Proċedura : 2014/2218(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0361/2015

Testi mressqa :

A8-0361/2015

Dibattiti :

PV 21/01/2016 - 6
CRE 21/01/2016 - 6

Votazzjonijiet :

PV 21/01/2016 - 8.6
CRE 21/01/2016 - 8.6
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0021

RAPPORT     
PDF 962kWORD 579k
10.12.2015
PE 544.272v03-00 A8-0361/2015

dwar ir-Rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2014

(2014/2218(INI))

Kumitat għall-Petizzjonijiet

Rapporteur: Lidia Joanna Geringer de Oedenberg

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-Rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2014

(2014/2218 (INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-riżultat tad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 10 u 11 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-importanza tad-dritt ta' petizzjoni u l-utilità li l-Parlament ikun immedjatament informat bit-tħassib speċifiku taċ-ċittadini u r-residenti Ewropej, kif previst fl-Artikoli 24 u 227 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 228 tat-TFUE,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 44 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar id-dritt ta' petizzjoni lill-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-dispożizzjonijiet tat-TFUE fir-rigward tal-proċedura ta' ksur, partikolarment l-Artikoli 258 u 260,

  wara li kkunsidra l-Artikoli 52, 215, 216(8), 217 u 218 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet (A8-0361/2015),

A.  billi fl-2014 tressqu 2 714-il petizzjoni, li jirrappreżenta tnaqqis ta' madwar 6 % fir-rigward tal-2013, li fiha l-Parlament irċieva 2 885 petizzjoni; billi 790 petizzjoni ġew ikkunsidrati ammissibbli u ngħataw segwitu; billi 1 070 petizzjoni ġew ikkunsidrati inammissibbli; billi 817-il petizzjoni kienu ammissibbli u ngħalqu; billi 37 petizzjoni kellhom rakkomandazzjoni li ġiet ikkontestata; billi dawn iċ-ċifri jammontaw għal kważi d-doppju tal-petizzjonijiet li waslu fl-2009; billi ma kien hemm ebda żieda proporzjonata fl-għadd ta' impjegati taċ-ċivil li għandhom il-kompitu li jipproċessaw dawn il-petizzjonijiet;

B.  billi l-għan tar-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet hu li jippreżenta analiżi tal-petizzjonijiet li waslu fl-2014 kif ukoll li jiddiskuti l-possibilità ta' titjib fil-proċeduri u fir-relazzjonijiet ma' istituzzjonijiet oħra;

C.   billi l-għadd ta' petizzjonijiet irċevuti huwa modest fir-rigward tal-popolazzjoni totali tal-Unjoni Ewropea, u dan jindika li l-maġġoranza taċ-ċittadini tal-UE għadhom ma jafux dwar id-dritt ta' petizzjoni jew dwar l-utilità possibbli tiegħu bħala mezz biex tinġibed l-attenzjoni tal-istituzzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri għall-kwistjonijiet li huma ta' tħassib għalihom u li jaffettwahom; billi, minkejja li xi ċittadini tal-UE huma konxji mill-proċess tal-petizzjoni, għad hemm konfużjoni kbira dwar il-qasam tal-attivitajiet tal-UE, kif muri min-numru għoli ta' petizzjonijiet inammissibbli li tressqu (39,4 %);

D.  billi trattament xieraq ta' petizzjonijiet matul il-proċess kollu huwa kruċjali biex jiġi żgurat rikonoxximent li d-dritt ta' petizzjoni jiġi rrispettat; billi l-petizzjonanti għandhom it-tendenza li jkunu ċittadini impenjati għat-titjib, u għall-benesseri ġejjieni, tas-soċjetajiet tagħna; billi l-esperjenza ta' dawn iċ-ċittadini fir-rigward ta' kif jiġu ttrattati l-petizzjonijiet tagħhom tista' tiddetermina l-opinjoni futura tagħhom dwar il-proġett Ewropew;

E.   billi 1 887 petizzjoni, li minnhom 1 070 kienu inammissibbli, ingħalqu fl-2014; billi dan ifisser żieda ta' kważi 10 % meta mqabbel maċ-ċifra għall-2013, meta 1 723 petizzjoni ġew magħluqa;

F.  billi ċ-ċittadini tal-Unjoni huma direttament rappreżentati mill-Parlament Ewropew, l-unika istituzzjoni tal-Unjoni eletta minnhom stess; billi d-dritt ta' petizzjoni joffrilhom il-mezzi biex jiġbdu l-attenzjoni tar-rappreżentanti eletti minnhom;

G.  billi ċ-ċittadini tal-UE, u l-kultura ta' servizz f'isimhom, għandhom dejjem ikollhom prijorità fil-ħidma tal-Parlament u, b'mod partikulari, tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, qabel kull kunsiderazzjoni oħra jew kriterji ta' effiċjenza; billi l-livell attwali tar-riżorsi umani disponibbli fi ħdan l-unità għall-petizzjonijiet ipoġġi f'riskju l-ksib ta' dawn il-prinċipji fundamentali;

H.   billi, jekk jiġi għalkollox irrispettat fl-essenza tiegħu, id-dritt ta' petizzjoni jista' jsaħħaħ ir-reazzjoni tal-Parlament għaċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, jekk ikun hemm mekkaniżmu miftuħ, demokratiku, inklużiv u trasparenti fl-istadji kollha tal-proċedura tal-petizzjonijiet, bl-għan li jiġu solvuti problemi relatati primarjament mal-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE;

I.  billi d-dritt ta' petizzjoni huwa element kruċjali għad-demokrazija parteċipattiva;

J.  billi d-dritt li titressaq petizzjoni għandu l-għan, flimkien mal-Ombudsman Ewropew, li jittratta l-amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-istituzzjonijiet tal-UE jew l-istituzzjonijiet nazzjonali fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;

K.  billi l-petizzjonijiet jipprovdu indikazzjonijiet prezzjużi lil-leġiżlaturi u lill-korpi eżekuttivi kemm fil-livell tal-Unjoni kif ukoll f'dak nazzjonali, b'mod partikolari dwar il-lakuni possibbli fl-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE; billi l-petizzjonijiet jistgħu jkunu twissija bikrija għall-Istati Membri li għadhom lura fl-implimentazzjoni tad-dritt tal-UE;

L.  billi l-petizzjonijiet li ġew indirizzati lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet kienu spiss utli immens u b'kontributi diretti għal kumitati responsabbli oħra tal-Parlament fix-xogħlijiet leġiżlattivi fl-oqsma rispettivi tagħhom;

M.  billi l-iżgurar tar-rispett għad-dritt fundamentali għal petizzjoni mhuwiex biss ir-responsabilità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, iżda pjuttost għandu jkun sforz komuni tal-kumitati kollha tal-Parlament, kif ukoll tal-istituzzjonijiet l-oħra tal-UE; billi ebda petizzjoni m'għandha tingħalaq sakemm ikunu għadhom mistennija l-kummenti mill-kumitati parlamentari l-oħrajn;

N.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu jistinka biex jagħmel użu akbar tal-prerogattivi tiegħu, u tal-għodod ġenerali u speċifiċi tiegħu bħala kumitat, bħal mistoqsijiet orali u riżoluzzjonijiet qosra, sabiex tingħata viżibilità, fuq il-bażi tal-petizzjonijiet li jkunu waslu, lil kwistjonijiet differenti ta' tħassib għaċ-ċittadini u r-residenti tal-UE, billi jinġiebu quddiem il-plenarja ta' dan il-Parlament;

O.  Billi kull petizzjoni trid tiġi evalwata u trattata bir-reqqa, b'mod effiċjenti, fil-pront, b'mod trasparenti u individwalment, b'mod li jippreserva d-drittijiet parteċipattivi tal-Membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; billi kull petizzjonant għandu jirċievi tweġiba, f'perjodu qasir ta' żmien, fejn jiġu indikati jew ir-raġunijiet għall-għeluq tal-petizzjoni jew il-miżuri ta' segwitu, eżekuzzjoni u monitoraġġ meħuda; billi koordinazzjoni istituzzjonali aħjar mal-istituzzjonijiet tal-UE, nazzjonali u reġjonali hija essenzjali biex il-kwistjonijiet imqajma mill-petizzjonijiet jiġu indirizzati fil-pront;

P.  billi l-ipproċessar effiċjenti u rapidu tal-petizzjonijiet irid ikun iggarantit anki waqt it-tranżizzjoni bejn leġiżlaturi differenti u t-tibdil fil-persunal li dawn iġibu magħhom;

Q.  billi huwa primarjament fl-interess ta' petizzjonijiet ammissibbli u fondati li l-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet ma tittaqqalx b'ipproċessar imtawwal inutilment ta' petizzjonijiet inammissibbli jew infondati.

R.  billi petizzjonant għandu jiġi infurmat kif xieraq dwar ir-raġunijiet għaliex petizzjoni tiġi ddikjarata inammissibbli;

S.  billi l-petizzjonijiet huma diskussi f'laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u li l-petizzjonanti jistgħu jipparteċipaw f'dawn id-diskussjonijiet, u għandhom id-dritt li jressqu l-petizzjonijiet tagħhom flimkien ma' aktar informazzjoni dettaljata u jistgħu jikkontribwixxu b'mod attiv għax-xogħol tal-kumitat, bl-għoti ta' informazzjoni addizzjonali lill-membri tiegħu, lill-Kummissjoni Ewropea, kif ukoll lir-rappreżentanti tal-Istati Membri li jistgħu jkunu preżenti; billi fl-2014 attendew 127 petizzjonant għad-deliberazzjonijiet tal-Kumitat u kienu involuti fihom; billi dan il-proporzjon ta' parteċipazzjoni diretta għadu relattivament baxx u jista' jibbenefika minn żieda, inkluż bl-użu tal-mezzi ta' komunikazzjoni mill-bogħod u permezz ta' ppjanar li jippermetti li l-petizzjonanti jorganizzaw aħjar il-wasla tagħhom fil-kumitat;

T.  billi f'ħafna okkażjonijiet wara d-dibattitu pubbliku fil-laqgħat tal-kumitat, il-petizzjonijiet jinżammu miftuħin, ikun imbassar segwitu ulterjuri u jkun mistenni aktar feedback, jiġifieri mistoqsijiet addizzjonali mill-Kummissjoni jew mill-kumitati parlamentari jew skambju konkret mal-awtoritajiet nazzjonali jew reġjonali kkonċernati;

U.  billi huwa meħtieġ aktar ħin għal-laqgħat sabiex tkun tista' tiġi diskussa firxa wiesgħa ta' suġġetti u tiġi żgurata l-kwalità ta' kull dibattitu; billi laqgħat tal-koordinaturi tal-gruppi politiċi huma kruċjali biex jiġu żgurati l-ippjanar u t-tmexxija bla xkiel tal-ħidma tal-Kumitat, u għalhekk għandhom jingħataw biżżejjed żmien biex jippermettu teħid tad-deċiżjonijiet demokratiku;

V.  billi l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet huma bbażati fuq l-informazzjoni pprovduta bil-miktub mill-petizzjonanti u l-kontributi orali u awdjoviżivi tagħhom fil-laqgħat, supplementati b'kompetenza esperta pprovduta mill-Kummissjoni Ewropea, mill-Istati Membri, mill-Ombudsman u minn korpi politiċi rappreżentattivi oħra;

W.  billi t-tħassib tal-petizzjonanti għandu jiġi indirizzat bir-reqqa matul il-proċess tal-petizzjoni; billi dan il-proċess jista' jeħtieġ stadji differenti, inklużi bosta sessjonijiet ta' feedback mill-petizzjonant u mill-istituzzjonijiet Ewropej u awtoritajiet nazzjonali kkonċernati;

X.  billi l-kriterji stabbiliti għall-ammissibilità tal-petizzjonijiet, skont it-Trattat u r-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament, jeħtieġu li l-petizzjonijiet jissodisfaw il-kundizzjonijiet ta' ammissibbiltà formali (l-Artikolu 215 tar-Regoli ta' Proċedura), jiġifieri li petizzjoni għandha tikkonċerna kwistjoni li taqa' taħt l-oqsma tal-attività tal-Unjoni u li taffettwa b'mod dirett lill-petizzjonant, li għandu jkun ċittadin jew resident tal-Unjoni; billi, b'riżultat ta' dan, numru ta' petizzjonijiet riċevuti jiġu ddikjarati inammissibbli minħabba li ma jikkorrispondux għal dawn il-kriterji formali; billi d-deċiżjoni dwar l-ammissibilità tikkorrispondi ma' dawn il-kriterji legali u tekniċi, u m'għandhiex tiġi ddeterminata minn deċiżjonijiet politiċi; billi l-portal tal-Internet tal-petizzjonijiet għandu jkun għodda effettiva fl-għoti tal-informazzjoni u l-gwida meħtieġa lill-petizzjonanti fir-rigward tal-kriterji ta' ammissibbiltà;

Y.  billi issa ġie adottat mod ta' trattament speċifiku fir-rigward tal-petizzjonijiet li jikkonċernaw it-tfal, billi ġie rikonoxxut li kull dewmien f'dawn il-fajls ifisser dannu partikolarment profond għall-persuni kkonċernati;

