Proċedura : 2015/2210(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0307/2015

Testi mressqa :

A8-0307/2015

Dibattiti :

PV 28/10/2015 - 14
CRE 28/10/2015 - 14

Votazzjonijiet :

PV 29/10/2015 - 10.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


RAPPORT     
PDF 1028kWORD 327k
20.10.2015
PE 564.958v02-00 A8-0307/2015

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2015

(2015/2210(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Dariusz Rosati

Rapporteurs għall-opinjoni (*):

Jean Arthuis, Kumitat għall-Baġits

Sergio Gutiérrez Prieto, Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

(*) Kumitati assoċjati – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2015

(2015/2210(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), u b’mod partikolari l-Artikoli 121(2) u 136 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-15 ta' Mejju 2015 dwar Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2015 (COM(2015)0251),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew tal-25 u s-26 ta’ Ġunju 2015, (EUCO 22/15),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir 2015(1),

–   wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-28 ta' Novembru 2014 dwar ir-rapport dwar il-Mekkaniżmu ta' Twissija 2015 (COM(2014)0904),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Ħames Presidenti tat-22 ta’ Ġunju 2015 bit-titolu “L-Ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea",

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar "Ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi"(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-1 ta' Diċembru 2011 dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinament tal-Politiki Ekonomiċi(3),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Jannar 2015 bit-titolu 'L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir' (COM(2015)0012),

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2015/1017 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi, iċ-Ċentru Ewropew ta' Konsulenza għall-Investimenti u l-Portal Ewropew ta' Proġetti ta' Investiment u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1291/2013 u (UE) Nru 1316/2013 – il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014 intitolata "Pjan ta' Investiment għall-Ewropa" (COM(2014)0903),

–  wara li kkunsidra l-Green Paper tal-Kummissjoni tat-18 ta’ Frar 2015 bit-titlu “Nibnu Unjoni tas-Swieq Kapitali” (COM(2015)0063),

–  wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta' Ġunju 2015 intitolata "Sistema tat-Taxxa Korporattiva Ġusta u Effiċjenti fl-Unjoni Ewropea: Ħames Oqsma Ewlenin għal Azzjoni" (COM(2015)0302),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta’ Frar 2013 dwar it-titjib tal-aċċess għall-finanzi għall-SMEs(4),

–   wara l kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tat-2 ta' Ottubru 2013 dwar "It-Tisħiħ tad-Dimensjoni Soċjali tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja" (COM(2013)0690),

–   wara li kkunsidra l-Komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni Ewropea tat-3 ta' Marzu 2010 "Ewropa 2020, Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2010)2020), u tat-13 ta' 2014 "Evalwazzjoni tal-istrateġija tal-Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv" (COM(2014)0130),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku u Monetarju u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Baġits, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur, il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0307/2015),

A.  billi t-tbassir ekonomiku tar-Rebbiegħa 2015 jindika rati ta' tkabbir ta' 2.1 % fl-UE u ta' 1.9 % fiż-żona tal-euro għall-2016;

B.  billi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippreżentat mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Novembru 2014 jistabbilixxi tliet pilastri ewlenin għall-2015 (spinta kkoordinata għall-investiment privat, impenn imġedded għar-riformi strutturali u miżuri għar-responsabilità baġitarja) u, għall-ewwel darba, iqiegħed enfasi fuq il-kontribut li l-baġit tal-UE għandu jagħti għat-twettiq ta' dawn l-għanijiet;

C.  billi l-inflazzjoni tal-prezzijiet tal-konsum annwali kemm fl-UE kif ukoll fiż-żona tal-euro mistennija li togħla minn 0.1 % fl-2015 għal 1.1 % fl-2016, iżda dan ma jirriflettix ir-riskju ta' deflazzjoni previst mill-Bank Ċentrali Ewropew;

D.  billi matul l-aħħar sitt xhur, sensiela sħiħa ta' miżuri baġitarji - l-adozzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-bidu tal-programmi operattivi relatati mal-Fond ta’ Koeżjoni, ir-riport għall-2015, l-2016 u l-2017 ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji mill-perjodu 2007-2013 li ma ntużawx fl-2014, kif ukoll id-deċiżjoni li jiżdied il-prefinanzjament tal-Inizjattiva Ewropea għaż-Żgħażagħ - ittieħdu biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir;

E.  billi l-qgħad fl-UE għadu f'livelli għoljin b'mod inaċċettabbli, iżda qed jibda jonqos u huwa mistenni li jinżel għal 9.2 % fl-UE u 10.5 % fiż-żona tal-euro fl-2016;

F.  billi dawn il-miżuri juru l-valur miżjud ipprovdut mill-baġit tal-UE, iżda wkoll jenfasizzaw il-limiti fuq l-azzjoni politika tal-UE imposti minn baġit li ma fihx riżorsi proprji reali, li jammonta għal inqas minn 1 % tal-PDG tal-UE, u huwa limitat b'qafas pluriennali ta' seba' snin;

G.  billi l-prospettiva fiskali fl-UE u fiż-żona tal-euro qed tkompli tittejjeb, b'pożizzjoni fiskali ġeneralment newtrali b'mod aggregat;

1.  Japprezza l-fatt li l-irkupru ekonomiku qed jagħmel passi żgħar 'il quddiem, u l-PDG huwa mistenni li jogħla b'1.9 % fiż-żona tal-euro u bi 2.1 % fl-UE fl-2016; jinnota bi tħassib, madankollu, li l-pedamenti tal-irkupru huma fraġli, minħabba, fost oħrajn, id-dgħufijiet strutturali sottostanti u d-diverġenzi ekonomiċi reġjonali tal-UE, u jwasslu għal tkabbir mhux uniformi u kompetittività internazzjonali baxxa;

2.  Jinnota li l-inizjattivi ta' politika ewlenin, li kienu jinkludu rakkomandazzjonijiet ta' politika, kienu bbażati fuq previżjonijiet ekonomiċi li ma kinux antiċipaw it-tkabbir baxx u l-inflazzjoni esperjenzati bħala konsegwenza tal-miżuri ta' awsterità antiċipati u ssottovalutaw bil-kbir id-daqs tal-multiplikatur fiskali f'kuntest karatterizzat minn taqlib finanzjarju qawwi kif ukoll mill-importanza ta' effetti konsegwenzjali bejn l-Istati Membri, f'perjodu ta' konsolidazzjoni sinkronizzata kombinata mal-impatt deflazzjonarju ta' riformi strutturali kumulattivi u mgħaġġla;

3.  Jilqa' l-attenzjoni mogħtija mill-Kummissjoni fir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż 2015 dwar l-erba' prijoritajiet għat-tkabbir ekonomiku: spinta lill-investiment, implimentazzjoni tar-riformi strutturali fis-swieq tal-prodotti, tas-servizzi u tax-xogħol, responsabilità fiskali u titjib fil-politika tal-impjiegi; jenfasizza l-importanza ta' dawn l-ixpruni tat-tkabbir, anke fil-kuntest li jintlaħqu l-għanijiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020 u l-għan ġenerali li l-UE issir aktar kompetittiva fuq livell globali; jindika li dan irid isir mingħajr ma tiddgħajjef il-protezzjoni tal-impjiegi jew mingħajr ma jiġi mminat il-mudell soċjali Ewropew;

Prospetti u sfidi ekonomiċi għall-UE

4.  Jinnota l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni biex tissimplifika l-proċess tas-Semestru Ewropew, i.e. billi tagħti attenzjoni akbar lil għadd limitat tal-prijoritajiet u l-isfidi l-aktar importanti u tippubblika l-analiżi speċifiċi għall-pajjiż u għaż-żona tal-euro tliet xhur aktar kmieni mis-snin preċedenti; f'dan ir-rigward, b'kunsiderazzjoni tal-kalendarju l-ġdid tas-Semestru Ewropew, jistieden lill-Istati Membri jinvolvu l-parlamenti nazzjonali kif ukoll lill-awtoritajiet lokali u reġjonali u partijiet interessati oħrajn b'mod aktar strutturat; jirrakkomanda li r-riformi strutturali kbar u t-tibdil promoss mis-CSRs għandhom jiġu akkumpanjati minn valutazzjoni tal-impatt soċjali fir-rigward tal-effetti tagħhom, kemm fuq żmien qasir kif ukoll fit-tul;

5.  Jinnota bi tħassib id-diversi livelli ta' impenn murija mill-Istati Membri biex jimplimentaw is-CSRs tas-sena li għaddiet u r-rekord ta' implimentazzjoni ġeneralment ħażin; itenni l-ħtieġa ta' politika kkoordinata fl-Unjoni u jenfasizza l-importanza li jkunu implimentati s-CSRs sabiex tkun żgurata implimentazzjoni konsistenti u ġusta tal-qafas ta' governanza ekonomika fost l-Istati Membri; jenfasizza li l-implimentazzjoni insuffiċjenti tas-CSRs f'xi Stati Membri hija ostaklu għall-ħolqien ta' ambjent li jiffavorixxi t-tkabbir u l-investiment; jistieden lill-Kummissjoni tqis, filwaqt li tieħu nota tar-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar "ir-rieżami tal-qafas ta’ governanza ekonomika: analiżi u sfidi"(5), il-possibilità li tintroduċi mekkaniżmu li jħeġġeġ lill-Istati Membri jimplimentaw is-CSRs, speċjalment fl-oqsma fejn l-effetti konsegwenzjali huma l-aktar konsiderevoli, u tipproponi modi kif jiġi żgurat li r-rakkomandazzjonijiet tas-Semestru Ewropew jiġu implimentati u segwiti b'mod aktar effettiv u konsistenti; jitlob lill-Kummissjoni, f'dan ir-rigward, tippubblika dokument li jipprovdi valutazzjoni komprensiva tal-istat tal-implimentazzjoni tas-CSRs f'kull Stat Membru, kif ukoll jidentifika espliċitament rakkomandazzjonijiet maħsuba sabiex jissodisfaw l-għanijiet nazzjonali aġġornati tal-Ewropa 2020; jirrakkomanda li titwettaq analiżi tar-rilevanza ta' CSRs tal-passat għal Stati Membri differenti, biex jiġi vvalutat fuq bażi ex post, jekk kinux validi f'termini tal-kamp ta' applikazjoni, taż-żmien, tad-dħul u tas-sekwenza tagħhom, kif ukoll tal-impatt soċjali u tat-tnaqqis tad-diverġenzi ekonomiċi bejn ir-reġjuni tal-Unjoni u bejn l-Istati Membri; jinnota l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tmexxi tlieta mill-hekk imsejħa indikaturi awżiljarji attwali għat-tabella ta' valutazzjoni ewlenija;

6.  Jenfasizza li ħafna Stati Membri, partikolarment fiż-żona tal-euro, qed jiffaċċjaw sfidi makroekonomiċi simili, inklużi, l-aktar importanti, rati ta' dejn għoljin (kemm pubbliku kif ukoll privat), nuqqas ta' kompetittività u investiment baxx wisq, u li għaldaqstant jeħtieġ li jkun hemm approċċ ikkoordinat biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet; jenfasizza li l-livelli insostenibbli ta' dejn għandhom effett skoraġġanti fuq l-investiment;

7.  Jiddeplora r-rati persistentement għoljin tal-qgħad madwar il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri, u jinsab imħasseb partikolarment dwar ir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fit-tul; jenfasizza l-ħtieġa ta' żieda fl-investiment flimkien ma' riforma tas-swieq nazzjonali tax-xogħol, u l-importanza li jittieħdu miżuri li jagħtu spinta lill-ekonomija sabiex jiżdiedu r-rati tal-ħolqien tal-impjiegi; kif ukoll li jkun hemm fokus fuq il-ħolqien ta' postijiet tax-xogħol ta' kwalità; jenfasizza b'mod partikulari l-ħtieġa li jitjiebu s-sistemi edukattivi nazzjonali u li jiġu adattati għall-ħtiġijiet ġodda ta' ħiliet u għarfien fis-suq tax-xogħol tal-UE, b'mod partikolari billi jiġi adattat il-mudell ta' taħriġ fuq żewġ binarji li rriżulta partikolarment siewi fil-ġlieda kontra l-qgħad fost iż-żgħażagħ, u bl-inklużjoni tal-intraprenditorjat u l-ħiliet fil-kurrikula skolastiċi; jenfasizza li dan jeħtieġ approċċ speċifiku u azzjonijiet għal xi gruppi tal-popolazzjoni, bħall-persuni aktar żgħażagħ, il-persuni qiegħda b'ħiliet baxxi, il-persuni qiegħda fit-tul, il-persuna qiegħda aktar anzjani u n-nisa, li għadhom iħabbtu wiċċhom ma' limitazzjonijiet fir-rigward tal-parteċipazzjoni sħiħa tagħhom fis-suq tax-xogħol; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li jiġi żgurat li dan l-approċċ fil-prattika ma jammontax sempliċement għal tnaqqis fid-drittijiet tax-xogħol u ta' protezzjoni soċjali, jew għall-promozzjoni ta' forom prekarji ta' impjieg; jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sistemi tal-mekkaniżmi tad-dħul minimu għall-persuni qiegħda fl-Istati Membri;

8.  Jilqa' d-dħul fis-seħħ tar-regolament dwar il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), bil-għan li jsaħħaħ l-investiment privat u pubbliku, fost l-oħrajn permezz tal-Banek Promozzjonali Nazzjonali fl-UE, bħala pass fid-direzzjoni t-tajba, u jitlob biex il-partijiet ikkonċernati u l-istituzzjonijiet kollha jiżguraw l-implimentazzoni rapida u effettiva tiegħu, sabiex ikun issimplifikat l-aċċess tal-impriżi u partikolarment tal-SMEs, għall-finanzjament; huwa tal-fehma li wieħed mill-għanijiet prinċipali ta’ proġetti li jirċievu sostenn mill-FEIS għandu jkun il-ħolqien ta’ impjiegi deċenti li jwassal għal impjieg ta’ kwalità u l-kisba ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; jinnota l-ħtieġa, fejn hu possibbli, li jitħeġġeġ l-investiment soċjali bil-għan li jiġi promoss impatt soċjali pożittiv u li jitnaqqsu l-inugwaljanzi billi, fost l-oħrajn, jittejbu s-servizzi pubbliċi u jiġi appoġġjat il-ħolqien ta’ impjiegi għall-kategoriji ta’ persuni żvantaġġati; jistieden lill-Istati Membri jinvolvu mill-qrib lill-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom fil-promozzjoni ta' sensiela ta' proġetti u pjattaformi ta' investiment; iqis li huwa essenzjali li dan il-pjan ikollu suċċess u, għalhekk, se jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu mill-qrib, b’mod partikolari kwalunkwe tentattiv sabiex l-infiq tal-investiment u d-dejn pubbliku jiġu ttrasferiti mill-karti tal-bilanċ tal-Istati Membri; jenfasizza r-rwol li kellu l-Parlament biex jimminimizza r-riallokazzjoni minn Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa fil-kuntest tal-FEIS; itenni l-impenn tiegħu li jnaqqas it-tnaqqis matul il-proċedura baġitarja annwali;

9.  Jinnota li, f'xi Stati Membri, hemm bżonn konsolidazzjoni fiskali li tiffavorixxi t-tkabbir, li twassal għall-ħolqien ta' impjiegi, tkabbir sostenibbli u livelli ta' dejn aktar baxxi, sabiex jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST); jieħu nota tal-komunikazzjoni interpretattiva tal-Kummissjoni dwar il-flessibbiltà tal-PST, bil-għan li tiċċara l-ambitu tal-klawsola ta' investiment u tippermetti livell ta' flessibbiltà temporanja fil-parti preventiva tal-PST;

10.  Jinsab imħasseb dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi persistenti f'uħud mill-Istati Membri, partikolarment il-livelli għolja ta' dejn pubbliku u privat u d-distakki kbar fil-kontijiet kurrenti, kif ukoll ir-riskji eċċessivi fis-settur finanzjarju u, aktar preċiż, fis-sistemi bankarji, mhux l-inqas dawk li joriġinaw minn istituzzjonijiet li huma kbar wisq biex ifallu; jenfasizza li ċ-ċirku vizzjuż bejn l-entitajiet sovrani u l-banek għadu ma ġiex solvut u għadu jikkostitwixxi theddid għall-istabbiltà finanzjarja u fiskali; jinnota li l-bilanċi pożittivi fil-kontijiet kurrenti jippreżentaw riskji differenti mid-defiċits, u jenfasizza d-diverġenzi ekonomiċi li qed jiżdiedu fi ħdan l-Unjoni u ż-żona tal-euro, li qed jheddu l-koerenza tal-politiki settorjali Ewropej;

11.  Ifakkar li l-faqar u ż-żieda fl-inugwaljanza fid-dħul jikkostitwixxu theddida għat-tkabbir u s-sostenibbiltà tiegħu; jistieden lill-Kummissjoni tikkoordina u tappoġġja lill-Isttai Membri fl-azzjonijiet tagħhom biex jiġġielduhom billi tiffaċilita l-iskambju tal-aħjar prattika u l-ġbir ta' data preċiża; iqis li dawn ir-responsabbiltajiet għandhom ikunu parti b'mod espliċitu mis-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika;

