Proċedura : 2015/2233(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0009/2016

Testi mressqa :

A8-0009/2016

Dibattiti :

PV 01/02/2016 - 10
CRE 01/02/2016 - 10

Votazzjonijiet :

PV 03/02/2016 - 8.8
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0041

RAPPORT     
PDF 901kWORD 385k
25.1.2016
PE 567.814v02-00 A8-0009/2016

li fih ir-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

Rapporteur għal opinjoni: Viviane Reding

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni dwar in-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS)(1), li daħal fis-seħħ f'Jannar tal-1995 bħala riżultat tan-negozjati taċ-Ċiklu tal-Urugwaj fil-qafas tad-WTO,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-21 ta' April 2011 tal-President tal-Kunsill għall-Kummerċ fis-Servizzi tad-WTO, l-Ambaxxatur Fernando de Mateo, lill-Kumitat tan-Negozjati Kummerċjali tiegħu rigward is-sessjoni speċjali tan-negozjati dwar il-kummerċ fis-servizzi(2),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-grupp "Really Good Friends of Services" (RGF) fil-5 ta' Lulju 2012(3),

–  wara li kkunsidra d-direttivi tal-UE għan-negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA), adottat mill-Kunsill fit-8 ta' Marzu 2013 u li ġew deklassifikati u magħmula pubbliċi mill-Kunsill fl-10 ta' Marzu 2015(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Lulju 2013 dwar il-bidu ta' negozjati dwar Ftehim Plurilaterali dwar is-Servizzi(5),

–  wara li kkunsidra l-linji gwida politiċi tal-President Juncker tal-15 ta' Lulju 2014 indirizzati lill-Kummissjoni l-ġdida u intitolati "Bidu ġdid għall-Ewropa: L-Aġenda Tiegħi għall-Impjiegi, it-Tkabbir, il-Ġustizzja u t-Tibdil Demokratiku",

--  wara li kkunsidra l-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta' Ottubru 2015 intitolata "Kummerċ għal Kulħadd: Lejn politika aktar responsabbli għall-kummerċ u l-investiment" (COM(2015)0497),

–  wara li kkunsidra r-Rapport Inizjali Definittiv tas-17 ta' Lulju 2014, imfassal għall-Kummissjoni minn Ecorys u intitolat "Valutazzjoni tal-Impatt Sostenibbli tal-Kummerċ li tappoġġa n-negozjati dwar Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) plurilaterali"(6),

–  wara li kkunsidra d-dokumenti ta' negozjar imressqa mill-partijiet kollha tat-TiSA, b'mod partikolari dawk deklassifikati u magħmula pubbliċi mill-Kummissjoni fit-22 ta' Lulju 2014, inkluż l-offerta inizjali tal-UE(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissarju Malmström tal-5 ta' Frar 2015 dwar il-mobilità tal-pazjenti fit-TiSA(8),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta UE-Stati Uniti tal-20 ta' Marzu 2015 dwar is-servizzi pubbliċi(9) fil-kuntest tan-negozjati TiSA u TTIP,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni tad-data personali, u l-Artikolu 12 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 2 u 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 8 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea li jippromwovu l-ugwaljanza bejn in-nisa u l-irġiel bħala wieħed mill-valuri sottostanti tal-UE,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 14 u 106 u l-Protokoll 26 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea dwar is-servizzi ta' interess ġenerali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tat-12 ta' Marzu 2013 dwar il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) fl-ambitu tad-WTO, inkluża d-diversità kulturali(10),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 21 tat-TUE,

--  wara li kkunsidra l-Artikoli 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-prinċipju ta' koerenza għall-iżvilupp kif iddikjarat fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-dimensjoni lokali u reġjonali tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) (CDR 2700/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 108(4) u 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija, tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu, tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili kif ukoll tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0000/2016),

A.  billi n-negozjati tat-TiSA għandhom jilħqu livell effikaċi ta' regolamentazzjoni internazzjonali, u mhux ibaxxu r-regolamentazzjoni interna;

B.  billi, għalkemm t-TiSA fil-forma attwali u bil-membri attwali ta' negozjar tiegħu hu ftehim plurilaterali, l-ambizzjoni trid tkun li l-ftehim konkluż jilħaq massa kritika biex ikun jista' jsir ftehim multilaterali fi ħdan il-qafas tad-WTO;

C.  billi kwanlukwe ftehim kummerċjali għandu jipprovdi aktar drittijiet u jbaxxi l-prezzijiet għall-konsumaturi Ewropej, joħloq aktar impjiegi u jżid il-protezzjoni għall-ħaddiema; billi għandhom jikkontribwixxu wkoll sabiex jippromwovu l-iżvilupp sostenibbli, ir-responsabbiltà korporattiva soċjali globalment u jipprovdu l-istess kundizzjonijiet għall-kumpaniji Ewropej; billi l-politika tal-kummerċ għandha tikkontribwixxi għall-aġenda tax-xogħol diċenti tal-ILO u l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli tan-NU, u tkun kompletament konformi magħhom;

D.  billi kwalunkwe ftehim kummerċjali għandu jiftaħ swieq barranin ġodda għall-kumpaniji tagħna u jkun xibka ta' sikurezza għaċ-ċittadini tagħna f'pajjiżhom; billi t-TiSA għandu jżid l-aċċess għas-swieq barranin, jippromwovi l-aqwa prassi u jsawwar il-globalizzazzjoni bil-għan li jiġi żgurat li dan jirrifletti l-valuri, il-prinċipji u l-interessi tal-UE u li jgħin lill-kumpaniji tal-UE jirnexxu fl-era tal-katini tal-valur globali; billi d-drittijiet tal-konsumatur kif ukoll l-istandards soċjali u ambjentali mhumiex ostakli kummerċjali iżda partijiet fundamentali mhux negozjabbli tal-istrateġija Ewropa 2020 għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklużiv; billi l-politika kummerċjali tal-UE għandha tappoġġa l-objettivi ta' koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stipulat fl-Artikolu 174 tat-TFUE; billi l-forniment ta' servizzi fl-UE huwa bbażat fuq il-prinċipji ta' aċċess universali, kwalità, sikurezza, aċċess mil-lat finanzjarju u trattament ugwali li għandhom jiġu garantiti dejjem fil-bliet u r-reġjuni kollha; billi l-UE għandha tippromwovi l-ugwaljanza bejn is-sessi fil-livell internazzjonali;

E.  billi fil-kuntest tal-globalizzazzjoni, is-servizzifikazzjoni (servicification) u d-diġitalizzazzjoni, kemm tal-ekonomiji tagħna kif ukoll tal-kummerċ internazzjonali, hemm bżonn ta' azzjoni politika urġenti biex jittejbu r-regoli internazzjonali; billi l-UE għandha interess vitali fit-tisħiħ tar-regoli kummerċjali globali biex tirregola l-katini ta' forniment globali; billi s-sistema kummerċjali multilaterali tibqa' l-aktar qafas effikaċi biex jinkiseb kummerċ miftuħ u ġust fid-dinja kollha;

F.  billi t-TiSA huwa opportunità biex l-UE tikkonsolida l-pożizzjoni tagħha bħala l-ikbar esportatur dinji tas-servizzi, fejn din tirrappreżenta 25 % tal-esportazzjonijiet globali tas-servizzi u li ammontaw għal surplus kummerċjali ta' EUR 170 biljun fl-2013; billi l-valur tal-esportazzjonijiet tal-UE fis-servizzi rdoppja matul dawn l-aħħar 10 snin u laħaq valur ta' EUR 728 biljun fl-2014; billi s-servizzi jimpjegaw kważi 70 % tal-forza tax-xogħol tal-UE u jirrappreżentaw 40 % tal-valur tal-prodotti esportati mill-Ewropa; billi 90 % tal-impjiegi ġodda li ser jinħolqu fl-UE bejn l-2013 u l-2025 se jkunu xprunati mis-setturi tas-servizzi; billi dan il-ftehim għandu l-potenzjal li jagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi fl-UE;