Z.  billi permezz tal-użu ta' petizzjonijiet, iċ-ċittadini tal-UE jistgħu jissorveljaw it-tfassil u l-applikazzjoni tal-liġi tal-UE; billi dan jippermetti li ċ-ċittadini tal-UE jaġixxu bħala sors utli ta' informazzjoni dwar talbiet fir-rigward ta', u l-ksur tad-dritt tal-UE, billi dan tal-aħħar huwa ta' rilevanza partikolari għal kwistjonijiet li jikkonċernaw l-ambjent, is-suq intern, ir-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali, il-protezzjoni tal-konsumatur u s-settur tas-servizzi finanzjarji;

AA.  billi s-sottomissjoni ta' petizzjoni spiss issir fl-istess ħin mal-preżentazzjoni ta' lment lill-Kummissjoni Ewropea li tista' tipprova tibda proċedura ta' ksur jew azzjoni għal nuqqas ta' aġir; billi l-istatistiċi (ara t-23 Rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni (COM/2006/0416)) juru li kwart, jew saħansitra terz, tal-petizzjonijiet u l-ilmenti pproċessati fl-2014 kienu marbutin ma' proċeduri ta' ksur jew wasslu għal tali proċeduri; billi l-involviment tal-Parlament f'dawn il-proċeduri ta' petizzjoni jippermetti skrutinju akbar fuq il-ħidma investigattiva tal-istituzzjonijiet kompetenti tal-UE; billi l-ebda petizzjoni mgħandha tingħalaq filwaqt li tkun qed tiġi investigata mill-Kummissjoni;

AB.  billi l-kwistjonijiet ewlenin ta' tħassib imqajma fil-petizzjonijiet għandhom x'jaqsmu ma' firxa wiesgħa ta' kwistjonijiet, bħal pereżempju leġiżlazzjoni ambjentali (b'mod partikolari fir-rigward tal-ġestjoni tal-ilma u l-iskart, it-tiftix u l-estrazzjoni tal-idrokarburi, u proġetti tal-infrastruttura u l-iżvilupp), id-drittijiet fundamentali (b'mod partikolari d-drittijiet tat-tfal u tal-persuni b'diżabilità, ta' rilevanza partikolari peress li sa kwart tal-elettorat tal-UE ibati minn xi livell ta' diffikultà jew diżabilità), il-moviment liberu ta' persuni, id-diskriminazzjoni, l-immigrazzjoni, l-impjiegi, in-negozjati dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP), il-benesseri tal-annimali, l-applikazzjoni tal-ġustizzja, u l-inklużjoni soċjali ta' persuni b'diżabilità;

AC.  billi l-portal tal-Internet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tnieda fid-19 ta' Novembru 2014, b'dewmien ta' sena, biex tiġi sostitwita l-pjattaforma elettronika għat-tressiq tal-petizzjonijiet li qabel kienet disponibbli fuq il-portal Europarl, u kien maħsub biex jippromwovi d-dritt ta' petizzjoni u jtejjeb il-parteċipazzjoni attiva taċ-ċittadini fil-ħajja tal-UE; billi dan il-portal, li għadu mhuwiex kompletament operattiv, ġie mfassal biex jipprovdi soluzzjoni integrata li tkopri l-ħtiġijiet speċifiċi tal-proċess tal-petizzjoni, biex iċ-ċittadini tal-UE li jixtiequ jressqu petizzjoni jkollhom għodda fuq l-internet aktar adattata għall-ħtiġijiet tagħhom, b'segwitu f'ħin reali tal-istadji varji tal-petizzjonijiet tagħhom; billi bosta nuqqasijiet ġew identifikati, speċjalment fir-rigward tal-funzjoni ta' tiftix, li jipperikolaw ir-rwol tal-portal bħala reġistru pubbliku ta' petizzjonijiet, u billi t-tieni fażi, immirata li ssolvi l-lakuni eżistenti kollha, kellha tkun diġà ġiet konkluża; billi dan jista' jikkontribwixxi sabiex jitjiebu s-servizz u l-viżibilità lejn iċ-ċittadini u l-membri tal-Kumitat, u se jservi bħala reġistru elettroniku (previst fl-Artikolu 216(4) tar-Regoli ta' Proċedura) li permezz tiegħu ċ-ċittadini jistgħu jressqu u jibqgħu aġġornati dwar petizzjonijiet, u jżidu l-firma elettronika tagħhom mal-petizzjonijiet tagħhom stess; billi dan il-portal il-ġdid huwa maħsub sabiex jiżdiedu t-trasparenza u l-interattività tal-proċedura ta' petizzjoni filwaqt li tiġi żgurata effiċjenza amministrattiva aħjar, fl-interess tal-petizzjonanti, tal-membri u tal-pubbliku ġenerali; billi l-portal tal-internet għandu jkun l-għodda li permezz tagħha tista' tiżdied it-trasparenza fil-proċess ta' petizzjoni, jittejjeb l-aċċess tal-petizzjonanti għal informazzjoni u biex iċ-ċittadini jiġu sensitizzati b'rabta mal-kapaċità u l-possibilitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet biex ikunu jistgħu jiksbu kumpens għas-sitwazzjoni tagħhom; jenfasizza li l-użu ta' teknoloġija ġdida tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni għandu jiżdied u jiġi stimulat aktar sabiex il-ħidma tal-Kumitat tinġieb eqreb taċ-ċittadini;

AD.  billi l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) hija għodda importanti li tippermetti liċ-ċittadini jipparteċipaw fil-proċessi politiċi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-UE, u l-potenzjal tagħha għandha tiġi sfruttata bis-sħiħ; billi, sabiex jinkisbu l-aħjar riżultati f'termini tal-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, dan l-istrument għandu jiġi mtejjeb aktar, il-livelli tiegħu ta' rappreżentanza — u l-aspetti prattiċi tiegħu — imsaħħa, u għandu jkun rispettat bis-sħiħ u implementat mill-istituzzjonijiet Ewropej (b'mod partikolari l-Kummissjoni);

AE.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikompli jinteressa ruħu mill-qrib fl-applikazzjoni tar-regolament dwar l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, u li dan huwa konxju mill-bżonn għal regolament ġdid biex jinqerdu l-bosta nuqqasijiet, ostakli u dgħufijiet tiegħu, u n-natura daqshekk oneruża tal-qafas ġuridiku eżistenti u l-mekkaniżmi meħtieġa biex jitnedew u jiġu segwiti l-Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej, b'mod partikolari f'termini tal-ġbir attwali tal-firem;

AF.  billi, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament Nru 211/2011, fl-1 ta' April 2012, il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iqis li huwa neċessarju li tiġi evalwata l-implimentazzjoni tiegħu sabiex jinstabu lakuni possibbli u jiġu proposti soluzzjonijiet sostenibbli għar-reviżjoni rapida tiegħu sabiex titjieb l-implimentazzjoni tiegħu;

AG. billi l-organizzazzjoni tas-seduti pubbliċi għall-inizjattivi li rnexxew kienu suċċess u billi l-implikazzjoni u l-parteċipazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bħala kumitat assoċjat fis-seduti tal-ECI ġew apprezzati ħafna mill-Membri kif ukoll mis-soċjetà ċivili; billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jappoġġja dan il-proċess u jqiegħed l-esperjenza twila tiegħu maċ-ċittadini biex dan l-objettiv jintlaħaq; billi għandu jkun mistenni segwitu konkret, bi proposti konkreti, mill-Kummissjoni għal kwalunkwe ECI ta' suċċess;

AH. billi wieħed għandu jinnota li minħabba l-piż tax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-ħtieġa li jissaħħu r-riżorsi umani tas-Segretarjat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, ma saret l-ebda missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni għall-petizzjonijiet li għalihom saret investigazzjoni fl-2014; billi missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni flimkien ma' petizzjonijiet xierqa ser jitwettqu fil-futur;

AI.  billi l-ammont normali ta' missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni għandu jitkompla fl-2016, peress li dawn huma prerogattiva speċifika tal-Kumitat u parti fundamentali mill-ħidma tiegħu, li tinkludi l-interazzjoni maċ-ċittadini u mal-awtoritajiet fl-Istati Membri kkonċernati; billi l-membri ta' dawn id-delegazzjonijiet jieħdu sehem fl-attivitajiet kollha relatati tiegħu, inkluż ir-rappurtar, b'importanza ndaqs;

AJ.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu responsabilitajiet fir-rigward tal-Ombudsman Ewropew, li hu responsabbli mill-investigazzjoni ta' lmenti minn ċittadini tal-Unjoni dwar il-possibilità ta' amministrazzjoni ħażina min-naħa tal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni, u li dwarhom joħroġ ukoll rapport annwali, ibbażat fuq ir-Rapport Annwali proprju tal-Ombudsman Ewropew; billi fl-2014, il-Kumitat ipparteċipa b'mod attiv u dirett fl-organizzazzjoni tal-elezzjoni tal-Ombudsman Ewropew fir-rigward tal-Artikolu 204 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament; billi Emily O'Reilly reġgħet ġiet eletta bħala Ombudsman għal mandat ta' ħames snin b'elezzjoni f'Diċembru 2014 li kienet twettqet b'mod effiċjenti u trasparenti;

AK.  billi l-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa membru tan-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen, li jinkludi wkoll xi kumitati għall-petizzjonijiet ta' parlamenti nazzjonali, fejn dawn jeżistu, u billi jidher li għandu jiġi enfasizzat li huwa importanti li l-parlamenti tal-Istati Membri jaħtru kumitati għall-petizzjonijiet, isaħħuhom fejn jeżistu diġà, u li titjieb il-kooperazzjoni ta' bejniethom;

1.  Jenfasizza l-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li tippermetti ċerta parteċipazzjoni miċ-ċittadini u r-residenti tal-UE fid-difiża u l-promozzjoni tad-drittijiet tagħhom u fil-kontroll tal-applikazzjoni korretta tar-regolamenti tal-Unjoni billi bil-petizzjonijiet tagħhom jista' jsir magħruf it-tħassib taċ-ċittadini għat-tfittxija ta' soluzzjonijiet għall-ilmenti leġittimi tagħhom fi żmien raġonevoli; itenni li koordinazzjoni istituzzjonali aħjar mal-istituzzjonijiet tal-UE, nazzjonali u reġjonali, kif ukoll ma' korpi oħrajn, hija essenzjali biex jiġu indirizzati malajr il-kwistjonijiet li jitqajmu fil-petizzjonijiet;

2.  Jenfasizza li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet (bħala punt ta' kuntatt għaċ-ċittadini), l-Ombudsman Ewropew u l-ECI flimkien jikkostitwixxu ġabra ta' għodod bażiċi għal involviment politiku akbar għaċ-ċittadini, li għalihom irid jiġi żgurat aċċess trasparenti u xieraq kif ukoll tmexxija mingħajr xkiel; jenfasizza li r-responsabilità li għandhom fil-promozzjoni taċ-ċittadinanza Ewropea u t-tisħiħ tal-viżibilità u l-kredibilità tal-istituzzjonijiet tal-UE; iħeġġeġ lill-istituzzjonijiet tal-UE jieħdu iktar inkonsiderazzjoni l-ħidma tal-Ombudsman Ewropew; jappella għal mekkaniżmi addizzjonali biex jiġi żgurat l-involviment dirett taċ-ċittadini fil-proċessi tat-teħid tad-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet Ewropej;

3.  Jenfasizza li l-kooperazzjoni msaħħa mal-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali dwar kwistjonijiet marbutin mal-applikazzjoni tad-dritt tal-UE hija indispensabbli fl-għan ta' ħidma għat-taqrib lejn iċ-ċittadini u r-rinfurzar tal-leġittimità demokratika u r-responsabilità fil-proċess tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew; jinnota li l-kooperazzjoni hija mtejba mill-iskambju proattiv tal-informazzjoni fil-livelli istituzzjonali kollha u li dan huwa ċentrali sabiex jiġu indirizzati l-kwistjonijiet li tqajmu mill-petizzjonanti; jiddispjaċih li f'ċerti każijiet, l-awtoritajiet nazzjonali, reġjonali u lokali ma jirreaġixxux għat-talbiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet;

4.  Iwissi dwar l-akkumulazzjoni persistenti fl-ipproċessar tal-petizzjonijiet, li huwa dovut għar-restrizzjoni f'termini ta' riżorsi umani disponibbli fi ħdan is-Segretarjat tal-Kumitat, li min-naħa tagħha għandha impatt ċar fuq iż-żmien disponibbli għall-ipproċessar tal-petizzjonijiet, kif ukoll, b'mod partikolari, biex tiġi determinata l-ammissibilità tagħhom; iqis li dan id-dewmien mhuwiex aċċettabbli jekk hemm l-għan tal-eċċellenza fis-servizz, u li mhux biss ifixkel id-dritt effettiv għall-petizzjoni, iżda jagħmel ħsara lill-kredibilità tal-istituzzjonijiet Ewropej f'għajnejn iċ-ċittadini kkonċernati; iħeġġeġ lill-istanzi politiċi u amministrattivi responsabbli tal-Parlament, f'kooperazzjoni mal-Kumitat għall-Baġits, biex isibu soluzzjoni xierqa sabiex jiġi żgurat li l-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tkun tista' żżomm mal-ispirtu tat-Trattati;

