Proċedura : 2015/0079(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0364/2015

Testi mressqa :

A8-0364/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 03/02/2016 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0035

RAPPORT     ***I
PDF 740kWORD 296k
14.12.2015
PE 571.451v02-00 A8-0364/2015

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

(COM(2015)0154 – C8-0092/2015 – 2015/0079(COD))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur: Helmut Scholz

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

(COM(2015)0154 – C8-0092/2015 – 2015/0079(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2015)0154),

  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 207(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0092/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (A8-0364/2015),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 9 - paragrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' salvagwardja definittivi. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(4) ta' dan ir-Regolament.

1. Fejn il-fatti kif finalment stabbiliti juru li l-kundizzjonijiet indikati fl-Artikolu 3(1) ta' dan ir-Regolament ikunu ssodisfati, il-Kummissjoni għandha tistieden lill-awtoritajiet tal-Moldova għall-konsultazzjonijiet skont l-Artikolu 160 tal-Ftehim. F'każ li ma tinstabx soluzzjoni sodisfaċenti fi żmien 30 ġurnata, il-Kummissjoni tista' tadotta miżuri ta' salvagwardja definittivi. Dawn l-atti ta' implimentazzjoni jiġu adottati skont il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 14(4) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Artikolu 12 - paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Ir-rapport ikun jinkludi informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri proviżorji u definittivi, miżuri ta' sorveljanza preventivi, miżuri ta' sorveljanza u ta' salvagwardja reġjonali u t-tmiem ta' investigazzjonijiet u proċeduri mingħajr miżuri.

2. Ir-rapport ikun jinkludi, fost oħrajn, informazzjoni dwar l-applikazzjoni ta' miżuri proviżorji u miżuri definittivi ta' salvagwardja, miżuri ta' sorveljanza preventivi, it-tmiem ta' investigazzjonijiet u proċeduri mingħajr miżuri u l-applikazzjoni ta' mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni mal-Moldova, bħall-biċċa l-kbira tal-Ftehimiet kummerċjali tagħna, jinkludi klawżola ta' salvagwardja bilaterali. Permezz ta' dan l-istrument, il-preferenzi jistgħu jiġu sospiżi temporanjament f'każ li l-applikazzjoni tagħhom twassal għal żieda mhux mistennija u sinifikanti ta' importazzjonijiet li tikkawża dannu ekonomiku lill-industrija nazzjonali tal-Parti li timporta (jiġifieri huwa possibbli jew li tiġi sospiża il-liberalizzazzjoni ulterjuri tat-tariffi jew li tiġi introdotta mill-ġdid ir-rata tad-dazju doganali "tan-nazzjon l-aktar iffavorit"). Barra minn hekk, dan il-Ftehim jinkludi wkoll l-hekk imsejjaħ mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni, li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi introdotta mill-ġdid ir-rata tad-dazju doganali "tan-nazzjon l-aktar iffavorit" meta l-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti agrikoli mill-Moldova jaqbżu ċertu limitu mingħajr ġustifikazzjoni xierqa tal-oriġini eżatta tagħhom.

Huwa neċessarju Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill sabiex jiġi stabbilit l-istrument meħtieġ fil-leġiżlazzjoni interna tal-UE biex tkun tista' tiġi applikata l-klawżola bilaterali ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

Il-proposta tal-Kummissjoni li qiegħda tiġi eżaminata hija bbażata fil-biċċa l-kbira fuq regolamenti ta' implimentazzjoni simili li ġew diskussi u maqbula bejn il-koleġiżlaturi għal diversi ftehimiet ta' kummerċ ħieles reċenti tal-UE fis-seħħ bħalissa: UE/Il-Korea (Regolament ippubblikat fl-2011), UE/l-Amerika Ċentrali (Regolament ippubblikat fl-2013) u UE/il-Kolombja u l-Perù (Regolament ippubblikat fl-2013).

Ir-rapporteur jirrimarka li r-Regolament propost isarraf fil-prattika d-dispożizzjonijiet rispettivi tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova, li l-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għalih fit-13 ta' Novembru 2014. L-adozzjoni tar-Regolament propost hija meħtieġa biex jiġu infurzati l-obbligi tal-Moldova li jirriżultaw mill-Ftehim sabiex, jekk ikun hemm bżonn, jiġu protetti l-produtturi tal-UE.