CSRs - prijoritajiet u objettivi

12.  Jenfasizza l-importanza ta' aċċess għall-finanzi għall-intrapriżi, partikolarment għal intrapriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li jikkostitwixxu s-sinsla tal-ekonomija tal-UE; jinnota l-politika monetarja akkomodanti li għandha l-għan li tħeġġeġ l-investiment, u jappella għall-implimentazzjoni b'ħeffa tal-miżuri riċenti, bħall-Pjan ta' Investiment għall-Ewropa; jinnota, f'dan il-kuntest, li r-rati baxxi attwali ta' interessi ma kinux biżżejjed biex jagħtu spinta lill-investiment fil-volum meħtieġ; jilqa', fl-istess ħin, l-iffaċilitar gradwali tal-istandards tal-kreditu fuq is-self lill-impriżi fl-ewwel nofs tal-2015 u l-ewwel sinjali ta' rkupru fl-investiment privat; jenfasizza l-potenzjal tal-proġett tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali biex jiġu indirizzati dawn il-kwistjonijiet u jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra kif xieraq il-ħtiġijiet tal-SMEs fid-disinn tal-Unjoni tas-Swieq Kapitali tal-futur; jistieden lill-Kummissjoni twettaq studji biex tistabbilixxi kif il-prattiki regolatorji introdotti b'mod korrett bħala parti mill-proċess tal-Unjoni Bankarja affettwaw l-aċċess tal-SMEs għall-finanzi bankarji u, jekk ikun meħtieġ, tikkoreġi l-azzjonijiet ikkonċernati;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitjieb l-ambjent tan-negozju tal-UE kif ukoll li jogħlew il-livelli tal-produttività, permezz ta' taħlita bilanċjata ta' edukazzjoni pubblika u privata u ta' politiki ta' innovazzjoni; jenfasizza li s-suq uniku tal-UE għadu fframmentat u li l-ekonomija tal-Unjoni qed issofri minn nuqqas ta' innovazzjoni, meta l-innovazzjoni hija ta' importanza ewlenija għat-tkabbir u l-produttività u li, għaldaqstant, it-trawwim tagħha huwa kruċjali sabiex titjieb il-kompetittività internazzjonali tal-UE; jieħu nota, f'dan il-kuntest, tal-proposta fir-Rapport tal-Ħames Presidenti; ifakkar l-importanza ta' regolamentazzjoni tajba tan-negozju għas-suċċess tal-FEIS; jitlob, għalhekk, li jiġi żviluppat suq tal-kapital, li jitneħħew l-ostakli amministrattivi (fejn dan ma jimminax il-protezzjoni essenzjali għall-ħaddiema u l-konsumaturi), li tinqata' l-burokrazija, li tissaħħaħ il-kwalità u l-effiċjenza tas-sistemi ġudizzjarji tal-Istati Membri, li tittieħed azzjoni kontra l-evitar tat-taxxa, l-evażjoni tat-taxxa u r-rifuġji fiskali, u li jiġu riformati s-sistemi fiskali u legali tal-Istati Membri; jenfasizza l-importanza li jiġu evitati politiki ta' mudell "wieħed tajjeb għal kulħadd"; jenfasizza li t-titjib kwalitattiv tal-kapaċità amministrattiva fil-livelli kollha ta' gvern hija prijorità ewlenija f'bosta Stati Membri; ifakkar fil-ħtieġa li tiġi indirizzata l-problema tax-xogħol mhux iddikjarat, li jagħmel ħsara lill-ekonomija tal-UE u li jwassal għal kompetizzjoni inġusta u tgħawwiġ tas-suq, li jwassal għal nuqqas li qed jiżdied ta' ħarsien soċjali u tal-impjiegi għall-ħaddiema; jitlob għalhekk id-dħul fis-seħħ b'ħeffa ta’ Pjattaforma Ewropea kontra x-xogħol mhux iddikjarat;

14.  Jaqbel mal-Kummissjoni li ħafna Stati Membri jeħtieġ li jkunu aktar ambizzjużi meta jimplimentaw riformi strutturali soċjalment sostenibbli u meta jneħħu l-ostakoli sabiex itejbu l-kompetittività u l-effiċjenza fis-swieq tal-prodotti u tas-servizzi tagħhom, filwaqt li jitqies l-impatt fuq l-impjiegi ta' dawn ir-riformi; jilqa', f'dan il-kuntest, il-komunikazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar il-pjan direzzjonali għall-ikkompletar tas-Suq Uniku Diġitali, inkluż il-bini ta' qafas komprensiv li jippermetti lill-kumpaniji jżidu l-investiment fit-teknoloġiji l-ġodda, kif ukoll il-komunikazzjoni dwar il-pjan direzzjonali għall-Unjoni tal-Enerġija; jenfasizza li s-CSRs u r-rapporti tal-pajjiżi sikwit jindirizzaw kwistjonijiet marbuta mad-differenzi territorjali f'termini kemm tar-rendiment ekonomiku kif ukoll tal-kapaċità amministrattiva, u jenfasizza li l-objettivi politiċi għandhom jikkunsidraw b'mod sistematiku dawn id-differenzi; ifakkar li r-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti normalment ikollhom rati ta' qgħad ogħla u anqas tkabbir ekonomiku; iqis għalhekk li jinħtieġ investiment biex jittejjeb il-potenzjal ta’ tkabbir tagħhom u sabiex jattira lin-nies biex imorru jgħixu fihom, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Istati Membri jadattaw il-finanzi pubbliċi tagħhom billi jwettqu politika kontroċiklika meta meħtieġ u billi jagħmlu użu sħiħ tal-klawsoli ta' flessibbiltà eżistenti previsti fil-leġiżlazzjoni, filwaqt li fl-istess ħin jirrispettaw ir-regoli tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir (PST); jenfasizza l-importanza ta' politika kontroċiklika li tinvolvi flessibbiltà fi ħdan il-marġni miftiehma fil-PST fi żminijiet ta' tnaqqis fir-ritmu ekonomiku kif ukoll bilanċi baġitarji favorevoli fi żminijiet ta' rkupru ekonomiku; iqis li l-Istati Membri b'livelli għolja ta' dejn partikolarment għandhom ikomplu b'konsolidazzjoni fiskali li tkun tiffavorixxi t-tkabbir u b'mod urġenti jimplimentaw ir-riformi strutturali rakkomandati, b'kont meħud tal-aspetti soċjali, filwaqt li dawk li għandhom spazju fiskali akbar għandhom jagħmlu użu minnu biex jaċċelleraw l-investiment, inaqqsu d-dejn nazzjonali eżistenti u jnaqqsu l-piż fiskali;

Rakkomandazzjonijiet

16.  Jilqa' l-fatt li l-għadd ta' Stati Membri suġġetti għall-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (PDE) naqas minn 11 fl-2014 għal 9 fl-2015; jinnota, madankollu, li l-għadd għadu għoli wisq, u jtenni t-talba tiegħu sabiex is-CSRs, fejn relevanti, ikunu allinjati aħjar mar-rakkomandazzjonijiet tal-PDE sabiex tiġi żgurata konsistenza bejn is-sorveljanza tal-pożizzjoni fiskali u l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-iskambju tal-aħjar prattiki u l-ġbir ta’ data preċiża fost l-Istati Membri; jenfasizza l-ħtieġa li tiżdied, b'mod ugwali għall-Istati Membri kollha, it-trasparenza fl-applikazzjoni tal-proċeduri PST u MIP, inklużi s-CSRs, u b'hekk jiġi żgurat it-trattament ugwali għall-Istati Membri kollha;

17.  Jenfasizza r-rwol tas-swieq flessibbli tax-xogħol fil-ġlieda kontra l-qgħad filwaqt li jinżammu l-ħaddiema ta' kwalità u bla ma jiġi ppreġudikat id-dritt fundamentali tal-ħaddiema għal impjieg sikur u mħallas b'mod adegwat fl-UE; jinnota, b'mod partikolari, l-impatt negattiv fuq ir-rati tal-ħolqien tal-impjiegi ta', pereżempju, il-livelli tal-pagi mhux allinjati mal-iżviluppi fil-produttività u tal-abbużi li jinvolvu l-evażjoni tar-regolamenti tas-suq tax-xogħol billi sikwit wisq jiġu offruti kuntratti tal-liġi ċivili minflok kuntratti ta' impjieg; jappella sabiex issir bidla minn taxxi fuq ix-xogħol għal sorsi oħra ta' tassazzjoni, kif ukoll għal pjan reali kontra l-qgħad mingħajr ma dan iwassal għal tnaqqis fl-istandards tal-kwalità; jappella, f'dan ir-rigward, għal swieq tax-xogħol aktar ġusti li jiżguraw il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fl-Ewropa u politiki ta’ ridistribuzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Istati Membri individwali, sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-produttività kif ukoll biex tiġi ffaċilitata konverġenza ekonomika u soċjali 'l fuq akbar;

18.  Jiddeplora l-fatt li s-CSRs ibatu minn nuqqas ta' sjieda fil-livell nazzjonali, li jagħmilha diffiċli li jiġu kkoordinati politiki ekonomiċi nazzjonali demokratikament leġittimi mar-rakkomandazzjonijiet Ewropej, kif ukoll minn mekkaniżmu ta' responsabilità demokratika insuffiċjenti; jappella, f'dan il-kuntest, għal rwol akbar għall-parlamenti nazzjonali u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, kif ukoll għall-partijiet ikkonċernati nazzjonali u Ewropej rilevanti, bħar-rappreżentanti tas-soċjetà ċivili, fit-tħejjija u t-tfassil tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR); jilqa' l-kooperazzjoni eżistenti, u jappella għal kooperazzjoni aktar ambizzjuża bejn il-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew fid-diskussjoni dwar is-CSRs, l-iskambju tal-aħjar prattiki u t-titjib tal-proċess tas-Semestru Ewropew; jenfasizza li l-implimentazzjoni tas-CSRs f'termini politiċi, ġuridiċi u ekonomiċi tista' tissaħħaħ permezz ta' kooperazzjoni trasparenti bejn il-Kummissjoni u l-Istat Membru kkonċernat, li għandha tibda waqt il-fażi preparatorja tal-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir u għandha tkompli sakemm ir-rakkomandazzjonijiet għal pajjiżi speċifiċi jiġu approvati b'mod uffiċjali; jenfasizza li sjieda akbar, trasparenza akbar u r-responsabilità demokratika huma fatturi kruċjali għall-aċċettazzjoni u l-implimentazzjoni b'suċċess tas-CSRs u, fuq terminu aktar fit-tul, biex l-istrateġija Ewropa 2020 tkun suċċess;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni tkompli tissimplifika s-Semestru Ewropew u l-kalendarju attwali tiegħu sabiex jiġi armonizzat l-impatt reċiproku tad-dokumenti nazzjonali (PNR u Programmi ta' Konverġenza/Stabbiltà) u dokumenti mħejjija mill-Kummissjoni (CSRs u rapporti tal-pajjiż), sabiex tissaħħaħ is-sinerġija u tiġi faċilitata l-koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali filwaqt li ma jiġux injorati l-għanijiet oriġinali ffissati minn Stat Membru; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill iwettqu titjib metodoloġiku għall-proċeduri sottostanti tas-Semestru u jagħtu biżżejjed attenzjoni lill-indikaturi soċjali u tal-impjiegi fis-Semestru Ewropew, kif ukoll biex jiddiskutu l-firxa sħiħa tal-għażliet ta' politika disponibbli sabiex inaqqsu l-effetti tal-politiki ta' aġġustament fiskali fuq gruppi soċjali ekonomikament aktar dgħajfa; jitlob li l-analiżi sottostanti kollha rigward l-implimentazzjoni tal-PST u l-MIP issir pubblika; jieħu nota tas-sejħa sabiex is-soluzzjonijiet intergovernattivi bħat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza jingħataw leġittimità demokratika sħiħa billi jiġu integrati fil-liġi primarja tal-UE;

20.  Jenfasizza l-impatt negattiv ta' livelli għoljin ta' dejn u ta' ambjent ta' investiment baxx fuq it-tkabbir ekonomiku fl-UE; jistieden lill-Kummissjoni sabiex, b'kont meħud tal-prinċipju ta' responsabilità u filwaqt li tqis l-aspetti soċjali, tesplora modi innovattivi biex tħaffef u ttaffi l-impatt negattiv tat-tneħħija tad-dejn fis-setturi bankarji, privati u pubbliċi; jistieden, f'dan ir-rigward, lill-Istati Membri jittrasponu b'ħeffa d-Direttiva dwar l-Irkupru u r-Riżoluzzjoni tal-Banek; jappella għall-istabbiliment ta' garanzija ta' kontinġenza fiskali xierqa sabiex jiġu żgurati l-finanzjament adegwat tal-Fond Uniku ta' Riżoluzzjoni, u l-kredibilità tiegħu;

21.  Jenfasizza l-impatt distruttiv ta' munita sopravvalutata fuq l-esportazzjonijiet, il-produzzjoni, l-impjieg, il-pagi, l-introjti, id-dħul tal-gvernijiet u s-sistemi ta' sigurtà soċjali; jistieden lill-Kummissjoni tesplora modi innovattivi biex tnaqqas il-ħtieġa ta' żvalutazzjoni interna li tikkawża tbatija;

22.  Jenfasizza li unjoni monetarja - f'żona monetarja li bl-ebda mod ma hija ottimali - neċessarjament tħalli wħud mill-membri tagħha maqbudin b'munita li hija sopravvalutata meta mqabbla ma' membri oħrajn fl-unjoni monetarja; jiddeplora l-fatt li ma jeżisti l-ebda rimedju faċli għall-membri żvantaġġati tal-unjoni monetarja u jfakkar li żvalutazzjoni interna timplika sagrifiċċji kbar u dejjiema għall-abitanti ta' dawk l-Istati Membri;

23.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' analiżi indipendenti tal-perspettivi ekonomiċi tal-Istati Membri fil-livell tal-UE; f'dan il-kuntest iħeġġeġ l-iżvilupp ulterjuri tal-Unità tal-Analist Prinċipali tal-Ekonomija tal-Kummissjoni bil-għan li tipprovdi analiżi oġġettiva, indipendenti u trasparenti tad-data rilevanti, li għandha tiġi ppubblikata u għandha sservi bħala bażi għal dibattitu infurmat tajjeb u għat-teħid tad-deċiżjonijiet fil-Kummissjoni, fil-Kunsill u fil-Parlament; jitlob li l-Unità tal-Analist Prinċipali tal-Ekonomija tingħata d-dokumenti kollha rilevanti fil-ħin biex tkun tista' twettaq il-kompiti tagħha; jenfasizza r-rwol utli tal-kunsilli fiskali nazzjonali kemm fil-livell nazzjonali kif ukoll f'dak tal-UE, u jħeġġeġ it-twaqqif ta' netwerk Ewropew ta' kunsilli fiskali nazzjonali indipendenti;

24.  Ifakkar li governanza ekonomika aħjar fiż-żona tal-euro hija kruċjali u li, skont ir-Rapport tal-Ħames Presidenti, "UEM kompluta mhijiex fini fiha nfisha"; jenfasizza, f'dan ir-rigward, li l-Istati Membri kollha għandhom ikunu involuti f'kull stadju tal-ikkompletar tal-UEM, sabiex b'hekk il-ftuħ u t-trasparenza tal-proċess ta' riforma tal-UEM jiġu ggarantiti; jilqa', f'dan ir-rigward, ir-Rapport tal-Ħames Presidenti u l-fatt li l-pjan direzzjonali lejn "Semestru Ewropew aktar integrat" huwa waħda mill-partijiet ewlenin ta' dak id-dokument; jirrikonoxxi li ż-żieda fl-interdipendenza bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro teħtieġ aktar koordinazzjoni tal-politiki nazzjonali;

25.  Jirrimarka li l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) wissew dwar il-problemi, kemm soċjali (il-faqar fost dawk li jaħdmu) kif ukoll ekonomiċi (tnaqqis fid-domanda interna), relatati mal-iżvalutazzjoni tal-pagi li seħħet f'dawn l-aħħar snin; jenfasizza f’dan ir-rigward li politika ta’ paga adegwata hija essenzjali għaż-żamma tad-domanda interna, u li ż-żidiet fil-pagi għandhom għalhekk jiġu adattati aħjar għall-bidliet fil-produttività; isostni l-ħtieġa li tiġi enfasizzata l-importanza li jiżdiedu l-pagi, speċjalment fil-pajjiżi fejn il-pagi huma taħt il-livell tal-faqar, iżda jemmen li dan għandu jsir mingħajr ma jiġi mminat il-prinċipju tas-sussidjarjetà; ifakkar li l-pagi minimi jvarjaw sostanzjalment bejn l-Istati Membri, u jtenni t-talba tiegħu għal studju dwar din il-kwistjoni; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu pagi minimi skont il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali; jappella għal strateġija komprensiva għall-ġlieda kontra l-faqar ibbażata, fost l-oħrajn, fuq l-aċċess għal impjiegi deċenti li jwasslu għal impjieg u servizzi ta’ kwalità; jiġbed l-attenzjoni għar-rwol tal-edukazzjoni u, għaldaqstant, l-impjegabilità, bħala waħda mill-aqwa għodod għall-ġlieda kontra l-faqar;

26.  Ifakkar fil-ħtieġa li jiġi appoġġjat l-investiment f'intervent u prevenzjoni bikrin u f'servizzi ta' kwalità għolja, aċċessibbli u inklużivi, inkluż fl-edukazzjoni minn età bikrija, fil-familja u fl-appoġġ komunitarju, fis-servizzi soċjali u f'sistemi sostenibbli tal-kura tas-saħħa; jenfasizza l-fatt li ż-żieda fid-domanda għal servizzi tista' twassal ukoll għall-ħolqien ta' impjiegi importanti fis-settur soċjali, jekk jiġu indirizzati b'mod effettiv, u li s-setturi tas-saħħa u l-kura soċjali jirrappreżentaw oqsma kruċjali għal investiment fl-insegwiment ta' ekonomiji sostenibbli;