G.  billi l-kummerċ fis-servizzi huwa xprun għall-impjiegi u t-tkabbir fl-UE, li jista' jissaħħaħ permezz tat-TiSA;

H.  billi bosta swieq importanti, mhux l-inqas f'ekonomiji emerġenti, għadhom magħluqa għall-kumpaniji Ewropej; billi bosta ostakli għall-kummerċ fis-servizzi, li jekk tradotti f'tariffi ekwivalenti jammontaw għal 15 % għall-Kanada, 16 % għall-Ġappun, 25 % għall-Korea f'Isfel, 44 % għat-Turkija u 68 % għaċ-Ċina, qed ikomplu jipprevjenu lill-kumpaniji Ewropej milli jgawdu mill-benefiċċji sħaħ tal-kompetittività tagħhom; billi l-UE, fejn l-ekwivalenti tat-tariffi tar-restrizzjonijiet tas-servizzi huma biss 6 %, hija sostanzjalment aktar miftuħa minn ħafna mis-sħab tagħha; billi l-UE għandha tuża l-pożizzjoni tagħha bħala l-aktar importatur u esportatur importanti tas-servizzi biex tiżgura kundizzjonijiet ugwali permezz ta' aċċess reċiproku għas-suq u kompetizzjoni ġusta;

I.  billi l-ostakli mhux tariffarji, li bħala medja jirrappreżentaw aktar minn 50 % tal-kost tas-servizzi transkonfinali, jolqtu b'mod sproporzjonat l-impriżi żgħar u ta' daqs medju (SMEs), li jikkostitwixxu terz tal-fornituri ta' esportazzjoni tas-servizzi tal-UE u spiss ma jkollhomx ir-riżorsi umani u finanzjarji meħtieġa biex jegħlbu dawn l-ostakli; billi l-eliminazzjoni tal-ostakli bla bżonn tiffaċilita l-internazzjonalizzazzjoni tal-SMEs sakemm dawn l-ostakoli jistgħu jitneħħew mingħajr ma jipperikolaw it-twettiq tal-objettivi tal-politika pubblika li fuqhom huma bbażati; billi għandhom jinżammu l-miżuri meħtieġa biex jintlaħqu għanijiet leġittimi tal-politika pubblika;

J.  billi l-globalizzazzjoni tal-katini tal-valur iżżid il-kontenut tal-importazzjonijiet kemm tal-produzzjoni nazzjonali kif ukoll tal-esportazzjonijiet; billi l-kummerċ fi prodotti u l-kummerċ fis-servizzi huma marbuta ma' xulxin u hemm bżonn ta' regoli globali li jirregolaw dawn il-katini tal-provvista; billi f'kuntest ta' katini ta' valur globali, l-istandards bażiċi vinkolanti internazzjonali jsiru dejjem aktar neċessarji sabiex tiġi evitata dejjem aktar ġirja ulterjuri lejn l-iktar livell baxx, kif ukoll id-dumping soċjali u ambjentali;

K.  billi l-fiduċja taċ-ċittadini fil-politika kummerċjali tal-UE għandha tissaħħaħ, u dan mhux biss billi jiġu żgurati riżultati tajba f'termini ta' impjiegi u l-ħolqien tal-ġid għaċ-ċittadini u n-negozji, iżda wkoll billi jiġi ggarantit l-ogħla livell ta' trasparenza, impenn u responsabbiltà, jinżamm djalogu kostanti mas-sħab soċjali, is-soċjetà ċivili u l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u kwalunkwe parti interessata oħra rilevanti, u billi jiġu stabbiliti linji gwida ċari fin-negozjati;

L.  billi l-biċċa l-kbira tal-impenji fl-iskeda tal-UE jirreferu għal-leġiżlazzjoni nazzjonali tal-Istati Membri; billi l-implimentazzjoni tal-impenji taffettwa b'mod partikolari l-gvernijiet reġjonali u lokali;

M.  billi l-protezzjoni tad-data mhijiex piż ekonomiku, iżda sors ta' tkabbir ekonomiku; billi huwa kruċjali li terġa' tinkiseb il-fiduċja fid-dinja diġitali; billi l-flussi tad-data huma indispensabbli għall-kummerċ fis-servizzi iżda m'għandhom qatt jikkompromettu l-acquis tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza;

N.  billi l-Parlament fir-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Ġunju 2013 dwar il-bidu ta' negozjati dwar Ftehim Plurilaterali dwar is-Servizzi(11), talab li l-Kummissjoni "ssegwi l-intenzjoni tagħha li tħejji valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibilità";

O.  billi t-TiSA se jinvolvi movimenti ta' persuni naturali bejn pajjiżi li huma partijiet fil-ftehim u f'dan ir-rigward iċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom jiġu ttrattati b'mod ugwali fir-rigward tal-aċċess għat-territorji rispettivi tal-partijiet;

P.  billi l-Parlament jieħu d-deċiżjoni finali, permezz tal-proċedura ta' approvazzjoni, dwar ftehimiet kummerċjali u l-Membri tiegħu ser jiddeċiedu biss dwar jekk japprovawx jew jirrifjutawx it-TiSA ladarba n-negozjati jkunu ġew konklużi; billi r-ratifika f'ċerti Stati Membri tista' teħtieġ ratifika minn parlamenti reġjonali u/jew kmamar parlamentari li jirrappreżentaw il-livell reġjonali;

Q.  billi l-Parlament jirriserva d-dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu wara li jikkonsulta kwalunke proposta u abbozz ta' testi futuri tat-TiSA;

1.  Jindirizza lill-Kummissjoni, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

  (a)  rigward il-kuntest u l-kamp ta' applikazzjoni:

i.  biex tikkunsidra n-negozjati tat-TiSA bħala pass 'il quddiem lejn ambizzjonijiet imġedda fil-livell tad-WTO bil-għan li jitnedew mill-ġdid in-negozjati għal riforma tal-GATS;

ii.  ittenni l-appoġġ tagħha favur negozjati ambizzjużi, komprensivi u bilanċjati, li għandhom joħorġu l-potenzjal mhux sfruttat ta' suq tas-servizzi globali aktar integrat, filwaqt li jevitaw id-dumping soċjali, ambjentali u ekonomiku u jiggarantixxu kompletament il-konformità mal-acquis tal-UE; issawwar u tirregola l-globalizzazzjoni u ssaħħaħ l-istandards internazzjonali, filwaqt li tiżgura legalment id-dritt li tirregola u ssegwi objettivi leġittimi tal-politika pubblika bħal dawk tas-saħħa pubblika, is-sikurezza u l-ambjent; tiżgura aċċess akbar tas-suq għall-fornituri tas-servizz Ewropej, inklużi l-SMEs, f'setturi ta' interess ewlenin, filwaqt li takkomoda konċessjonijiet speċifiċi għal setturi sensittivi, inklużi s-servizzi pubbliċi kollha; tiżgura li dawn in-negozjati jikkontribwixxu b'mod ġust u sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi u t-tkabbir inklużiv, u jistabbilixxu standards ambizzjużi għall-kummerċ fis-servizzi għas-seklu 21; tirrispetta l-mudelli politiċi, soċjali u kulturali tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll il-prinċipji fundamentali minquxa fit-Trattati tal-UE, inklużi dawk li jinsabu fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-UE bħalma huma l-ugwaljanza bejn is-sessi; tippromwovi u tħares id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt madwar id-dinja;

iii.  timmira lejn il-multilateralizzazzjoni u topponi kwalunkwe dispożizzjoni jew anness li ma jippermettux dan, li jkunu inkompatibbli mal-GATS u li ma jippermettux l-integrazzjoni futura fiss-sistema tad-WTO; taċċetta partijiet ġodda bil-kundizzjoni li dawn jaċċettaw ir-regoli u l-livell ta' ambizzjonijiet li dwarhom diġà ntlaħaq qbil; tinċentiva parteċipazzjoni usa' fit-taħditiet tan-negozjati; tinnota li kemm l-ogħla ostakli u kemm l-ogħla potenzjal tat-tkabbir rigward il-kummerċ fis-servizzi għandhom jinstabu fil-pajjiżi BRICS u MINT; tirrikonoxxi l-importanza ta' dawk il-pajjiżi għall-UE, bħala destinazzjonijiet tal-esportazzjonijiet bi klassi medja f'espansjoni, bħala sorsi ta' inputs intermedji u bħala fulkri essenzjali fil-katini tal-valur globali; twitti t-triq għall-parteċipazzjoni ta' ekonomiji emerġenti u dinamiċi impenjati u ttenni s-sostenn tagħha għat-talba taċ-Ċina biex tingħaqad man-negozjati; tiżgura l-impenn tal-parteċipanti kollha tat-TiSA għall-multilateralizzazzjoni tal-eżitu tan-negozjati; tiżgura li tingħata attenzjoni speċjali lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li fit-TiSA tinkludi d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu IV tal-GATS;

