetturi ferrovjarji - lokomotivi u vetturi ferrovjarji għat-trasport tal-passiġġieri” tas-sistema ferrovjarja fl-Unjoni Ewropea (ĠU L 356, 12.12.2014, p. 228).

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-magni tal-kategorija NRE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu tranżitorju u tal-perjodu ta’ 12-il xahar imsemmija fl-ewwel subparagrafu b’perjodu addizzjonali ta’ 12-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 50 unità ta’ makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq mgħammra b’magni ta’ kombustjoni. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-produzzjoni annwali totali msemmija f’dan il-paragrafu, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed.

Għall-magni tal-kategorija NRE, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu tranżitorju u tal-perjodu ta’ 18-il xahar imsemmija fl-ewwel subparagrafu b’perjodu addizzjonali ta’ 18-il xahar għall-OEMs bi produzzjoni annwali totali ta’ inqas minn 100 unità ta’ makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq mgħammra b’magni ta’ kombustjoni. Għall-finijiet tal-kalkolu tal-produzzjoni annwali totali msemmija f’dan il-paragrafu, l-OEMs kollha taħt il-kontroll tal-istess persuna fiżika jew ġuridika għandhom jitqiesu bħala OEM wieħed.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 5 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal magni tal-kategorija NRE użati fi krejns mobbli, l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw estensjoni tal-perjodu tranżitorju msemmi fl-ewwel subparagrafu bi 12-il xahar addizzjonali.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 7 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) 18-il xahar mid-data għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III, fil-każ stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5;

(a) 24 xahar mid-data għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III, fil-każ stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 5;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 57 – paragrafu 7 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) 30 xahar mid-data għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III, fil-każ stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

(b) 36 xahar mid-data għat-tqegħid fis-suq tal-magni stabbiliti fl-Anness III, fil-każ stabbilit fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 5.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella I-5 Is-subkategoriji tal-kategorija ta’ magni IWP definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Modalità tal-veolċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWP

kollha

varjabbli

37≤P<75

IWP-v-1

Potenza netta massima

75≤P<130

IWP-v-2

130≤P<300

IWP-v-3

300≤P<1000

IWP-v-4

PN ≥ 1000

IWP-v-5

kostanti

37≤P<75

IWP-c-1

Potenza netta kklassifikata

75≤P<130

IWP-c-2

130≤P<300

IWP-c-3

300≤P<1000

IWP-c-4

PN ≥ 1000

IWP-c-5

Emenda

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Modalità tal-veolċità

Spjazzament

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWP

kollha

varjabbli

spjazzament < 0.9

P < 19

IWP-v-1

Potenza netta massima

spjazzament < 0.9

19 ≤ P <37

IWP-v-2

spjazzament < 0.9

37 ≤ P < 75

IWP-v-3

spjazzament < 0.9

75 ≤ P < 600

IWP-v-4

0.9 ≤ spjazzament < 1.2

P ≤ 600

IWP-v-5

1.2 ≤ spjazzament < 3.5

P ≤ 600

IWP-v-6

3.5 ≤ spjazzament < 7.0

P ≤ 600

IWP-v-7

kollha

P > 600

IWP-v-8

Kostanti

spjazzament < 0.9

P < 19

IWP-c-1

Potenza netta kklassifikata

spjazzament < 0.9

19 ≤ P <37

IWP-c-2

spjazzament < 0.9

37 ≤ P < 75

IWP-c-3

spjazzament < 0.9

75 ≤ P < 600

IWP-c-4

0.9 ≤ spjazzament < 1.2

P ≤ 600

IWP-c-5

1.2 ≤ spjazzament < 3.5

P ≤ 600

IWP-c-6

3.5 ≤ spjazzament < 7.0

P ≤ 600

IWP-c-7

kollha

P > 600

IWP-c-8

Emenda    42

Proposta għal regolament

Anness I – Tabella I-6 Is-subkategoriji tal-kategorija ta’ magni IWA definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Modalità tal-veolċità

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWA

kollha

varjabbli

560≤P<1000

IWA-v-1

Potenza netta massima

PN ≥ 1000

IWA-v-2

kostanti

560≤P<1000

IWA-c-1

Potenza netta kklassifikata

PN ≥ 1000

IWA-c-2

Emenda

Kategorija

Tip ta’ ignixin

Modalità tal-veolċità

Spjazzament

Medda tal-potenza (kW)