27.  Iqis li, fil-kuntest tad-diversi rakkomandazzjonijiet dwar ir-riforma fil-pensjonijiet imressqa mill-Kummissjoni, ir-rabta bejn l-età tal-irtirar u l-istennija tal-għomor mhijiex l-uniku mod biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ u sfidi demografiċi oħrajn li qed tħabbat wiċċha magħhom l-Ewropa, u li r-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom ukoll jirriflettu, inter alia, ix-xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rati tat-twelid, is-sitwazzjoni demografika, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon tad-dipendenza fuq l-ekonomija, filwaqt li jkun hemm l-objettiv li jiġi żgurat dħul diċenti wara l-irtirar li tal-anqas ikun ogħla mil-livelli tal-faqar; ifakkar li l-aħjar mod li bih tista' tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ huwa li tiżdied ir-rata ġenerali tal-impjieg; jieħu nota, fil-kuntest tal-popolazzjonijiet li qed jixjieħu, tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni li s-sistemi tal-kura tas-saħħa jiġu riformati sabiex dawn jissodisfaw l-objettivi tagħhom li jipprovdu aċċess universali għall-kura ta' kwalità għolja – inkluż l-aċċess affordabbli għal mediċini, speċjalment dawk li jsalvaw il-ħajja – u li jiġi żgurat ir-rispett tad-drittijiet tal-persunal tas-settur tas-saħħa;

28.  Jitlob li s-CSRs jinkludu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni(6) dwar ir-ristrutturar preventiv ta’ negozji f’riskju ta’ insolvenza u kwittanza ta’ dejn ta’ imprendituri falluti, kemm jekk persuni fiżiċi jew ġuridiċi, bil-għan li jinħoloq it-tieni ċans għall-intrapriżi; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltà li dawn il-programmi jiġu estiżi għall-familji fir-riskju ta' żgumbrament sabiex tiġi żgurata koeżjoni soċjali akbar billi jitnaqqas ir-riskju li persuni jispiċċaw mingħajr dar; jinnota ż-żieda rapida fil-forom estremi ta' faqar bħall-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar f'bosta Stati Membri; jitlob li s-CSRs jiġu indirizzati lill-Istati Membri kollha dwar strateġiji ta' inklużjoni soċjali, inkluż dwar il-ġlieda kontra forom estremi ta' faqar, bħall-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar; jappella għal titjib fl-iskambju transnazzjonali tal-aħjar prattiki li jikkonċernaw il-ġlieda kontra l-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar u t-tagħlim reċiproku u jirrikonoxxi r-rwol tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) f'dan il-kuntest;

29.  Itenni l-bżonn ta' sistema ġdida tar-riżorsi proprji li twitti t-triq għal bidla ġenwina fl-arranġamenti tal-iffinanzjar tal-UE li ma żżidx il-piż tat-taxxi fuq iċ-ċittadini tal-UE, u li toħloq rabta reali bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet Ewropej; jinsab ħerqan, f'dan is-sens, li janalizza u jiddiskuti l-proposti li se jressaq is-sena d-dieħla l-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

Il-kontributi settorjali lis-Semestru Ewropew 2015

Politiki baġitarji

30.  Jirrimarka li l-pubblikazzjoni - fir-Rebbiegħa 2017 - ta’ White Paper dwar mekkaniżmu ta' stabilità baġitarja għaż-żona tal-euro, tikkoinċidi mar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-QFP; itenni, f’dan ir-rigward, it-talba tiegħu li kwalunkwe finanzjament jew strument addizzjonali għandu jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll baġitarju tal-Parlament u għandu jkun iffinanzjat lil hinn mil-limitu massimu tal-QFP għall-2014-2020;

31.  Ifakkar li n-nuqqas ta' pagamenti, l-aktar minħabba limiti massimi ta' pagament insuffiċjenti u sottobbaġitjar, għadu akut fl-2015; jibża' li dan se jkompli jfixkel l-implimentazzjoni kif suppost tal-programmi ġodda tal-QFP 2014-2020 u se jippenalizza lill-benefiċjarji, b'mod speċjali lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, li qed jiffaċċjaw restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali;

Il-politiki soċjali u tal-impjieg

32.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa li wieħed jimxi ‘l quddiem b'riformi tax-xogħol ġodda, u jitlob li dawk ir-riformi, jekk jitwettqu, jiggarantixxu ħarsien soċjali u djalogu soċjali (skont il-prattiki nazzjonali) u jiżguraw il-kunsens politiku meħtieġ biex ikunu sostenibbli u effikaċi; iqis li r-riformi tax-xogħol għandhom jilħqu l-bilanċ meħtieġ bejn il-flessibiltà u s-sigurtà kemm għall-impjegati kif ukoll għall-impjegaturi, u m’għandhomx iwasslu, pereżempju, għall-esklużjoni ta’ ħaddiema min-negozjar kollettiv, rati ta’ produttività aktar baxxa jew livelli aktar baxxi ta’ impjiegi; jappella għal riformi tax-xogħol ambizzjużi fl-Istati Membri fejn dawn għadhom meħtieġa, filwaqt li jittieħed vantaġġ tal-fatt li issa lħaqna punt kruċjali fiċ-ċiklu; jemmen li dawn ir-riformi għandhom ikunu kapaċi jnaqqsu l-frammentazzjoni, iħeġġu l-ħolqien tal-impjiegi, inaqqsu l-insigurtà u jiġġieldu l-faqar, sabiex jiżdiedu l-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija tagħna, filwaqt li jiġu żgurati aktar impjiegi u pagi deċenti permezz ta’ investiment fil-kapital uman; jenfasizza li riformi strutturali oħra bħar-riindustrijalizzazzjoni huma importanti wkoll sabiex jiġi stabbilit suq tax-xogħol sostenibbli;

33.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, fil-gwida ta’ politika tagħha, ir-riformi tas-suq tax-xogħol ikunu mmirati lejn, fost l-oħrajn, it-tnaqqis tas-segmentazzjoni, l-iżgurar ta’ antiċipazzjoni aħjar u t-tqabbil ta’ ħiliet u impjiegi, l-avvanz tal-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli, it-tnaqqis tal-faqar fost dawk li jaħdmu, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema b’kuntratti atipiċi u l-għoti ta' iżjed protezzjoni soċjali għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom;

34.  Jirrikonoxxi li l-iffissar ta’ pagi minimi huwa kompetenza tal-Istati Membri li għandha tiġi rispettata skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

35.  Jinnota li xi riformi tax-xogħol introduċew xi formuli kuntrattwali ġodda u li, skont il-Kummissjoni, xi wħud minnhom żiedu l-prekarjetà fis-swieq tax-xogħol, li f’bosta każijiet jeżiġu flessibbiltà inġusta min-naħa tal-ġenerazzjonijiet iktar żagħżugħa; jinnota bi tħassib iċ-ċifri minn xi Stati Membri li għandhom rati ta’ impjieg temporanju ta' aktar minn 90 % għal kuntratti ġodda, li jaffettwaw b’mod partikolari liż-żgħażagħ u n-nisa, u li, skont l-OECD(7), hija waħda mill-kawżi diretti li jżidu l-inugwaljanza, għalkemm, f’xi okkażjonijiet, tali arranġamenti ta’ impjieg huma speċifikament mitluba mill-ħaddiema bil-għan li jkollhom bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jew dħul addizzjonali; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu sinerġiji bejn il-politiki nazzjonali u l-politika ta' koeżjoni Ewropea biex jissaħħu l-effetti fuq dawn il-gruppi ta' prijorità; iqajjem tħassib partikolari dwar l-espansjoni tal-“kuntratti ta' sigħat żero”; jemmen li t-tipi kollha ta' arranġamenti kuntrattwali għandhom jagħtu lill-ħaddiema aċċess għal sett ewlieni ta' drittijiet u protezzjoni soċjali adegwata;

36.  Jinnota li r-rati għoljin ta' qgħad fit-tul fl-Unjoni, speċjalment f'xi Stati Membri, qed iwasslu għal numru dejjem akbar ta' ħaddiema li jitilfu l-benefiċċji tagħhom qabel ma jsibu impjieg ġdid; jinnota li xi Stati Membri llimitaw l-aċċess għal dawn il-benefiċċji jew naqqsu l-ammont disponibbli u/jew il-perjodu ta' eliġibbiltà għalihom; jistieden lill-Istati Membri, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, biex iżommu bilanċ bejn protezzjoni soċjali adegwata u inċentivi adegwati għal tiftix attiv tax-xogħol li jipprovdu appoġġ personalizzat mingħajr kundizzjonalità punittiva li tipperikola d-drittijiet soċjali; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri ta’ attivazzjoni b'saħħithom sabiex jinkisbu riżultati aktar effettivi; jirrikonoxxi li t-titjib tal-politika dwar l-impjiegi u tal-ħarsien soċjali bil-għan tal-attivazzjoni tal-appoġġ u l-protezzjoni tal-persuni, biex b'hekk tiġi żgurata koeżjoni soċjali aktar b'saħħitha, jikkostitwixxi komponent ewlieni ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli; jitlob li jitwettaq studju speċifiku dwar inċentivi bħal dawn fil-livell tal-UE, u jistieden lill-Istati Membri jintroduċu, skont prattiki nazzjonali, skemi ta’ dħul minimu mmirati lejn l-indirizzar ta' każijiet ta' esklużjoni soċjali u l-iżgurar ta' dħul minimu għall-unitajiet domestiċi;

37.  Jilqa’ t-tnaqqis fir-rati tal-qgħad fost iż-żgħażagħ, imma jinnota li xorta għadhom f’livelli allarmanti f’bosta Stati Membri u reġjuni, u mhux neċessarjament jirriflettu l-ħolqien nett ta’ impjiegi; jenfasizza li n-nuqqas ta’ sigurtà fl-impjiegi u s-sottoimpjieg żdiedu wkoll, u li fl-2014, 43 % taż-żgħażagħ kellhom impjieg temporanju, filwaqt li 32 % kellhom impjieg part-time; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrilaxxa EUR 1 biljun bħala finanzjament bil-quddiem għall-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri jużaw il-fondi disponibbli kollha malajr u b’mod effiċjenti biex jimplimentaw l-Inizjattiva għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ bi standards minimi ta’ kwalità; jitlob, barra minn hekk, biex dawn il-fondi jiġu mmonitorjati kontinwament u bir-reqqa biex ikun żgurat li jgħinu liż-żgħażagħ jiksbu parteċipazzjoni fuq medda twila ta’ żmien fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri jagħtu prijorità lit-tagħlim tal-lingwi u biex jiffaċilitaw il-mobilità permezz ta’ programmi bħal ERASMUS+ jew ERASMUS għal Imprendituri Żgħażagħ kif ukoll biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-impjiegi EURES; jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu promossi u mħeġġa l-apprendistati bħala mezz biex iż-żgħażagħ jiksbu l-kwalifiki professjonali li jippermettulhom jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;

38.  Jinnota li s’issa teżisti differenza sinifikanti bejn is-suċċess tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bejn l-Istati Membri; jinnota li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol stmat li s-soluzzjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni teħtieġ baġit ta' EUR 21 biljun u li l-impenn finanzjarju attwali tal-Kummissjoni huwa totalment inadegwat u jeħtieġ li jiżdied biex jilħaq livell suffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi taż-żgħażagħ biex tipproponi standards minimi u l-aqwa prattiki fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

39.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw id-dumping tal-pagi u dak soċjali fl-Unjoni, billi dan qed joħloq ħsara serja lill-ħaddiema affettwati u lis-sistemi ta' ħarsien soċjali fl-Istati Membri; jitlob ukoll li s-sħab soċjali jiġu involuti f'dawn l-isforzi fil-livelli kollha;

40.  Jenfasizza l-fatt li l-insigurtà fil-qasam tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ taffettwa b'mod negattiv id-deċiżjonijiet dwar li wieħed ikollu t-tfal u, b'riżultat ta' dan, qed jiġu influwenzati b'mod negattiv il-prospetti demografiċi tal-Istati Membri;

41.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-indirizzar tal-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol billi tiġi indirizzata s-segregazzjoni fis-suq tax-xogħol, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-distribuzzjoni mhux ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura; jenfasizza li jinħtieġ approċċ usa' dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi lil hinn mir-rati tal-impjieg;

42.  Jenfasizza li l-impjieg huwa l-aħjar mod biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u li l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq il-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ u dawk qiegħda fit-tul;

Is-Suq Intern

43.  Jilqa' l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni li tissimplifika l-proċess tas-Semestru Ewropew; japprezza, f'dan il-kuntest, il-ħidma tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta' CSRs relatati mas-suq uniku, iżda jqisha insuffiċjenti; jitlob li jsiru sforzi aktar determinati biex jiggwidaw u jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi biex jiżguraw implimentazzjoni konsistenti u ġusta tal-qafas tal-governanza ekonomika fl-Istati Membri u biex jitkejlu l-effetti tal-governanza ekonomika fl-Istati Membri kollha;

44.  Jappoġġja l-enfasi, fis-CSRs tal-2015, fuq l-importanza tat-tneħħija ta' restrizzjonijiet u ostakli mhux ġustifikati fuq id-dħul f'setturi ewlenin; jitlob lill-Istati Membri kkonċernati, barra minn hekk, jagħtu l-ogħla importanza lil dawn ir-rakkomandazzjonijiet u biex, bħala prijorità urġenti, ineħħu dawn l-ostakli għat-tkabbir tas-suq uniku;

45.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Presidenti tal-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Grupp taż-Żona tal-Euro u lill-Bank Ċentrali Ewropew, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-proċess tas-Semestru Ewropew għandu l-għan li jiżgura l-koordinazzjoni integrata tal-politika ekonomika fil-livell tal-UE permezz ta' taħlita ta' għodod ta' sorveljanza makroekonomika u fiskali, li hija meħtieġa sabiex tingħata direzzjoni lill-konverġenza u għall-ġestjoni tal-interdipendenza tal-Istati Membri,

Bħala parti miċ-ċiklu annwali tas-Semestru Ewropew, ir-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) jipprovdu pariri lill-Istati Membri individwali dwar miżuri meħtieġa għat-tisħiħ tat-tkabbir, filwaqt li fl-istess ħin imantnu finanzi pubbliċi tajba. Is-CSRs għall-2015 huma bbażati fuq il-prijoritajiet politiċi identifikati fl-aħħar Stħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u ġew approvati mill-Kunsill Ewropew f'Lulju 2015.

Il-previżjonijiet ekonomiċi għas-sena li jmiss juru sinjali ta' rkupru ekonomiku, b'rati ta' tkabbir pożittivi, inflazzjoni li togħla u titjib fil-prospetti fiskali, parzjalment minħabba l-isforzi fiskali u r-riformi strutturali sinifikanti mwettqa minn ħafna Stati Membri. Madankollu, għandu jiġi kkonstatat li l-pedamenti tat-tkabbir ekonomiku għadhom fraġli.

F'dan il-kuntest, ir-rapporteur jilqa' l-erba' prijoritajiet tal-politika ewlenin identifikati fiċ-ċiklu ta' din is-sena: it-tisħiħ tal-investiment, l-implimentazzjoni tar-riformi strutturali meħtieġa, ir-responsabilità fiskali, kif ukoll it-titjib tal-politiki tal-impjiegi tal-Istati Membri.

B'kont meħud tar-rata implimentattiva ferm baxxa tas-CSRs f'ħafna Stati Membri, ir-rapporteur jipperċepixxi li huwa biss jekk jitwettqu riformi strutturali ambizzjużi li s-sitwazzjoni ekonomika, finanzjarja u tal-impjiegi fl-UE titjieb. Barra minn hekk, ir-rapporteur jenfasizza li r-riformi strutturali huma kundizzjoni serja sabiex l-inizjattivi tal-UE bħall-FEIS jagħtu riżultati aktar konkreti. 

Ir-rapporteur jinnota bi tħassib ir-rati għolja tal-qgħad fost il-biċċa l-kbira tal-Istati Membri. Huwa jenfasizza li s-swieq tax-xogħol flessibbli għandhom rwol kruċjali fil-ġlieda kontra l-qgħad. Ir-rapporteur jemmen li sabiex jiżdiedu r-rati tal-impjieg, irid ikun hemm bidla minn taxxi fuq ix-xogħol għal sorsi oħra ta' tassazzjoni.

Fl-2015 kien hemm tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' CSRs sabiex ikun hemm fokus fuq kwistjonijiet ta' prijorità ewlenin, u dan jirrifletti l-isforz tal-Kummissjoni biex tissimplifika l-proċess kollu tas-Semestru Ewropew. Ir-rapporteur jilqa' din l-inizjattiva, madankollu, jemmen ukoll li jinħtieġu aktar sforzi sabiex jissaħħaħ il-proċess u b'hekk sabiex jiżdiedu r-rata ta' implimentazzjoni u l-effettività tas-CSRs. Bħala eżempju ta' dan, ir-rapporteur isemmi ż-żieda ulterjuri fis-sjieda nazzjonali tas-CSRs billi jiġu involuti l-parlamenti nazzjonali matul il-proċess tas-Semestru Ewropew.