iv.  tieħu nota li, skont il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD), is-settur tas-servizzi jirrappreżenta madwar 51 % tal-PDG fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw u li l-esportazzjonijiet ta' servizzi minn pajjiżi Afrikani qed jiżdiedu; tirrikonoxxi li l-kummerċ, inkluż fis-servizzi, jista' taħt ċerti kundizzjonijiet jagħti spinta lit-tkabbir inklużiv, l-iżvilupp sostenibbli, it-tnaqqis fil-faqar u l-inugwaljanza u l-ħolqien ta' impjiegi deċenti, u jista' jħeġġeġ l-innovazzjoni billi jiffaċilita l-iskambju tal-għarfien, it-teknoloġija u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż permezz tal-investiment barrani; issostni għalhekk li jekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw jitħallew jiksbu aċċess ġust għas-swieq dinjija fis-servizzi, dan jista' jsaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika u l-aġġustament tagħhom għall-globalizzazzjoni;

v.  tirrikonoxxi li, peress li n-negozjati jsiru fuq bażi preferenzjali, il-benefiċċji tal-ftehim se jkunu limitati għall-partijiet TiSA sa ma jiġi multilateralizzat; tirrifjuta l-applikazzjoni ta' klawsola ta' trattament tan-nazzjon l-aktar iffavorit (klawsola MFN) għall-partijiet mhux TiSA sa ma jiġi multilaterizzat il-ftehim; tirrifjuta, hekk kif għamlet fil-GATS, l-inklużjoni ta' FTA fil-klawsola MFN;

vi.  tniedi mill-ġdid id-diskussjonijiet dwar is-servizzi fiċ-Ċiklu ta' Doha għall-Iżvilupp;

vii.  tiżgura sinerġiji u konsistenza bejn ftehimiet bilaterali, plurilaterali u multilaterali li qegħdin jiġu nnegozjati bħalissa, kif ukoll ma' żviluppi tas-suq uniku, speċjalment fir-rigward tas-Suq Uniku Diġitali; tiżgura koerenza bejn il-politiki interni u esterni tal-UE u tippromwovi approċċ integrat lejn l-affarijiet barranin; tirrispetta l-prinċipju ta' koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u tħeġġeġ l-implimentazzjoni tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli li ġew adottati f'Settembru 2015;

viii.  tipproponi salvagwardji speċifiċi għat-turisti, fost ħwejjeġ oħra, sabiex it-tariffi internazzjonali tar-roaming kif ukoll it-tariffi applikati għal telefonati u messaġġi internazzjonali jsiru trasparenti, tillimita t-tariffi eċċessivi ddebitati lill-konsumaturi li jużaw il-karti ta' kreditu tagħhom barra mill-Ewropa, u biex iżżomm id-dritt tal-UE u tal-Istati Membri li joħorġu twissijiet ta' sikurezza b'rabta mad-destinazzjonijiet tat-turisti;

ix.  tippubblika, mingħajr aktar dewmien, valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibbiltà u taġġornaha kif xieraq ladarba jiġu finalizzati n-negozjati, filwaqt li tqis b'mod speċifiku l-impatt tat-TiSA fuq iċ-ċittadini, l-awtoritajiet lokali u reġjonali, il-pajjiżi li qed jiżviluppaw li mhumiex jipparteċipaw fin-negozjati, kif ukoll il-qagħda soċjali u tal-impjiegi fl-UE; tagħmel valutazzjoni dettaljata u f'waqtha tal-effett tal-GATS fuq l-ekonomija Ewropea mindu daħal fis-seħħ; tinvolvi bis-sħiħ lis-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili fil-finalizzazzjoni tal-valutazzjoni tal-impatt għas-sostenibilità; titlob lis-servizzi ta' riċerka tal-Parlament jippubblikaw studju komprensiv u informattiv dwar l-ambitu u l-impatt potenzjali tan-negozjati tat-TiSA, inkluż mill-perspettiva tal-ġeneru u l-ħtieġa li jiġu indirizzati fenomeni bħas-saqaf tal-ħġieġ u d-differenza fil-pagi bejn is-sessi; twettaq kontroll tad-drittijiet fundamentali li jwasslu lill-Parlament jieħu deċiżjoni infurmata dwar jekk japprovax it-TiSA;

x.  tiżgura li l-mekkaniżmi għar-riżoluzzjoni tat-tilwim bejn l-investitur u l-istat ma jiġux "importati" minn trattati ta' investiment bilaterali oħrajn permezz ta' klawsoli MFN;

  (b)  rigward l-aċċess għas-suq:

i.  teskludi s-servizzi pubbliċi u s-servizzi awdjoviżivi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim, tadotta approċċ kawt fir-rigward tas-servizzi kulturali, mingħajr preġudizzju għall-impenji tal-UE fil-GATS; tfittex impenji ambizzjużi bejn il-partijiet, is-setturi, u l-livelli tal-gvern, b'mod partikolari l-ftuħ ulterjuri ta' swieq barranin fir-rigward tal-akkwist pubbliku, it-telekomunikazzjonijiet, it-trasport, is-servizzi finanzjarji u professjonali;

ii.  tiżgura r-reċiproċità fil-livelli kollha; tappoġġa l-użu tad-dispożizzjonijiet relatati mal-obbligi orizzontali bħala mezz biex ikun stabbilit livell komuni ta' ambizzjoni, mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi skont l-Artikoli XVI u XVII tal-GATS, u tieħu nota li tali rekwiżiti minimi se jiffissaw parametri ċari għall-pajjiżi interessati li jipparteċipaw; tipprovdi flessibilità għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw u dawk l-inqas żviluppati, f'konformità mal-Artikolu IV tal-GATS, meta jissottoskrivu għal-livell ta' ambizzjoni ta' dan il-ftehim; tiżgura li l-ftehim ifittex li joħloq kundizzjonijiet indaqs fis-settur tas-servizzi u jiftaħ swieq ġodda għall-fornituri tas-servizzi tal-UE;

iii.  teskludi mill-impenji tal-UE l-forniment ta' servizzi ġodda li mhumiex klassifikati fis-sistema ta' klassifikazzjoni rilevanti, filwaqt li żżomm il-kapaċità li tinkludihom fi stadju aktar tard;

iv.  tiċħad l-applikazzjoni ta' klawsoli ta' sospensjoni (standstill clause) u ta' aġġustament predefinit (ratchet clause) għall-impenji tal-aċċess tas-suq u tiċħad l-applikazzjoni tagħhom għal setturi sensittivi, bħalma huma s-servizzi pubbliċi u kulturali, l-akkwist pubbliku, Modalità 4, it-trasport u s-servizzi finanzjarji; tippermetti biżżejjed flessibilità biex is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali jerġgħu jaqgħu taħt kontroll pubbliku; iżżomm id-dritt tal-UE u l-Istati Membri li jibdlu l-iskeda ta' impenji tagħhom skont il-GATS;

