Proċedura : 2015/0063(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0294/2015

Testi mressqa :

A8-0294/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 15/12/2015 - 4.18
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0441

RAPPORT     ***I
PDF 593kWORD 92k
14.10.2015
PE 555.006v01-00 A8-0294/2015

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

(COM(2015)0121 – C8-0076/2015 – 2015/0063(COD))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Ole Christensen

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi skema ta' kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

(COM(2015)0121 – C8-0076/2015 – 2015/0063(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0121),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0076/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tas-27 ta' Mejju 2015(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0294/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari billi jinkorpora l-proposta tal-Kummissjoni;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

SFOND

Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku li l-Unjoni Ewropea hija Parti Kontraenti għaliha, għandha l-għan li tiżgura l-konservazzjoni fuq terminu ta' żmien twil u l-utilizzazzjoni ottima tar-riżorsi tas-sajd taż-żona fil-Grigal tal-Atlantiku, billi tipprovdi benefiċċji sostenibbli, ambjentali u soċjali.

Bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni ta' din il-Konvenzjoni u r-rakkomandazzjonijiet adottati mill-Kummissjoni tas-Sajd fil-Grigal tal-Atlantiku (NEAFC), jistgħu jiġu adottati miżuri ta' kontroll u infurzar marbuta mas-sajd.

Ir-Regolament (UE) Nru 1236/2010 jittrasponi fid-dritt tal-Unjoni l-Iskema ta' kontroll u ta' infurzar li ġiet adottata mill-NEAFC.

Fil-Laqgħat Annwali tagħha fl-2012, 2013, 2014 u 2015, l-NEAFC adottat:

-  Ir-Rakkomandazzjoni 15:2013 li temenda l-Iskema, li tirrigwarda l-komunikazzjoni ta' operazzjonijiet ta' trażbord u ta' port ta' żbark;

-  Ir-Rakkomandazzjoni 9:2014 li temenda l-Iskema, li tikkonċerna, rispettivament, id-definizzjonijiet, għadd ta' dispożizzjonijiet applikabbli għall-Kontroll mill-Istat tal-Port ta' bastimenti tas-sajd barranin u tal-proċeduri ta' ksur;

-  Ir-Rakkomandazzjoni 12:2015 li temenda r-Rakkomandazzjoni 9:2014 fir-rigward tal-Artikoli 22 u 23 tal-Iskema dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port ta' bastimenti tas-sajd barranin.

Dawn ir-Rakkomandazzjonijiet ġew adottati fl-NEAFC bl-appoġġ sħiħ tal-UE. Huwa fl-interess tal-UE għalhekk li dawn jiġu introdotti fid-dritt tal-Unjoni permezz tar-Regolament propost.

KONTENUT TAL-PROPOSTA

Il-proposta għandha l-għan li temenda r-Regolament (UE) Nru 1236/2010 sabiex tinkorpora fil-liġi tal-Unjoni l-emendi għall-Iskema kif adottata mir-Rakkomandazzjonijiet tal-NEAFC 15/2013 u 9/2014 kif emendati bir-Rakkomandazzjoni 12/2015 li saru vinkolanti għall-Partijiet Kontraenti għall-NEAFC u konsegwentement għall-UE.

-  Il-bidla ewlenija, imħaddma permezz tar-Rakkomandazzjoni 9/2014, hija l-allinjament tal-Iskema bil-Ftehim tal-FAO dwar Miżuri tal-Istat tal-Port li jimpedixxu, jiskoraġġixxu u jeliminaw l-IUU, approvati mill-UE fl-2011. Il-Partijiet Kontraenti ftiehmu li din ir-Rakkomandazzjoni tidħol fis-seħħ fl-1 ta' Lulju 2015.

-  Il-bidla l-oħra, magħmula permezz tar-Rakkomandazzjoni 15/2013, tiċċara li bastimenti li huma involuti f'operazzjoni ta' trażbord fiż-Żona Regolatorja bħala bastiment riċevitur għandhom jikkomunikaw il-port tal-iżbark irrispettivament minn jekk l-inżul isirx f'port ġewwa jew barra ż-Żona tal-Konvenzjoni.

Ir-Rakkomandazzjoni 12/2015 emendat ir-Rakkomandazzjoni 9/2014 fir-rigward ta' proċeduri ta' notifika dwar il-Kontroll mill-Istat tal-Port tal-bastimenti tas-sajd barranin bil-għan li dawn jiġu adattati għall-bidla minn sistema bbażata fuq il-karti għal applikazzjonijiet moderni tal-ICT imsejsa fuq l-internet, imħaddma mis-Segretarju tal-NEAFC.

IL-POŻIZZJONI TAR-RAPPORTEUR

Ir-rapporteur tiegħek jilqa' t-traspożizzjoni tar-rakkomandazzjonijiet adottati fi ħdan l-NEAFC, fil-liġi tal-UE.

L-emenda prinċipali għar-Regolament 1236/2010 tikkonċerna l-alinjament tas-sistema ta' kontroll tal-Ftehim FAO fuq miżuri li jirrigwardaw kompetenzi tal-istat tal-port sabiex jipprevjeni, jiskoraġġixxi u jelimina sajd IUU. Il-miżuri pprovduti minn din l-emenda jiżguraw konservazzjoni aħjar fit-tul u l-aħjar użu tar-riżorsi tas-sajd fiż-żona tal-Grigal tal-Atlantiku, li jwasslu għal riżultati fit-tul taħt l-aspetti ambjentali u soċjali.

Billi d-dħul fis-seħħ tal-verżjoni emendata tar-rakkomandazzjoni kellu jseħħ sal-1 ta' Lulju 2015, ir-rapporteur tiegħek iddeċieda li ma jipproponix emendi, biex iħaffef kemm jista' jkun il-proċess ta' adozzjoni.

Madankollu, ir-rapporteur tiegħek jixtieq jagħmel żewġ kunsiderazzjonijiet kritiċi kemm minn perspettiva proċedurali kif ukoll minn dak tal-kontenut.

Fir-rigward tal-proċedura, ir-rapporteur tiegħek jisħaq li l-Kummissjoni għandha tendenza, li biż-żmien dejjem qed tiżdied, li tippreżenta liż-żewġ koleġiżlaturi proposti ta' traspożizzjonijiet ta' rakkomandazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet internazzjonali b'termini ta' skadenza tant qosra li jikkumplikaw ix-xogħol leġiżlattiv tal-Parlament u tal-Kunsill, li jridu jikkunsidraw it-termini ta' żmien imposti fuqhom mill-proċeduri interni tagħhom. Dan kollu b'detriment għall-kwalità tal-leġiżlazzjoni.

F'dak li jirrigwarda l-kontenut, il-proposta inkwistjoni tintroduċi miżuri ġodda li diġà għandhom ikunu integrati fir-Regolament Nru 1224/2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta' kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd u Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li fir-rigward tagħhom, il-Parlament qed jistenna mill-Kummissjoni proposti għar-reviżjoni meħtieġa.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni multilaterali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal

Referenzi

COM(2015)0121 – C8-0076/2015 – 2015/0063(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

11.3.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

PECH

25.3.2015

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ole Christensen

22.4.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

3.9.2015

 

 

 

Data tal-adozzjoni

13.10.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Linnéa Engström, João Ferreira, Raymond Finch, Ian Hudghton, Werner Kuhn, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, José Blanco López, Ian Duncan, Francisco José Millán Mon

Data tat-tressiq

14.10.2015

(1)

  ĠU C 332, 8.10.2015, p. 81.

Avviż legali