F'dan il-kuntest, fil-15 ta' Settembru 2015, il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (ECON) organizza skambju ta' fehmiet mar-rappreżentanti tal-Parlamenti Nazzjonali, li ppermetta l-iskambju tal-esperjenza dwar il-proċess tas-Semestru Ewropew. B'mod partikolari, huwa wera r-rwol vitali li l-Parlamenti Nazzjonali għandu jkollhom fit-tħejjija tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR), u b'hekk tiżdied is-sjieda tas-CSRs fuq livell nazzjonali u tiżdied ir-responsabilità demokratika fil-proċess kollu tas-Semestru Ewropew. Hawn taħt wieħed jista' jsib sommarju bil-konklużjonijiet ewlenin meħuda minn dan l-iskambju.

Skambju ta' Fehmiet dwar is-Semestru Ewropew għall-Koordinazzjoni tal-Politika Ekonomika: Implimentazzjoni tal-Prijoritajiet 2015

Fil-15 ta' Settembru 2015, il-Kumitat ECON organizza Skambju ta' Fehmiet mar-rappreżentanti tal-Parlamenti Nazzjonali tal-UE dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2015. Għall-laqgħa attendew delegati mill-Belġju, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, Franza, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, il-Finlandja u l-Isvezja.

Is-Semestru Ewropew ġie meqjus minn maġġoranza kbira tal-parteċipanti bħala qafas xieraq għall-koordinazzjoni tal-politiki fl-UE. L-aħħar modifiki mmirati biex jirrazzjonalizzaw id-disinn tiegħu, inklużi formulazzjoni aktar immirata u l-pubblikazzjoni aktar bikrija tar-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs), kienu ġeneralment milqugħa tajjeb. Madankollu, ġew identifikati diversi oqsma fejn jista' jsir titjib:

L-implimentazzjoni tas-CSRs - l-esperjenza attwali turi li s-CSRs jiġu implimentati b'mod mhux sodisfaċenti, li jirrifletti l-aktar in-nuqqas ta' sjieda fost l-Istati Membri billi l-Parlamenti Nazzjonali huma tipikament involuti biss fl-istadji tard ħafna tal-Semestru (i.e. fl-abbozzar tal-baġit fil-ħarifa). Għalhekk, l-involviment aktar kmieni tal-Parlamenti Nazzjonali, mir-Rebbiegħa (i.e. it-tħejjija tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma u l-Programmi ta' Konverġenza/Stabilità, id-dibattitu parlamentari dwar l-abbozz tas-CSRs tal-Kummissjoni), jista' jgħin biex itejjeb mhux biss ir-rata ta' implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet bħala tali, iżda wkoll ir-responsabilità demokratika tal-proċess kollu. Safejn hija kkonċernata ż-żona tal-euro, konsistenza akbar bejn ir-rakkomandazzjonijiet għaż-żona euro fit-totalità tagħha u lill-Istati Membri individwali kienet meqjusa wkoll bħala fattur sabiex jiżdied il-progress tal-pajjiżi dwar is-CSRs (b'mod partikolari fir-rigward tal-pożizzjoni fiskali ottimali taż-żona tal-euro jew l-aġġustament tal-kontijiet kurrenti fiż-żona tal-euro);

L-ambitu tal-qafas - Uħud mill-parteċipanti qiesu li d-disinn attwali ma jikkunsidrax biżżejjed id-dimensjoni soċjali tal-proċess kollu, billi s-CSRs huma bbażati fuq pedamenti simplifikati wisq, billi riformi aktar strutturali mhux se jwasslu awtomatikament għal tkabbir aktar b'saħħtu u impjiegi aħjar. Konsegwentement, kien hemm interventi favur approċċ li jirrispetta aktar il-benesseri u ffukat aktar fuq il-pajjiż fir-rigward tar-riformi strutturali;

Flessibbiltà tal-qafas - Diversi delegati għamlu sejħa għal flessibbiltà akbar fir-rigward tad-deċiżjoni tal-Istati Membri dwar mezzi għall-implimentazzjoni tas-CSRs b'mod ġenerali u l-valutazzjoni tal-miri fiskali fid-dawl tal-kriżi tar-refuġjati, b'mod partikolari. Barra minn hekk, il-qafas għandu jippermetti livell suffiċjenti ta' flessibbiltà sabiex jiġu akkomodati l-kalendarji elettorali nazzjonali li jistgħu jirriżultaw, pereżempju, fid-dewmien fit-tħejjija tal-Abbozzi tal-Pjanijiet Baġitarji (i.e. l-elezzjonijiet ġenerali fil-Portugall u l-Polonja din il-Ħarifa);

L-applikazzjoni tal-qafas - Dan l-element tressaq għall-attenzjoni fil-kuntest tad-diskussjoni dwar l-eċċess fil-kont kurrenti tal-Ġermanja, billi xi parteċipanti kkunsidraw li r-rakkomandazzjonijiet bil-għan li jnaqqsu l-iżbilanċi fil-kontijiet kurrenti ma kellhomx simetrija bejn il-pajjiżi b'defiċit u l-pajjiżi b'eċċess, mhux biss fir-rigward tal-formulazzjoni tagħhom iżda wkoll fir-rigward tal-applikazzjoni. Barra minn hekk, il-qafas bħala tali għandu jiġi applikat irrispettivament mid-daqs tal-Istat Membru. Mill-banda l-oħra, xi membri ma qablux li l-eċċess fil-kont kurrenti tal-Ġermanja jirrifletti l-mudell ekonomiku ta' suċċess tal-pajjiż, u konsegwentement il-kritika ma kinitx ġustifikata għal raġunijiet kemm politiċi kif ukoll ekonomiċi. F'dan ir-rigward, huwa importanti li jitfakkar li l-Proċedura ta' Żbilanċ Makroekonomiku (MIP) hija artikolata madwar limiti minimi indikattivi (inkluż għall-bilanċ tal-kont kurrenti) aktar milli limiti massimi legali, bħal fil-każ tad-defiċit pubbliku taħt il-Proċedura ta' Defiċit Eċċessiv (EDP). Fl-aħħarnett, bl-istess kundizzjonijiet, pajjiż b'eċċess fil-kont kurrenti jibqa' f'pożizzjoni ekonomikament aktar sikura;

Ir-rwol tal-Eurogroup - Il-kwistjoni tal-qafas istituzzjonali tal-Eurogroup u r-rwol tiegħu fis-Semestru Ewropew ġew diskussi b'mod intensiv fid-dawl tal-fatt li huwa nieqes minn appoġġ fil-fond formali tat-Trattati u l-leġittimità demokratika, filwaqt li jieħu deċiżjonijiet sovrani. F'dan ir-rigward, huwa importanti li jkun magħruf sa liema punt l-Eurogroup għandu dritt jieħu deċiżjoni meta mhux l-Istati Membri taż-żona tal-euro kollha jkunu rappreżentati;

Kwistjonijiet oħra - Il-parteċipanti ddiskutew ukoll fil-qosor modi possibbli biex titjieb il-kompetitività tal-Istati Membri tal-UE, il-ħtieġa li jiġu stabbiliti regoli komuni għat-tassazzjoni fuq il-kumpaniji kif ukoll ir-rappreżentanza tal-Ewropa, jew in-nuqqas ta' din, fil-fora multinazzjonali. Tressqet ukoll il-kwistjoni tal-armonizzazzjoni tal-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-aġġustament fiskali strutturali.

Bħala konklużjoni, il-maġġoranza vasta tal-parteċipanti laqgħu l-possibbiltà li jiddiskutu kwistjonijiet relatati mas-Semestru Ewropew mal-Parlament Ewropew, filwaqt li enfasizzaw il-ħtieġa ta' skambji aktar regolari, inkluż bejn il-Parlamenti nazzjonali, u dwar kwistjonijiet usa' (bħal djalogu dwar ir-Rapport tal-Ħames Presidenti). Fl-aħħarnett, is-Sur Gualtieri, President tal-Kumitat ECON irrimarka li, f'termini ta' politika ekonomika, qed joħroġ kunsens ewlieni bejn il-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni dwar il-mod biex tiġi indirizzata l-pożizzjoni fiskali komuni fil-livell taż-żona tal-euro sabiex tiġi ddefinita t-taħlita politika li tgħin biex tippromwovi t-tkabbir sostenibbli. Fir-rigward tal-aspetti proċedurali, hu sejjaħ lir-rappreżentanti tal-Parlament Ewropej u l-parlamenti nazzjonali biex jidentifikaw modi biex jagħtu input pożittiv lill-Kummissjoni u jtejbu d-dimensjoni demokratika tas-Semestru Ewropew.

29.9.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi: implimentazzjoni tal-prijoritajiet għall-2015

(2015/2210(INI))

Rapporteur għal opinjoni(*): Jean Arthuis

(*)  Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir ippreżentat mill-Kummissjoni fit-28 ta’ Novembru 2014 jistabbilixxi tliet pilastri ewlenin għall-2015 (spinta kkoordinata għall-investiment privat, impenn imġedded għar-riformi strutturali u miżuri għar-responsabbiltà baġitarja) u għall-ewwel darba, jqiegħed enfasi fuq il-kontribut li l-baġit tal-UE għandu jagħti għat-twettiq ta' dawn l-għanijiet;

B.  billi matul l-aħħar sitt xhur, serje sħiħa ta' miżuri baġitarji - l-adozzjoni tar-Regolament li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS), il-bidu tal-programmi operattivi relatati mal-Fond ta’ Koeżjoni, ir-riport ta’ approprjazzjonijiet għall-impenji mill-perjodu 2007-2013 li ma kinux użati fl-2014 sal-2015, l-2016 u l-2017, kif ukoll id-deċiżjoni li jiżdied il-prefinanzjament tal-Inizjattiva Ewropea għaż-Żgħażagħ, ittieħdu biex jintlaħqu l-objettivi stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir;

C.  billi dawn il-miżuri juru l-valur miżjud ipprovdut mill-baġit Ewropew, iżda wkoll jenfasizzaw il-limiti fuq l-azzjoni politika tal-UE imposti minn baġit li ma fihx riżorsi proprji reali, li jammonta għal inqas minn 1 % tal-PDG tal-UE, u huwa kkaratterizzat minn qafas pluriennali ta' seba' snin;

D.  billi l-pożizzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-baġit 2016 kienet li jitnaqqsu l-impennji b'EUR 563.6 miljun u l-pagamenti b'EUR 1.4 biljun, u għal darba oħra ġew sottovalutati l-bżonnijiet tal-pagament reali tal-UE u b'hekk din il-pożizzjoni tmur kontra l-pjan imressaq mill-Kummissjoni biex jitħallsu l-kontijiet mhux imħallsa;

1.  Jilqa’ l-preżentazzjoni tar-rapport ta’ ħames Presidenti “L-ikkompletar tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja Ewropea”, iżda jikkritika l-fatt li l-iskadenza ppjanata għall-implimentazzjoni tiegħu tintlaħaq bil-mod wisq u ma timxix id f'id mad-domanda għal riforma li ħarġet mill-kriżi Griega;

2.  Jilqa' l-passi li ttieħdu biex is-Semestru Ewropew jiġi ssimplifikat u msaħħaħ, b'mod partikolari b'iffukar akbar fuq il-prijoritajiet, inqas dokumenti u aktar ħin biex jiġu diskussi, dimensjoni politika akbar u involviment aħjar tal-awtoritajiet nazzjonali;

3.  Jilqa’ l-ideat proposti dwar it-tisħiħ tal-kontroll Parlamentari, b’mod partikolari l-proposta li jiġu adattati l-istrutturi tal-Parlament Ewropew għan-natura speċifika tal-munita unika, li hija essenzjali għall-bini ta' unjoni ekonomika u monetarja ġenwina;

4.  Jenfasizza l-fehim tal-Kummissjoni dwar ir-rwol kruċjali li għandhom l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali biex jitħeġġu r-riformi strutturali neċessarji, tiġi eżerċitata r-responsabilità fiskali u jitħeġġeġ l-investiment bħala appoġġ għall-impjiegi u t-tkabbir;

5.  Jifraħ għat-talba biex is-soluzzjonijiet intergovernattivi bħat-Trattat dwar l-Istabbiltà, il-Koordinazzjoni u l-Governanza jingħataw leġittimità demokratika billi jiġu integrati fil-liġi primarja tal-UE;

6.  Jisħaq fuq il-bżonn li jiġu applikati r-regoli eżistenti kollha tal-Patt ta' Stabbiltà u Tkabbir sabiex tintlaħaq stabbiltà tal-finanzi pubbliċi;

7.  Jilqa' l-ideat imressqa għal mekkaniżmu ta’ stabbilità baġitarja għaż-żona tal-euro, li jkunu l-ewwel pass lejn it-twaqqif ta' Teżor Ewropew; jinnota li l-pubblikazzjoni ta’ White Paper fir-rebbiegħa 2017 tikkoinċidi mar-reviżjoni ta’ nofs it-term tal-QFP; ifakkar f’dan ir-rigward, is-sejħa tiegħu li kwalunkwe finanzjament jew strument addizzjonali għandu jaqa' fil-kamp ta' applikazzjoni tal-kontroll baġitarju tal-Parlament u għandu jkun iffinanzjat lil hinn mil-limitu massimu tal-QFP għall-2014-2020;

8.  Itenni l-bżonn ta' sistema ġdida tar-riżorsi proprji li twitti t-triq għal bidla ġenwina fl-arranġamenti tal-iffinanzjar tal-UE mingħajr ma jiżdied il-piż ta' aktar taxxi fuq iċ-ċittadini tal-UE u għall-ħolqien ta' rabta reali bejn iċ-ċittadini u l-awtoritajiet Ewropej; jinsab ħerqan, f'dan is-sens, li janalizza u jiddiskuti l-proposti li se jressaq is-sena d-dieħla l-Grupp ta' Ħidma ta' Livell Għoli dwar ir-Riżorsi Proprji;

9.  Ifakkar li n-nuqqas ta' pagamenti, l-aktar minħabba limiti ta' pagament insuffiċjenti u sottobbaġitjar, jibqa' qawwi fl-2015; jibża' li dan se jkompli jfixkel l-implimentazzjoni kif suppost tal-programmi ġodda tal-QFP 2014-2020 u se jippenalizza lill-benefiċjarji, b'mod speċjali lill-awtoritajiet lokali, reġjonali u nazzjonali, li qed jaffaċċjaw restrizzjonijiet ekonomiċi u soċjali;

10.  Jilqa’ l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEIS bħala mezz biex tingħata spinta lill-investiment privat, u jenfasizza r-rwol li kellu l-Parlament biex jimminimizza r-riallokazzjoni minn Orizzont 2020 u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa; itenni l-impenn tiegħu biex inaqqas it-tnaqqis matul il-proċedura baġitarja annwali.

11.  Iqis li huwa kruċjali għas-suċċess ta' dan il-pjan u, għalhekk, se jissorvelja l-implimentazzjoni tiegħu bl-akbar attenzjoni, b’mod partikolari kwalunkwe ċaqliq biex jiġu trasferiti l-infiq tal-investiment u d-dejn pubbliku mill-karti tal-bilanċ tal-Istati Membri.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

28.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

13

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Jean Arthuis, Reimer Böge, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Iris Hoffmann, Monika Hohlmeier, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Siegfried Mureşan, Victor Negrescu, Jan Olbrycht, Paul Rübig, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Paul Tang, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Monika Vana, Daniele Viotti, Marco Zanni, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michał Marusik, Andrej Plenković, Nils Torvalds, Anders Primdahl Vistisen

24.9.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2015

(2015/2210(INI))

Rapporteur għal opinjoni (*): Sergio Gutiérrez Prieto

(*) Kumitati Assoċjati – l-Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li ħafna Stati Membri għad għandhom defiċits kbar, filwaqt li oħrajn qed jakkumulaw bilanċi favorevoli fil-kont kurrenti, u li hemm bżonn li jiġu żviluppati u kkoordinati programmi ta’ responsabbiltà fiskali u li jieħdu inkunsiderazzjoni dawn id-differenzi u jkunu kompatibbli mal-ħolqien ta’ impjiegi deċenti li jwassal għal impjieg ta’ kwalità, it-tkabbir ekonomiku u, konsegwentement, stat ta’ benesseri sostenibbli għall-ġenerazzjonijiet futuri; jistieden lill-Kummissjoni, li diġà rċeviet il-proposti tal-baġits nazzjonali għall-2016, u fil-qafas tal-politika fiskali definit skont il-Patt ta’ Stabbiltà u Tkabbir (SGP), biex tagħmel użu sħiħ tal-flessibilità eżistenti tagħha(8) biex tipprovdi, fejn xieraq, proċess ta' responsabbiltà nazzjonali flessibbli li jirrifletti aħjar is-sitwazzjonijiet ċikliċi fl-Istati Membri u li jippermetti l-adozzjoni ta’ politiki soċjalment responsabbli u ekonomikament effiċjenti bil-għan li jinħolqu impjiegi deċenti li jwasslu għal impjieg ta’ kwalità u investiment soċjali f’servizzi ta’ kwalità;

2.  Iqis li, filwaqt li l-Istati Membri b'defiċits kbar jew livelli ta' dejn għoljin jeħtieġ li jkomplu l-isforzi tagħhom biex jilħqu s-sostenibbiltà fiskali, dawk li għandhom spazju fiskali għandhom jużawh biex iħeġġu d-domanda domestika u investiment favorevoli għat-tkabbir;