5.  Iqis ukoll li l-Parlament għandu l-obbligu partikolari li jiżgura li petizzjonijiet inammissibbli jew infondanti ma jiġux iddikjarati inammissibbli jew jibqgħu pendenti għal żmien twil b'mod mhux ġustifikat; jenfasizza f'dan ir-rigward in-neċessità li fil-konfront tal-petizzjonant trid tkun ġustifikata bir-reqqa l-inammissibilità jew l-għeluq tal-petizzjoni minħabba infondatezza;

6.  Jistieden lill-Kummitat għall-Petizzjonijiet u, jekk hemm bżonn, lill-kumitati tal-Parlament li huma kompetenti biex jemendaw ir-Regoli ta' Proċedura, sabiex jistrutturaw b'iktar ċarezza d-distinzjoni bejn il-kriterji ta' ammissibilità u ta' determinazzjoni tal-fondatezza, u r-regoli għad-determinazzjoni ta' ammissibilità , kif ukoll bejn iż-żamma miftuħa u l-għeluq ta' petizzjoni, u jagħmlu din l-istruttura viżibbli lil petizzjonanti potenzjali;

7.  Jenfasizza r-rwol sinifikanti tal-Kummissjoni fl-għajnuna għal każijiet li tqajmu mill-petizzjonanti, u jistedinha tissorvelja, b'mod proattiv u fil-ħin, ċerti proġetti rrappurtati mill-petizzjonanti fejn il-liġi tal-UE tkun ġiet, jew tista' fil-futur tiġi miksura, permezz tal-implimentazzjoni ta' ppjanar uffiċjali; jistieden lill-Kummissjoni, bħala l-gwardjan tat-Trattati, sabiex tirrimedja tali każijiet ta' traspożizzjoni mhux korretta, jew in-nuqqas tagħha, tad-dritt tal-Unjoni ddenunzjata minn bosta petizzjonijiet ippreżentati lill-Parlament; jistieden ukoll lill-Kummissjoni sabiex f'dan ir-rigward tagħmel użu, b'mod iktar assertiv, mill-introduzzjoni ta' proċeduri ta' ksur; jenfasizza li trid tkun miġġielda l-perċezzjoni li Stati Membri kbar jittieħdu iktar inkunsiderazzjoni fl-introduzzjoni tal-proċeduri ta' ksur; jitlob lill-Kummissjoni tinforma fuq bażi regolari lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżvilupp u r-riżultati konkreti tal-proċeduri ta' ksur marbuta direttament ma' petizzjoni partikolari;

8.  Jitlob lill-Kummissjoni tinvolvi ruħha bis-sħiħ fil-proċess tal-petizzjonijiet, billi tmexxi inkjesti bir-reqqa fil-każijiet ammissibbli mressqa lill-istanzi tagħha, u biex fl-aħħar tipprovdi tweġibiet bil-miktub preċiżi u aġġornati lill-petizzjonanti; jistenna li dawn it-tweġibiet jiġu żviluppati aktar fid-dibattiti orali dwar dawn il-kwistjonijiet fil-laqgħat pubbliċi tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; iqis li għall-iskop tal-kredibilità istituzzjonali, il-Kummissjoni għandha tkun rappreżentata f'dawn id-dibattiti minn uffiċjal ta' grad xieraq;

9.  Jitlob li, f'isem it-trasparenza u fl-ispirtu tal-kooperazzjoni ġusta bejn l-istituzzjonijiet differenti tal-UE, il-Kummissjoni tiffaċilita l-aċċess għad-dokumenti bl-informazzjoni rilevanti kollha relatata mal-proċeduri Pilota tal-UE, b'mod partikolari fil-każijiet relatati mal-petizzjonijiet riċevuti, inklużi l-iskambji ta' mistoqsijiet u tweġibiet bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri kkonċernati, tal-inqas meta tkun ġiet konkluża l-proċedura;

10.  Jenfasizza l-importanza ta' monitoraġġ proattiv u azzjoni korrettiva preventiva fil-ħin mill-Kummissjoni meta jkun hemm evidenza sostanzjata li ċerti proġetti ppjanati u ppubblikati setgħu kisru l-leġiżlazzjoni tal-UE; huwa mħasseb mix-xejra attwali fi ħdan il-Kummissjoni li timpedixxi l-inkjesti fis-sustanza ta' ħafna petizzjonijiet billi timponi restrizzjonijiet għal raġunijiet proċedurali; ma jaqbilx mas-suġġerimenti rikorrenti li jingħalqu ħafna fajls relatati ma' petizzjonijiet speċifiċi mingħajr ma jiġi mistenni riżultat xieraq mill-valutazzjonijiet tal-kwistjonijiet imqajma, u jemmen li dan mhux konformi mal-ispirtu tar-rwol aħħari tal-Kummissjoni bħala gwardjan tat-Trattati; jitlob attenzjoni aktar skrupluża u azzjoni konsegwenti, b'mod partikolari fil-każijiet ippreżentati mill-petizzjonanti li jinvolvu ksur possibbli tal-leġiżlazzjoni tal-UE mill-Kummissjoni nnifisha, pereżempju fil-qasam tal-aċċess pubbliku għad-dokumenti, kif iggarantit mill-Konvenzjoni ta' Aarhus;

11.  Jinnota l-importanza li l-Kummissjoni Ewropea tiżgura rispons b'mod dettaljat u proattiv għall-petizzjonijiet kollha mill-iktar fis possibbli;

12.   Jitlob li, minħabba n-natura speċjali ta' dan il-Kumitat u l-ammont importanti ta' xogħol assoċjat mal-kuntatt ma' eluf ta' ċittadini u residenti li jirreġistraw petizzjonijiet kull sena, jiżdiedu r-riżorsi umani disponibbli għas-Segretarjat;

13.  Jenfasizza l-bżonn li tittejjeb il-korrispondenza maċ-ċittadini bl-għan li jiġu pproċessati t-talbiet tagħhom;

14.  Iqis essenzjali t-tisħiħ tal-kooperazzjoni mal-parlamenti nazzjonali, mal-kumitati rilevanti tagħhom u mal-gvernijiet tal-Istati Membri, u li l-awtoritajiet tal-Istati Membri jiġu mħeġġa jittrasponu u japplikaw id-dritt tal-UE bi trasparenza sħiħa; jenfasizza l-importanza ta' kollaborazzjoni mal-Kummissjoni u mal-Istati Membri bl-għan li jiddefendu d-drittijiet taċ-ċittadini b'mod aktar effikaċi u aktar trasparenti, u jħeġġeġ il-preżenza tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat; jindika l-ħtieġa li rappreżentanti tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tal-ogħla livell possibbli jkunu preżenti għal-laqgħat u s-seduti tal-Kumitat meta l-kontenut tal-kwistjonijiet diskussi jkun jeħtieġ l-involviment tal-istituzzjonijiet imsemmija; itenni t-talba tar-rapport dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fl-2013 (2014/2008 (INI)) għat-tnedija ta' djalogu strutturat imtejjeb mal-Istati Membri, partikolarment billi jsiru laqgħat regolari ma' membri minn kumitati nazzjonali għall-petizzjonijiet jew awtoritajiet kompetenti oħra;

15.  Jistieden lill-Istati Membri jistandardizzaw fil-liġi l-obbligu tal-ħolqien ta' kumitati għall-petizzjonijiet fil-parlamenti nazzjonali li jkunu jiffunzjonaw tajjeb, peress li dan iżid b'mod sinifikanti l-effikaċja tal-kooperazzjoni bejn il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u l-parlamenti nazzjonali;

16.   Iqis li huwa essenzjali li l-Kumitat isaħħaħ il-kooperazzjoni tiegħu mal-kumitati l-oħra tal-Parlament billi tintalab l-opinjoni tagħhom dwar il-petizzjonijiet, billi jiġu mistiedna l-membri tagħhom għad-dibattiti fl-oqsma tal-kompetenza rispettivi tagħhom, u billi jipparteċipaw aktar fix-xogħol tagħhom bħala kumitat għall-opinjoni dwar ċerti rapporti, u b'mod partikolari rapporti dwar it-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tajba tad-dritt tal-UE fl-Istati Membri; jitlob li l-kumitati kompetenti jagħtu lill-petizzjonijiet mibgħuta lilhom kunsiderazzjoni xierqa u li dawn jipprovdu l-feedback meħtieġ għat-trattament korrett tal-petizzjonijiet;

17.  Jissottolinja l-importanza dejjem tikber tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet bħala kumitat ta' skrutinju li għandu jkun punt ta' referenza għat-traspożizzjoni u l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea fil-livell amministrattiv fl-Istati Membri; itenni t-talba għal aktar dibattiti politiċi waqt is-sessjonijiet plenarji, u għal komunikazzjoni aktar qawwija dwar il-petizzjonijiet taċ-ċittadini Ewropej, espressa fir-riżoluzzjoni tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet 2013(1);

18.  Jiddispjaċih li ma jistax ikun hemm aktar petizzjonanti li jippreżentaw il-każijiet tagħhom lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet direttament, parzjalment minħabba nuqqas ta' ħin għal-laqgħat u nuqqas ta' riżorsi umani fis-Segretarjat tal-Kumitat; jitlob li jitqassru l-perjodi li waqthom il-petizzjonanti jiġu infurmati bl-ipproċessar tal-petizzjonijiet tagħhom, u biex jittejjeb it-trattament ta' tali petizzjonijiet mill-kumitat; jappoġġja ż-żieda fl-użu tal-vidjokonferenzi jew kull mezz ieħor li jippermetti lill-petizzjonanti jipparteċipaw b'mod attiv fil-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet anke jekk dawn ma jkunux jistgħu jkunu preżenti fiżikament;

19.  Jitlob l-istabbiliment immedjat ta' netwerk informali għall-petizzjonijiet fi ħdan il-Parlament, bil-parteċipazzjoni tal-Membri li jirrappreżentaw kull kumitat tal-Parlament sabiex tiġi żgurata koordinazzjoni bla xkiel u effikaċi tal-ħidma relatata mal-petizzjonijiet, li se ttejjeb l-eżerċizzju tad-dritt ta' petizzjoni;

20.   Jindika r-rwol importanti li għandhom kumitati oħra tal-Parlament, inkluż il-mod kif waqt il-laqgħat jittrattaw kwistjonijiet imsemmija fil-petizzjonijiet li jikkonċernaw l-oqsma ta' responsabilità rispettivi tagħhom, u, meta jkun rilevanti, l-użu tagħhom ta' petizzjonijiet riċevuti bħala sors ta' informazzjoni għal proċessi leġiżlattivi;

21.  Jiddeplora l-fatt li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma ġietx adottata fl-Istati Membri kollha u li ħafna nies qiesu li l-implimentazzjoni tagħha ma kenitx ċara u sa ċertu punt kienet ta' diżappunt; jiddeplora wkoll il-fatt li l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem għadha ma ġietx adottata mill-UE skont l-Artikolu 6(2) tat-TUE u li ċ-ċittadini Ewropej m'għandhomx aċċess għal biżżejjed informazzjoni dwar il-proċeduri stabbiliti f'dan ir-rigward; jiddeplora l-interpretazzjoni stretta magħmula mill-Kummissjoni tal-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali li jistipula li d-dispożizzjonijiet tal-Karta huma intiżi għall-istituzzjonijiet, għall-korpi, għall-uffiċċji u għall-aġenziji tal-Unjoni fir-rispett tal-prinċipju ta' sussidjarjetà u għall-Istati Membri wkoll biss meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-Unjoni; ifakkar li l-Kummissjoni sikwit iddikjarat l-impossibilità ta' aġir tagħha stess fil-qasam tad-drittijiet fundamentali, meta l-Kumitat ikun għamel din it-talba, abbażi tal-Artikolu 51 tal-Karta; jenfasizza l-fatt li l-aspettattivi taċ-ċittadini sikwit imorru lil hinn minn dak li huwa permess mid-dispożizzjonijiet strettament legali tal-Karta; jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tieħu aktar azzjoni biex tilħaq l-aspettattivi taċ-ċittadini u ssib approċċ ġdid għall-interpretazzjoni tal-Artikolu 51;

22.  Jindika l-ħidma importanti mwettqa mill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fil-kuntest tal-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità; jieħu nota kif jixraq, f'dan ir-rigward, tal-osservazzjonijiet konklużivi tal-Kumitat tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità dwar ir-rapport inizjali tal-Unjoni Ewropea(2); jenfasizza li l-Qafas tal-Unjoni Ewropea għandu jkollu riżorsi adegwati, skont ir-rekwiżiti tal-Konvenzjoni; jitlob, f'dan ir-rigward, li l-kapaċità tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u s-Segretarjat tiegħu jkunu msaħħa, biex dan jippermetti lill-Kumitat jissodisfa r-rwol ta' protezzjoni tiegħu korrettament; jitlob il-ħatra ta' uffiċjal responsabbli mill-ipproċessar ta' kwistjonijiet relatati mad-diżabilità; jenfasizza r-rieda tal-Kumitat li jaħdem mill-qrib ma' kumitati leġiżlattivi oħra involuti fin-netwerk tal-Parlament dwar id-diżabilità; jinnota l-ħtieġa għal sforzi u azzjoni ulterjuri f'isem il-Kumitat għall-protezzjoni tal-persuni b'diżabilità, bħal azzjonijiet immirati lejn il-promozzjoni tar-ratifika rapida tat-Trattat ta' Marrakexx;