v.  tidħol għal impenji limitati fil-Modalità 1, b'mod partikolari fil-qasam diġitali, tas-servizzi finanzjarji u tat-trasport bit-triq, sabiex tevita arbitraġġ regolatorju u dumping soċjali; tieħu, madankollu, impenji ambizzjużi u tirrikonoxxi interessi offensivi fil-qasam tas-servizzi ta' telekomunikazzjoni bis-satellita, servizzi marittimi u ta' riassigurazzjoni; tirrikonoxxi li tali impenji jistgħu jagħtu l-frott biss f'ambjent regolat b'mod xieraq; tiżgura li l-liġi tal-UE tkun rispettata u infurzata għalkollox fil-każ ta' fornituri barranin meta kumpanija tipprovdi servizz minn barra għall-konsumaturi tal-UE, u biex tinkludi dispożizzjonijiet li jiggarantixxu aċċess faċli għal rimedju għall-konsumaturi; tidentifika b'mod parallel l-isfidi li l-konsumaturi jiffaċċjaw meta jittrattaw ma' fornituri tas-servizz stabbiliti f'pajjiżi terzi, tipprovdi gwida lill-konsumaturi dwar id-dritt li għandhom ta' rimedju f'tali ċirkostanzi u jekk hemm bżonn tipproponi miżuri konkreti;

vi.  tadotta approċċ ambizzjuż fil-Modalità 3 billi tipprova tneħħi l-ostakli għall-preżenza kummerċjali u l-istabbiliment li jimponu l-pajjiżi terzi, bħal limiti għall-preżenza ta' kapital barrani u r-rekwiżit għall-impriża konġunta, li huwa ta' rilevanza kruċjali f'termini ta' żieda fit-tkabbir tas-servizzi mogħtija permezz tal-Modalità 1 u 4, filwaqt li jinżamm il-livell attwali ta' riżervi fl-UE kollha;

vii.  tikkunsidra li l-UE għandha interess offensiv fil-mobilità esterna ta' professjonisti bi kwalifiki għoljin; tevita milli tieħu impenji ġodda lil hinn mill-GATS fir-rigward tal-mobilità interna, sa ma l-partijiet l-oħra jtejbu sostanzjalment l-offerti tagħhom; tirrikonoxxi li l-klawsola marbuta max-xogħol iżżomm l-obbligu ġuridiku biex il-fornituri tas-servizz barranin jikkonformaw mal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol tal-UE u tal-Istati Membri, kif ukoll mal-ftehimiet kollettivi; tidħol f'impenji ambizzjużi ta' Modalità 4 għal dawk il-każijiet li jsaħħu l-impenji tal-Modalità 3; iżżomm il-kapaċità li twettaq testijiet tal-ħtiġijiet ekonomiċi u tas-suq tax-xogħol fuq fornituri ta' servizzi kuntrattwali u professjonisti indipendenti;

viii.  tirrispetta d-dritt sovran tal-Istati Membri li jagħżlu liema setturi jridu jiftħu għall-kompetizzjoni barranija u sa liema punt permezz ta' limitazzjonijiet u eżenzjonijiet; tevita li tagħmel pressjoni fuq Stati Membri biex ma jeżerċitawx dan id-dritt b'mod sħiħ;

ix.  teskludi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim, f'konformità mal-Artikoli 14 u 106 tat-TFUE kif ukoll mal-protokoll 26 tat-TFUE, is-servizzi ta' interess ġenerali attwali u futuri kif ukoll is-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali (inklużi iżda mhux limitati għall-ilma, is-saħħa, is-servizzi soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali, l-edukazzjoni, il-ġestjoni tal-iskart u t-trasport pubbliku); tiżgura li l-awtoritajiet tal-UE, nazzjonali u lokali jżommu d-dritt sħiħ li jintroduċu, jadottaw, iżommu jew jirrevokaw kwalunkwe miżura fir-rigward tal-ikkummissjonar, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-forniment ta' servizzi pubbliċi; tapplika din l-esklużjoni irrispettivament minn kif jiġu fornuti u ffinanzjati s-servizzi pubbliċi; tiżgura li s-sistemi tas-sigurtà soċjali huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim; tiċħad il-proposta dwar anness għall-mobilità tal-pazjent, li hija opposta mill-maġġoranza tal-parteċipanti tat-TiSA; tirrikonoxxi l-importanza kbira li ċ-ċittadini Ewropej jagħtu lis-servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja li jikkontribwixxu għall-koeżjoni soċjali u territorjali;

x.  topponi r-restrizzjonijiet fuq sussidji trażversali ta' impriżi taħt l-istess awtorità lokali meta dawn jaqbżu r-restrizzjonijiet eżistenti skont il-liġi nazzjonali u tal-UE;

xi.  tfittex li tintroduċi, mingħajr preġudizzju għall-GATS, klawsola ta' riferiment (gold-standard clause) inekwivoka, li tista' tiġi inkluża fil-ftehimiet kummerċjali kollha u li tiżgura li l-klawsola tas-servizzi ta' utilità pubblika tapplika għall-modalitajiet kollha ta' forniment, kwalunkwe servizz meqjus bħala servizz pubbliku mill-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali jew reġjonali fi kwalunkwe settur u irrispettivament mill-istatus ta' monopolju tas-servizz;

xii.  tiżgura, f'konformità mal-Artikolu 167(4) TFUE u mal-Konvenzjoni tal-2005 dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali tal-UNESCO, permezz ta' klawsola orizzontali u legalment vinkolanti applikabbli għall-ftehim kollu, li l-partijiet jippreservaw id-dritt tagħhom li jadottaw jew iżommu kwalunkwe miżura fir-rigward tal-protezzjoni jew il-promozzjoni tad-diversità kulturali u lingwistika, irrispettivament mit-teknoloġija jew mill-pjattaforma tad-distribuzzjoni użata kemm online kif ukoll offline;

  (c)  rigward ir-regoli dwar l-ekonomija diġitali:

i.  tiżgura flussi tad-data transkonfinali f'konformità mad-dritt universali għall-privatezza;

ii.  tieħu approċċ kawt fin-negozjar ta' kapitoli dwar il-protezzjoni tad-data u tal-privatezza;

iii.  tirrikonoxxi li l-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza mhumiex ostakli għall-kummerċ, iżda drittijiet fundamentali, minquxa fl-Artikolu 39 tat-TUE u l-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, kif ukoll fl-Artikolu 12 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; tirrikonoxxi li livell għoli ta' fiduċja huwa essenzjali biex tiġi żviluppata ekonomija mmexxija mid-data; tiggarantixxi rispett sħiħ ta' dan id-dritt fundamentali, b'kont meħud tal-iżviluppi reċenti fl-ekonomija diġitali u f'konformità sħiħa mas-sentenza tal-Qorti Ewropea tal-Ġustizzja fir-rigward tal-Isfera ta' Sikurezza; tinkorpora dispożizzjoni komprensiva, mhux ambigwa, orizzontali, awtonoma u legalment vinkolanti, ibbażata fuq l-Artikolu XIV tal-GATS, li jeżenta kompletament il-qafas ġuridiku tal-UE eżistenti u futur għall-protezzjoni tad-data personali mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan il-ftehim, mingħajr ebda kundizzjoni li trid tkun konsistenti ma' partijiet oħra tat-TiSA; tapplika tali dispożizzjonijiet lill-annessi l-oħra kollha tat-TiSA; tappoġġa minnufih u formalment tali proposti f'Anness għall-kummerċ elettroniku tat-TiSA; tappoġġa proposti mmirati biex jiżguraw li l-oqfsa ġuridiċi domestiċi għall-protezzjoni tal-informazzjoni personali tal-utenti jiġu applikati fuq bażi mhux diskriminatorja; tapplika d-dispożizzjonijiet dwar il-protezzjoni tad-data stabbiliti fl-Anness dwar il-kummerċ elettroniku għall-annessi tat-TiSA l-oħrajn kollha, inkluż dwar is-servizzi finanzjarji;

iv.  tiżgura li l-fluss tad-data personali taċ-ċittadini Ewropej f'livell globali jirrispetta bis-sħiħ il-protezzjoni tad-data u r-regoli tas-sigurtà fis-seħħ fl-Ewropa; tiżgura li ċ-ċittadini jibqgħu fil-kontroll tad-data tagħhom stess; tirrifjuta, għalhekk, kull dispożizzjoni onnikomprensiva fil-qasam tal-flussi tad-data li ma jkollhiex riferiment għall-konformità meħtieġa mal-istandards tal-protezzjoni tad-data;