Ir-rapporteur jilqa' wkoll l-obbligu ta' rapportar tal-Kummissjoni stabbilit fil-proposta, skont liema l-Kummissjoni għandha tressaq quddiem il-koleġiżlaturi u sussegwentement tippubblika rapport annwali dwar l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament. Il-Parlament Ewropew jista' jistieden lill-Kummissjoni għal laqgħa ad hoc mal-kumitat reponsabbli tiegħu biex tippreżenta u tispjega kwalunkwe kwistjoni relatata mal-implimentazzjoni tar-Regolament. Ir-rapporteur huwa tal-fehma li dan ir-rapportar se jikkontribwixxi għal skrutinju parlamentari tal-implimentazzjoni tal-politika kummerċjali komuni mill-Kummissjoni u wkoll għal trasparenza akbar tagħha.

L-emendi mressqa għall-proposta tal-Kummissjoni għandhom l-għan li jarmonizzaw id-diċitura tar-Regolament mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Moldova.

L-ewwel emenda tiddisponi l-obbligu tal-UE li jkollha konsultazzjonijiet mal-awtoritajiet Moldovani qabel ma timponi miżuri ta' salvagwardja definittivi. Dan ġie negozjat u maqbul bejn l-UE u l-Moldova fl-Artikolu 160 tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Għalhekk huwa xieraq li din id-diċitura tiġi riflessa fir-Regolament li jimplimenta l-klawżola ta' salvagwardja.

It-tieni emenda għandha l-għan li tarmonizza t-terminoloġija tal-proposta tal-Kummissjoni mal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni. Hija tiddisponi wkoll f'aktar dettall l-obbligu ta' rapportar tal-Kummissjoni, sabiex ssemmi b'mod espliċitu l-applikazzjoni tal-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni.

Iż-żewġ emendi huma ta' natura teknika u ta' kjarifika u ma għandhomx jipprevjenu l-konklużjoni rapida tal-proċedura leġiżlattiva.

14.10.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-implimentazzjoni tal-klawżola ta' salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

(COM(2015)0154 – C8-0092/2015 – 2015/0079(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Viorica Dăncilă

ĠUSTIFIKAZZJONI FIL-QOSOR

Il-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u r-Repubblika tal-Moldova ("il-Ftehim"), kif iffirmat fl-24 ta' Ġunju 2014 u ġie applikat provviżorjament mill-1 ta' Settembru 2014. Il-Parlament Ewropew ta l-kunsens tiegħu għall-konklużjoni tal-Ftehim fit-13 ta' Novembru 2014.

Il-Ftehim jintroduċi reġim kummerċjali preferenzjali - iż-Żona ta’ Kummerċ Ħieles Approfondita u Komprensiva (DCFTA). Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 55/2008 jintroduċi l-Preferenzi Awtonomi għall-Kummerċ għar-Repubblika tal-Moldova għandu japplika b'mod parallel sal-31 ta' Diċembru 2015 u ġie emendat dan l-aħħar sabiex jiġi estiż trattament ta’ eżenzjoni mid-dazju għall-inbid tal-Moldova u biex jingħataw kwoti eżenti mid-dazju għat-tuffieħ, għajnbaqar u għeneb tal-mejda(1).

L-UE hi l-ikbar imsieħba kummerċjali tal-Moldova, b'46.4% tal-kummerċ tagħha, segwita mir-Russja (21,9%) u mill-Ukraina (11,8%). Il-kummerċ mal-Moldova jirrappreżenta il-0.1% tal-kummerċ globali tal-Unjoni. Fl-2014, wara d-dħul fis-seħħ tad-DCFTA, l-importazzjonijiet tal-Unjoni mill-Moldova żdiedu b'20%, filwaqt li kien hemm żieda partikolarment sinifikanti fl-importazzjonijiet ta' prodotti agrikoli, b'żieda ta' 30%. Il-prodotti agrikoli jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-importazzjonijiet totali tal-Unjoni mill-Moldova. L-espportazzjonijiet ewlenin tal-Moldova lejn l-Unjoni huma, żrieragħ li minnhom jintgħasar iż-żejt, ġewż frisk u mnixxef, meraq tat-tuffieħ, inbid u ċereali. L-esportazzjonijiet ewlenin tal-Unjoni lejn il-Moldova huma l-ispirti, it-tħejjija tal-ikel, is-sigaretti, ċertu frott u ħaxix inkluż frott taċ-ċitru, laħam tal-majjal u għalf tal-annimali.