23.  Jenfasizza ċ-ċaħda taċ-ċittadini u t-tħassib tagħhom dwar is-Sħubija Trans-Atlantika ta' Kummerċ u ta' Investiment (TTIP), u n-negozjati nieqsa mit-trasparenza li fihom qed tipparteċipa l-Kummissjoni, kif ġie enfasizzat f'ħafna mill-petizzjonijiet riċevuti matul l-2014; jindika li huwa importanti li l-Kummissjoni Ewropea timplimenta urġentement ir-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew f'dan ir-rigward;

24.   Jindika l-opinjoni maħruġa mill-Kumitat dwar ir-rakkomandazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar in-negozjati għat-TTIP, li fiha, kif enfasizzat f'għadd kbir ta' petizzjonijiet li waslu, hija tiċħad l-istrument ta' arbitraġġ magħruf bħala r-Riżoluzzjoni tat-Tilwim bejn l-Investitur u l-Istat (ISDS) u jiddispjaċih li l-inizjattiva taċ-ċittadini Ewropej (ECI) kontra t-TTIP ġiet miċħuda;

25.  Jiddispjaċih li xi Stati Membri għadhom ma rratifikawx il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità u jistedinhom jiffirmawha u jirratifikawha malajr kemm jista' jkun;

26.  Jitlob lill-UE u lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw il-Protokoll Fakultattiv għall-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabilità;

27.  Jistieden lill-Istati Membri jiffirmaw u jirratifikaw it-Trattat ta' Marrakexx biex jiġi Ffaċilitat l-Aċċess għal Xogħlijiet Ippubblikati minn Persuni b'Vista Batuta u Persuni b'Diffikultà biex Jaqraw Materjal Stampat mingħajr dewmien ulterjuri;

28.  Jinnota l-attenzjoni partikolari mogħtija lil ċerti petizzjonijiet dwar il-proġett ta' esplorazzjoni u esplojtazzjoni ta' riservi possibbli taż-żejt fil-Gżejjer Kanarji; jirrikonoxxi li l-petizzjonanti li, għal raġunijiet ambjentali oġġezzjonaw għall-proġett, ikkontribwew b'mod sinifikanti sabiex jiċċaraw id-dibattitu; jirrikonoxxi li l-kwistjonijiet ambjentali jibqgħu prijorità għall-petizzjonanti, fatt li jenfasizza n-nuqqasijiet tal-Istati Membri f'dan il-qasam; jinnota li għadd ta' dawn il-petizzjonijiet jikkonċerna l-immaniġġjar tal-iskart, is-sikurezza tal-provvista tal-ilma, l-enerġija nukleari, il-fratturazzjoni idrawlika u l-protezzjoni tal-ispeċijiet tal-annimali;

29.  Jenfasizza l-għadd kbir ta' petizzjonijiet riċevuti li jiċħdu l-użu tat-teknika tal-fratturazzjoni idrawlika għall-estrazzjoni tal-gass u taż-żejt mis-sottoswol u li jindikaw il-konsegwenzi ta' ħsara ambjentali, ekonomika u soċjali marbuta mal-użu ta' din it-teknika;

30.  Jiddenunzja b'mod partikolari l-prattika tat-"tqassim f'biċċiet" tal-fajls, użata ripetutament fir-rigward ta' proġetti infrastrutturali jew ta' tħaffir ewlenin, li hija l-bażi ta' ħafna petizzjonijiet dwar kwistjonijiet ambjentali;

31.  Jinnota t-tħassib tal-petizzjonanti dwar l-allegati każijiet ta' inġustizzja li seħħew waqt proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji ta' separazzjoni jew ta' divorzju tal-ġenituri fejn jiġu mqajma kwistjonijiet dwar il-kustodja tat-tfal żgħar u l-adozzjonijiet furzati; jinnota, f'dan il-kuntest, li f'xi Stati Membri u fil-każ ta' koppji binazzjonali, jista' jkun hemm diskriminazzjoni abbażi ta' nazzjonalità favur il-ġenitur li jkun joriġina mill-Istat Membru fejn ikunu qed jitmexxew il-proċedimenti u kontra l-ġenitur li ma jkunx ċittadin ta' dak l-istat, b'riperkussjonijiet severi u ħafna drabi drammatiċi fuq id-drittijiet tat-tfal; jenfasizza li ġie notifikat b'każijiet li jinvolvu diversi Stati Membri (il-Ġermanja (b'mod partikolari b'referenza għall-ħidma tal-Uffiċċju għall-Protezzjoni tat-Tfal u ż-Żgħażagħ), Franza, in-Netherlands, is-Slovakkja, id-Danimarka) u n-Norveġja, u jilqa', f'dan ir-rigward, ir-reviżjoni li se ssir fl-2016 tar-Regolament Brussell IIa; jenfasizza li fl-2015 grupp ta' ħidma ġdid, inkarigat li jipprovdi reazzjoni rapida u koerenti għal dan it-tħassib, inħoloq fi ħdan il-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u wettaq missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni biex jinvestiga ilmenti ta' din in-natura in situ;

32.  Jindika l-għadd kbir ta' petizzjonijiet riċevuti li jikkritikaw bl-aħrax u jwissu dwar il-konsegwenzi tal-politiki tal-migrazzjoni, kummerċjali u barranin tal-UE f'termini tal-konformità tagħhom mad-dispożizzjonijiet li jiżguraw id-drittijiet tal-bniedem tal-persuni migranti; jindika l-obbligu tal-aġenziji, il-korpi u l-istituzzjonijiet kollha tal-UE, inkluż il-Frontex, li f'kull waqt għandhom jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-konformità mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali fil-kamp ta' applikazzjoni rispettiv tagħhom;

33.   Jilqa' d-djalogu soċjali "Forum Ewropew dwar id-Drittijiet tat-Tfal" organizzat kull sena mill-2007 fuq inizjattiva tal-Kummissjoni, li għandu l-għan li jappoġġja d-drittijiet tat-tfal fil-kuntest tal-miżuri interni u esterni tal-UE; jinnota li l-parteċipanti f'dan id-djalogu huma rappreżentanti tal-Istati Membri, rappreżentanti tad-drittijiet tat-tfal, il-Kumitat tar-Reġjuni, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew, il-Kunsill tal-Ewropa, l-UNICEF u numru ta' NGOs;

34.   Jenfasizza d-diversità tat-temi li jitqajmu fil-petizzjonijiet imressqa miċ-ċittadini, bħad-drittijiet fundamentali, id-drittijiet tal-bniedem, id-drittijiet ta' persuni b'diżabilità, is-suq intern, il-liġi ambjentali, ir-relazzjonijiet industrijali, il-politiki tal-migrazzjoni, il-ftehimiet kummerċjali, il-kwistjonijiet tas-saħħa pubblika, il-benesseri tat-tfal, it-trasport, id-drittijiet tal-annimali u d-diskriminazzjoni; jistieden lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet jispeċjalizza l-ħidma tiegħu ulterjorment billi jaħtar rapporteurs interni dwar il-politiki ewlenin li l-petizzjonanti jirreferu għalihom; jitlob li, sabiex ikun possibbli għall-Kumitat li jittratta din il-firxa intensiva u estensiva ta' petizzjonijiet, jiġu allokati aktar riżorsi lis-Segretarjat tiegħu;

35.  Jemmen li l-organizzazzjoni ta' seduti pubbliċi hija għodda importanti biex jiġu eżaminati l-problemi mqajma mill-petizzjonanti; jixtieq jiġbed l-attenzjoni għas-seduti pubbliċi organizzati mal-Kumitat għall-Ambjent fil-qafas tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej dwar "L-ilma, dritt tal-bniedem" u mal-Kumitat għall-Affarijiet Legali fil-qafas tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej intitolata "Wieħed minna"; jemmen li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej (ECI) hija strument li jippromwovi demokrazija transnazzjonali, parteċipattiva u rappreżentattiva u li, ladarba r-regolament il-ġdid jiġi approvat, ikun jista' jippermetti li ċ-ċittadini jiġu involuti b'mod aktar dirett fit-tfassil, it-tressiq u l-prijoritizzazzjoni ta' politiki tal-UE u kwistjonijiet ta' leġiżlazzjoni li jkun meħtieġ li jiġu indirizzati; itenni l-impenn tiegħu li jipparteċipa b'mod proattiv fl-organizzazzjoni ta' seduti pubbliċi għal inizjattivi ta' suċċess; jieħu l-impenn li jagħti, fil-livell istituzzjonali, il-prijorità lill-effikaċja ta' dan il-proċess ta' parteċipazzjoni u l-iżgurar tas-segwitu leġiżlattiv dovut meta jkun xieraq; jilqa' l-użu ta' karatteristiċi ta' aċċessibilità għal persuni b'diżabilità, bħal pereżempju skrin li jaqleb it-test f'diskors waqt is-seduti;

36.  Jiddeplora t-tweġiba tal-Kummissjoni għall-ftit ECIs ta' suċċess u jiddispjaċih li ftit li xejn kien hemm segwitu għall-uniku strument ta' demokrazija transnazzjonali fl-UE;

37.  Jiġbed l-attenzjoni lejn diversi riżoluzzjonijiet adottati fl-2014 fil-forma ta' rapporti, bħal pereżempju r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2014 dwar ir-Rapport tal-2013 dwar iċ-Ċittadinanza tal-UE, "Ċittadini tal-UE: id-drittijiet tiegħek, il-futur tiegħek"(3), li wasslet għal dibattiti dwar l-armonizzazzjoni tad-drittijiet tal-pensjoni u dwar id-dritt taċ-ċittadini li jivvutaw u ta' kandidatura għal elezzjoni; jiġbed l-attenzjoni għar-rapport annwali tiegħu dwar l-attivitajiet tal-Kumitat 2013(4), u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Jannar 2015 dwar ir-rapport annwali dwar l-attivitajiet tal-Ombudsman Ewropew fl-2013(5), b'mod partikolari f'dak li hu relatat mal-ftehim TTIP;

38.  Jilqa' d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tkompli l-attivitajiet li nbdew fl-2013 marbutin mas-"Sena Ewropea taċ-Ċittadini" fl-2014 billi tenfasizza aktar l-elezzjonijiet Ewropej (li saru mit-22 sal-25 ta' Mejju 2014); jilqa' r-rieda tal-Kummissjoni li tinforma liċ-ċittadini dwar l-għodod li huma disponibbli għalihom sabiex jipparteċipaw fil-proċess tat-teħid ta' deċiżjonijiet tal-UE, u li tipprovdi f'din l-okkażjoni informazzjoni u pariri liċ-ċittadini tal-UE rigward id-drittijiet tagħhom u dwar l-istrumenti demokratiċi disponibbli għalihom biex jasserixxu dawk id-drittijiet; jenfasizza li għandhom isiru sforzi ulterjuri sabiex titqajjem kuxjenza dwar l-elezzjonijiet Ewropej, meta wieħed iqis li n-numru ta' votanti għall-elezzjonijiet tal-2014 kien ta' anqas minn 50 % f'ħafna Stati Membri;

39.  Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikollu portal tal-internet kompletament operattiv li permezz tiegħu il-petizzjonanti jkunu jistgħu jirreġistraw, jissottomettu l-petizzjoni tagħhom, itellgħu dokumenti ta' sostenn, isostnu petizzjonijiet ammissibbli u jirċievu informazzjoni dwar il-petizzjonijiet tagħhom, kif ukoll emails awtomatiċi dwar tibdil fl-istatus tal-petizzjonijiet tagħhom, u li permezz tiegħu jkunu jistgħu jagħmlu kuntatt dirett ma' uffiċjali tal-UE sabiex jiksbu informazzjoni ċara u diretta dwar il-progress dwar il-kwistjonijiet imqajma fil-petizzjonijiet tagħhom; jiddispjaċih li l-perjodu ta' żmien mistenni għall-implimentazzjoni ma ġiex issodisfat u li ħafna mill-karatteristiċi mistennija għadhom mhux kompluti; iħeġġeġ lill-korpi amministrattivi responsabbli jħaffu l-passi meħtieġa biex tiġi konkluża l-implimentazzjoni tal-fażijiet tal-proġett li għadhom pendenti, u jiġi kkoreġut kwalunkwe nuqqas eżistenti; jenfasizza li għandhom jittieħdu passi ulterjuri sabiex tittejjeb it-trasparenza tal-proċess tal-petizzjonijiet;

40.  Jitlob approċċ komuni mill-Parlament Ewropew, mill-parlamenti nazzjonali u mill-awtoritajiet f'livelli aktar baxxi fl-Istati Membri, ma' korpi ta' appell xierqa, sabiex ikun magħmul ċar liċ-ċittadini liema livell, u liema istanza, jistgħu jiġu indirizzati mill-petizzjonijiet tagħhom;

41.  Jitlob valutazzjoni effikaċi tal-persunal tas-Segretarjat għall-Petizzjonijiet iffukata fuq il-kisba tal-adegwatezza kwalitattiva u kwantitattiva f'rikonoxximent tal-akkumulazzjoni kbira tal-petizzjonijiet u d-dewmien kontinwu fl-ipproċessar tagħhom; jemmen li trattament u kunsiderazzjoni xierqa tal-petizzjonijiet approvati, flimkien ma' għoti ta' feedback ġust lill-petizzjonanti, huma punti prinċipali fit-tisħiħ tar-rabtiet bejn is-soċjetà ċivili Ewropea u l-istituzzjonijiet Ewropej;

42.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata informazzjoni iżjed kostruttiva għaċ-ċittadini permezz tal-portal tal-internet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet billi jiġu organizzati seminars ta' taħriġ fl-Istati Membri.