v.  topponi, minnufih u formalment, il-proposti tal-Istati Uniti dwar il-moviment ta' informazzjoni;

vi.  tqis li qafas ġuridiku definit b'mod ċar, u miftiehem b'mod reċiproku jiggarantixxi skambji rapidi ta' informazzjoni meta meħtieġ minħabba theddid għas-sigurtà; tiżgura li l-Artikolu XIV a tal-GATS jiġi replikat fit-test ewlieni tat-TiSA; tiżgura li l-klawsoli tas-sigurtà nazzjonali jissejsu fuq kriterji tan-neċessità xierqa; tirrifjuta, għalhekk, b'mod kategoriku, kull estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tal-eżenzjoni tas-sigurtà nazzjonali stabbilita fl-Artikolu XIVa tal-GATS, kif ukoll kull tip ta' backdoor fit-teknoloġiji; topponi minnufih u formalment tali proposti fit-TiSA;

vii.  tirrikonoxxi li l-innovazzjoni diġitali hija xprun tat-tkabbir ekonomiku u tal-produttività fl-ekonomija kollha; tagħraf il-ħtieġa li l-flussi tad-data huma fattur kruċjali tal-ekonomija tas-servizzi, element essenzjali fil-katina tal-valur globali tal-kumpaniji ta' manifattura tradizzjonali u kritiċi għall-iżvilupp tas-Suq Uniku Diġitali; tfittex, għalhekk, projbizzjoni komprensiva tar-rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzata tad-data, u tiżgura li t-TiSA fih regoli li jgħoddu għall-ġejjieni u jipprevjeni l-frammentazzjoni fid-dinja diġitali; tikkunsidra li rekwiżiti ta' lokalizzazzjoni furzata, li ġġiegħel lill-fornituri tas-servizz jużaw l-infrastruttura lokali jew jistabbilixxu preżenza lokali bħala kundizzjoni ta' forniment ta' servizzi, jiskoraġġixxu l-investiment dirett barrani minn u lejn xi parti; tagħmel l-aħjar li tista', għaldaqstant, biex trażżan prattiki bħal dawn sa fejn huwa possibbli ġewwa u barra l-Ewropa, filwaqt li takkomoda eżenzjonijiet meħtieġa bbażati fuq għanijiet pubbliċi leġittimi bħall-protezzjoni tal-konsumatur u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali;

viii.  tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-ftehim finali jkunu konsistenti mal-leġiżlazzjoni eżistenti u futura fil-livell tal-UE, inkluż fir-Regolament tal-UE dwar is-suq uniku Ewropew fil-komunikazzjonijiet elettroniċi, ir-Regolament tal-Protezzjoni tad-Data Ġenerali, id-Direttiva dwar il-privatezza elettronika (id-Direttiva dwar il-privatezza u l-komunikazzjonijiet elettroniċi) u s-16-il miżura integrata fil-komunikazzjoni dwar is-Suq Uniku Diġitali; tissalvagwardja n-newtralità tan-netwerk u internet miftuħ; tiżgura li d-data personali tista' tiġi trasferita 'l barra mill-Unjoni biss jekk jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti f'pajjiżi terzi li jinsabu fil-liġijiet rigward il-protezzjoni tad-data tal-UE; tiggarantixxi b'mod partikolari li l-UE żżomm l-kapaċità tagħha li tissospendi t-trasferiment tad-data personali mill-UE lejn il-pajjiżi terzi li fihom ir-regoli tal-parti terza ma jissodisfawx l-istandards tal-adegwatezza tal-UE, il-kumpaniji ma jużawx mezzi alternattivi, bħal regoli korporattivi vinkolanti jew klawsoli kuntrattwali standard, u fejn mhumiex applikabbli d-derogi elenkati fl-Artikolu 26(1) tad-Direttiva 95/46/KE; tipprevjeni prattiki ta' geoblocking u tħares il-prinċipju ta' governanza miftuħa tal-internet; tikkoopera mal-partijiet fl-isfondi adatti bil-ħsieb li jiġu adottati standards għoljin biżżejjed ta' protezzjoni tad-data;

ix.  tippromwovi kompetizzjoni bbażata fuq ir-regoli fis-settur tat-telekomunikazzjonijiet, għall-benefiċċju tal-fornituri tas-servizzi u tal-konsumaturi; tindirizza l-asimmetriji regolatorji persistenti dwar is-settur tat-telekomunikazzjonijiet, billi tipprevjeni lill-partijiet milli jimponu limiti ta' kapital barrani, tistabbilixxi regoli favur il-kompetizzjoni fil-qasam tal-aċċess għall-ingrossa għan-netwerks tal-operaturi stabbiliti, tipprovdi regoli ċari u mhux diskriminatorji għall-ħruġ ta' liċenzji, tiżgura aċċess ġenwin għall-infrastrutturi tal-aħħar mil fis-swieq tal-esportazzjoni għall-fornituri tat-telekomunikazzjoni tal-UE, tiggarantixxi l-indipendenza tar-regolaturi u tappoġġa definizzjoni estensiva tas-servizzi tat-telekomunikazzjonijiet li tkopri t-tipi kollha ta' netwerks; tiżgura kundizzjonijiet indaqs għall-operaturi kollha u li kumpaniji mhux tal-UE minn swieq oligopolistiċi ma jisiltux vantaġġ mill-frammentazzjoni tas-suq tal-UE; tiggarantixxi li l-partijiet tat-TiSA jirrispettaw il-prinċipju tal-aċċess għall-internet miftuħ u mhux diskriminatorju għall-fornituri tas-servizzi u l-konsumaturi; tiggarantixxi li l-operaturi tal-UE f'pajjiżi firmatarji tat-TiSA jkollhom aċċess għas-suq ġust u simmetriku fis-servizzi tat-telekomunikazzjoni, ħieles minn kwalunkwe ostaklu mhux tariffarju u intern, inklużi rekwiżiti regolatorji, asimmetrija fl-istandards, impożizzjonijiet jew restrizzjonijiet teknoloġiċi;

x.  issostni enerġikament id-dispożizzjonijiet dwar is-servizzi tar-roaming internazzjonali u testendihom għas-sejħiet u l-messaġġi internazzjonali; iżżid l-informazzjoni disponibbli pubblikament rigward it-tariffi bl-imnut fuq perjodu qasir u tappoġġa l-limiti fuq medda twila ta' żmien bil-ħsieb li jonqsu l-prezzijiet; tiżgura li t-TiSA ma joħloq l-ebda ostakolu għall-ftehimiet bilaterali f'dan il-qasam; tippromwovi l-protezzjoni tal-konsumatur online, b'mod partikolari fil-konfront tal-messaġġi elettroniċi kummerċjali mhux mitluba;

xi.  tipprovdi għal kooperazzjoni effettiva dwar it-tassazzjoni tal-ekonomija diġitali, abbażi tax-xogħol tal-Pjattaforma għal Governanza Tajba tat-Taxxa tal-Kummissjoni, u biex tiggarantixxi, b'mod partikolari, ir-rabta bejn it-tassazzjoni u l-attività ekonomika reali ta' kumpaniji fis-settur;  (d)  rigward ir-regoli dwar il-mobilità:

i.  tiżgura li xejn mhu se jipprevjeni lill-UE u l-Istati Membri tagħha milli jżommu, itejbu u japplikaw ir-regolamenti tax-xogħol u dawk soċjali, ftehimiet kollettivi u leġiżlazzjoni dwar id-dħul ta' persuni fiżiċi, jew is-soġġorn temporanju, fl-Unjoni jew f'territorju ta' Stat Membru, inklużi dawk il-miżuri meħtieġa li jiżguraw il-moviment ordinat ta' persuni naturali bejn il-fruntieri tagħha bħal, inter alia, l-ammissjoni jew il-kundizzjonijiet għall-ammissjoni għad-dħul; tiggarantixxi, f'konformità mad-Direttiva 96/71/KE dwar l-impjieg ta' ħaddiema, li t-termini u l-kundizzjonijiet minimi ta' impjieg tal-pajjiż ospitanti huma applikabbli għal kwalunkwe fornitur tas-servizzi li jaċċessa lill-UE, illum u fil-ġejjieni; tiżgura li l-ħaddiema kollha li jidħlu fl-Ewropa, irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom, igawdu mill-istess drittijiet tax-xogħol bħall-persuni nazzjonali fil-pajjiż ospitanti tagħhom u li jiġi rispettat il-prinċipju ta' paga ugwali għal xogħol ugwali; tiżgura li t-tmien konvenzjonijiet fundamentali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) jiġu rispettati mill-partijiet tat-TiSA; tappella lill-partijiet kollha biex jirratifikaw u jimplimentaw l-istandards prinċipali tal-ILO u biex jippromwovu konvenzjonijiet tal-ILO u riżoluzzjonijiet tan-NU rilevanti oħrajn; tiżgura li fit-territorju tal-UE jiġu rispettati l-liġijiet tal-UE u tal-Istati Membri dwar ix-xogħol kif ukoll il-ftehimiet kollettivi; issaħħaħ il-mekkaniżmu ta' monitoraġġ u ta' infurzar tal-UE biex tiskoraġġixxi l-ksur; tħeġġeġ lill-Istati Membri jżidu r-riżorsi disponibbli għall-ispettorati tax-xogħol; tiġbor u tippreżenta b'urġenza informazzjoni dettaljata dwar l-għadd u t-tip ta' fornituri tas-servizz li bħalissa qed joperaw fl-UE skont il-Modalità 4, inkluż it-tul tal-permanenza tagħhom; tiżgura aċċess transkonfinali ħafna aktar effiċjenti għad-data fi ħdan l-UE fil-futur; tinkludi klawsola ta' sikurezza li tipprevjeni lill-kumpaniji milli jevitaw jew idgħajfu d-dritt li tittieħed azzjoni industrijali permezz tal-użu ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi matul in-negozjati dwar ftehimiet kollettivi u tilwim industrijali, u li l-parteċipanti tat-TiSA jitħallew japplikaw kwalunkwe salvagwardja neċessarja f'każ li ssir pressjoni fuq il-pagi domestiċi, jiġi pperikolat id-dritt tal-ħaddiema domestiċi jew jinkisru xi standards oħra miftiehma, f'konformità mal-limitazzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu X tal-GATS; tħeġġeġ lill-partijiet kontraenti kollha jikkonformaw mal-linji gwida tal-OECD għall-impriżi multinazzjonali;

ii.  tfakkar li l-impenji tal-Modalità 4 għandhom japplikaw biss għall-moviment ta' professjonisti b'ħiliet għoljin, bħal persuni li jkollhom grad universitarju jew grad ta' Masters ekwivalenti, jew ikunu impjegati f'xi rwol maniġerjali għoli, għal skop speċifiku, għal perjodu limitat u f'kundizzjonijiet preċiżi stabbiliti mil-leġiżlazzjoni domestika tal-pajjiż fejn jitwettaq is-servizz u b'kuntratt li jirrispetta tali leġiżlazzjoni domestika; tappella f'dan il-kuntest li jiġi osservat u implimentat l-Artikolu 16 tad-Direttiva dwar is-Servizzi (2006/123/EC); tirrifjuta bidliet sostanzjali għar-regoli ta' Modalità 4 kif definiti fil-GATS u biex tikkunsidra reviżjoni tad-Direttiva 2014/66/UE dwar il-kundizzjonijiet għad-dħul u r-residenza ta' persuni nazzjonali ta' pajjiż terz fil-qafas ta' trasferiment intra-azjendali;

iii.  tagħraf l-anness tal-Modalità 4 bħala interess offensiv għall-Ewropa, peress li l-professjonisti tal-UE huma edukati tajjeb u mobbli u l-kumpaniji tal-UE għandhom dejjem aktar bżonn il-ħiliet speċifiċi ta' professjonisti barranin fl-Ewropa u tal-persunal tagħhom barra l-Ewropa, sabiex jappoġġaw l-istabbilment ta' attivitajiet ta' negozju ġodda; tiżgura li din il-mobilità tkun vantaġġjuża mhux biss għall-kumpaniji Ewropej iżda wkoll għall-ħaddiema Ewropej;

iv.  topponi kwalunkwe dispożizzjoni rigward viżi u proċeduri tad-dħul oħrajn ħlief dawk immirati biex iżidu t-trasparenza u jissemplifikaw il-proċeduri amministrativi; tiżgura li t-TiSA ma japplikax għal miżuri li jaffettwaw persuni fiżiċi li jkunu qegħdin ifittxu aċċess għas-suq tax-xogħol ta' xi parti, u lanqas għal miżuri rigward iċ-ċittadinanza, ir-residenza jew l-impjieg fuq bażi permanenti; tistabbilixxi salvagwardji adegwati li jiżguraw li l-fornituri temporanji tas-servizzi jirritornaw lura f'pajjiżhom;

v.  timmira li tipprojbixxi b'mod orizzontali r-rekwiżit li tiġi stabbilita preżenza kummerċjali, jew li tkun residenti, bħala kundizzjoni għall-forniment tas-servizzi professjonali; tillimita l-kamp ta' applikazzjoni tal-anness dwar is-servizzi professjonali għal-lista ta' impenji magħmula minn kull parti;

vi.  tistinka biex toħloq qafas dwar ir-rikonoxximent reċiproku tat-taħriġ, tal-livelli akkademiċi u tal-kwalifiki professjonali, b'mod partikolari fis-setturi arkitettoniċi, kontabilistiċi u ġuridiċi, filwaqt li tiżgura l-kompetenza tal-fornitur u b'hekk il-kwalità tas-servizzi fornuti, f'konformità mad-Direttivi tal-UE dwar il-Kwalifiki Professjonali u filwaqt li tevita rikonoxximent awtomatiku u kwantitattiv tal-gradi universitarji;

vii.   titlob definizzjoni ċara tal-ħaddiema koperti mill-Anness dwar il-Modalità 4;

  (e)  rigward ir-regoli dwar is-servizzi finanzjarji:

i.  tikseb ftehim li fih anness ambizzjuż iżda bbilanċjat li jkopri l-forniment tat-tipi kollha ta' servizzi finanzjarji, partikolarment is-servizzi bankarji u tal-assigurazzjoni, li jmur lil hinn mill-anness tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji u li jrawwem tkabbir sostenibbli fit-tul skont l-għanijiet tal-Istrateġija Ewropa 2020; timmira li ssaħħaħ l-istabilità tas-sistema finanzjarja u l-istituzzjonijiet finanzjarji uniċi, filwaqt li tiggarantixxi konsistenza sħiħa mal-ambjent regolatorju ta' wara l-kriżi u tiggarantixxi kompetizzjoni ġusta bejn il-fornituri tas-servizzi finanzjarji; tikseb ftehim li jġib miegħu valur u protezzjoni għall-konsumaturi Ewropej fil-forma ta' konverġenza 'l fuq fir-regolamentazzjoni finanzjarja u għażla usa' ta' servizzi finanzjarji; timmira li tiżgura protezzjoni adegwata għall-konsumaturi, inkluża l-protezzjoni tad-data u d-dritt għall-privatezza kif ukoll l-għoti ta' informazzjoni li tinftiehem u korretta, li huma indispensabbli biex tonqos l-asimmetrija tal-informazzjoni;

ii.  torbot lill-partijiet tat-TiSA bl-implimentazzjoni u l-applikazzjoni ta' standards internazzjonali għar-regolamentazzjoni u s-superviżjoni tas-settur finanzjarju, bħal dawk approvati mill-G20, mill-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja, mill-Bord għall-Istabbiltà Finanzjarja, mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli u mill-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni; tieħu azzjoni sabiex l-elementi fundamentali tal-Qbil tad-WTO dwar is-Servizzi Finanzjarji jaqgħu taħt it-TiSA, filwaqt li ttejjeb l-abbozzar tal-Qbil sabiex dan jinġieb konformi mal-linji ta' politika attwali eżatti tal-UE f'dawn l-oqsma; tiżgura li t-TiSA jgħin jegħleb it-tassazzjoni doppja u bl-ebda mod ma jiffaċilita jew jiftaħ lakuni għall-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jew il-ħasil tal-flus; tfittex li jkun hemm impenji profondi, b'mod partikolari dwar l-aċċess għas-suq, minn pajjiżi li attwalment m'għandhom l-ebda ftehim kummerċjali bilaterali mal-UE, bħall-Awstralja, in-New Zealand, Hong Kong u t-Tajwan, impenji limitati ħafna fil-livell tad-WTO, bħaċ-Ċilì u t-Turkija, jew impenji bilaterali limitati ħafna dwar is-servizzi finanzjarji, bħall-Messiku;

