Proċedura : 2015/0036(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0318/2015

Testi mressqa :

A8-0318/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2015 - 5.4
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0399

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 161kWORD 68k
10.11.2015
PE 557.124v02-00 A8-0318/2015

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar

(07134/2015 – C8-0323/2015 – 2015/0036(NLE))

Kumitat għas-Sajd

Rapporteur: Carlos Iturgaiz

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA
 RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim fil-forma ta' Skambju ta’ Ittri bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) li jikkonċerna l-istatus tal-Unjoni bħala Membru fil-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar

(07134/2015 – C8-0323/2015 – 2015/0036(NLE))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (07134/2015),

–  wara li kkunsidra l-Iskambju ta’ Ittri biex jinkiseb l-istatus ta’ Membru tal-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar,

–  wara li kkunsidra t-talba għall-approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0323/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0318/2015),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u lill-Konvenzjoni għall Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar.


ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Il-proposta tfittex l-awtorizzazzjoni tal-Iskambju ta' Ittri bejn l-UE u l-Kummissjoni Estiża tal-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonn tan-Nofsinhar, (CCSBT). L-iffirmar ta’ dan l-istrument tad-dritt internazzjonali se jippermetti lill-UE timxi minn Kooperatur mhux Membru tal-Kummissjoni Estiża tas-CCSBT għal membru sħiħ tagħha. L-Unjoni Ewropea ilha kooperatur mhux Membru tal-Kummissjoni Estiża tas-CCSBT sa mill-2006.

L-Unjoni Ewropea, skont l-impenji tagħha taħt id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar tal-10 ta’ Diċembru 1982 relatati mal-Konservazzjoni u l-Ġestjoni ta’ Stokkijiet ta’ Ħut Transżonali u Stokkijiet ta’ Ħut li Jpassi Ħafna, mexxiet politika attiva ħafna ta' parteċipazzjoni mal-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd kollha bil-għan li tikkontribwixxi għall-ġestjoni razzjonali u sostenibbli tar-riżorsi tal-baħar u tiġġieled lis-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat.

L-organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd huma organizzazzjonijiet internazzjonali stabbiliti minn pajjiżi b’interessi ta' sajd f’żona partikolari. Uħud minnhom jiġġestixxu l-istokkijiet kollha tal-ħut li jinsabu f’żona speċifika, filwaqt li oħrajn jiffukaw fuq speċijiet partikolari li jpassu ħafna, b'mod partikolari t-tonn, fuq żoni ġeografiċi ħafna aktar vasti. L-organizzazzjonijiet huma miftuħa kemm għall-pajjiżi fir-reġjuni kkonċernati (“stati kostali”) kif ukoll għall-pajjiżi b’interessi f'dawn iż-żoni tas-sajd.

Filwaqt li xi organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd għandhom rwol purament konsultattiv, il-parti l-kbira minnhom għandhom responsabilitajiet ta' ġestjoni b'setgħat biex jistabbilixxu l-limiti tal-qabdiet u tal-isforz tas-sajd, kif ukoll biex jiddefinixxu miżuri tekniċi u jikkontrollaw l-applikazzjoni tal-obbligi.

L-UE, irrappreżentata mill-Kummissjoni, għandha rwol attiv f’sitt organizzazzjonijiet reġjonali tal-ġestjoni tas-sajd iddedikati għat-tonn.

Il-Kummissjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku (ICCAT) hija l-aktar waħda importanti sa fejn għandha x'taqsam l-Unjoni Ewropea, peress li hija responsabbli mill-konservazzjoni tat-tonn u speċijiet li jixbħu lit-tonn fl-Oċean Atlantiku u fl-ibħra ta’ madwaru. L-organizzazzjoni twaqqfet fil-Konferenza tal-Plenipotenzarji, li ppreparat u adottat il-Konvenzjoni Internazzjonali għall-Konservazzjoni tat-Tonn tal-Atlantiku ffirmata f’Rio de Janeiro, fil-Brażil, fl-1966. Wara r-ratifika, il-Konvenzjoni daħlet fis-seħħ formalment fl-1969.

Il-Kummissjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (CCSBT) hija Organizzazzjoni Reġjonali tal-Ġestjoni tas-Sajd responsabbli mill-ġestjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar (SBF) kull fejn tinsab mifruxa. Il-Konvenzjoni għall-Konservazzjoni tat-Tonna tan-Nofsinhar daħlet fis-seħħ fl-20 ta’ Mejju 1994.

L-Unjoni Ewropea ilha Parti Kooperattiva Mhux Membru tal-Kummissjoni Estiża tas-CCSBT sa mill-2006.

Il-Partijiet Kooperattivi mhux Membri jieħdu sehem bis-sħiħ fl-attivitajiet tas-CCSBT iżda mhumiex intitolati li jivvutaw. L-istatus ta’ kooperatur mhux membru jeħtieġ konformità mal-ġestjoni u l-miżuri ta’ konservazzjoni tas-CCSBT.

Qabdiet tat-Tonna tan-Nofsinhar fiż-żona ta' distribuzzjoni mill-flotta tal-UE jirriżultaw minn qabdiet inċidentali limitati ta’ sajd bil-konz fit-tul li jistad għat-tonn u speċijiet simili għat-tonn, il-biċċa l-kbira fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni tal-Kummissjoni tat-Tonn tal-Oċean Indjan (IOTC). Mill-2006 'l hawn, l-UE ġiet allokata kwota ta’ 10 tunnellati Tonna tan-Nofsinhar fis-sena għall-qbid inċidentali fiż-żona tas-CCSBT.

Il-Konvenzjoni tas-CCSBT hija miftuħa biss għal pajjiżi individwali, bl-esklużjoni, għalhekk, tal-organizzazzjonijiet reġjonali għall-integrazzjoni ekonomika (REIOs) bħalma hi l-UE.

Is-CCSBT, matul l-20 laqgħa tagħha li saret f’Ottubru 2013, emendat ir-Riżoluzzjoni li tirregola l-Kummissjoni Estiża biex tippermetti lill-REIOs li, jekk jixtiequ, isiru membri tal-Kummissjoni msemmija (sa dak iż-żmien l-uniku status permess għall-REIOs kien l-istatus ta’ Kooperatur Mhux Membru) permezz ta’ Skambju ta’ Ittri li fihom l-applikant għandu jagħti lis-CCSBT l-impenn sod tiegħu li se jirrispetta t-termini ta’ din il-Konvenzjoni u li se jikkonforma mad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni Estiża tas-CCSBT.

Huwa għall-parteċipazzjoni sħiħa fil-ħidmiet tas-CCSBT li l-Kunsill ippreżenta din il-proposta għal deċiżjoni. Ir-rapporteur jaqbel ma' din il-proposta kompletament u għalhekk jitlob lill-kumitat japprova din il-proposta.


RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

15.7.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Richard Corbett, Diane Dodds, Linnéa Engström, Raymond Finch, Ian Hudghton, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Norica Nicolai, Liadh Ní Riada, Ulrike Rodust, Ricardo Serrão Santos, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Marek Józef Gróbarczyk, Anja Hazekamp, Verónica Lope Fontagné, Francisco José Millán Mon, Lidia Senra Rodríguez

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi

Avviż legali