Subkategorija

Potenza referenzjarja

IWA

kollha

varjabbli

spjazzament < 0.9

P < 19

IWA-v-1

Potenza netta massima

spjazzament < 0.9

19 ≤ P <37

IWA-v-2

spjazzament < 0.9

37 ≤ P < 75

IWA-v-3

spjazzament < 0.9

75 ≤ P < 600

IWA-v-4

0.9 ≤ spjazzament < 1.2

P ≤ 600

IWA-v-5

1.2 ≤ spjazzament < 3.5

P ≤ 600

IWA-v-6

3.5 ≤ disp. ≤ 7.0

P ≤ 600

IWA-v-7

kollha

P > 600

IWA-v-8

Kostanti

spjazzament < 0.9

P < 19

IWA-c-1

Potenza netta kklassifikata

spjazzament < 0.9

19 ≤ P <37

IWA-c-2

spjazzament < 0.9

37 ≤ P < 75

IWA-c-3

spjazzament < 0.9

75 ≤ P < 600

IWA-c-4

0.9 ≤ spjazzament < 1.2

P ≤ 600

IWA-c-5

1.2 ≤ spjazzament < 3.5

P ≤ 600

IWA-c-6

3.5 ≤ spjazzament < 7.0

P ≤ 600

IWA-c-7

kollha

P > 600

IWA-c-8

Emenda    43

Proposta għal regolament

Anness II, Tabella II-5 Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta’ magni IWP definita fil-punt (5) tal-Artikolu 4

_____________

 

(1) 8.0 g/kWh għal ≤ 8 kw

 

 

(2) B’mod fakultattiv, dawn il-kategoriji jistgħu jiġu ċċertifikati għal livell NOx +HC ta’ 5.8 g/kW.hr u livell ta’ 0.2 g/kW.hr

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummisjoni ma tallinjax ma’ xi standard tal-magni tal-baħar internazzjonali u għandha limiti tal-emissjonijiet ibbażati fuq teknoloġija maħsuba biex tintuża fit-triq għall-magni b’daqs tat-trakkijiet. Dawn il-valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet mhumiex applikabbli f’installazzjoni tal-baħar minħabba restrizzjonijiet bid-disinn tas-sistema tat-tkessiħ, limitazzjonijiet fit-temperatura tal-wiċċ u tħassib dwar is-sikurezza. Bl-ispejjeż għalja involuti, ma setax jiġi stabbilit każ validu ta’ negozju għall-iżviluppar ta’ prodotti uniċi bi spiża affordabbli għal din in-niċċa fis-suq tal-UE. Mingħajr prodotti ġodda s-settur se jibqa’ jiddependi fuq li jżomm il-magni eżistenti bl-assoċjati emissjonijiet ogħla. Din l-emenda tallinja mal-valuri tal-limitu tal-magni tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni tar-Regolament tal-Istati Uniti Nru 40CFR1042 dwar il-limiti tal-emissjonijiet fil-baħar li tippermetti magni żviluppati għas-suq tal-Istati Uniti li jkunu fornuti, fejn xorta tipprevedi għal 80 % tnaqqis fl-emissjonijiet tal-limiti tal-emissjonijiet mill-magni attwali tal-propulsjoni tal-passaġġi tal-ilma interni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Anness II, Tabella II-6 Il-limiti tal-emissjonijiet tal-Istadju V għall-kategorija ta’ magni IWA definita fil-punt (6) tal-Artikolu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Medda tal-potenza

Tip ta’ ignixin tal-magna

CO

HC

NOx

Massa ta’ PM

PN

A

 

 

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

 

Stadju V

IWA-v-1 IWA-c-1

560≤P<1000

kollha

3,50

0,19

1,20

0,02

1x1012

6,00

Stadju V

IWA-v-2 IWA-c-2

PN ≥ 1000

kollha

3,50

0,19

0,40

0,01

1x1012

6,00

Emenda

Stadju tal-emissjonijiet

Subkategorija tal-magna

Spjazzament

Medda tal-potenza netta

Tip ta’ ignixin tal-magna

CO

HC

NOx

Massa ta’ PM

A

 

 

(L/cyl)

kW

 

g/kWh

g/kWh

g/kWh

g/kWh

 

Stadju V

IWA-v-1 IWA-c-1

spjazzament < 0.9

P < 19

kollha

6.6(1)

(HC+NOx≤7.5)