It-tabella ta' hawn taħt tinkludi dejta statistika dwar l-importazzjonijiet agrikoli tal-UE mill-Moldova fil-perjodu 2009-2014.

IMPORTAZZJONIJIET TAL-UE28 mill-MOLDOVA

x 1.000.000 €

 

2009

2010

2011

2012

2013

2014

Medja 2009-2014

PRODOTTI AGRIKOLI [miljuni ta' EUR]

137

141

256

265

259

347

234

PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI [miljuni ta' EUR]

11

12

16

19

23

22

17

PRODOTTI AGRIKOLI KOLLHA [miljuni ta' EUR]

148

153

272

284

282

369

251

PRODOTTI AGRIKOLI PPROĊESSATI / PRODOTTI AGRIKOLI KOLLHA

7,6%

7,8%

5,7%

6,5%

8,2%

6,0%

6,8%

TOTAL TAL-BENI KOLLHA [miljuni ta' EUR]

423

445

644

669

680

885

624

PRODOTTI AGRIKOLI KOLLHA / TOTAL TAL-BENI KOLLHA

34,9%

34,4%

42,3%

42,4%

41,5%

41,6%

40,2%

Bħall-maġġoranza tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE, il-Ftehim jinkludi klawżola bilaterali ta' salvagwardja, kif stipulat fl-Artikoli 165 sa 169. Miżura ta' salvagwardja tista' tiġi imposta meta prodott li joriġina fir-Repubblika tal-Moldova huwa, bħala riżultat tat-tnaqqis jew it-tneħħija tad-dazji tad-dwana fuq dan il-prodott, impurtat fl-Unjoni fi kwantitajiet daqstant ikbar min-normal, f’termini assoluti jew relattivi għall-produzzjoni tal-Unjoni, li b’tali mod jikkawża jew jhedded li jikkawża "dannu serju" lill-industrija tal-Unjoni”. Dan jista’ jwassal għal sospensjoni ta’ aktar tnaqqis fir-rata tad-dazju doganali fuq il-prodott ikkonċernat jew l-introduzzjoni mill-ġdid ta’ ta' rata ta' nazzjon l-aktar iffavorit (“MFN”) ta’ dazju doganali. Din il-miżura tista’ tkun applikata għal sentejn u tiġi estiża b’mod eċċezzjonali għal sentejn oħra. Il-Kapitolu I tal-proposta fih dispożizzjonijiet dettaljati dwar il-ftuħ ta’ proċedimenti u investigazzjonijiet, miżuri ta’ sorveljanza minn qabel, l-impożizzjoni tal-miżuri ta' salvagwardja provviżorji u definittivi u dwar it-tul ta’ żmien u r-rieżami ta’ dawn il-miżuri.

Barra minn hekk, il-ftehim jinkludi wkoll fl-Artikolu 148a l-hekk imsejjaħ “mekkaniżmu ta’ kontra ċ-ċirkomvenzjoni”, li jipprevedi l-possibbiltà li tiġi introdotta mill-ġdid ir-rata tad-dazju doganali MFN meta l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti agrikoli mill-Moldova (elenkati fl-Anness XV-C) jaqbeż ċertu limitu mingħajr ġustifikazzjoni xierqa tal-oriġini eżatti tagħhom. Klawżoli kontra ċ-ċirkomvenzjoni huma importanti biex jiġu evitati importazzjonijiet fl-Unjoni ta’ prodotti mhux mill-Moldova li jgħaddu mill-Moldova bl-użu tal-vantaġġi tal-ftehim li jevitaw “ir-regoli ta’ oriġini”. Il-Kapitolu II tal-proposta (Artikolu 13) jistipula l-proċeduri għall-applikazzjoni ta’ dan il-mekkaniżmu, mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni ta' kwalunkwe miżura definita fil-Kapitolu I (miżuri ta’ salvagwardja). Madankollu, miżuri meħuda skont id-dispożizzjonijiet taż-żewġ kapitoli ma jistgħux jiġu applikati simultanjament għall-istess prodotti.

Ir-rapporteur tilqa’ u tappoġġa l-proposta tal-Kummissjoni, peress li hemm bżonn li jiġu inkorporati fil-liġi tal-Unjoni l-istrumenti meħtieġa għall-applikazzjoni ta’ salvagwardji temporanju f’każ ta’ żieda fl-importazzjonijiet li tikkawża dannu ekonomiku fis-suq tal-Unjoni u l-produtturi tagħha.