iii.  tinkludi konċessjoni prudenzjali fit-TiSA li tibni fuq dik li tinsab fil-ftehim CETA, biex b'hekk jinżamm id-dritt sovran ta' parti li tiddevja mill-impenji kummerċjali tagħha u tadotta kwalunkwe miżura li tqis li hi meħtieġa biex jiġu rregolati s-setturi finanzjarji u bankarji tagħha għal raġunijiet ta' prudenza u ta' superviżjoni bil-ħsieb li tiġi żgurata l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja ta' parti;

iv.  tiżgura li fil-qasam tas-servizzi finanzjarji m'huwa se jittieħed l-ebda impenn ġdid li jista' jdgħajjef ir-regolament finanzjarju tal-UE, billi jġiegħel lill-UE tmur lura għall-qafas regolatorju imsaħħaħ tagħha għas-settur finanzjarju jew billi jostakolaha milli tuża l-liġi sabiex tindirizza t-teħid eċċessiv ta' riskji min-naħa ta' istituzzjonijiet finanzjarji; tiżgura li xejn minn dan il-ftehim m'huwa se jillimita l-kapaċità tar-regolaturi tal-UE li jawtorizzaw jew jiċħdu xi prodott finanzjarju attwali jew ġdid, skont il-qafas regolatorju tal-UE;

v.  filwaqt li tenfasizza l-ħtieġa li żżid l-aċċess għas-servizzi finanzjarji fuq livell dinji, fid-dawl tal-importanza tagħhom għat-tkabbir u l-ekonomija, teskludi s-servizzi finanzjarji transkonfinali mill-impenji tal-UE, inkluż il-ġestjoni tal-portafoll, sakemm ikun hemm konverġenza fir-regolament finanzjarju fl-ogħla livell, ħlief f'każijiet limitati ħafna u ġustifikati kif xieraq, bħal dawk is-servizzi ta' riassigurazzjoni pprovduti f'kuntest ta' negozju għal negozju; tqis, b'mod partikolari, li huwa indispensabbli li jkun hemm regoli u proċeduri ċari u b'saħħithom għall-awtorizzazzjoni ta' kumpaniji stabbiliti f'pajjiżi terzi biex jipprovdu tali servizzi fl-UE u, fejn xieraq, huwa indispensabbli li jkun hemm rikonoxximent espliċitu mill-UE li l-pajjiż ta' oriġini ta' dawn il-kumpaniji għandu qafas regolatorju u superviżorju infurzabbli ekwivalenti għal dak tal-UE, sabiex jiġi żgurat li l-ebda entità mingħajr superviżjoni ma tkun tista' taħdem fl-Unjoni u li jkun hemm kundizzjonijiet indaqs bejn il-kumpaniji Ewropej u barranin, irrispettivament mill-ġurisdizzjoni tal-istabbiliment tagħhom; tieħu azzjoni immedjata, b'mod parallel mat-TiSA, biex tnaqqas id-distakk bejn il-modi differenti li bihom attwalment il-pajjiżi jirrikonoxxu l-ekwivalenza tar-reġimi regolatorji u superviżorji ta' ġurisdizzjonijiet oħrajn, li bħalissa qiegħed jikkawża frammentazzjoni tas-swieq tas-servizzi finanzjarji globali, billi jintlaħaq ftehim komuni li deċiżjoni ekwivalenti għandha tkun frott valutazzjoni trasparenti dwar jekk kull regola tal-ġurisdizzjoni tiksibx l-istess objettivi u li, għalkemm tali deċiżjoni għandha ssegwi djalogi bilaterali bikrin u frekwenti, tista' tkun unilaterali meta rikonoxximent reċiproku ma jkunx possibbli;

vi.  titlob valutazzjoni tal-impatt ex-ante indipendenti u komprensiv biex tevalwa l-effetti ekonomiċi u soċjali ta' aktar liberalizzazzjoni taħt it-TiSA;

vii.  tirrikonoxxi li l-azzjoni ta' regolazzjoni mill-ġdid ta' wara l-kriżi finanzjarja għadha ma ntemmitx, inklużi r-rekwiżiti dwar ċerti forom legali, qsim (pereżempju, separazzjoni tal-bank), il-bidliet fin-negozji jew tnaqqis fin-numru ta' impjegati;

  (f)  rigward ir-regoli dwar il-loġistika:

i.  tfittex riżultat ambizzjuż iżda bbilanċjat għas-settur tat-trasport, li huwa fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli tal-ktajjen tal-valur globali; iżżid il-veloċità, l-affidabbiltà, is-sigurtà u l-interoperabbiltà tas-servizzi tat-trasport, għall-benefiċċju tal-klijenti tal-impriżi u tal-utenti individwali; tiżgura konsistenza fir-rigward tal-politika tal-UE dwar il-klima; iżżomm quddiem għajnejha l-importanza tas-servizzi tat-trasport u tal-kunsinna għall-ekonomija Ewropea u għall-impjiegi billi s-sidien tal-bastimenti Ewropej jikkontrollaw 40 % tal-flotta merkantili dinjija, li l-industrija tal-avjazzjoni żżomm għaddejjin aktar minn 5 miljun impjieg u li l-industrija ferrovjarja Ewropea żżomm nofs il-produzzjoni dinjija tat-tagħmir u s-servizzi ferrovjarji u li t-trasport bit-triq jibqa' importanti għal-loġistika tal-UE; tirrikonoxxi l-potenzjal tas-servizzi ta' trasport fit-tnaqqis tal-livell ta' qgħad fl-Ewropa; tiżgura li n-negozjati jikkunsidraw in-natura li qed tevolvi malajr fis-settur tat-trasport u l-importanza dejjem akbar tal-mezzi tat-trasport tal-ekonomija kollaborattiva fil-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej; titlob li l-kumpaniji barranin jikkonformaw bis-sħiħ ma' standards regolatorji eżistenti tal-UE meta jipprovdu s-servizzi ta' trasport jew tal-kunsinna tagħhom fit-territorju tal-UE;

ii.  timmira għal aċċess imtejjeb għas-swieq barranin u tnaqqis fil-prattiki regolatorji antikompetittivi, speċjalment dawk li huma ta' ħsara għall-ambjent u li jnaqqsu l-effiċjenza tas-servizzi tat-trasport, u dawk ir-restrizzjonijiet imposti minn pajjiżi mhux tal-UE rigward is-sjieda barranija, filwaqt li tassigura legalment id-dritt tal-awtoritajiet pubbliċi li jirregolaw it-trasport u jiggarantixxu t-trasport pubbliku; tindirizza r-restrizzjonijiet fis-settur tal-kabotaġġ u tevita li t-trasportaturi jirritornaw lura vojta mill-pajjiż ospitanti tagħhom, b'mod partikolari fl-annessi dwar it-trasport marittimu u bl-ajru;

iii.  tressaq dispożizzjonijiet immirati lejn it-tisħiħ tad-drittijiet tal-passiġġieri, b'mod partikolari fl-anness dwar it-trasport bl-ajru, kif ukoll fir-rigward tal-mezzi kollha tat-trasport biex il-Ftehim ikun ta' benefiċċju wkoll għall-konsumaturi;

iv.  tippreserva l-jeddijiet l-Istati Membri rigward ir-regolamenti nazzjonali eżistenti jew futuri u l-ftehimiet tat-trasport bit-triq bilaterali jew multilaterali, inkluż ir-rekwiżiti ta' permess ta' tranżitu; teskludi kwalunkwe dispożizzjoni li tiffaċilita d-dħul u l-permanenza ta' sewwieqa professjonisti mill-kamp ta' applikazzjoni tal-anness dwar it-trasport bit-triq; tirrifjuta kull talba li tieħu impenji ta' Modalità 4 fis-settur tat-trasport bit-triq;