0.4

6

 

Stadju V

IWA-v-2 IWA-c-2

spjazzament < 0.9

19 ≤ P <37

kollha

5.5

(HC+NOx≤4.7) (2)

0.3(2)

6

 

Stadju V

IWA-v-3 IWA-c-3

spjazzament < 0.9

37 ≤ P < 75

kollha

5.0

(HC+NOx≤4.7) (2)

0.3(2)

6

 

Stadju V

IWA-v-4 IWA-c-4

spjazzament < 0.9

75 ≤ P < 600

kollha

5.0

(HC+NOx≤5.4)

0.14

6

 

Stadju V

IWA-v-5 IWA-c-5

0.9 ≤ spjazzament < 1.2

P ≤ 600

kollha

5.0

(HC+NOx≤5.4)

0.12

6

 

Stadju V

IWA-v-6 IWA-c-6

1.2 ≤ spjazzament < 3.5

P ≤ 600

kollha

5.0

(HC+NOx≤5.6)

0.10

6

 

Stadju V

IWA-v-7 IWA-c-7

3.5 ≤ spjazzament < 7.0

P ≤ 600

kollha

5.0

(HC+NOx≤5.8)

 0.10

6

 

Stadju V

IWA-v-8 IWA-c-8

kollha

P > 600

kollha

5.0

0.19

1.8

0.045

6

______________

(1) 8.0 g/kWh għal ≤ 8 kw

(2) B’mod fakultattiv, dawn il-kategoriji jistgħu jiġu ċċertifikati għal livell NOx +HC ta’ 5.8 g/kW.hr u livell ta’ 0.2 g/kW.hr

Ġustifikazzjoni

Magni awżiljarji installati għandhom l-istess teknoloġija li tirrestrinġi l-limitazzjonijiet tal-installazzjoni bħala magni tal-propulsjoni. Minħabba f’dan, il-manifatturi tal-magni sostanzjalment jużaw l-istess magna bħall-magna tal-propulsjoni għall-skopijiet awżiljarji u għaldaqstant l-istess valuri ta’ limitu tal-emissjonijiet huma applikabbli. Dan hu rikonoxxut fir-Regolament tal-Istati Uniti Nru 40CFR1042 li japplika l-istess valuri tal-limitu tal-emissjonijiet għall-magni tal-propulsjoni u dawk awżiljarji.

PROĊEDURA

Titolu

Limiti tal-emissjonijiet u approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq

Referenzi

COM(2014)0581 – C8-0168/2014 – 2014/0268(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

il-Kumitat ENVI

12.11.2014

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.11.2014

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Jiří Pospíšil

5.11.2014

Eżami fil-kumitat

24.3.2015

7.5.2015

22.6.2015

 

Data tal-adozzjoni

23.6.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Lara Comi, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Maria Grapini, Sergio Gutiérrez Prieto, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Igor Šoltes, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Mylène Troszczynski, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Kaja Kallas, Emma McClarkin, Adam Szejnfeld, Marc Tarabella, Lambert van Nistelrooij

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Limiti tal-emissjonijiet u approvazzjoni tat-tip għall-magni ta’ kombustjoni interna għall-makkinarju mobbli mhux maħsub biex jintuża fit-triq

Referenzi

COM(2014)0581 – C8-0168/2014 – 2014/0268(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

25.9.2014

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

il-Kumitat ENVI

12.11.2014

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

12.11.2014

 

 

 

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Elisabetta Gardini

10.2.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

26.5.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

15.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

64

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Cristian-Silviu Buşoi, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Karl-Heinz Florenz, Francesc Gambús, Iratxe García Pérez, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Andrzej Grzyb, Jytte Guteland, György Hölvényi, Benedek Jávor, Josu Juaristi Abaunz, Karin Kadenbach, Kateřina Konečná, Giovanni La Via, Peter Liese, Susanne Melior, Massimo Paolucci, Bolesław G. Piecha, Pavel Poc, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Dubravka Šuica, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Jadwiga Wiśniewska, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Nicola Caputo, Elena Gentile, Adam Gierek, Martin Häusling, Krzysztof Hetman, Jan Huitema, Jean-François Jalkh, Mairead McGuinness, James Nicholson, Bart Staes

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, Ashley Fox, Anja Hazekamp, Stefano Maullu

Data tat-tressiq

30.9.2015

(1)

Għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

Avviż legali