43.  Jenfasizza r-rwol importanti tan-netwerk SOLVIT, li ta' sikwit iqajjem u jsolvi problemi marbuta mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni dwar is-suq intern; iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex ittejjeb din l-għodda, tippermetti l-aċċess għall-informazzjoni kollha disponibbli permezz ta' SOLVIT lill-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, u żżommhom infurmati fil-każijiet relatati mal-petizzjonijiet reġistrati;

44.   Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ il-kollaborazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet mal-istituzzjonijiet u l-korpi l-oħra tal-UE u mal-awtoritajiet nazzjonali fl-Istati Membri; iqis li djalogu msaħħaħ u kooperazzjoni sistematika mal-Istati Membri, speċjalment mal-kumitati għall-petizzjonijiet tal-Parlamenti nazzjonali, huma essenzjali; jirrakkomanda li l-parlamenti tal-Istati Membri kollha li għadhom ma għamlux dan jiffurmaw kumitati għall-petizzjonijiet; iqis li ż-żjara fil-Kumitat tat-2 ta' Diċembru 2014 tminn delegazzjoni tal-kumitat għall-petizzjonijiet tal-Parlament Skoċċiż kienet eżempju ta' tali kooperazzjoni, u li tali sħubijiet se jippermettu li jiġu skambjati l-aħjar prattiki, li jiġu miġbura flimkien l-esperjenzi akkwistati u tiġi żviluppata proċedura effikaċi u sistematika ta' trażmissjoni tal-petizzjonijiet lill-korpi kompetenti;

45.  Jenfasizza li kooperazzjoni mill-qrib mal-Istati Membri hija essenzjali għall-ħidma tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; iħeġġeġ lill-Istati Membri jkollhom rwol proattiv fit-tweġibiet għal petizzjonijiet relatati mal-implimentazzjoni u l-infurzar tad-dritt tal-UE u jqis importanti ħafna l-preżenza u l-kooperazzjoni attiva tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jindika l-preżenza ta' rappreżentanti tal-Gvern Grieg fil-laqgħa tal-10 ta' Frar 2014, li fiha ġie ppreżentat rapport dwar il-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fil-Greċja dwar l-immaniġġjar tal-iskart (18-20 ta' Settembru 2013);

46.  Ifakkar li l-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni huma wieħed mill-aktar strumenti importanti ta' investigazzjoni li għandu l-Kumitat għall-Petizzjonijiet, kif previst mir-regoli, għalkemm ma saret l-ebda waħda fl-2014; iqis li huwa essenzjali li s-segwitu ta' petizzjonijiet li qed jiġu investigati matul il-missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni ma jiqafx għal kollox, inkluż bejn l-elezzjonijiet Ewropej u r-rikostituzzjoni tal-Parlament, u jistieden lill-kumitati tal-Parlament jagħmlu l-arranġamenti xierqa; jenfasizza l-ħtieġa li aktar missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni jirriżultaw f'rakkomandazzjonijiet ċari ffukati fuq is-soluzzjoni tal-problemi tal-petizzjonanti; jistenna li mill-2016 titkompla l-attività regolari tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'termini ta' missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni;

47.  Jistieden lill-Greċja tieħu nota tar-rakkomandazzjonijiet li saru fir-rapport tal-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni, adottat mill-Kumitat fi Frar 2014, dwar il-ġbir tal-iskart u l-lokalizzazzjoni tal-miżbliet fil-Greċja; jitlob lill-Kummissjoni timmonitora b'attenzjoni l-użu li jsir mill-fondi allokati għall-ġbir tal-iskart; jitlob lill-Istati Membri jirrispettaw id-direttivi tal-UE dwar ir-riċiklaġġ tal-iskart;

48.  Jagħti importanza kbira lill-preżenza u l-kooperazzjoni attiva tar-rappreżentanti tal-Istati Membri fil-laqgħat tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet; jilqa' u jħeġġeġ il-preżenza ta' rappreżentanti tal-awtoritajiet pubbliċi tal-Istat Membru kkonċernat, il-parteċipazzjoni tagħhom u l-kooperazzjoni attiva tagħhom; iħeġġeġ lill-Istati Membri jipparteċipaw b'mod attiv fil-proċess tal-petizzjonijiet;

49.  Jenfasizza l-importanza tal-kooperazzjoni mal-Ombudsman Ewropew kif ukoll l-involviment tal-Parlament fin-Netwerk Ewropew tal-Ombudsmen; ifaħħar ir-relazzjonijiet interistituzzjonali eċċellenti bejn l-Ombudsman u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet; japprezza b'mod partikolari l-kontribut regolari tal-Ombudsman għax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet matul is-sena kollha;

50.   Jistenna bil-ħerqa li titjieb il-kooperazzjoni mal-kumitati għall-petizzjonijiet fil-parlamenti nazzjonali u reġjonali tal-Istati Membri differenti, fejn dawn ikunu jeżistu; jimpenja ruħu li joffri gwida fl-istabbiliment ta' tali kumitati fl-Istati Membri l-oħrajn li jixtiequ jagħmlu dan;

51.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, u r-rapport tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ombudsman Ewropew, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-kumitati għall-petizzjonijiet tagħhom u lill-ombudsmen nazzjonali tagħhom jew lil korpi simili kompetenti.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-rapport annwali tal-2014 għandu l-għan li jagħti ħarsa ġenerali tax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet, li l-kalendarju tal-attivitajiet tiegħu ma jikkorrispondix mal-programm leġiżlattiv tal-Kummissjoni Ewropea iżda li huwa stabbilit miċ-ċittadini li jeżerċitaw id-dritt ta' petizzjoni tagħhom quddiem il-Parlament Ewropew, jagħmlu parti mit-tħassib tagħhom dwar il-politiki u l-leġiżlazzjonijiet differenti tal-Unjoni.

Dan ir-rapport annwali jixtieq jagħti immaġni preċiża u sħiħa tal-ħidmiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Dan jippreżenta l-istatistiki dwar l-għadd ta' petizzjonijiet li waslu, ingħalqu jew li ġew indirizzati mill-Kumitat, b'rabta mal-pajjiżi jew mas-suġġetti trattati. Dawn l-istatistiki jirrappreżentaw għodda kwantitattiva importanti fil-valutazzjoni tal-ħidma tal-Kumitat. Ma' dan jiżdiedu aspetti oħra, bħar-relazzjonijiet mal-istituzzjonijiet Ewropej l-oħra u l-awtoritajiet nazzjonali u reġjonali.

L-2014, is-Sena Ewropea taċ-Ċittadini, enfasizzat l-elezzjonijiet Ewropej li saru mit-22 sal-25 ta' Mejju. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ġie stabbilit fis-17 ta' Lulju 2014: Is-Sinjura Cecilia Wikström ġiet eletta bħala President, is-Sinjura Rosa Estaràs Ferragut ġiet eletta bħala l-ewwel Viċi President, is-Sinjura Roberta Metsola bħala t-tieni Viċi President, is-Sinjura Marlene Mizzi t-tielet Viċi President u s-Sinjur Pál Csáky bħala r-raba' Viċi President.

Id-dritt li wieħed iressaq petizzjoni lill-Parlament Ewropew: pilastru taċ-ċittadinanza Ewropea

Id-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona kkonferma d-dritt li wieħed iressaq petizzjoni lill-Parlament bħala wieħed mill-pilastri taċ-ċittadinanza Ewropea u bħala dritt fundamentali previst mill-Artikolu 227 tat-Trattat li jipprovdi li ċ-ċittadini jew ir-residenti tal-Unjoni Ewropea, persuni naturali jew ġuridiċi, għandu jkollhom d-dritt li jippreżentaw petizzjoni, individwalment jew flimkien ma’ ċittadini jew persuni oħra, lill-Parlament Ewropew dwar kull suġġett li jaqa’ fl-isfera ta’ attività tal-Unjoni u li tkun tolqothom direttament. Għaldaqstant, dan huwa strument li jagħti s-setgħa liċ-ċittadini li jressqu quddiem il-Parlament it-tħassib tagħhom dwar il-konsegwenzi tal-politiki u l-leġiżlazzjonijiet differenti tal-Unjoni fuq il-ħajja tagħhom ta' kuljum.

L-istatistiki annwali juru li l-maġġoranza taċ-ċittadini jirrikorru għall-għajnuna tal-Parlament fi kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja, l-ambjent, is-suq intern jew id-drittijiet fundamentali. Petizzjonanti oħrajn jippruvaw isemmgħu l-proposti tagħhom b'rabta mal-iżvilupp tal-politiki Ewropej u, fl-aħħar nett, ċittadini oħrajn jindirizzaw lill-Parlament Ewropew biex jappellaw kontra deċiżjonijiet meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali u jressqu lmenti kontra deċiżjonijiet tal-qrati nazzjonali. Oħrajn huma relatati ma' nuqqasijiet fl-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea, jew minħabba traspożizzjoni ħażina tal-leġiżlazzjoni, minħabba n-nuqqas ta' applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni jew minħabba l-ksur tagħha.

Skont l-istatistiki, fl-2014 il-Parlament Ewropew irċieva 2 714 petizzjoni, jiġifieri tnaqqis b'6 % meta mqabbel mal-2 891 ippreżentati fl-2013. Nistgħu nqisu li s-snin 2013 u 2014 leħqu quċċata fir-rigward tan-numru ta' petizzjonijiet riċevuti, iżda t-tnaqqis ħafif tal-2014 jirrifletti bidla fit-tendenza wara ż-żieda kostanti fin-numru ta' petizzjonijiet riċevuti matul l-aħħar leġiżlatura.

Analiżi statistika tal-petizzjonijiet ippreżentati fl-2014 meta mqabbla ma' dawk tal-2013

Trattament tal-petizzjonijiet

Trattament tal-petizzjonijiet

Numru ta' petizzjonijiet

%

Numru ta' petizzjonijiet

%

 

2014

2013

Iddikjarati ammissibbli u segwiti

790

29.1

1168

40.4

Iddikjarati inammissibbli

1070

39.4

1046

36.2

Iddikjarati ammissibbli u magħluqa

817

30.1

0677

23.4

Rakkomandazzjonijiet ikkontestati

37

1.4

0

0

Total tal-petizzjonijiet irreġistrati

2714

100

2891

100.0

Ammissibbli u mibgħuta lil korpi oħrajn għal opinjoni

77

9.7

156

13.3

Ammissibbli u mibgħuta lil korpi oħrajn għal aktar informazzjoni

380

48.1

404

34.5

Ammissibbli u mibgħuta lill-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni

688

87.0

1123

95.8

Wieħed għandu jinnota wkoll li madwar 59.6 % mill-petizzjonijiet ippreżentati fl-2013, jiġifieri 1 723 petizzjoni, ingħalqu fi stadji bikrija tal-proċedura minħabba li ġew iddikjarati inammissibbli (36.2 %), jew minħabba li minkejja li kienu ammissibbli, ingħalqu immedjatament wara li l-petizzjonanti ġew ipprovduti b'informazzjoni dwar il-kwistjonijiet differenti mqajma jew wara li ntbagħtu għal aktar informazzjoni lil kumitat ieħor tal-PE bil-kompetenza relevanti fil-qasam (23.4 %). Ġew iddikjarati ammissibbli 1 168 (40.4 %) u 95.6 % minnhom intbagħtu lill-Kummissjoni Ewropea għal opinjoni (1 119).