3.  Jiddispjaċih li ma saret l-ebda referenza ġenerali għall-għan ta' Ewropa 2020 ta’ tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; jenfasizza li l-politiki soċjali u dwar l-impjiegi m’għandhomx jitqiesu biss mill-perspettiva tal-ispiża, iżda wkoll minn perspettiva ta’ benefiċċju għal żmien twil; għalhekk jitlob li l-miri soċjali u ambjentali rilevanti jiġu integrati fil-qafas ġdid ta’ valutazzjoni biex jiġi żgurat li r-Rakkomandazzjonijiet Speċifiċi għall-Pajjiż (CSRs) jiġu proposti lill-pajjiżi kollha li mhumiex qed jagħmlu progress fil-ġlieda kontra l-faqar, biex jipprovdu impjiegi deċenti li jwasslu għal impjieg ta’ kwalità, jiġi prevenut it-tluq bikri mill-iskola, jitkattar it-tagħlim tul il-ħajja u l-effiċjenza tar-riżorsi u l-prevenzjoni tat-tibdil fil-klima;

4.  Jitlob li s-CSRs jinkludu r-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni(9) dwar ir-ristrutturar preventiv ta’ negozji f’riskju ta’ insolvenza u kwittanza ta’ dejn ta’ imprendituri falluti, kemm jekk persuni fiżiċi jew legali, bil-għan li jinħoloq it-tieni ċans għall-intrapriżi; jitlob ukoll lill-Kummissjoni tinvestiga l-possibbiltà li dawn il-programmi jiġu estiżi għall-familji fir-riskju ta' żgumbrament sabiex tiġi żgurata koeżjoni soċjali akbar billi jitnaqqas ir-riskju li persuni jispiċċaw mingħajr dar; jenfasizza li anke jekk naqset id-diffikultà finanzjarja tal-familji, dan għadu ‘l fuq sew mil-livelli li jidhru fl-aħħar għaxar snin u, skont il-Kummissjoni, għad baqa’ differenzi kbar bejn il-livelli ta’ diffikultà finanzjarja f’familji bi dħul baxx u dawk fil-kwart bi dħul ogħla(10);

5.  Jinnota li, filwaqt li d-defiċits ġew imnaqqsa f’għadd ta’ pajjiżi, dan il-proċess ikkaġuna wkoll tnaqqis fl-investiment pubbliku fl-Unjoni; jilqa’, għalhekk, il-promozzjoni ta’ politika ta’ investiment Ewropew li għandha l-għan li tagħti spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi, u jappella li jsir aktar sforzi biex jiġi żgurat il-finanzjament tal-ekonomija reali; huwa tal-fehma li l-għanijiet prinċipali ta’ proġetti li jirċievu sostenn mill-FEIS għandhom ikunu l-ħolqien ta’ impjiegi deċenti li jwassal għal impjieg ta’ kwalità u l-kisba ta' koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; iqis li għandu jkun hemm miżuri iktar b’saħħithom b’rispons għat-talba tal-Parlament(11) biex jiġi promoss l-investiment soċjali mhux biss fl-insegwiment ta’ profitt finanzjarju, iżda wkoll bil-għan li jiġi promoss impatt soċjali pożittiv u li jitnaqqsu l-inugwaljanzi billi, fost l-oħrajn, jittejbu s-servizzi pubbliċi u jiġi appoġġat il-ħolqien ta’ impjiegi għal kategoriji ta’ persuni żvantaġġati; jenfasizza, f’dan ir-rigward, il-ħtieġa li jissaħħu l-għodod regolatorji tal-Kummissjoni (bħal valutazzjonijiet tal-impatt, evalwazzjonijiet, eċċ.) u li jiġu implimentati forom ta’ kontroll u monitoraġġ fejn isiru l-investimenti;

6.  Jenfasizza li, filwaqt li l-SMEs jikkostitwixxu s-sinsla tal-ħolqien tal-impjiegi fl-UE, dawn għadhom qed jiffaċċjaw diffikultajiet fir-rigward tal-aċċess għall-kreditu u piżijiet amministrattivi u burokrazija żejda, li jxekklu t-tkabbir u s-sostenibbiltà tagħhom, kif ukoll il-potenzjal tagħhom għall-ħolqien tal-impjiegi; jinnota l-inizjattiva tal-Kummissjoni biex timmodernizza l-ambjent regolatorju u amministrattiv sabiex tittejjeb il-klima u l-kundizzjonijiet tal-investiment għall-SMEs, u jappoġġa rakkomandazzjonijiet li jwasslu għal titjib, filwaqt li jiġu rispettati l-istandards soċjali u tax-xogħol; jenfasizza l-importanza li jkun hemm investiment fl-iżvilupp ta’ mezzi ta’ finanzjament innovattivi bħal pereżempju l-finanzjament kollettiv u l-mikrokreditu, u ta’ investimenti mmirati lejn it-trawwim tal-iżvilupp ta’ SMEs, mikrointrapriżi, negozji innovattivi li jkunu għadhom kemm jiftħu u l-intrapriżi li jippromwovu l-impjiegi ekoloġiċi;

7.  Ifakkar li r-reġjuni li jsofru minn żvantaġġi naturali jew demografiċi gravi u permanenti normalment ikollhom rati ta' qgħad ogħla u inqas tkabbir ekonomiku; iqis għalhekk li huwa meħtieġ investiment biex jittejjeb il-potenzjal ta’ tkabbir tagħhom u sabiex jiġbed lin-nies biex imorru jgħixu f’dawn iż-żoni, sabiex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tagħhom;

8.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet dwar il-ħtieġa li wieħed jimxi ‘l quddiem b'riformi tax-xogħol ġodda, u jitlob li dawn ir-riformi, jekk jitwettqu, jiggarantixxu ħarsien soċjali u djalogu soċjali (skont il-prattiki nazzjonali) u jiżguraw il-kunsens politiku meħtieġ biex ikunu sostenibbli u effikaċi; iqis li r-riformi tax-xogħol għandhom jilħqu l-bilanċ meħtieġ bejn il-flessibiltà u s-sigurtà kemm għall-impjegati kif ukoll għall-impjegaturi, u m’għandhomx iwasslu, pereżempju, għall-esklużjoni ta’ ħaddiema min-negozjar kollettiv, rati ta’ produttività aktar baxxa jew livelli aktar baxxi ta’ impjiegi; jappella għal riformi tax-xogħol ambizzjużi fl-Istati Membri fejn dawn għadhom meħtieġa, filwaqt li jittieħed vantaġġ tal-fatt li issa lħaqna punt kruċjali fiċ-ċiklu; dawn ir-riformi għandhom ikunu kapaċi jnaqqsu l-frammentazzjoni, iħeġġu l-ħolqien tal-impjiegi, inaqqsu l-insigurtà u jiġġieldu l-faqar, sabiex jiżdiedu l-produttività u l-kompetittività tal-ekonomija tagħna, filwaqt li jiġu żgurati aktar impjiegi u pagi deċenti permezz ta’ investiment fil-kapital uman; jenfasizza li riformi strutturali oħra bħar-riindustrijalizzazzjoni huma importanti wkoll sabiex jiġi stabbilit suq tax-xogħol sostenibbli;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li, fil-gwida ta’ politika tagħhom, ir-riformi tas-suq tax-xogħol huma mmirati lejn, inter alia, it-tnaqqis tas-segmentazzjoni, l-iżgurar ta’ antiċipazzjoni aħjar u t-tqabbil ta’ ħiliet u impjiegi, l-avvanz tal-inklużjoni ta’ gruppi vulnerabbli, it-tnaqqis tal-faqar fost dawk li jaħdmu, il-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, it-tisħiħ tad-drittijiet tal-ħaddiema b’kuntratti atipiċi u l-għoti ta' iżjed protezzjoni soċjali għall-ħaddiema li jaħdmu għal rashom;

10.  Jilqa' t-tnaqqis fir-rati tal-qgħad fl-Unjoni; jirrimarka, madankollu, li l-livelli tal-qgħad baqgħu għoljin, u jitlob lill-Istati Membri biex jieħdu approċċ olistiku fl-implimentazzjoni effettiva ta’ politiki attivi fis-suq tax-xogħol, li jindirizzaw kemm l-impjegabbiltà ta’ dawk li qed ifittxu x-xogħol u suq tax-xogħol aktar inklużiv, inklużi miżuri ta’ appoġġ addizzjonali, kemm għal dawk li qed ifittxu x-xogħol kif ukoll għall-impjegaturi; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu indirizzati l-problemi ta’ nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet u l-obsolexxenza tal-ħiliet bħala mezz biex jiġi trattat il-qgħad fit-tul, u jemmen li koordinazzjoni aħjar ta’ dawn il-politiki hija meħtieġa fil-livell nazzjonali u Ewropew; jitlob, għalhekk, għal miżuri aktar b’saħħithom biex jappoġġaw u jiżviluppaw aktar taħriġ u edukazzjoni vokazzjonali effettivi, kooperazzjoni bejn l-istituzzjonijiet edukattivi, in-negozji, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi u partijiet interessati oħra, u l-ħtieġa li tittejjeb l-effettività tas-servizzi ta’ impjieg pubbliċi u privati sabiex jindirizzaw in-nuqqas ta’ tlaqqigħ tal-ħiliet fis-suq tax-xogħol u biex jiffaċilitaw it-tiftix tal-impjiegi fl-Unjoni;

11.  F'ċerti Stati Membri hi problema magħrufa n-nuqqas jew il-pass kajman tar-riformi strutturali, u għaldaqstant jemmen li l-Kummissjoni għandha tagħmel valutazzjoni b'aktar intensità, bħala parti mill-għanijiet tagħha fis-Semestru Ewropew, tal-ħsara lill-ħolqien tal-impjiegi fit-terminu medju li tirriżulta minħabba n-nuqqas ta' responsabbiltà ta' ċerti Stati Membri li ma japplikawx ir-riformi strutturali;

12.  Jirrikonoxxi li l-iffissar ta’ pagi minimi hija kompetenza tal-Istati Membri li għandha tiġi rispettata skont il-prinċipju tas-sussidjarjetà;

13.  Jirrimarka li l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) wissew dwar il-problemi soċjali (il-faqar fost dawk li jaħdmu) u ekonomiċi (tnaqqis fid-domanda interna) relatati mal-iżvalutazzjoni tal-pagi li seħħet f'dawn l-aħħar snin; jenfasizza f’dan ir-rigward li politika ta’ paga adegwata hija essenzjali għaż-żamma tad-domanda interna, u li ż-żidiet fil-pagi għandhom għalhekk jiġu adattati aħjar għall-bidliet fil-produttività; isostni li jrid ikun hemm referenza għall-importanza ta' żieda fil-pagi, speċjalment fil-pajjiżi fejn il-pagi huma taħt il-livell tal-faqar, iżda dan għandu jsir mingħajr ma jiġi mminat il-prinċipju tas-sussidjarjetà; ifakkar li l-pagi minimi jvarjaw sostanzjalment bejn l-Istati Membri, u jtenni t-talba tiegħu għal studju(12) dwar din il-kwistjoni, inkluża analiżi tad-differenzi fil-kapaċitajiet tal-akkwist bejn l-Istati Membri; iħeġġeġ lill-Istati Membri jistabbilixxu pagi minimi skont il-leġiżlazzjoni u l-prattiki nazzjonali u jqisu l-impatt tagħhom fuq il-faqar fost dawk li jaħdmu, id-dħul tal-unitajiet domestiċi, id-domanda aggregata u l-ħolqien tal-impjiegi;

14.  Jinnota li xi riformi tax-xogħol introduċew xi formuli kuntrattwali ġodda u li, skont il-Kummissjoni, xi wħud minnhom żiedu l-prekarjetà fis-swieq tax-xogħol, li f’bosta każijiet jeżiġu flessibbiltà inġusta min-naħa tal-ġenerazzjonijiet żgħażagħ; jinnota bi tħassib iċ-ċifri minn xi Stati Membri li għandhom rati ta’ impjieg temporanju ta' aktar minn 90 % għal kuntratti ġodda, li jaffettwaw b’mod partikolari liż-żgħażagħ u n-nisa, u li, skont l-OECD(13), hija wieħed mill-kawżi diretti li jżidu l-inugwaljanza, għalkemm, f’xi okkażjonijiet, tali arranġamenti ta’ impjieg huma speċifikament mitluba mill-ħaddiema bil-għan li jollhom bilanċ aħjar bejn ix-xogħol u l-ħajja privata jew dħul addizzjonali; jistieden lill-Istati Membri biex jistabbilixxu sinerġiji bejn il-politiki nazzjonali u l-politika ta' koeżjoni Ewropea biex jissaħħu l-effetti fuq dawn il-gruppi ta' prijorità; iqajjem tħassib partikolari dwar l-espansjoni ta’ “kuntratti ta' sigħat żero”; jemmen li t-tipi kollha ta' arranġamenti kuntrattwali għandhom jagħtu lill-ħaddiema aċċess għal grupp ewlieni ta' drittijiet u protezzjoni soċjali adegwata;

15.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jieħdu nota tar-rapport tal-FMI(14) dwar il-kawżi u l-konsegwenzi ta’ inugwaljanza, li jgħid li ż-żieda fid-distakk tad-dħul tista' taffettwa b’mod negattiv it-tkabbir ekonomiku u l-potenzjal tal-ħolqien ta’ impjiegi; jitlob għal sforzi msaħħa biex iċaqlaq il-piż tat-taxxa minn fuq ix-xogħol lejn sorsi oħra, għal azzjoni effettiva fejn tidħol it-tassazzjoni fuq ix-xogħol u għal swieq tax-xogħol aktar ġusti li jiżguraw il-libertà tal-moviment tal-ħaddiema fl-Ewropa u politiki ta’ ridistribuzzjoni, filwaqt li jitqiesu l-karatteristiċi speċifiċi tal-Istati Membri individwali, sabiex tingħata spinta lit-tkabbir ekonomiku, il-kompetittività u l-produttività kif ukoll biex tiġi ffaċilitata konverġenza ekonomika u soċjali akbar u iktar 'il fuq;

16.  Jinnota li r-rati għoljin ta' qgħad fit-tul fl-Unjoni, speċjalment f'xi Stati Membri, qed iwasslu għal numru dejjem akbar ta' ħaddiema jitilfu l-benefiċċji tagħhom qabel ma jsibu impjieg ġdid; jinnota li xi Stati Membri llimitaw l-aċċess għal dawn il-benefiċċji jew naqqsu l-ammont disponibbli u/jew il-perjodu ta' eliġibbiltà għalihom; jistieden lill-Istati Membri, fil-qafas tal-kompetenzi tagħhom, biex iżommu bilanċ bejn protezzjoni soċjali adegwata u inċentivi adegwati għal tiftix attiv tax-xogħol li jipprovdu appoġġ personalizzat mingħajr kundizzjonalità punittiva li tipperikola d-drittijiet soċjali; jistieden lill-Istati Membri jistabbilixxu miżuri ta’ attivazzjoni b'saħħithom sabiex jinkisbu riżultati aktar effettivi; jirrikonoxxi li t-titjib tal-politika dwar l-impjiegi u tal-ħarsien soċjali bl-għan tal-attivazzjoni tal-appoġġ u l-protezzjoni tal-persuni, biex b'hekk tiġi żgurata koeżjoni soċjali aktar b'saħħitha, jikkostitwixxu komponent ewlieni ta' tkabbir ekonomiku sostenibbli; jitlob għal studju speċifiku dwar inċentivi bħal dawn fil-livell tal-UE, u jistieden lill-Istati Membri sabiex jintroduċu, skont prattiki nazzjonali, skemi ta’ dħul minimu mmirati lejn l-indirizzar ta' każijiet ta' esklużjoni soċjali u l-iżgurar ta' dħul minimu għall-unitajiet domestiċi;

17.  Jilqa’ t-tnaqqis fir-rati ta’ qgħad fost iż-żgħażagħ, imma jinnota li xorta għadhom f’livelli allarmanti f’bosta Stati Membri u reġjuni, u mhumiex neċessarjament ibbażati fuq il-ħolqien nett ta’ impjiegi; jenfasizza li n-nuqqas ta’ sigurtà fl-impjiegi u s-sottoimpjieg żdiedu wkoll, u li fl-2014, 43 % taż-żgħażagħ kellhom impjieg temporanju, filwaqt li 32 % kellhom impjieg part-time; jilqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrilaxxa EUR 1 biljun bħala finanzjament bil-quddiem għall-Iskema ta' Garanzija għaż-Żgħażagħ; jistieden lill-Istati Membri biex jużaw il-fondi disponibbli kollha malajr u b’mod effiċjenti biex jimplimentaw l-Inizjattiva għall-Impjiegi taż-Żgħażagħ bi standards minimi ta’ kwalità; jitlob, barra minn hekk, biex dawn il-fondi jiġu mmonitorjati kontinwament u bir-reqqa biex ikun żgurat li jgħinu liż-żgħażagħ jiksbu parteċipazzjoni fuq medda twila ta’ żmien fis-suq tax-xogħol; jistieden lill-Istati Membri biex jagħtu prijorità lit-tagħlim tal-lingwi u biex jiffaċilitaw il-mobilità permezz ta’ programmi bħal ERASMUS+ jew ERASMUS għal Imprendituri Żgħażagħ kif ukoll biex jieħdu sehem fin-netwerk tal-impjiegi EURES; jenfasizza wkoll l-importanza li jiġu promossi u mħeġġa l-apprendistati bħala mezz biex iż-żgħażagħ jiksbu l-kwalifiki professjonali li jippermettulhom jintegraw ruħhom fis-suq tax-xogħol;