Il-partijiet sostantivi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni propost jirrifletti l-partijiet rilevanti tat-test innegozjat tal-Ftehim, ir-Regolament (UE) Nru 2015/478 tal-11 ta’ Marzu 2015 dwar ir-regoli komuni għall-importazzjonijiet u, indirettament, id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji. Il-partijiet proċedurali huma essenzjalment ibbażati fuq regolamenti ta’ implimentazzjoni eżistenti li ġie diskuss u miftiehem fost it-tliet istituzzjonijiet għal kull ftehim ta’ kummerċ ħieles riċenti fis-seħħ bħalissa: Il-Korea (Regolament (UE) Nru 511/2011 tal-11 ta’ Mejju 2011), fl-Amerika Ċentrali (Regolament (UE) Nru 20/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013) u l-Kolombja u l-Perù (ir- Regolament (UE) Nru 19/2013 tal-15 ta’ Jannar 2013).

Madankollu, ir-rapporteur tinnota li, mil-lat prattiku, ir-rikors għall-klawsola ta’ salvagwardja bilaterali jidher li huwa pjuttost problematiku, peress li kemm ir-rekwiżiti sostantivi(2) u proċedurali huma diffiċli biex jintwerew u biex jiġu applikati. Dan jista’ jispjega l-fatt li din it-tip ta’ klawżola qatt ma ntużat mill-Unjoni, minkejja l-inklużjoni tagħha f’diversi ftehimiet kummerċjali.

******

Il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, jipproponi li l-Parlament jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari fejn jieħu f’idejh il-proposta tal-Kummissjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-klawżola ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji bejn l-UE u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

Referenzi

COM(2015)0154 – C8-0092/2015 – 2015/0079(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

27.4.2015

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

27.4.2015

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Viorica Dăncilă

19.5.2015

Data tal-adozzjoni

13.10.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

36

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Richard Ashworth, Paul Brannen, Daniel Buda, Nicola Caputo, Viorica Dăncilă, Michel Dantin, Paolo De Castro, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Norbert Erdős, Edouard Ferrand, Luke Ming Flanagan, Beata Gosiewska, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Peter Jahr, Jarosław Kalinowski, Zbigniew Kuźmiuk, Philippe Loiseau, Giulia Moi, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Marijana Petir, Laurenţiu Rebega, Jens Rohde, Bronis Ropė, Jasenko Selimovic, Lidia Senra Rodríguez, Czesław Adam Siekierski, Marc Tarabella, Janusz Wojciechowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivan Jakovčić, Norbert Lins, Momchil Nekov, Stanislav Polčák

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-klawżola ta’ salvagwardja u l-mekkaniżmu kontra ċ-ċirkomvenzjoni li jipprevedu s-sospensjoni temporanja tal-preferenzi tariffarji bejn l-UE u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra

Referenzi

COM(2015)0154 – C8-0092/2015 – 2015/0079(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

14.4.2015

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

27.4.2015

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

27.4.2015

ITRE

27.4.2015

AGRI

27.4.2015

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

22.6.2015

ITRE

7.5.2015

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Helmut Scholz

13.7.2015

 

 

 

Eżami fil-kumitat

22.9.2015

19.11.2015

10.12.2015

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

David Borrelli, David Campbell Bannerman, Santiago Fisas Ayxelà, Karoline Graswander-Hainz, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Gabrielius Landsbergis, Bernd Lange, Emmanuel Maurel, Emma McClarkin, Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Dita Charanzová, Nicola Danti, Sander Loones, Lola Sánchez Caldentey, Ramon Tremosa i Balcells, Marita Ulvskog, Wim van de Camp, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Eleonora Evi, Maurice Ponga, Flavio Zanonato

Data tat-tressiq

14.12.2015

(1)

Regolament (UE) 1383/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18.12.2014

(2)

Bħall-kunċett ta’ “dannu serju”, definit fl-Artikolu 4 tal-Ftehim tad-WTO dwar is-Salvagwardji bħala “ħsara ġenerali sinifikanti fil-pożizzjoni tal-produtturi domestiċi” u inkluż bid-definizzjoni identika fit-test tal-Ftehim u fl-Artikolu 2d) tal-proposta attwali.

Avviż legali