Proċedura : 2015/2264(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0336/2015

Testi mressqa :

A8-0336/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/11/2015 - 9.2
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0405

RAPPORT     
PDF 613kWORD 86k
19.11.2015
PE 571.655v02-00 A8-0336/2015

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati, f'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2015)0514 – C8-0308/2015 – 2015/2264(BUD))

Kumitat għall-Baġits

Rapporteur: José Manuel Fernandes

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati, f'konformità mal-punt 12 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba

(COM(2015)0514 – C8-0308/2015 – 2015/2264(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0514 – C8-0308/2015),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 tal-21 ta' April 2015 li jemenda r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020(2),

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(3) , u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottat mill-Kummissjoni fl-24 ta' Ġunju 2015 (COM(2015)0300), kif emendat bl-Ittri Emendatorji Nri 1/2016 (COM(2015)0317) u 2/2016 (COM(2015)0513)

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, adottata mill-Kunsill fl-4 ta' Settembru 2015 u mibgħuta lill-Parlament fis-17 ta' Settembru 2015 (11706/2015 – C8-0274/2015),

–  wara li kkunsidra l-pożizzjoni tiegħu adottata fit-28 ta' Ottubru 2015(4) dwar l-abbozz tal-baġit ġenerali għall-2016,

–  wara li kkunsidra t-test konġunt approvat mill-Kumitat ta' Konċiljazzjoni fl-14 ta' Novembru 2015 (14195/2015 – C8-0353/2015),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A8-0336/2015),

A.  billi, wara li ġew eżaminati l-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonjiet ta' impenn taħt l-intestaturi 3 u 4, jidher li jeħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà għall-approprjazzjonijiet ta' impenn;

B.  billi l-Kummissjoni pproponiet li timmobilizza l-Istrument ta' Flessibbiltà biex tikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2016 b'EUR 1 504 miljun lil hinn mil-limitu massimu taħt l-intestatura 3 f'approprjazzjonijiet ta' impenn biex tiffinanzja miżuri skont l-Aġenda Ewropea dwar il-Migrazzjoni;

C.  billi, minbarra l-ammont finali ta' EUR 1 506 miljun lil hinn mil-limitu massimu taħt l-intestatura 3, il-Kumitat ta' Konċiljazzjoni li ltaqa' għall-baġit għall-2016 qabel mal-proposta tad-delegazzjoni tal-Parlament għall-mobilizzazzjoni ulterjuri tal-Istrument ta' Flessibbiltà b'EUR 24 miljun lil hinn mil-limitu massimu taħt l-intestatura 4 sabiex tiġi indirizzata d-dimensjoni esterna tal-isfidi tal-kriżi tar-refuġjati;

D.  billi l-ammont totali tal-Istrument ta' Flessibbiltà għas-sena finanzjarja 2016, li jinkludi l-ammonti mhux użati għas-snin finanzjarji 2014 u 2015, huwa għalhekk totalment eżawrit;

1.  Jinnota li l-limiti massimi għall-2016 għall-intestaturi 3 u 4 ma jippermettux għall-finanzjament xieraq ta' miżuri urġenti fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati;

2.  Jaqbel, għalhekk, li l-Istrument ta' Flessibbiltà jiġi mmobilizzat għal ammont ta' EUR 1 530 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn;

3.  Jaqbel, barra minn hekk, mal-allokazzjoni proposta tal-approprjazzjonijiet korrispondenti ta' pagament ta' EUR 734,2 miljun fl-2016, EUR 654,2 miljun fl-2017, EUR 83 miljun fl-2018 u EUR 58,6 miljun fl-2019;

4.  Itenni li l-mobilizzazzjoni ta' dan l-istrument, kif previst fl-Artikolu 11 tar-Regolament dwar il-QFP, turi biċ-ċar għal darb'oħra l-bżonn kruċjali li l-baġit tal-Unjoni jkun aktar flessibbli; jinnota li dawn l-approprjazzjonijiet addizzjonali huma biss possibbli permezz tar-riport ta' ammonti li ma ntużawx mill-Istrumenti ta' Flessibbiltà tas-snin finanzjari 2014 u 2015; jissottolinja li l-ebda ammont mhu se jiġi riportat għas-sena finanzjarja 2017, b'hekk kwalunkwe mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà hija limitata għal-limitu massimu annwali tiegħu ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011);