18.  Jinnota li s’issa teżisti differenza sinifikanti bejn is-suċċess tal-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ u l-Inizjattiva favur l-Impjieg taż-Żgħażagħ bejn l-Istati Membri; jinnota li l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol stmat li s-soluzzjoni tal-qgħad fost iż-żgħażagħ fl-Unjoni teħtieġ baġit ta' EUR 21 biljun u li l-impenn finanzjarju attwali tal-Kummissjoni huwa totalment inadegwat u jeħtieġ li jiżdied biex jilħaq livell suffiċjenti; jistieden lill-Kummissjoni taħdem mal-Istati Membri u l-organizzazzjonijiet rappreżentattivi taż-żgħażagħ biex tipproponi standards minimi u l-aqwa prattiki fl-implimentazzjoni tal-Garanzija għaż-Żgħażagħ;

19.  Jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri jintensifikaw l-isforzi tagħhom biex jindirizzaw id-dumping tal-pagi u dak soċjali fl-Unjoni, billi dan qed joħloq ħsara serja lill-ħaddiema affettwati u lis-sistemi ta' ħarsien soċjali fl-Istati Membri; jitlob ukoll li s-sħab soċjali jiġu involuti f'dawn l-isforzi fil-livelli kollha;

20.  Jenfasizza l-fatt li l-insigurtà fil-qasam tal-impjiegi fost iż-żgħażagħ taffettwa b'mod negattiv id-deċiżjonijiet dwar li wieħed ikollu t-tfal u, b'riżultat ta' dan, qed jiġu influwenzati b'mod negattiv il-prospetti demografiċi tal-Istati Membri;

21.  Ifakkar fil-ħtieġa li tiġi indirizzata l-problema tax-xogħol mhux iddikjarat, li jagħmel ħsara lill-ekonomija tal-UE, u qed iwassal għal kompetizzjoni inġusta u tgħawwiġ tas-suq u qed jirriżulta f’nuqqas li qed jiżdied ta' ħarsien soċjali u tal-impjiegi għall-ħaddiema; jitlob għalhekk għad-dħul fis-seħħ rapidu ta’ Pjattaforma Ewropea kontra x-xogħol mhux iddikjarat;

22.  Iqis li r-rakkomandazzjoniiet ta' din is-sena ffukaw kważi b'mod esklużiv fuq is-suq tax-xogħol u ma indirizzawx l-isfidi tat-tnaqqis fis-servizzi u l-kwalità tas-servizzi offruti lil dawk fil-bżonn; ifakkar fil-ħtieġa li jsir investiment f'intervent u prevenzjoni bikrin u f'servizzi ta' kwalità għolja, aċċessibbli u inklużivi, inkluż fl-edukazzjoni minn età bikrija, fil-familja u fl-appoġġ komunitarju, fis-servizzi soċjali u fil-kura tas-saħħa; jenfasizza l-fatt li ż-żieda fid-domanda għal servizzi tista' twassal ukoll għall-ħolqien ta' impjiegi importanti fis-settur soċjali, jekk jiġu indirizzati b'mod effettiv, u li s-setturi tas-saħħa u l-kura soċjali jirrappreżentaw oqsma kruċjali għal investiment fl-insegwiment ta' ekonomiji sostenibbli; jistieden lill-Kummissjoni tirrapporta dwar il-progress fl-iżvilupp ta' inizjattivi, bħala parti mill-Istrateġija Ewropa 2020, għall-investiment fis-setturi tas-saħħa u l-kura soċjali fir-rigward tal-impjieg ta' kwalità;

23.  Jenfasizza l-fatt li, skont ir-rapport tal-FMI(15), il-progressività tas-sistemi tat-taxxa ddgħajfet f'xi Stati Membri fis-snin riċenti, li kkontribwixxa għal żieda fl-inugwaljanza; iqis li l-porzjon tat-taxxa kien ħafna ogħla għal ħaddiema b’paga baxxa u għal SMEs b’rati ta’ taxxa effettiva ogħla; jirrikonoxxi li, filwaqt li t-tassazzjoni hija kompetenza ta’ Stat Membru, sistemi ta’ taxxa progressiva jgħinu biex itaffu l-agħar effetti tal-kriżijiet ekonomiċi, u jagħraf l-importanza li jitnaqqsu t-taxxi tax-xogħol u l-intrapriżi bil-għan li tiżdied id-domanda u jinħolqu l-impjiegi, filwaqt li jiġi żgurat finanzjament adegwat tas-sistemi ta’ protezzjoni soċjali; jinsisti li l-frodi fiskali u l-evażjoni tat-taxxa jridu jiġu indirizzati fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom;

24.  Jistieden lill-Kummissjoni tipprovdi gwida lill-Istati Membri dwar l-indirizzar tal-parteċipazzjoni baxxa tan-nisa fis-suq tax-xogħol billi tiġi indirizzata s-segregazzjoni fis-suq tax-xogħol, id-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa u d-distribuzzjoni mhux ugwali tar-responsabbiltajiet tal-kura; jenfasizza li hu meħtieġ approċċ usa' tal-ugwaljanza bejn is-sessi lil hinn mir-rati tal-impjieg;

25.  Jieħu nota tal-valur potenzjali ta’ stabbilizzaturi awtomatiċi Ewropej; jinnota l-fatt li l-Kummissjoni ma inkludietx fis-CSRs l-importanza taż-żamma ta’ stabbilizzaturi awtomatiċi b’saħħithom fl-Istati Membri bħala segwitu tal-komunikazzjoni tagħha dwar it-tisħiħ tad-dimensjoni soċjali tal-UEM, kif mitlub mill-Parlament(16), u minkejja r-rwol importanti tagħha biex iżżomm il-koeżjoni soċjali kif ukoll tistimula d-domanda interna u t-tkabbir ekonomiku; jistieden lill-Kummissjoni, sabiex tkun tista' ssir analiżi aktar effettiva u jiġu mħeġġa l-identifikazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki bejn l-Istati Membri, għal deskrizzjoni dettaljata tal-għażliet tal-Istati Membri f'oqsma differenti ta' politika u r-riżultati korrispondenti;

26.  Jenfasizza li l-ekonomija soċjali tipprovdi impjieg għal aktar minn 14-il miljun persuna li jirrappreżentaw madwar 6.5 % tal-ħaddiema fl-Unjoni; jiddispjaċih li l-intrapriżi tal-ekonomija soċjali, li jirrappreżentaw 10 % tal-intrapriżi Ewropej - prinċipalment SMEs u mikrointrapriżi - isibuha saħansitra iktar diffiċli mill-intrapriżi tradizzjonali biex jiksbu finanzjament pubbliku u privat; jenfasizza l-ħtieġa li jingħataw aktar appoġġ, billi, pereżempju, ikollhom aċċess għal forom differenti ta’ finanzjament bħalma huma l-fondi Ewropej, il-mikrokreditu u l-finanzjament kollettiv, jew itejbu l-aċċess tagħhom għall-ekonomija diġitali; iqis, f’dan il-kuntest, li s-CSRs għandhom iqiegħdu enfasi akbar fuq ir-rwol tal-intrapriżi tal-ekonomija soċjali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali u ekonomika fl-Ewropa, b’konformità mal-istrateġija Ewropa 2020;

27.  Iqis li, għalkemm il-Kummissjoni rrikonoxxiet li “l-faqar u l-marġinalizzazzjoni żdiedu”(17), u issa hemm 1 minn kull 4 persuni li qed jesperjenzaw il-faqar, huwa ta’ dispjaċir li ma hemm l-ebda referenza fis-CSRs għall-mira għat-tnaqqis tal-faqar tal-istrateġija Ewropa 2020; jappella għal strateġija komprensiva għall-ġlieda kontra l-faqar abbażi ta’ aċċess għal impjiegi deċenti li jwassal għal impjieg ta’ kwalità, servizzi u l-attivazzjoni ta’ dħul minimu u protezzjoni soċjali, f’konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà; jiġbed l-attenzjoni dwar il-fatt li l-edukazzjoni u, għaldaqstant, l-impjegabilità hija waħda mill-aqwa għodod għall-ġlieda kontra l-faqar; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi rikonoxxut it-tkabbir fil-pożizzjoni ta' dejn personali bħala sitwazzjoni li żżid il-vulnerabbiltà personali u dik ekonomika ġenerali;

28.  Jenfasizza li l-impjieg huwa l-aħjar mod biex jiġu miġġielda l-faqar u l-esklużjoni soċjali, u li l-Istati Membri għandhom jiffukaw fuq il-faċilitazzjoni tal-aċċess għas-suq tax-xogħol, b'mod partikolari għaż-żgħażagħ u dawk li ilhom żmien twil qiegħda;

29.  Jinnota bi tħassib iż-żieda rapida fil-forom estremi ta' faqar bħal kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar f'bosta Stati Membri; jitlob li s-CSRs jiġu indirizzati lill-Istati Membri kollha dwar strateġiji ta' inklużjoni soċjali, inkluż dwar il-ġlieda kontra forom estremi ta' faqar, bħall-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar; jaqbel mal-Kummissjoni li l-Istati Membri jridu jindirizzaw il-kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar u r-riskju li tinħoloq kundizzjoni ta' persuni mingħajr dar permezz ta' strateġiji komprensivi bbażati fuq il-prevenzjoni, approċċi abbażi ta' dar, ir-rieżami tar-regolamenti u l-prattiki fir-rigward tal-iżgumbrament u d-disponibbiltà ta' djar ġenwinament affordabbli li joffru stabilità, u t-tmiem tal-kriminalizzazzjoni tal-persuni mingħajr dar; jitlob għal titjib fl-iskambju transnazzjonali tal-aħjar prattiki u t-tagħlim reċiproku u jirrikonoxxi r-rwol tal-Programm tal-Unjoni Ewropea għall-Impjiegi u l-Innovazzjoni Soċjali (EaSI) f'dan il-kuntest;

30.  Jappella biex isiru riformi tal-pensjonijiet li jqisu r-rakkomandazzjonijiet ripetuti tal-Parlament(18) biex jiġu żgurati s-sostenibbiltà, is-sigurtà u l-adegwatezza tal-pensjonijiet għan-nisa u l-irġiel bit-tisħiħ tal-iskemi tal-irtirar, bil-għan li jintlaħaq dħul deċenti tal-irtirar li hu tal-inqas 'il fuq mil-livell tal-faqar; iqis li r-rabta bejn l-età tal-irtirar u l-istennija tal-għomor mhijiex l-uniku mod biex tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ, u li r-riformi tas-sistemi tal-pensjoni għandhom ukoll jirriflettu, inter alia, xejriet tas-suq tax-xogħol, ir-rati tat-twelid, is-sitwazzjoni demografika, is-sitwazzjoni tas-saħħa u tal-ġid, il-kundizzjonijiet tax-xogħol u l-proporzjon tad-dipendenza fuq l-ekonomija; ifakkar li l-aħjar mod li bih tista' tiġi indirizzata l-isfida tat-tixjiħ huwa li tiżdied ir-rata ġenerali tal-impjieg, billi jkomplu jiżviluppaw, fost l-oħrajn, l-investimenti soċjali fit-tixjiħ attiv;

31.  Jinsab imħasseb dwar ir-rwol limitat li kellhom il-parlamenti nazzjonali, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili fit-tfassil tal-programm nazzjonali ta’ riforma (PNR) u tal-programm ta’ konverġenza (PK) kif ukoll fis-CSRs; jinnota, madankollu, il-bidliet fit-tmexxija tas-Semestru Ewropew tal-2015 biex tiżdied is-sjieda fuq livell nazzjonali, u jenfasizza li r-riformi għandhom essenzjalment ikunu kwistjoni għall-Istati Membri; jistieden lill-Kummissjoni tiffavorixxi, meta jiġu integrati l-mekkaniżmi eżistenti ta’ governanza ekonomika, riforma li tagħti aktar leġittimità demokratika lis-Semestru Ewropew billi tinvolvi lill-parlamenti nazzjonali u dak Ewropew fil-proċessi tal-abbozzar u approvazzjoni, filwaqt li tikkonsulta wkoll is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili;

32.  Jikkritika l-fatt li mhux l-Istati Membri kollha involvew il-parlamenti nazzjonali tagħhom, is-sħab soċjali nazzjonali u s-soċjetà ċivili fl-abbozzar tal-PNRs tagħhom; jistieden lill-Istati Membri biex jinkludu ħarsa ġenerali dettaljata fil-PNRs tagħhom fejn jiġi spjegat min kien involut, u b'liema mod; jistieden lill-Kummissjoni tikkunsidra l-prattiki nazzjonali differenti tal-proċeduri parlamentari u tal-involviment tal-partijiet interessati fis-Semestru Ewropew bil-għan li tittejjeb il-parteċipazzjoni;

33.  Jieħu nota tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni biex issir riforma fis-sistemi tal-kura tas-saħħa sabiex dawn jissodisfaw l-objettivi tagħhom li jipprovdu aċċess universali għall-kura ta' kwalità għolja – inkluż l-aċċess affordabbli għal mediċini, speċjalment dawk li jsalvaw il-ħajja – u li jiġu rrispettati d-drittijiet tal-persunal tas-settur tas-saħħa; josserva li, bħala konsegwenza tal-kriżi, xi Stati Membri naqsu milli jiżguraw kopertura sħiħa tas-saħħa pubblika;

34.  Jiddispjaċih li l-Kummissjoni ma nkludietx fis-CSRs l-importanza u l-potenzjal tal-impjiegi tal-ekonomija ekoloġika li, skont l-istimi tal-Kummissjoni, tista' toħloq ħames miljun impjieg sal-2020 fis-setturi tal-effiċjenza enerġetika u l-enerġija rinnovabbli, sakemm jiġu implimentati politiki ambizzjużi dwar il-klima u l-enerġija.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

14

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Jane Collins, Martina Dlabajová, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Georgi Pirinski, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Yana Toom, Ulla Tørnæs, Marita Ulvskog, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská, Inês Cristina Zuber

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Georges Bach, Amjad Bashir, Tania González Peñas, Sergio Gutiérrez Prieto, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Michaela Šojdrová, Neoklis Sylikiotis

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Rosa Estaràs Ferragut

29.9.2015

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2015

(2015/2210(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ildikó Gáll-Pelcz

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2015 dwar il-governanza tas-Suq Uniku fis-Semestru Ewropew 2015(19),

–  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tat-13 ta' Mejju 2015 bit-titolu "Is-Semestru Ewropew tal-2015: Ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi" (COM(2015)0250),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar "ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi"(20),

1.  Jinnota li s-Suq Uniku għadu frammentat u mhux implimentat biżżejjed, u li l-potenzjal kbir għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv, l-innovazzjoni u l-ħolqien tal-impjiegi għadu ma ġiex sfruttat, b'mod partikolari fir-rigward tas-servizzi; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom u jissalvagwardjaw il-qawmien mill-ġdid tas-Suq Uniku bħala waħda mill-prijoritajiet ewlenin tal-Unjoni; iqis li huwa essenzjali li l-potenzjal kbir tas-Suq Uniku jiġi sfruttat bl-aħjar mod possibbli, permezz ta' approċċ olistiku, sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u lill-kompetittività; jenfasizza li s-Semestru Ewropew għandu jħaddan l-objettivi ta' strateġija tal-UE globali u fit-tul għat-tkabbir u għall-impjiegi li tħares lejn l-2020 u lil hinn; itenni mill-ġdid, għalhekk, l-appell tiegħu għal implimentazzjoni rapida tal-leġiżlazzjoni tal-UE rilevanti kollha u jħeġġeġ lill-Kummissjoni tiżgura użu aktar effettiv tal-proċedimenti ta' ksur, u lill-Kunsill Ewropew biex ikompli jiżviluppa aktar il-proċedimenti ta' ksur fil-qafas tar-reviżjonijiet futuri tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea;

2.  Itenni l-istedina tiegħu lill-Kummissjoni biex tressaq proposti ħalli tikklassifika s-Suq Uniku bħala pilastru speċifiku tas-Semestru Ewropew, inklużi linji gwida ddedikati u rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi (CSRs), sabiex jiġu koperti għadd ta' prijoritajiet ċari relatati mal-ekonomija reali; jitlob lill-Kummissjoni ssaħħaħ ir-rabta bejn il-pilastri; ifakkar li governanza ekonomika tajba u l-impatt tagħha jistgħu jkunu effikaċi biss jekk dawk li jimplimentaw u japplikaw ir-regoli jiġu involuti b'mod adegwat; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, tintegra t-tlestija tad-dimensjonijiet kollha tas-Suq Uniku - l-oġġetti, is-servizzi, il-kapital, ix-xogħol, l-enerġija, it-trasport u s-settur diġitali - bħala parti mis-Semestru Ewropew u s-CSRs;

3.  Jitlob li l-governanza tas-Suq Uniku tiġi msaħħa permezz tas-Semestru Ewropew billi jiġi stabbilit sett ta' indikaturi speċifiċi li jkejlu l-prestazzjoni tagħha, flimkien ma' data addizzjonali; jitlob li sezzjoni speċifika tiġi inkluża fir-rapporti tal-pajjiżi li tenfasizza l-ostakli u l-progress fis-suq intern;

4.  Jenfasizza li, biex is-Semestru Ewropew ikollu dimensjoni tas-Suq Uniku, l-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir għandu jinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvolvu l-awtoritajiet lokali u reġjonali tagħhom fl-istabbiliment ta' kontribuzzjonijiet differenzjati għall-miri tal-Ewropa 2020 u fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (NRPs) abbażi tal-prinċipju tal-governanza tas-Suq Uniku;