2013

 

2014

Trattament

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Trattament

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

Iddikjarati Ammissibbli

1844

63.8

 

Iddikjarati Ammissibbli

1607

59.2

Iddikjarati inammissibbli

1047

36.2

 

Iddikjarati inammissibbli

1070

39.4

Numru totali

2891

100

 

Pendenti deċiżjoni

37

1.4

 

 

 

 

Numru totali

2714

100

Fl-2014, 69.5 % mill-petizzjonijiet ippreżentati (1 887 petizzjoni) ingħalqu fi stadji bikrija tal-proċedura minħabba li ġew iddikjarati inammissibbli (39.4 %), jew minħabba li minkejja li kienu ammissibbli, ingħalqu immedjatament wara li l-petizzjonanti ġew ipprovduti b'informazzjoni jew wara li ntbagħtu għal aktar informazzjoni lil kumitat ieħor tal-PE bil-kompetenza relevanti fil-qasam (30.1 %). Wieħed għandu jinnota li l-perċentwal tal-petizzjonijiet iddikjarati ammissibbli jibqa' stabbli (b'żieda ħafifa ta' 3.2 % fl-2014), kif ukoll il-perċentwal tal-petizzjonijiet ammissibbli (bi tnaqqis ħafif ta' 4.6 % fl-2014), id-differenza fit-trattament bejn dawn is-sentejn (2013-2014) hija ċara fir-rigward tad-deċiżjonijiet meħuda mill-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet: id-deċiżjoni li tintbagħat informazzjoni lill-petizzjonanti u tingħalaq il-petizzjoni fl-ewwel mumenti tal-proċedura qed tiżdied b'mod ċar mill-2013 (minn 11.3 %). Fir-rigward tas-segwiti tal-petizzjonijiet, nistgħu niddikjaraw li żdiedu s-segwiti għal aktar informazzjoni (minn 13.6 %) u naqsu kemm is-segwiti għal opinjoni lil kumitati tal-PE oħra (minn 3.6 %) kif ukoll it-talbiet għal opinjoni lill-Kummissjoni Ewropea (minn 8.8 %).

Numru ta' petizzjonijiet skont il-pajjiż

Fir-rigward tal-2013, ġew irreġistrati ċerti bidliet fil-lista tal-pajjiżi minn fejn ġejjin il-petizzjonijiet fl-2014, Spanja kienet dejjem fl-ewwel post, u wara l-Ġermanja, l-Italja, ir-Rumanija u r-Renju Unit (fl-2013 Franza kienet fil-ħames post).

L-Estonja għalqet din il-lista ġdida, wara l-Lussemburgu bħas-sena preċedenti.

2013

 

2014

Pajjiż

Numru ta' petizzjonijiet

%

 

Pajjiż

Numru ta' petizzjonijiet

%

L-Unjoni Ewropea

751

23.5

 

L-Unjoni Ewropea

908

28.9

Spanja

453

14.2

 

Spanja

449

14.3

Il-Ġermanja

362

11.3

 

Il-Ġermanja

271

8.6

L-Italja

278

8.7

 

L-Italja

248

7.9

Ir-Rumanija

223

7.0

 

Ir-Rumanija

199

6.3

Franza

129

4.0

 

Ir-Renju Unit

109

3.5

Oħrajn

1003

31.4

 

Oħrajn

1071

34.0

Numru ta' petizzjonijiet skont il-pajjiż fl-2014

Temi prinċipali tal-petizzjonijiet

Kif semmejna diġà, fl-2014 il-ġustizzja tibqa' l-qasam prinċipali ta' tħassib tal-petizzjonanti, u wara l-ambjent, il-funzjonament tas-suq intern u d-drittijiet fundamentali u s-saħħa. Ta' min insemmu li naqas ħafna l-għadd ta' petizzjonijiet relatati mar-restituzzjoni ta' proprjetà meta mqabbel mas-snin ta' qabel.

2013

 

2014

Temi

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Temi

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

Ġustizzja

387

10.5

 

Ġustizzja

300

8.3

Ambjent

361

9.8

 

Ambjent

284

7.8

Drittijiet fundamentali

268

7.2

 

Suq intern

266

7.3

Suq intern

223

6.0

 

Drittijiet fundamentali

208

5.7

Affarijiet soċjali

199

5.4

 

Saħħa

173

4.8

Edukazzjoni u Kultura

141

3.8

 

Affarijiet soċjali

158

4.4

Saħħa

137

3.7

 

Trasport

117

3.2

Impjiegi

117

3.2

 

Edukazzjoni u Kultura

113

3.1

Trasport

107

2.9

 

Impjiegi

108

3.0

Proprjetà u restituzzjoni

91

2.5

 

Proprjetà u restituzzjoni

55

1.5

Oħrajn

1 669

45.1

 

Oħrajn

1 844

50.9

Lingwa tal-petizzjonanti

Jistgħu jiġu osservati wkoll bidliet żgħar ħafna fil-klassifika tal-petizzjonijiet skont il-lingwa: fl-2014, kif kien ġara fl-2013, il-Ġermaniż u l-Ingliż baqgħu ż-żewġ lingwi ewlenin użati mill-petizzjonanti, l-Ispanjol u t-Taljan isegwuhom fit-tielet u r-raba' pożizzjoni u żdiedu fil-perċentwal u fl-ammont tagħhom. Dawn l-erba' lingwi (DE, EN, ES u IT) jirrappreżentaw 72 % tal-petizzjonijiet.

Il-Malti u l-Estonjan jinsabu fl-aħħar pożizzjonijiet (b'petizzjoni waħda għal kull lingwa).

2013

 

2014

Lingwa

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Lingwa

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

Il-Ġermaniż

701

24.2

 

Il-Ġermaniż

607

22.4

L-Ingliż

525

18.2

 

L-Ingliż

496

18.3

L-Ispanjol

442

15.3

 

L-Ispanjol

456

16.8

It-Taljan

316

10.9

 

It-Taljan

400

14.7

Il-Franċiż

203

7.0

 

Il-Franċiż

151

5.6

Ir-Rumen

166

5.7

 

Ir-Rumen

135

5.0

Il-Pollakk

131

4.5

 

Il-Pollakk

105

3.9

Oħrajn

276

9.0

 

Il-Grieg

92

3.4

 

 

 

 

Oħrajn

273

10

Numru ta' petizzjonijiet skont il-lingwa fl-2014

 

Nazzjonalitajiet tal-petizzjonanti

Meta wieħed iqabbel skont in-nazzjonalità, il-Ġermaniżi baqgħu l-aktar petizzjonanti attivi, segwiti mill-Ispanjoli u t-Taljani, bħal fl-2013. Warajhom hemm il-petizzjonanti Rumeni, Brittaniċi u Franċiżi. Fl-aħħar postijiet jinsabu ċ-ċittadini Estonjani u Lussemburgiżi, li bejniethom ressqu biss tmien petizzjonijiet fl-2014.

2013

 

2014

Nazzjonalità tal-petizzjonant prinċipali

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

 

Nazzjonalità tal-petizzjonant prinċipali

Numru ta' petizzjonijiet

Perċentwal

Il-Ġermanja

649

22.4

 

Il-Ġermanja

551

20.2

Spanja

456

15.8

 

Spanja

468

17.1

L-Italja

344

11.9

 

L-Italja

425

15.6

Ir-Rumanija

213

7.4

 

Ir-Rumanija

196

7.2

Franza

152

5.3

 

Ir-Renju Unit

143

5.2

Il-Polonja

143

4.9

 

Franza

129

4.7

Ir-Renju Unit

138

4.8

 

Il-Polonja

123

4.5

Il-Greċja

113

3.9

 

Il-Greċja

113

4.1

Oħrajn

800

23.6

 

Oħrajn

574

21.9

Numru ta' petizzjonijiet skont in-nazzjonalità fl-2014

 

Il-format tal-petizzjonijiet

Fir-rigward tal-format tal-petizzjonijiet, tissaħħaħ it-tendenza osservata fl-2013: il-petizzjonanti huma aktar attivi u jippreżentaw il-petizzjonijiet tagħhom permezz tal-Internet minflok fil-format ta' ittra tradizzjonali (80 % tal-petizzjonijiet li waslu fl-2014 intbagħtu bil-Internet meta mqabbla ma' 75.2 % fl-2013).

2013

 

2014

Il-format tal-petizzjoni

Numru ta' petizzjonijiet

%

 

Il-format tal-petizzjoni

Numru ta' petizzjonijiet

%

Posta elettronika

2173

75.2

 

Posta elettronika

2174

80

Ittra

718

24.8

 

Ittra

540

20

Il-format tal-petizzjonijiet fl-2014

 

L-istat tal-petizzjonijiet

Rigward l-istat tal-petizzjonijiet, ta' min jindika li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet, jiġifieri 80 %, jingħalqu fi żmien sena minn meta jkunu ġew indirizzati u ddikjarati ammissibbli. Nistgħu naffermaw li numru limitat biss ta' petizzjonijiet jibqa' miftuħ għal aktar minn erba' snin. Dawn il-petizzjonijiet miftuħa jikkonċernaw, fil-maġġoranza tal-każijiet, proċeduri ta' ksur imressqa quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jew inkella petizzjonijiet li l-membri tagħhom xtaqu jagħmlu segwitu aktar fil-fond (fil-bidu tat-8 leġiżlatura, il-membri talbu l-implimentazzjoni ta' proċedura speċjali ta' "tindif" sabiex jiġu evalwati mill-ġdid il-petizzjonijiet kollha miftuħa minn bosta leġiżlaturi)

L-istat tal-petizzjonijiet

Sena

Miftuħa

Magħluqa

2014

763

28.1 %

1 925

70.9 %

2013

531

18.4%

2360

81.6%

2012

213

10.7 %

1773

89.3%

2011

120

8.5 %

1294

91.5 %

2010

66

4.0 %

1590

96.0 %

2009

27

1.4 %

1897

98.6 %

2008

35

1.9 %

1848

98.1 %

2007

32

2.1 %

1474

97.9 %

2006

10

1.0 %

1011

99.0 %

2005

4

0.4 %

1012

99.6 %

2004

5

0.5 %

997

99.5 %

2003

0

0 %

1315

100 %

2001

0

0 %

1132

100 %

2000

0

0 %

908

100 %

L-analiżi tal-istatistiki dwar il-petizzjonijiet juru l-fatt li l-maġġoranza tal-petizzjonijiet li ġew iddikjarati inammissibbli juru li għad hemm konfużjoni min-naħa tal-petizzjonanti fir-rigward tal-kompetenzi nazzjonali u dawk Ewropej, kif ukoll l-istituzzjonijiet tal-UE mal-Kunsill tal-Ewropa jew mal-Qorti tad-Drittijiet tal-Bniedem. Dan juri li għandhom jirduppjaw l-isforzi mmirati biex iċ-ċittadini jkunu infurmati aħjar dwar x'inhuwa d-dritt ta' petizzjoni u x'jista' jinkiseb billi ssir petizzjoni lill-Parlament.

Il-portal tal-Internet ġdid li daħal fis-seħħ f'Novembru 2014 tejjeb is-sistema antika tal-paġna tal-Internet iddedikata għall-petizzjonijiet fil-portal Europarl tal-Parlament Ewropew. Iċ-ċittadini li jippreżentaw fuq dan il-portal ġdid tal-petizzjonijiet onlajn għandhom l-informazzjoni neċessarja kollha dwar il-kompetenzi tal-Parlament, jistgħu jirreġistraw, iressqu petizzjoni, iniżżlu d-dokumenti supplimentari, jappoġġjaw il-petizzjonijiet ammissibbli, jirċievu informazzjoni dwar l-istat tal-petizzjoni tagħhom u jiġu avżati dwar il-bidliet fl-istat ta' dan permezz ta' emails awtomatiċi. Il-petizzjonanti jsibu wkoll l-informazzjoni dwar il-ħidmiet tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet kif ukoll il-possibbiltajiet ta' rimedju aktar rapida billi jintużaw netwerks oħra li huma disponibbli għalihom fil-livell tal-Unjoni Ewropea jew fil-livell nazzjonali (SOLVIT, EU Pilot, in-netwerk taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi, l-Ombudsman Ewropew, l-Ombudsmen nazzjonali jew il-Kumitati għall-Petizzjonijiet tal-parlamenti nazzjonali).

Dan ir-rapport jixtieq jenfasizza l-bżonn li jsir disponibbli għaċ-ċittadini, fil-livell tal-Unjoni Ewropea, punt uniku ta' kuntatt li jista' jiggwidahom meta jfittxu soluzzjonijiet għal ksur preżunt tad-drittijiet tagħhom. Dan għadu objettiv li hu importanti ħafna li jintlaħaq. L-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea li tiġbor il-mekkaniżmi formali u informali għat-tressiq ta’ lmenti fil-paġna "Drittijietek tal-UE" tal-websajt www.europa.eu tista' tirrappreżenta pass 'il quddiem sinifikanti. Minkejja dan, għandha tiġi spjegata u ċċarata aħjar id-distinzjoni bejn il-mekkaniżmi formali (l-ilmenti lill-Kummissjoni Ewropea, il-petizzjonijiet lill-Parlament, l-ilmenti lill-Ombudsman Ewropew) u dawk informali (is-SOLVIT, l-ECC-Net, il-FIN-Net, eċċ.). Iċ-ċittadini jeħtieġu jkunu jafu fejn jistgħu jsibu t-tip ta’ informazzjoni li jkunu qed ifittxu u wieħed għandu jilqa’ l-isforzi mwettqa mill-Kummissjoni f'dan ir-rigward biex ittejjeb l-aċċess, l-informazzjoni u l-għajnuna pprovduti dwar id-drittijiet taċ-ċittadini bil-ħolqien tal-portal "Your Europe".