5.  Itenni l-opinjoni tiegħu, li ilu jħaddan li, mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-approprjazzjonijiet ta' pagament jiġu mmobilizzati għal linji baġitarji speċifiċi permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà mingħajr mobilizzazzjonijiet preċedenti f'impenji, il-pagamenti li jirriżultaw minn impenji preċedentement immobilizzati permezz tal-Istrument ta' Flessibbiltà jkunu jistgħu jingħaddu biss oltre l-limiti massimi;

1.  Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibilità għal miżuri baġitarji immedjati biex tiġi indirizzata l-kriżi tar-refuġjati

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba(5), u b'mod partikolari l-punt 12 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)  L-Artikolu 11 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013(6) jippermetti l-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà fi ħdan il-limitu massimu annwali ta' EUR 471 miljun (prezzijiet tal-2011) biex tiġi ffinanzjata nefqa identifikata b'mod ċar li ma setgħetx tiġi ffinanzjata fi ħdan il-limiti massimi disponibbli għal intestatura waħda jew aktar.

(2)  Minħabba l-ħtiġijiet urġenti, huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat ammont addizzjonali importanti għall-finanzjament ta' miżuri biex itaffu l-kriżi tal-migrazzjoni u r-refuġjati.

(3)  Wara li eżaminaw il-possibilitajiet kollha għar-riallokazzjoni tal-approprjazzjonijiet taħt il-limiti massimi tan-nefqa għall-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u għall-intestatura 4 (Ewropa Globali), jidher li huwa meħtieġ li jiġi mmobilizzat l-Istrument ta' Flessibbiltà biex jikkomplementa l-finanzjament fil-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016 b'EUR 1 506 miljun lil hinn mil-limitu massimu taħt l-intestatura 3 u b'EUR 24 miljun taħt l-intestatura 4 għall-finanzjament ta' miżuri fil-qasam tal-migrazzjoni u r-refuġjati. L-ammonti annwali mhux użati disponibbli għall-Istrumenti ta' Finanzjament għas-snin finanzjarji 2014 u 2015 għandhom jintużaw għal din il-mobilizzazzjoni.

(4)  Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà għandhom ikunu mqassma fuq diversi snin finanzjari u huma stmati għal EUR 734,2 miljun fl-2016, EUR 654,2 miljun fl-2017, EUR 83,0 miljun fl-2018, u EUR 58,6 miljun fl-2019,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.  Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2016, l-Istrument ta' Flessibbiltà għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 1 506 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 3 (Sigurtà u Ċittadinanza) u EUR 24 miljun f'approprjazzjonijiet ta' impenn taħt l-intestatura 4 (Ewropa Globali).

Dawn l-ammonti għandhom jintużaw biex jiffinanzjaw miżuri għall-ġestjoni tal-kriżi tar-refuġjati.

2.  Abbażi tal-profil tal-pagament mistenni, l-approprjazzjonijiet ta' pagament li jikkorrispondu għall-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta’ Flessibbiltà se jkunu kif ġej:

EUR 734,2 miljun fl-2016;

EUR 654,2 miljun fl-2017;

EUR 83,0 miljun fl-2018;

EUR 58,6 miljun fl-2019;

L-ammonti speċifiċi għal kull sena finanzjarja għandhom jiġu awtorizzati skont il-proċedura baġitarja annwali.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi

Għall-Parlament Ewropew  Għall-Kunsill

Il-President  Il-President

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

19.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

23

2

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jonathan Arnott, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Jean-Paul Denanot, Gérard Deprez, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Jens Geier, Ingeborg Gräßle, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Ernest Maragall, Clare Moody, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Daniele Viotti, Marco Zanni

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Anneli Jäätteenmäki, Janusz Lewandowski, Stanisław Ożóg, Tomáš Zdechovský

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bogdan Brunon Wenta

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(2)

ĠU L 103, 22.4.2015, p. 1.

(3)

ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(4)

Testi Adottati, P8_TA(2015)0376.

(5)

  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(6)

  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884);

Avviż legali