5.  Jitlob lill-Kummissjoni tistieden lill-Istati Membri jintroduċu fl-NRPs annwali tagħhom taqsima speċifika u dettaljata dwar is-Suq Uniku, fejn jispeċifikaw l-iżvilupp tal-integrazzjoni tagħhom fil-livell nazzjonali u l-miżuri li għandhom jiġu adottati s-sena ta' wara; jistieden lill-Kummissjoni tadotta l-istess struttura għas-CSRs tagħha;

6.  Jenfasizza l-importanza u l-valur miżjud tar-rapporti ta' integrazzjoni tas-Suq Uniku tas-snin preċedenti, minħabba l-kontribut tagħhom għall-prijoritajiet ġenerali stabbiliti fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir tal-Kummissjoni u l-identifikazzjoni tas-CSRs fil-kuntest tas-Semestru Ewropew; isibha ferm deplorevoli, għaldaqstant, li r-rapport tal-integrazzjoni tas-Suq Uniku tħalla barra għall-2015 u li t-talba tal-Parlament ma ttiħditx inkunsiderazzjoni;

7.  Jilqa' l-approċċ il-ġdid tal-Kummissjoni li tissimplifika l-proċess tas-Semestru Ewropew; japprezza, f'dan il-kuntest, il-ħidma tal-Kummissjoni dwar id-definizzjoni ta' CSRs relatati mas-Suq Uniku, iżda jqisha insuffiċjenti; jitlob li jsiru sforzi aktar determinati biex jiggwidaw u jikkoordinaw il-politiki ekonomiċi biex jiżguraw implimentazzjoni konsistenti u ġusta tal-qafas tal-governanza ekonomika fl-Istati Membri u biex jitkejlu l-effetti tal-governanza ekonomika fl-Istati Membri kollha;

8.  Jinsab imħasseb dwar l-iżbilanċi makroekonomiċi persistenti f'uħud mill-Istati Membri, partikolarment livelli għolja ta' dejn pubbliku, defiċits kbar fil-kontijiet kurrenti u riskji eċċessivi fis-sistemi bankarji;

9.  Jappoġġja l-enfasi, fis-CSRs tal-2015, fuq l-importanza tat-tneħħija ta' restrizzjonijiet u ostakli mhux ġustifikati fuq id-dħul f'setturi ewlenin; jitlob lill-Istati Membri kkonċernati, barra minn hekk, jagħtu l-ogħla importanza lil dawn ir-rakkomandazzjonijiet u biex, bħala prijorità urġenti, ineħħu dawn l-ostakli għat-tkabbir tas-Suq Uniku;

10.  Jinnota li s-Suq Uniku huwa wieħed mill-aktar elementi importanti tal-proġett Ewropew, u jirrikonoxxi li biex il-proċess tas-Semestru Ewropew ikun inklużiv, il-Parlament għandu jieħu rwol attiv fih; jistieden lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma implimentawx is-CSRs fir-rigward tas-suq intern biex jispjegaw ir-raġunijiet lill-kumitat kompetenti tal-Parlament (il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur); jitlob li l-Parlament juża dawn l-ispjegazzjonijiet bħala bażi biex jingħata input lill-Kummissjoni rigward l-iżvilupp ta' CSRs ġodda fil-ħin għall-pubblikazzjoni f'Mejju;

11.  Iqis li huwa ta' dispjaċir li kien hemm ħafna lmenti dwar id-defiċits tal-implimentazzjoni; jitlob lill-Kummissjoni għal sistema aħjar ta' sorveljanza u feedback f'dak li jirrigwardja l-implimentazzjoni ġuridika; jitlob lill-Kummissjoni tivvaluta mill-ġdid l-oqfsa ġuridiċi li għandhom defiċits ta' implimentazzjoni serji;

12.  Jenfasizza li fil-parti l-kbira tal-Istati Membri l-investiment pubbliku u privat mhuwiex biżżejjed; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tieħu miżuri addizzjonali biex ittejjeb u tiffaċilita l-aċċess għall-finanzjament għall-SMEs (b'mod partikolari dawk li jirrigwardjaw is-setturi ewlenin, inkluż is-settur diġitali emerġenti), biex tiżgura t-titjib tal-ambjent tan-negozju, tissimplifika l-proċeduri, tnaqqas il-piżijiet amministrattivi fis-Suq Uniku u tappoġġja l-investiment; jenfasizza l-importanza ta' swieq kompetittivi u integrati f'livell għoli b'regolamentazzjoni soda tan-negozju għas-suċċess tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS);

13.  Ifakkar fil-ħtieġa li l-investimenti jiġu ffukati fuq il-prijoritajiet stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020, jiġifieri l-iżvilupp ta' ekonomija bbażata fuq l-għarfien u l-innovazzjoni, il-promozzjoni ta' ekonomija aktar effiċjenti fir-riżorsi, aktar ekoloġika u aktar kompetittiva u t-trawwim ta' ekonomija b'rata għolja ta' okkupazzjoni li twassal għal livell għoli ta' koeżjoni soċali u territorjali; jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-iskeda taż-żmien għall-introduzzjoni tal-FEIS fil-ħarifa 2015 sabiex ikollu l-effett intiż li jistimola l-ekonomija reali u jagħti spinta lill-irkupru fl-Istati Membri; iqis li dawn l-investimenti se jservu biex isaħħu l-kompetittività tal-UE f'setturi ta' tkabbir ewlenin bħalma huma s-servizzi, l-enerġija, it-trasport u s-Suq Uniku diġitali;

14.  Iqis li huwa meħtieġ appoġġ akbar għall-SMEs mill-Kummissjoni u mill-Istati Membri sabiex iwessgħu s-swieq tagħhom, irawmu l-innovazzjoni, jippromwovu l-kapaċità tal-esportazzjoni tagħhom, jistimolaw l-ħolqien tal-impjiegi, jiġu megħjuna biex jikkompetu b'mod aktar effikaċi, b'mod partikolari fis-swieq domestiċi, u jtejbu l-produttività globali; jitlob biex l-opportunitajietli jġib miegħu l-programm għall-Kompetittività tal-Intrapriżi u l-SMEs (COSME) għall-perjodu 2014-2020 jiġu massimizzati ħalli jtejbu l-aċċess tal-SMEs għal finanzjament fis-swieq domestiċi u internazzjonali; jitlob għall-promozzjoni ta' forom oħra ta' finanzjament bħala alternattiva għall-finanzjament mill-banek;

15.  Jenfasizza li koordinazzjoni fiskali aħjar u aktar b'saħħitha u sforzi mġedda fil-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa, filwaqt li jiġu rispettati l-kompetenzi nazzjonali, huma meħtieġa sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet indaqs u jiġu evitati l-kompetizzjoni inġusta u d-distorsjonijiet detrimentali fi ħdan is-Suq Uniku;

16.  Jenfasizza li s-Semestru Ewropew huwa opportunità ovvja għall-ixprunar ta' aktar progress fl-isforzi lejn is-Suq Uniku diġitali; jilqa', f'dan il-kuntest, il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-pjan direzzjonali għat-tlestija tas-Suq Uniku diġitali; iqis li huwa essenzjali li jinstab rimedju għall-frammentazzjoni attwali tar-regoli nazzjonali dwar is-servizzi diġitali u li jiġi żviluppat Suq Uniku diġitali aktar innovattiv u trasparenti bbażat fuq kompetizzjoni ġusta u li jipprovdi livell għoli ta' aċċessibbiltà u protezzjoni tal-konsumatur; jistieden lill-Kummissjoni tirrispetta l-iskeda ppjanata u tniedi 16-il inizjattiva mmirati lejn il-kisba ta' Suq Uniku diġitali reali għall-Ewropa, sabiex jikkontribwixxu għall-irkupru ekonomiku tal-UE, itejbu l-kompetittività interna u esterna u jippromwovu l-koeżjoni soċjali;

17.  Iqis li l-livell insuffiċjenti ta' ħiliet diġitali, kopertura mhux uniformi u spejjeż għoljin jillimitaw il-benefiċċji tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT); iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħtu prijorità fis-CSRs u fl-NRPs lit-taħriġ diġitali għall-individwi u għall-kumpaniji u biex jiżguraw aċċess għall-infrastrutturi tan-netwerks għaċ-ċittadini kollha;

18.  Jemmen li l-Istati Membri jridu jżidu l-isforzi tagħhom biex jimmodernizzaw l-amministrazzjonijiet pubbliċi tagħhom, billi jipprovdu aktar servizzi diġitali li jkunu aktar aċċessibbli għaċ-ċittadini u għan-negozji, b'enfasi partikolari fuq l-SMEs, u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni transkonfinali u l-interoperabilità tal-amministrazzjonijiet pubbliċi; jappoġġja l-implimentazzjoni tal-kapaċitajiet għall-evalwazzjoni u l-iskambju tal-aħjar prattiki fejn jirrigwardja s-servizzi diġitali;

20.  Jirrikonoxxi li hemm diversi restrizzjonijiet li jxekklu l-funzjonament xieraq tas-swieq tal-prodotti u s-servizzi; jappoġġja l-ħidma li saret mill-Kummissjoni dwar il-professjonijiet regolati;

21.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-Istati Membri jinsabu taħt il-miri tal-Ewropa 2020 għar-R&Ż; jitlob lill-Kummissjoni tonora l-intenzjoni tagħha li tippubblika r-rieżami tal-istrateġija Ewropa 2020 sa mhux aktar tard minn tmiem l-2015, sabiex issaħħaħ ir-rwol tas-Suq Uniku u tas-Suq Uniku diġitali bħala strumenti ewlenin biex terġa' tingħata ħajja lit-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità fl-UE; jistieden lill-Istati Membri jiggwidaw l-ekonomiji tagħhom b'mod aktar deċiżiv lejn enfasi fuq l-innovazzjoni u l-għarfien;

22.  Jenfasizza li l-implimentazzjoni sħiħa u rapida tal-leġiżlazzjoni tal-UE dwar l-akkwist pubbliku u l-konċessjonijiet tipprovdi opportunità mill-aqwa biex jittejbu l-innovazzjoni u l-aċċess għall-SMEs, jiġi promoss l-iżvilupp sostenibbli u tiġi modernizzata l-amministrazzjoni pubblika, billi jittejbu l-kwalità, l-effikaċja u t-trasparenza tal-infiq u tal-investiment pubbliku;

23.  Jemmen li s-sjieda tas-CSRs mill-parlamenti nazzjonali jeħtiġilha tiġi msaħħa; iħeġġeġ lill-Istati Membri jagħtu lill-Kummissjoni l-opportunità tippreżenta s-CSRs fil-parlamenti nazzjonali; jistieden lill-Istati Membri, barra minn hekk, jimplimentaw is-CSRs u jittrasponu b'mod rigoruż il-miri tal-UE f'miri nazzjonali; itenni, barra minn hekk, it-talba tiegħu li l-Kummissjoni tirrapporta lill-kumitat kompetenti tal-Parlament dwar il-miżuri meħuda biex jiżguraw il-progress fl-implimentazzjoni tas-CSRs u l-progress li nkiseb sa issa.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

23.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Dita Charanzová, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Daniel Dalton, Nicola Danti, Dennis de Jong, Pascal Durand, Vicky Ford, Ildikó Gáll-Pelcz, Evelyne Gebhardt, Antanas Guoga, Robert Jarosław Iwaszkiewicz, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Antonio López-Istúriz White, Jiří Maštálka, Marlene Mizzi, Eva Paunova, Jiří Pospíšil, Marcus Pretzell, Robert Rochefort, Virginie Rozière, Christel Schaldemose, Andreas Schwab, Olga Sehnalová, Ivan Štefanec, Catherine Stihler, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mihai Ţurcanu, Anneleen Van Bossuyt, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Lucy Anderson, Pascal Arimont, Ulrike Trebesius

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Mario Borghezio, Roger Helmer, Flavio Zanonato

18.9.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet 2015

(2015/2210(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Iskra Mihaylova

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi l-approċċ il-ġdid għal Semestru Ewropew 2015 iktar razzjonalizzat li jiffoka fuq l-erba' prijoritajiet prinċipali għat-tkabbir ekonomiku: spinta lill-investiment, implimentazzjoni tar-riformi strutturali, responsabbiltà fiskali u titjib fil-politika tal-impjiegi; jilqa' r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż (CSRs) għall-2015, li jindirizzaw il-muturi tat-tkabbir li jistgħu jippermettu l-irkupru sostenibbli u li permezz tagħhom jista' jinkiseb progress fi żmien iqsar (12-18-il xahar)

2.  Ifakkar li qafas sod makroekonomiku huwa importanti sabiex jintlaħaq l-objettiv li jitnaqqsu d-disparitajiet fil-livelli ta’ żvilupp kif definit fl-Artikolu 174 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u li l-politika ta’ koeżjoni tista’ tkun mutur biex jinkiseb dan l-objettiv jekk tkun akkumpanjata minn qafas makroekonomiku b'saħħtu; jinsab imħasseb ħafna li fi Stati Membri b’livelli għoljin ta’ dejn tal-gvern u bi żbilanċi makroekonomiċi l-assorbiment u l-effikaċja ta’ Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej (FSIE) jistgħu jkunu ferm imnaqqsa; jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tipproponi miżuri mfassla apposta li se jappoġġaw l-implimentazzjoni u t-twettiq f’waqtu tal-politika ta’ koeżjoni u l-għanijiet ekonomiċi f’dawn il-pajjiżi;

3.  Jinnota' r-rabtiet iktar mill-qrib bejn l-objettivi tal-proċess tas-Semestru Ewropew u l-ipprogrammar tal-Fondi SIE għall-2014-2020 u speċjalment ir-referenzi sistematiċi għas-CSRs u l-Programmi Nazzjonali ta' Riforma (PNR) fl-eżerċizzju tal-ipprogrammar; jieħu nota tal-istudju bit-titolu “Il-Koerenza strateġika tal-politika ta’ koeżjoni: Paragun tal-2007-2013 u perjodi ta’ Programmar 2014-2020”, li turi li s-CSRs huma kkunsidrati b’mod limitat ħafna fil-Ftehimiet ta’ Sħubija u fil-Programmi Operazzjonali; iqis li l-investimenti tal-politika ta’ koeżjoni jista’ jkollhom rwol importanti fl-appoġġ ta’ riformi strutturali u l-għanijiet strateġiċi tal-UE billi jsegwu s-CSRs u l-PNR rilevanti; jitlob biex jittieħdu passi li jiżguraw il-komplementarjetà u s-sinerġiji bejn il-Fondi SIE, il-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS) u l-programmi sussidjati tal-UE l-oħra, flimkien ma' investimenti pubbliċi nazzjonali u strumenti finanzjarji privati, sabiex jinkiseb valur miżjud massimu u sinerġija billi jiġi sfruttat il-potenzjal massimu ta' dawn l-investimenti;

4.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiżguraw il-kwalità tal-interventi kofinanzjati mill-politika tal-koeżjoni u l-konformità mal-iktar CSRs u PNR rilevanti; jinnota li matul is-snin finanzjarji 2013 u 2014 kien hemm aktar rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiżi b’rilevanza għall-ipprogrammar tal-Fondi SIE, filwaqt li riformi strutturali fuq terminu medju relatati ma’ investimenti taħt il-Fondi SIE għadhom meħtieġa u għandhom ikunu inklużi fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż anki jekk dawn ħafna drabi jinsabu f'kundizzjonalitajiet ex-ante stabbiliti fil-qafas komuni tal-Fondi SIE;

5.  Jinnota bi tħassib kbir ir-rati persistenti għolja ta' qgħad f'uħud mill-Istati Membri, speċjalment fir-rigward tal-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-qgħad fuq terminu twil; jenfasizza l-ħtieġa li jiġu implimentati riformi strutturali marbuta mas-suq tax-xogħol, is-sistemi edukattivi u s-servizzi finanzjarji għall-SMEs, li għandhom ikunu ferm appoġġati permezz tal-istrumenti finanzjarji tal-politika ta’ koeżjoni fil-livell reġjonali, nazzjonali u tal-UE sabiex jinħolqu opportunitajiet ta’ impjiegi u tingħata spinta lill-ħolqien ta’ impjiegi ta’ kwalità;

6.  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jiżguraw implimentazzjoni rapida u effettiva tas-CSRs rispettivi għall-2015 sabiex jinkisbu t-tkabbir sostenibbli u l-impjiegi; jiddeplora, f'din il-konnessjoni, in-natura mhux vinkolanti tar-rakkomandazzjonijiet; ifakkar li l-kwalità ta’ intervent tal-Fondi SIE bħala reazzjoni ta' politika għall-isfidi identifikati fis-CSRs se tiddependi fuq kif l-Istati Membri jorbtu ir-riformi strutturali tagħhom u l-konsolidazzjoni fiskali intelliġenti bl-użu tal-Fondi SIE permezz tal-programmi nazzjonali ta’ riforma, u fuq kif l-Istati Membri jiżguraw l-implimentazzjoni tal-programm;

7.  Jagħraf id-dħul fis-seħħ tar-regolament tal-Fond Ewropew għall-Investimenti Strateġiċi (FEIS); jenfasizza l-potenzjal kombinat b'saħħtu tal-Pjan tal-Investiment għall-Ewropa u l-Fondi SIE fl-għoti ta' spinta lill-kompetittività, it-tkabbir ekonomiku sostenibbli u l-ħolqien tal-impjiegi; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri, għalhekk, biex iżidu r-riformi strutturali u jtejbu l-ambjent regolatorju u amministrattiv, sabiex b'mod sostanzjali jtejbu l-klima tan-negozji u l-investimenti u jilħqu l-output/effett ta' lieva massimu mill-finanzi pubbliċi limitati;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jikkunsidraw modi innovattivi biex jinkoraġġixxu l-investiment fl-UE u jenfasizza l-fatt li l-użu akbar tal-istrumenti finanzjarji skont il-politika ta' koeżjoni tal-2014-2020 jista' jgħin biex ikun hemm effett ta' lieva u effett multiplikatur għall-baġit tal-UE u biex jissaħħu wkoll l-effettività u l-effiċjenza tal-investiment tal-Fondi SIE; jenfasizza, madankollu, il-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-iskrutinju ta’ strumenti finanzjarji, inkluż tal-FEIS.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