Il-Parlament Ewropew, bil-ftuħ tal-portal tal-Internet ġdid tiegħu fid-19 ta' Novembru 2014, għamel progress f'dan ir-rigward iżda, ta' min jinnota li fil-portal tal-Parlament, il-paġna tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet ma tidhirx fil-paġna ewlenija, iżda fuq ir-raba' waħda: Iċ-ċittadin għandu jgħaddi għall-paġni "Il-Parlament u int", "Semma' leħnek" sabiex jasal għall-paġna tal-petizzjonijiet u jsib is-sit speċifiku sabiex jippreżenta l-petizzjoni tiegħu. http://www.petiport.europarl.europa.eu/petitions/mt/main

.

Ir-relazzjonijiet mal-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissjoni Ewropea għadha s-sieħba naturali tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet fit-trattament tal-petizzjonijiet minħabba li l-Kummissjoni hija l-gwardjan tal-applikazzjoni u r-rispett tal-leġiżlazzjoni Ewropea. Ir-relazzjoni ta' ħidma bejn iż-żewġ istituzzjonijiet hija tajba. Madankollu, għandu jitnaqqas iż-żmien ta' risposta għat-talbiet ta' investigazzjoni, li bħalissa huwa madwar erba' xhur. Barra minn hekk, fil-qafas ta' kooperazzjoni interistituzzjonali tajba, il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-iżvilupp tal-proċeduri ta' ksur marbuta direttament mal-petizzjonijiet.

Għandha tiġi enfasizzata s-seduta tal-Viċi President tal-Kummissjoni, is-Sur Frans Timmermans tas-7 ta' Ottubru 2014. Fir-risposti tiegħu għall-kwestjonarju u waqt is-seduta quddiem il-Konferenza tal-Presidenti, il-Kummissarju maħtur Frans Timmermans, responsabbli għar-relazzjonijiet interistituzzjonali u amministrattivi, ħa numru ta' impenni dwar l-ICE, impenn sabiex jesplora d-diffikultajiet u r-restrizzjonijiet għall-petizzjonijiet taħt l-Artikolu 51 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ipparteċipa wkoll fis-seduta tal-Kummissarju Navracsics (l-edukazzjoni, il-kultura, iż-żgħażagħ u ċ-ċittadinanza) fl-1 ta' Ottubru 2014.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet ikkunsidra l-preżentazzjoni tas-Sur Pascal Leardini, Kap tad-Direttorat F fis-Segretarjat Ġenerali tal-Kummissjoni Ewropea, f'laqgħa tal-Kummissjoni f'Settembru 2014. Dan enfasizza li l-petizzjonijiet mibgħuta għal opinjoni jikkonċernaw erba' temi prinċipali: l-ambjent, id-drittijiet fundamentali, il-moviment liberu taċ-ċittadini u l-ħaddiema kif ukoll il-kriżi ekonomika u soċjali. Dan identifika l-problemi prinċipali ffaċċjati fil-qafas ta' din il-kooperazzjoni, jiġifieri l-bżonn ta' kontroll aktar mill-qrib tal-ammissibbiltà tal-petizzjonijiet indirizzati lill-Kummissjoni, il-bżonn li jintalab l-intervent tal-Istati Membri u l-awtoritajiet tagħhom, il-preżenza tal-uffiċjali tal-Kummissjoni waqt il-laqgħat ta' preparazzjoni u fl-aħħar nett in-numru kbir ta' petizzjonijiet miftuħa li jżidu b'mod konsiderevoli l-piż tax-xogħol.

Sabiex titjieb il-kooperazzjoni mill-qrib eżistenti, il-Kummissjoni pproponiet soluzzjonijiet li jikkorrispondu mal-punti prinċipali mqajma, inklużi l-istedina tal-awtoritajiet tal-Istati Membri għal-laqgħat u aktar użu tal-għodod ta' riżoluzzjoni disponibbli.

Ir-relazzjonijiet mal-Kunsill

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jilqa' l-preżenza tal-Kunsill fil-laqgħat tal-Kumitat, iżda jiddispjaċih li din il-preżenza ma tiġix tradotta f'kooperazzjoni aktar attiva, li tippermetti li tiżblokka l-petizzjonijiet li għalihom il-kooperazzjoni mal-Istati Membri tkun deċiżiva, iżda madankollu jenfasizza l-isforzi ta' ċerti Stati Membri bħall-Italja, il-Greċja u Spanja li jsegwu regolarment il-laqgħat tal-Kumitat.

Ir-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew – is-seduti tal-Ombudsman

Is-Sinjura Emily O'Reilly li ġiet eletta għall-ewwel darba bħala Ombudsman Ewropew f'Lulju 2013 reġgħet ġiet eletta għal mandat ġdid ta' ħames snin f'Diċembru 2014, eżerċitat fil-perjodu ta' dan ir-rapport is-setgħat tagħha b'mod attiv u bbilanċjat, kemm fir-rigward tal-eżami u t-trattament tal-ilmenti kif ukoll it-tmexxija u l-konklużjoni tal-investigazzjonijiet, u fir-rigward taż-żamma tar-relazzjonijiet kostruttivi mal-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Unjoni u l-inkoraġġiment taċ-ċittadini sabiex jużaw id-drittijiet tagħhom quddiem dawn l-istituzzjonijiet u l-korpi.

Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet għandu relazzjonijiet interistituzzjonali eċċellenti mal-Ombudsman Ewropew, u din tal-aħħar intervjeniet diversi drabi quddiem il-Kumitat: hija ppreżentat ir-rapport annwali tagħha tal-2013 fl-24 ta' Settembru 2014. Waqt l-intervent tagħha, hija pprovdiet informazzjoni dwar in-numru ta' ċittadini li rċevew għajnuna mis-servizzi tagħha fl-2013, in-numru ta' investigazzjonijiet miftuħa u magħluqa f'dik is-sena, l-istituzzjonijiet ikkonċernati mill-investigazzjonijiet miftuħa, ir-riżultati ta' dawn l-investigazzjonijiet, ir-rati ta' konformità mad-deċiżjonijiet tal-Ombudsman u fl-aħħar nett l-istatistiki tal-ilmenti riċevuti u l-investigazzjonijiet mibdija skont il-pajjiż. Hija enfasizzat it-temi prinċipali msemmija fil-qafas tal-attivitajiet tagħha (it-trasparenza, il-kwistjonijiet etiċi, il-parteċipazzjoni taċ-ċittadini, il-proġetti ffinanzjati mill-Unjoni, id-drittijiet fundamentali u l-kultura tas-servizz) u ppreżentat il-gwida tagħha għall-futur, partikolarment l-assi kbar tal-attivitajiet tiegħu (l-inċidenza, ir-relevanza, il-viżibbiltà) kif ukoll l-investigazzjonijiet strateġiċi fis-seħħ.

Hija intervjeniet quddiem il-Kumitat fit-2 ta' Diċembru fil-qafas tas-seduta bħala kandidat tal-Ombudsman u fl-elezzjoni tagħha waqt is-seduta plenarja ta' Diċembru, hija għamlet diskors li ġie apprezzat ħafna mill-Membri.

Il-kooperazzjoni mas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew

F'Settembru 2014 is-Sur Antonio Caiola, il-Kap tal-Unità għas-Servizz Legali tal-Parlament Ewropew, spjega fil-qosor il-kooperazzjoni tas-servizz tiegħu lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet. Is-Servizz Legali jirrappreżenta l-Parlament quddiem kull ġurisdizzjoni u joffri opinjoni ġuridika lill-korpi kollha tal-Parlament. Dan irrefera b'mod ġenerali għas-sentenzi tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni li jikkonċernaw il-petizzjonijiet u t-trattament tagħhom. Il-każijiet kkonċernati ġew maqsuma f'żewġ kategoriji:

Ÿ  L-ewwel waħda tikkonċerna l-petizzjonijiet ikkunsidrati bħala inammissibbli, li fosthom il-Każ T-308/07 (Ingo-Jens Tegebauer vs Il-Parlament Ewropew) huwa l-aktar notevoli. Skont ir-raġunament ta' din is-sentenza, kull deċiżjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar l-ammissibbiltà għandha tkun akkumpanjata minn ġustifikazzjoni kompluta u ċara. L-istess prinċipju ġie kkonfermat fis-sentenzi ulterjuri, bħal T-280/09 (José Carlos Morte Navarro vs Il-Parlement Ewropew) u T-160/10 (J vs Il-Parlement Ewropew).

Ÿ  It-tieni kategorija tinkludi l-każijiet dwar id-deċiżjonijiet tal-Kumitat li tingħalaq petizzjoni, l-ewwel wieħed ikun il-Każ T-186/11 (Peter Schönberger vs Il-Parlament Ewropew). Il-Kumitat ikkonkluda l-ammissibbiltà ta' petizzjoni; wara, is-Segretarjat għalaq il-petizzjoni u bagħat il-każ lid-DĠ Riżorsi Umani. Id-deċiżjoni tas-Segretarjat ġiet ikkontestata mill-petizzjonant u l-Qorti Ġenerali kkunsidrat li r-rikors kellu jiġi annullat minħabba li ma setax ikun hemm rimedju. Din l-opinjoni ġiet ripetuta f'każijiet oħra, bħall-Każ T-650/13 (Zoltán Lomnici vs Il-Parlament Ewropew)

Ÿ  Opinjoni importanti oħra hija l-Każ Schönberger (C-261/13). L-Avukat Ġenerali Jääskinen interpreta id-dispożizzjonijiet relatati mad-dritt ta' petizzjoni f'dawl ġdid u indika li l-Kumitat għall-Petizzjonijiet jista' jiddikjara petizzjoni inammissibbli mingħajr ma l-petizzjonant ikun jista' jressaq rikors kontra tali deċiżjoni, li għalhekk tmur kompletament kontra l-ġurisprudenza Tegebauer, imma għad irid jitqies jekk il-Qorti tal-Ġustizzja hijiex se tadotta l-opinjoni tal-Avukat Ġenerali fis-sentenzi tal-futur tagħha.

Missjonijiet ta' investigazzjoni mwettqa fl-2014 u żjarat lejn istituzzjonijiet oħra.

Ÿ  Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet laqa' ż-żjara tad-delegazzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Skoċċiż f'Diċembru 2014. Is-Sur David Stewart, il-President tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet tal-Parlament Skoċċiż, ippreżenta l-ħidma tal-Kumitat tiegħu. Dan ġie stabbilit fl-1999 bħala kumitat permanenti tal-Parlament Skoċċiż. Fl-2004, il-ħolqien ta' sistema ta' petizzjoni onlajn iffaċilita l-kompitu għaċ-ċittadin li xtaqu jippreżentaw petizzjoni. Il-Parlament Skoċċiż kien l-ewwel parlament fid-dinja li implimenta tali sistema. L-iżvilupp ta' sistema onlajn kien essenzjali għall-funzjonament tajjeb tal-proċedura ta' petizzjoni, għaliex dan iggarantixxa l-aċċessibbiltà tagħha billi tiggwida liċ-ċittadini, stadju wara stadju.

Ÿ  Ma saret l-ebda missjoni ta' investigazzjoni fl-2014 minħabba l-piż tax-xogħol tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet iżda missjonijiet ta' ġbir ta' informazzjoni huma previsti għall-2015 (żjara liż-żona ta' qbid tal-Ebre u l-kwistjonijiet dwar il-protezzjoni tat-tfal fir-Renju Unit).

Seduti pubbliċi u dwar l-ewwel Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej

Ÿ  Fis-17 ta' Frar 2014, il-Kumitat għall-Ambjent organizza seduta dwar it-tema "L-ilma, dritt tal-bniedem" fil-qafas tal-ewwel Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet u żewġ kumitati oħra kienu assoċjati magħha. Dan il-Kumitat jemmen li l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej hija strument ġdid biex jiġu introdotti kwistjonijiet partikolari fl-aġenda tad-dibattiti pubbliċi billi hija strument ġdid tad-demokrazija parteċipattiva fil-livell Ewropew. L-inizjattiva għandha tipprovdi liċ-ċittadini b'mezz biex isemmgħu leħinhom billi tippermettilhom jippreżentaw ċerti kwistjonijiet ta' interess lill-istituzzjonijiet Ewropej. Għan ieħor tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej huwa li tippromwovi d-dibattiti transkonfinali. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet iqis li l-Parlament Ewropew jikkontribwixxi biex jintlaħqu dawn l-objettivi bl-użu tal-mezzi kollha biex jiġu appoġġjati l-inizjattivi taċ-ċittadini, b'mod partikolari, permezz tal-organizzazzjoni ta' seduti pubbliċi. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jappoġġja dan il-proċess u jqiegħed l-esperjenza twila tiegħu maċ-ċittadini biex dan l-objettiv jintlaħaq.

Ÿ  Fl-10 ta' April 2014, il-Kumitat għall-Affarijiet Legali organizza seduta pubblika dwar it-tieni Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej li tnediet b'suċċess bl-isem "Wieħed minna". Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet kien assoċjat mal-organizzazzjoni tas-seduta.