17.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

30

8

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, José Blanco López, Franc Bogovič, Mercedes Bresso, Steeve Briois, Edward Czesak, Rosa D’Amato, Bill Etheridge, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Demetris Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Julia Reid, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Ángela Vallina, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Petras Auštrevičius, Jan Olbrycht, Maurice Ponga

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Brando Benifei, Andrejs Mamikins, Soraya Post

21.9.2015

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

dwar is-Semestru Ewropew għall-koordinazzjoni tal-politika ekonomika: implimentazzjoni tal-prijoritajiet tal-2015

(2015/0000(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Ernest Urtasun

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi l-ugwaljanza hija valur fundamentali tal-UE u kundizzjoni meħtieġa għall-kisba tal-miri tal-Ewropa 2020 għall-impjieg u għat-tnaqqis tal-faqar, u li għal dan l-għan jistgħu jikkontribwixxu b'mod sostanzjali l-konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali tal-ugwaljanza bejn is-sessi u l-implimentazzjoni xierqa tad-direttivi tal-UE dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

B.  billi l-aċċess tan-nisa għas-suq tax-xogħol huwa fattur fid-diversità tal-ħiliet fis-suq tal-impjiegi, li l-konsegwenza diretta tiegħu hija l-aċċessibilità għal riżorsi aħjar għall-intrapriżi u għaldaqstant għal kompetittività akbar, għall-impjieg u għat-tkabbir fi ħdan is-suq intern;

C.  billi n-nisa huma affettwati minn tnaqqis fis-servizzi pubbliċi inklużi s-saħħa, l-edukazzjoni u s-settur tal-abitazzjoni, kemm direttament bħala utenti u impjegati, kif ukoll indirettament permezz tal-appoġġ tagħhom għall-membri tal-familja li jiddependu fuq is-servizzi pubbliċi; billi t-tnaqqis fl-infiq fuq persunal tas-saħħa żied il-piż tal-kura f'ħafna Stati Membri fuq in-nisa li ta' sikwit jaħdmu f'kundizzjonijiet ta' prekarjetà u sfruttament;

D.  billi r-rata tal-impjieg, u inċidentalment ir-rata ta' tkabbir fis-suq intern tal-UE, parzjalment tiddependi fuq il-kapaċità tal-irġiel u n-nisa biex isibu bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

E.  billi l-kriżi ekonomika u l-politiki ta' konsolidazzjoni fiskali affettwaw lin-nisa b'mod sproporzjonat, b'mod partikolari dawk minn komunitajiet marġinalizzati, nisa żgħażagħ, u nisa li jbatu minn diskriminazzjoni multipla;

F.  billi s-sostenibilità tal-finanzi pubbliċi hija waħda mill-miri tal-istrateġija Ewropa 2020, u billi l-investiment mill-Istati Membri fl-edukazzjoni b'mod ġenerali, u fin-nisa żgħażagħ b'mod aktar speċifiku, huwa parti integrali mill-baġits nazzjonali tagħhom;

G.  billi s-suq tax-xogħol u l-ħolqien tal-impjiegi għandhom jistinkaw għall-ħolqien ta' impjiegi ta' kwalità għolja skont l-aġenda tax-xogħol deċenti tal-ILO;

H.  billi rati persistentement għoljin ta' qgħad u esklużjoni soċjali fost iż-żgħażagħ madwar l-UE fi snin reċenti wasslu għal distruzzjoni tal-kapital uman u affettwaw in-nisa u l-bniet b'mod sproporzjonat; billi dawn l-impatti fit-tul tal-kriżi ekonomika għandhom jiġu indirizzati b'mod sensittiv għad-differenza bejn is-sessi;

I.  billi s-sitwazzjoni ekonomika attwali wriet il-ħtieġa ta' koordinazzjoni aktar mill-qrib tal-politiki makroekonomiċi u baġitarji tal-Istati Membri biex tinkiseb unjoni ekonomika aktar integrata u bilanċjata;

1.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fl-istrateġija Ewropa 2020, u jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex fl-istrateġija jintroduċu pilastru ta' ugwaljanza bejn is-sessi u objettiv mifrux dwar l-ugwaljanza bejn is-sessi;

2.  Itenni li l-għan tal-koordinazzjoni tal-politiki ekonomiċi u fiskali fl-Istati Membri jista' jinkiseb biss jekk il-politiki dwar l-ugwaljanza jkunu wkoll koordinati;

3.  Jilqa' dawn ir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż intiżi biex imexxu l-quddiem l-ugwaljanza bejn is-sessi, iżda jitlob inklużjoni akbar tal-perspettiva tal-integrazzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi fit-tfassil tar-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż, b'mod speċifiku rigward ir-riformi tas-suq tax-xogħol u b'mod partikolari l-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata; jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tas-Semestru Ewropew dwar it-tisħiħ tal-prinċipju ta' paga ugwali għall-irġiel u n-nisa permezz tat-trasparenza u l-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa jiġu implimentati mill-Istati Membri; jitlob ukoll li l-gwida speċifika tal-politika ta' ugwaljanza għandha tiġi inkluża fl-istħarriġ annwali dwar it-tkabbir;

4.  Jistieden lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jneħħu r-restrizzjonijiet fuq in-nisa li jipparteċipaw fis-suq tax-xogħol, b'mod partikolari bl-istabbiliment ta' mekkaniżmi, speċjalment perjodi xierqa ta' liv tal-maternità, tal-paternità u tal-ġenituri, li għandhom jiġu standardizzati madwar l-UE, sabiex ippermettu lin-nisa jiksbu bilanċ tajjeb bejn ix-xogħol u l-ħajja privata;

5.  Itenni s-sejħa tiegħu lill-Istati Membri biex jinkorporaw id-dimensjoni tas-sessi fil-programmi ta' stabilità u konverġenza tagħhom u fil-programmi ta' riforma nazzjonali, permezz tal-istabbiliment ta' miri kwalitattivi u ta' miżuri li jindirizzaw disparitajiet persistenti bejn is-sessi li ta' sikwit jirriżultaw f'li n-nisa jsibu ruħhom taħt is-soll tal-faqar fi stadju aktar tard f'ħajjithom, kif ukoll biex sistematikament japplikaw il-prinċipji ta' bbaġitjar bil-ħsieb li jeżaminaw il-programmi u politiki ta' azzjoni attwali, l-effetti tagħhom fuq l-allokazzjoni tar-riżorsi u l-kontribut tagħhom għall-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel;

6.  Ifakkar lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni li l-barrieri li jwaqqfu lin-nisa milli jaċċessaw is-suq tax-xogħol għandhom impatt dirett fuq il-qligħ potenzjali fuq l-investiment tal-Istati Membri fl-edukazzjoni;

7.  Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni biex tiffaċilita l-monitoraġġ tal-miri ewlenin għall-impjieg u għat-tnaqqis tal-faqar billi titlob li l-Istati Membri jużaw data disaggregata skond is-sess u tiddefinixxi indikaturi addizzjonali speċifiċi skont is-sess; 8.  Jenfasizza li l-Istati Membri għandhom itejbu r-rata ta' parteċipazzjoni tat-tfal u ż-żgħażagħ fis-sistemi edukattivi u għandhom jiffokaw aktar fuq il-problema ta' tluq bikri mill-iskola, b'mod speċjali billi jiġbru informazzjoni dwar ir-raġunijiet ewlenin għat-tluq bikri mill-iskola sabiex jadottaw u jimplimentaw politiki għall-prevenzjoni ta' dan;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja lill-Istati Membri fl-użu akbar ta' fondi strutturali għall-investiment fi strutturi u servizzi ta' kura pubblika għat-tfal, għall-anzjani u għal dipendenti oħra; jinnota l-impatt sproporzjonat li n-nuqqas ta' investiment fi strutturi u servizzi ta' kura pubblika jkollhom fuq ġenituri waħedhom li l-maġġoranza kbira tagħhom huma nisa;

10.  Jenfasizza l-ħtieġa għall-prijoritizzazzjoni tal-azzjoni biex jiġu indirizzati l-qgħad, il-faqar u l-esklużjoni soċjali li jaffettwaw fuq kollox lin-nisa, u li tingħata prijorità lill-impjieg/impjiegi ta' kwalità sostenibbli, l-investiment u servizzi pubbliċi ta' kwalità li jiżguraw l-inklużjoni soċjali, b'mod speċjali fl-oqsma tal-edukazzjoni, is-saħħa, l-indukrar tat-tfal u ta' persuni dipendenti, it-trasport pubbliku u s-servizzi soċjali;

11.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jfasslu u jimplimentaw rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż dwar suġġetti li speċifikament jaffettwaw il-pożizzjoni tan-nisa fis-swieq tax-xogħol, inklużi fost l-oħrajn:

i)  it-tneħħija ta' ostakli strutturali li n-nisa jaffrontaw biex jidħlu u javvanzaw f'setturi dominati mill-irġiel bħax-xjenza, it-teknoloġija, l-intraprenditorija, il-finanzi u l-ekonomija ekoloġika;

ii)  l-indirizzar tad-differenza bejn il-pagi u l-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa f'setturi differenti;

iii)  l-istinkar għaż-żieda tar-rapreżentazzjoni tan-nisa fit-teħid ta' deċiżjonijiet ekonomiċi f'setturi differenti;

iv)  l-indirizzar tal-ħtieġa għat-tisħiħ tal-pożizzjoni tan-nisa u l-bniet permezz ta' edukazzjoni formali u informali, speċjalment fl-oqsma tax-xjenza, it-teknoloġija, l-inġinerija, il-matematika, l-intraprenditorija, l-ekonomija u l-istudji kummerċjali, kif ukoll il-ħtieġa tat-titjib tal-faċilitajiet għat-tlaqqigħ tal-ħiliet, it-taħriġ u t-tagħlim tul il-ħajja għan-nisa f'xogħlijiet f'setturi differenti;

12.  Jinnota li l-kriżi finanzjarja u ekonomika kellha implikazzjonijiet serji għall-isfidi demografiċi li qed taffronta l-Ewropa, inkluż it-tixjiħ tal-popolazzjoni; jinnota li d-differenza bejn il-pensjonijiet tal-irġiel u n-nisa fl-Ewropa hija ta' 39 %; jenfasizza li l-politiki ta' impjieg u t-tfassil tas-sistemi ta' trasferiment soċjali għandhom implikazzjonijiet profondi għall-kapaċità tan-nisa biex iħallsu l-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, u li r-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż għandhom jikkunsidraw dan; jemmen li l-implikazzjonijiet tas-sessi fuq ħajjiet tax-xogħol itwal għandhom jiġu eżaminati;

13.  Jistieden lill-Kummisarju/i responsabbli jiddiskuti/u, kull sena, l-aspetti tas-sessi fl-Istħarriġ Annwali dwar it-Tkabbir mal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi;

14.  Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni u l-Istati Membri jivvalutaw l-impatt tal-politiki ta' riforma strutturali dwar in-nisa f'komunitajiet marġinalizzati li jbatu b'diskriminazzjoni multipla; jistieden lill-Kummissjoni tfassal rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjjiż speċifikament biex tindirizza l-ostakli li jaffrontaw dawn in-nisa;

15.  Huwa mħasseb b'mod profond dwar il-fatt li tnaqqis tal-finanzjament ta' organizzazzjonijiet, istituzzjonijiet u korpi ta' ugwaljanza tan-nisa wassal għal għeluq u tnaqqis sinifikanti ta' operazzjonijiet;

16.  Jitlob li linji gwida u proċeduri speċifiċi jiġu inklużi fis-Semestru Ewropew sabiex ikunu żgurati r-responsabilità, il-konsultazzjoni u d-djalogu mal-partijiet nazzjonali ikkonċernati, mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u mat-trade unions;

17.  Jenfasizza li l-flessibilità tas-suq tax-xogħol m'għandhiex tieħu post forom ta' protezzjoni soċjali bħal salarji minimi, drittijiet ta' negozjar kollettiv jew drittijiet ta' maternità u paternità, jew tal-preservazzjoni ta' impjiegi siguri u ta' kwalità għolja skont l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti; jenfasizza r-rwol importanti tal-involviment tas-soċjetà ċivili, id-djalogu soċjali, it-trade unions u r-rappreżentazzjoni tal-impjegati fit-tfassil u l-implimentazzjoni tal-politiki tas-suq tax-xogħol;

18.  Jesprimi t-tħassib tiegħu li d-deregolamentazzjoni u l-flessibilizzazzjoni tar-relazzjonijiet industrijali f'ħafna Stati Membri wasslu għal ksur ta' liġijiet tal-impjieg, inkluża diskriminazzjoni diretta u indiretta kontra n-nisa;

19.  Jissuġġerixxi l-involviment aktar mill-qrib tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi fis-Semestru Ewropew;

20.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jagħmlu aktar biex jużaw l-irkupru mill-kriżi ekonomika bħala opportunità għall-promozzjoni ta' mudell ekonomiku soċjalment u ambjentalment sostenibbli, billi, fost mezzi oħra, jaċċelera l-ħolqien ta' impjiegi ekoloġiċi u l-promozzjoni tal-intrapriża soċjali u mudelli kummerċjali alternattivi, bħall-impriżi mutwi u l-kooperattivi;

21.  Jenfasizza li n-nisa fl-Ewropa huma rappreżentati żżejjed f'impjiegi part-time, temporanji, b'pagi baxxi u f'impjiegi mhux dikjarati, u li forom prekarji ta' impjieg infirxu matul is-snin reċenti b'riżultat tal-miżuri ta' awsterità inkluża d-deregolamentazzjoni tas-suq tax-xogħol u r-riforma tad-drittijiet tax-xogħol u l-prattiki ta' negozjar; huwa mħasseb profondament li l-livelli ta' faqar fost dawk li jaħdmu żdiedu.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI FIL-KUMITAT

Data tal-adozzjoni

15.9.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Catherine Bearder, Malin Björk, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Mary Honeyball, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Elisabeth Köstinger, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Matera, Krisztina Morvai, Angelika Niebler, Maria Noichl, Margot Parker, Marijana Petir, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Jordi Sebastià, Michaela Šojdrová, Ángela Vallina, Beatrix von Storch, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Biljana Borzan, Ildikó Gáll-Pelcz, Sylvie Goddyn, Constance Le Grip

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Michel Reimon

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

13.10.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

16

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Philippe Lamberts, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Dariusz Rosati, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Kay Swinburne, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Miguel Viegas, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

David Coburn, Bas Eickhout, Ramón Jáuregui Atondo, Danuta Jazłowiecka, Thomas Mann, Siegfried Mureşan, Nils Torvalds, Beatrix von Storch

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mark Demesmaeker

(1)

Testi adottati, P8_TA(2015)0067.

(2)

Testi adottati, P8_TA(2015)0238.

(3)

ĠU C 165 E, 11.6.2013, p. 24.

(4)

Testi adottati, P7_TA(2013)0036.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2015)0238.

(6)

Ir-Rakkomandazzjoni tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar approċċ ġdid għall-falliment u l-insolvenza tan-negozji

(7)

Rapport tal-OECD bit-titolu "In it together: Why less inequality benefits all", 21 ta' Mejju 2015.

(8)

COM(2015)0012, "L-aħjar użu tal-flessibbiltà fir-regoli eżistenti tal-Patt tal-Istabbiltà u Tkabbir”.

(9)

Ir-Rakkomandazzjoni tat-12 ta’ Marzu 2014 dwar approċċ ġdid għall-falliment u l-insolvenza tan-negozji.

(10)

Sitwazzjoni Soċjali u tal-Impjiegi fl-UE, Analiżi Trimestrali fl-UE ta' Ġunju 2015.

(11)

Riżoluzzjoni tal-11 ta’ Marzu 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0068), il-paragrafi 10 u 18.

(12)

Riżoluzzjoni tal-11 ta’ Marzu 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0068), paragrafu 46.

(13)

Rapport tal-OECD bit-titolu "In it together: Why less inequality benefits all", 21 ta' Mejju 2015.

(14)

Rapport tal-FMI ‘Causes and Consequences of Income Inequality: A Global Perspective'', Ġunju 2015.

(15)

Rapport tal-FMI ‘Causes and Consequences of Income Inequality: A Global Perspective'', Ġunju 2015.

(16)

Riżoluzzjoni tal-11 ta’ Marzu 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0068).

(17)

COM(2015)0250 final.

(18)

Riżoluzzjoni tal-11 ta’ Marzu 2015 (Testi adottati, P8_TA(2015)0068); Riżoluzzjoni tat-22 ta’ Ottubru 2014 (Testi adottati, P8_TA(2014)0038); Riżoluzzjoni tal-25 ta’ Frar 2014 (Testi adottati, P7_TA(2014)0129); Riżoluzzjoni tat-8 ta' Lulju 2015, P8_TA-PROV(2015)0261.

(19)

Testi adottati, P8_TA(2015)0069.

(20)

Testi adottati, P8_TA(2015)0238.

Avviż legali