Ÿ  Fuq talba tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet u tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali, studju dwar " L-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej: l-Ewwel Tagħlimiet mill-Implimentazzjoni", indika d-diffikultajiet iffaċċjati mill-organizzaturi matul il-ħolqien u t-tmexxija ta' Inizjattivi taċ-Ċittadini Ewropej (ICE). Dan l-istudju analizza s-soluzzjonijiet possibbli u pprovda rakkomandazzjonijiet għat-titjib tal-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej bħala għodda effikaċi ta' demokrazija parteċipattiva fl-Unjoni Ewropea. Din tipproponi miżuri sabiex tiġi simplifikata l-proċedura u jitnaqqsu l-ispejjeż u l-piżijiet għaċ-ċittadini tal-Unjoni Ewropea. Il-mira, fl-aħħar nett, hija li tiġi definita strateġija konkreta sabiex iċ-ċittadini tal-Unjoni jingħataw il-mezzi ta' parteċipazzjoni attiva għall-bini tal-futur tal-Ewropa. L-għan tal-istudju kien li jiġu determinati l-ostakoli li nstabu mill-organizzaturi fl-implimentazzjoni u l-ġestjoni ta' Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej, li jiġu studjati s-soluzzjonijiet possibbli li jippermettu li jingħelbu dawn l-ostakoli u jiġu suġġeriti rakkomandazzjonijiet sabiex jitjieb il-funzjonament tal-ICE. Il-konklużjonijiet prinċipali jikkonċernaw l-oqsma li ġejjin: is-sistema ta' ċertifikazzjoni onlajn, ir-reġistrazzjoni tal-ICE fi ħdan il-Kummissjoni Ewropea, is-sistema ta' ġbir onlajn, il-ġbir tal-firem miċ-ċittadini, il-verifika tal-firem mill-Istati Membri u fl-aħħar nett il-preżentazzjoni tal-ICE lill-Kummissjoni. Ir-rakkomandazzjonijiet prattiċi dwar il-provvista tal-infrastrutturi informatiċi (ħardwer u softwer) mill-Kummissjoni, ir-reviżjoni tar-regolament u l-artikoli tat-Trattat applikabbli kif ukoll ir-rekwiżit ta' traduzzjoni.

Ÿ  L-organizzaturi ta' Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej mingħajr suċċess "Intemmu l-ekoċidju fl-Ewropa: Inizjattiva taċ-Ċittadini sabiex jingħataw id-drittijiet lid-dinja" xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet dwar din l-inizjattiva waqt laqgħa taħt l-Artikolu 218 tar-Regoli ta' Proċedura. Din l-ICE kienet soġġetta għal eżami f'laqgħa bl-istess mod bħal petizzjoni ordinarja.

Temi ewlenin fl-2014

Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta' Lisbona fl-1 ta' Diċembru 2009, il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali minn dakinhar saret strument legalment vinkolanti. Fid-dawl tal-petizzjonijiet li waslu, nistgħu ngħidu li dawn id-drittijiet, flimkien mal-ġustizzja, jikkostitwixxu l-akbar tħassib tal-petizzjonanti. Madankollu, ikun tajjeb li jiġi ppreċiżat li l-inkorporazzjoni tal-Karta fil-liġi primarja tal-Unjoni hi bbażata fuq il-prinċipju tas-sussidjarjetà, u dan ifisser li huma l-Istati Membri li jiggarantixxu r-rispett tal-prinċipji stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Din toħloq responsabbiltajiet ġodda għall-istituzzjonijiet inkarigati mit-teħid u t-twettiq tad-deċiżjonijiet, kif ukoll għall-Istati Membri fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni fil-livell nazzjonali, u li d-dispożizzjonijiet tal-Karta għalhekk saru infurzabbli direttament mill-qrati Ewropej u nazzjonali. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet jixtieq jiddefinixxi b'mod aktar preċiż il-metodu ta' applikazzjoni tal-Karta.

Il-ġustizzja u d-drittijiet fundamentali.

Ÿ  Fi Frar 2014, ġew diskussi madwar tletin petizzjoni dwar diskriminazzjoni li għaddew minnha ċerti ċittadini fid-Danimarka. Il-Kummissjoni indikat f'laqgħa mal-Kumitat għall-Petizzjonijiet li minħabba in-nuqqas ta' parteċipazzjoni tad-Danimarka fl-Ispazju ta' Ġustizzja u fl-istrumenti li jistgħu japplikaw (bħar-Regolament ta' Brussell IIa), dawn l-istrumenti mhumiex applikabbli. Ir-Regolament relatat mar-rikonoxximent reċiproku tad-deċiżjonijiet legali (ir-Regolament Ruma III) ma japplikax fil-fond għall-kwistjonijiet individwali. Il-Kummissjoni ħadet ċertu numru ta' inizjattivi, bħal proġett pilota dwar id-drittijiet għall-informazzjoni, li jikkonsisti fi proġett ta' sensibilizzazzjoni dwar is-sitwazzjonijiet partikolari f'ċerti Stati Membri, kif ukoll studju ta' mmappjar tal-proċeduri differenti fl-Istati Membri u jipprepara wkoll linji gwida għal sistemi ta' protezzjoni tat-tfal.

Ÿ  F'Marzu 2014, ġew diskussi petizzjonijiet dwar id-diskriminazzjoni mill-awtoritajiet tar-Renju Unit ibbażati fuq l-etniċità, ir-reliġjon u l-lingwa u dwar il-ksur tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem. Il-prattiki tal-awtoritajiet responsabbli għaż-żgħażagħ fir-Renju Unit u fin-Netherlands skoperti mill-petizzjonanti, li ttieħdulhom it-tfal, li nfirdu mill-kuntest kulturali u lingwistiku tagħhom u fejn naqas il-kuntatt b'mod minimu bejn it-tfal u l-ġenituri. Il-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet talbu lill-Kummissjoni tirrevedi u ttejjeb il-leġiżlazzjoni applikabbli għall-moviment liberu fl-Unjoni Ewropea, minħabba li l-maġġoranza tal-każijiet jikkonċernaw ċittadini Ewropej li ċċaqilqu mal-familji tagħhom lejn Stat Membru ieħor sabiex jgħixu u jaħdmu fih. Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ma tapplikax, minħabba li f'dawn il-każijiet, ma ġie implimentat l-ebda strument leġiżlattiv tal-Unjoni. Issa, skont l-Artikolu 51 tagħha, il-Karta tapplika għall-Istati Membri biss meta jkunu qed jimplimentaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. Xi membri jissuġġerixxu li ssir missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni fir-Renju Unit sabiex jiġu investigati l-allegazzjonijiet tal-petizzjonanti u tiġi organizzata seduta pubblika dwar dawn il-kwistjonijiet waqt il-leġiżlatura li jmiss. Il-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni se ssir fil-ħarifa tal-2015, u studju dwar l-adozzjoni mingħajr permess tal-ġenituri ġie ippreżentat lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet f'Lulju 2015, dan l-istudju jeżamina l-liġi u l-prattika fl-Ingilterra u f'Wales, meta jitqabblu ma' pajjiżi oħra fi ħdan l-Unjoni Ewropea. Barra minn hekk, din tispjega fid-dettall il-proċeduri segwiti mill-qrati Ingliżi fil-proċeduri ta' protezzjoni tat-tfal li jikkonċernaw tifel jew tifla li għandhom rabta ma' Stat Membru ieħor tal-UE, u tagħti rakkomandazzjonijiet għall-kooperazzjoni bejn l-Istati fil-proċeduri tal-futur.

L-ambjent

Ÿ  Eżempju tal-petizzjonijiet ippreżentati u diskussi f'laqgħa tal-Kumitat (f'Jannar u f'Ottubru 2014) huwa ta' dawk li jikkonċernaw il-kwistjoni tal-ambjent u tal-enerġija fil-kuntest tal-ipprospettar taż-żejt fi Fuerteventura u Lanzarote (fil-Gżejjer Kanarji). Dan it-tħaffir fl-ilma fil-fond, skont il-petizzjonanti, huwa suxxettibbli li jikkawża riskji sismiċi jew tnixxijiet taż-żejt, billi l-Gżejjer Kanarji huma partikolarment vulnerabbli fil-każ ta' roqgħa taż-żejt fid-dawl tan-natura prinċipalment turistika tagħhom. Il-Kummissjoni Ewropea taħseb li huwa f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali li jimplimentaw u jirrispettaw il-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u jevitaw ir-riskji marbutin ma' dan it-tip ta' attivitajiet. Dawn il-proġetti ta' prospettar taż-żejt kienu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali fir-rigward tal-effetti diretti u indiretti li dan il-proġett jista' jkollu fuq l-ambjent, u l-Kummissjoni ħadet l-impenn li tikkontrolla b'mod attent ħafna r-rispett tar-rekwiżiti kollha tal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni.

Il-benessri tal-annimali

Ÿ  F'April 2014, ġiet diskussa petizzjoni dwar il-qtugħ tad-denb tal-qżieqeż fid-Danimarka, u l-Membri talbu t-twettiq ta' studju komparattiv fid-dipartiment tematiku dwar il-qtugħ tad-denb tal-qżieqeż fid-Danimarka, fl-Iżvezja, fir-Renju Unit, fil-Ġermanja, fin-Netherlands u fil-Belġju. L-istudju ġie ppreżentat f'Novembru 2014 u eżamina l-kwistjonijiet imqajma fil-Petizzjoni Nru 0336/2012, il-qafas ġuridiku relatat mal-protezzjoni tal-ħnieżer, il-livell ta' implimentazzjoni tad-Direttiva dwar il-protezzjoni ta' dawn l-annimali fir-rigward tal-qtugħ tad-denb skont l-informazzjoni disponibbli, l-azzjonijiet fis-seħħ, jew li jistgħu jittieħdu, sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni tajba tad-Direttiva mill-Istati Membri.

Id-diżabbiltà

Ÿ  Diversi petizzjonijiet jevidenzjaw id-diffikultajiet li jiltaqgħu magħhom persuni b'diżabbiltà u l-fatt li dawn ma jgawdux il-libertajiet u d-drittijiet fundamentali stabbiliti fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà. Għalhekk, il-membri tal-Kumitat għall-Petizzjonijiet jieħdu r-responsabbiltà tagħhom b'serjetà kbira fir-rigward tal-istabbiliment ta' qafas għall-implimentazzjoni tal-Konvenzjoni. Fl-2014, il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali ddeċieda li jagħti rwol lill-Kumitat għall-Petizzjonijiet fi ħdan il-laqgħat qafas dwar il-parteċipazzjoni tal-Parlament fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet ta' Persuni b'Diżabbiltà.

Konklużjoni

Il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat l-2014 bħala s-"Sena Ewropea taċ-Ċittadini" u enfasizzat l-elezzjonijiet Ewropej, li saru mit-22 sal-25 ta' Mejju. Il-Parlament Ewropew u l-Kumitat għall-Petizzjonijiet iħeġġu d-djalogu bejn il-livelli differenti ta' awtorità u s-soċjetà ċivili, id-demokrazija rappreżentattiva u parteċipattiva. Il-Kumitat għall-Petizzjonijiet huwa għodda prinċipali disponibbli għaċ-ċittadini sabiex jipparteċipaw aħjar fil-proċess demokratiku Ewropew, jiffavorixxi d-dibattitu, jinforma u jappoġġja liċ-ċittadini Ewropej dwar id-drittijiet tagħhom. Dan il-Kumitat jixtieq joffri liċ-ċittadini rabta diretta mal-istituzzjonijiet, billi jiżgura li dawn tal-aħħar jisimgħu l-problemi konkreti tagħhom.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Heinz K. Becker, Miriam Dalli, Eleonora Evi, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Peter Jahr, Jude Kirton-Darling, Svetoslav Hristov Malinov, Notis Marias, Edouard Martin, Roberta Metsola, Marlene Mizzi, Julia Pitera, Gabriele Preuß, Yana Toom, Bodil Valero, Jarosław Wałęsa, Tatjana Ždanoka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Jérôme Lavrilleux, Sven Schulze, Josep-Maria Terricabras, Janusz Wojciechowski

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Lynn Boylan, Jens Gieseke, Csaba Sógor

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

17

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Yana Toom

ECR

Notis Marias, Janusz Wojciechowski

EFDD

Marco Affronte, Eleonora Evi

GUE/NGL

Lynn Boylan,

S & D

Clara Eugenia Aguilera García, Miriam Dalli, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Jude Kirton-Darling, Edouard Martin, Marlene Mizzi, Gabriele Preuß

Verts/ALE

Josep-Maria Terricabras, Bodil Valero, Tatjana Ždanoka

10

-

PPE

Heinz K. Becker, Jens Gieseke , Peter Jahr, Jérôme Lavrilleux, Svetoslav Hristov Malinov, Roberta Metsola, Julia Pitera,Sven Schulze, Csaba Sógor, Jarosław Wałęsa,

 

 

0

0

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjonijiet

(1)

Testi adottati, P7_TA(2014)0204.

(2)

Adottat mill-Kumitat tan-NU, fl-erbatax-il sessjoni tiegħu (17 ta' Awwissu - 4 ta' Settembru 2015); see: http://tbinternet.ohchr.org/_layouts/treatybodyexternal/Download.aspx?symbolno=CRPD%2fC%2fEU%2fCO%2f1&Lang=en

(3)

Testi adottati, P7_TA(2014)0233.

(4)

Testi adottati, P7_TA(2014)0204.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2015)0009.

Avviż legali - Politika tal-privatezza