v.  tiżgura konsistenza mal-istandards internazzjonali, bħal dawk approvati mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u mill-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili, tikkunsidrahom bħala standards minimi u topponi kwalunkwe tnaqqis ta' dawn il-parametri ta' riferiment internazzjonali; timmira bħala objettiv fit-tul, li jkun hemm regoli kummerċjali internazzjonali vinkolanti għas-setturi tat-trasport marittimu u bl-ajru; tiżgura l-applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet tal-ILO rilevanti għas-setturi tal-loġistika u tat-trasport, bħall-Konvenzjoni dwar ix-Xogħol Marittimu; tenfasizza li l-leġiżlazzjonijiet tal-UE u tal-Istati Membri jipprovdu benefiċċji għall-ħaddiema, inklużi s-sikurezza u s-sigurtà, għall-konsumaturi u l-ambjent; tissottolinja li dawk kollha li jagħtu s-servizzi fl-UE, kemm barranin kemm domestiċi, huma obbligati jikkonformaw ma' din il-leġiżlazzjoni; tirrikonoxxi li l-kwalità tas-servizzi hi marbuta b'mod intrinsiku mal-kwalità tal-impjiegi u mal-oqfsa regolatorji fis-seħħ;

vi.  tilħaq il-bilanċ it-tajjeb bejn il-liberalizzazzjoni tas-settur postali kompetittiv, li huwa kruċjali għal aktar żvilupp tas-servizzi u tal-ekonomija diġitali, u l-protezzjoni ta' servizzi postali universali, li għandhom rwol vitali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; tipprevjeni, b'hekk, sussidji inkroċjati antikompetittivi u żżid l-aċċess għal swieq ta' pajjiżi mhux tal-UE, filwaqt li jiġi żgurat it-twettiq tal-obbligi ta' servizz universali kif definit minn kull parti;

vii.  tfakkar fir-rwol kruċjali tat-trasport marittimu fl-ekonomija dinjija, kemm bħala industrija fiha nnifisha u kemm bħala faċilitatur tal-kummerċ internazzjonali; tippromwovi test ċar b'impenji b'saħħithom dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-portijiet, kif ukoll l-aċċess għas-swieq u t-trattament nazzjonali għal servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali;

  (g)  rigward ir-regoli dwar ir-regolamentazzjoni interna u t-trasparenza:

i.  tassigura legalment id-dritt tal-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali li jirregolaw fl-interess pubbliku b'mod li ma jkunx aktar restrittiv mill-GATS, u li ma jkunx suġġett għal testijiet tan-neċessità; tiżgura li d-dispożizzjonijiet tal-annessi mhumiex aktar restrittivi minn dawk il-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu VI tal-GATS jew fil-liġi tal-UE;

ii.  tirrikonoxxi li l-partijiet fin-negozjati jaqblu mal-istat tad-dritt u għandhom sistemi ġudizzjarji indipendenti, filwaqt li jkunu previsti rimedji biex jiggarantixxu d-drittijiet tal-investituri u taċ-ċittadini;

iii.  tippromwovi l-governanza tajba u t-trasparenza u trawwem il-prattiki tajbin fil-proċessi amministrattivi, regolatorji u leġiżlattivi, billi tinkoraġġixxi l-adozzjoni wiesgħa ta' miżuri li jsaħħu l-indipendenza tad-deċiżuri, iżżid it-trasparenza u r-responsabilità demokratika tad-deċiżjonijiet, u tnaqqas il-burokrazija żejda; tenfasizza li l-protezzjoni u s-sigurtà tal-konsumatur, tas-saħħa u tal-ambjent u d-drittijiet tax-xogħol għandhom ikunu fiċ-ċentru tal-isforzi regolatorji; tiżgura li kwalunkwe tibdil fil-livelli ta' protezzjoni regolatorja tal-UE għandu jsarraf biss f'livelli ogħla u mhux aktar baxxi;

iv.  tirrikonoxxi li, skont id-Dispożizzjonijiet tal-GATS, anness dwar ir-regolamentazzjoni interna għandu jipprevjeni lill-partijiet milli jintroduċu ostakli għall-kummerċ moħbija u milli jimponu piżijiet żejda fuq il-kumpaniji barranin, b'mod partikolari meta japplikaw għal tipi differenti ta' permessi; tiżgura li r-regolamentazzjoni interna tkompli tissodisfa l-għanijiet tal-politika pubblika;

v.  tiżgura li r-regoli miftiehma japplikaw biss għall-miżuri relatati mal-kummerċ, bħall-kwalifiki u r-rekwiżiti u l-proċeduri ta' ħruġ ta' liċenzji, u biss f'setturi li fihom parti tkun intrabtet b'impenji;

vi.  titlob u tippubblika opinjoni ġuridika qabel il-vot tal-Parlament dwar il-ftehim finali, bil-ħsieb li tivvaluta bir-reqqa ż-żewġ annessi dwar ir-regolamentazzjoni interna u t-trasparenza fid-dawl tad-dritt tal-UE, u tivvaluta jekk l-obbligi ġuridiċi stabbiliti f'dawn l-annessi humiex diġà rispettati fl-UE;

vii.  tiddefinixxi b'mod ċar il-prinċipji tat-trasparenza u tal-oġġettività tar-regolamentazzjoni sabiex ikun żgurat li dawn il-kunċetti ma jissarrfux f'dispożizzjonijiet onnikomprensivi;

viii.  tagħmel pubblikament disponibbli online informazzjoni dwar ir-regolamentazzjonijiet relatati mal-kummerċ u kif dawn jiġu amministrati, inklużi dawk applikabbli fil-livell subfederali; tenfasizza r-regoli dwar il-ħruġ ta' liċenzji u l-awtorizzazzjonijiet; tippromwovi speċifikament il-ħolqien ta' mekkaniżmu ta' informazzjoni ibbażat fuq l-internet għall-SMEs taħt il-forma ta' punt uniku ta' servizz, u biex l-SMEs jiġu inklużi fil-ħolqien tiegħu;

ix.  tiżgura li l-ispejjeż amministrattivi għall-kumpaniji barranin ikunu ġusti u mhux diskriminatorji, li jkunu aċċessibbli kemm għall-fornituri barranin u kemm dawk nazzjonali rimedji suffiċjenti li jagħmluha possibbli li jitressaq ilment fil-qrati nazzjonali, u li s-sentenzi jinqatgħu fi żmien raġonevoli;

x.  iżżomm il-prattika tal-UE li twettaq konsultazzjonijiet pubbliċi qabel il-preżentazzjoni tal-proposti leġiżlattivi; tiżgura li r-riżultati ta' dawn il-konsultazzjonijiet ser jiġu osservati b'mod rigoruż matul in-negozjati;

xi.  topponi kwalunkwe proposta li tirrikjedi l-preżentazzjoni obbligatorja ta' proposti leġiżlattivi lill-partijiet terzi qabel il-pubblikazzjoni tagħhom; iżżomm f'moħħa li l-partijiet interessati għandhom aċċess għal riżorsi u kompetenza, u tiżgura li l-introduzzjoni ta' sistema volontarja ta' konsultazzjoni tal-partijiet interessati dwar it-TiSA ma toħloqx preferenza lejn organizzazzjonijiet finanzjati aħjar;

  (h)  rigward ir-regoli li jinsabu f'dixxiplini regolatorji oħra:

i.  tirrikonoxxi li t-TiSA huwa opportunità li tiżgura kompetizzjoni skont ir-regoli, u mhux għar-regoli;

ii.  tiżgura li l-impenji maqbula b'mod reċiproku se jiġu rispettati fil-prattika, tipprevedi ritaljazzjoni effettiva u tipprovdi diżinċentivi għall-ksur ta' impenji; tinkludi għalhekk fil-ftehim mekkaniżmu ta' soluzzjoni għat-tilwim bejn stati, li għandu jintuża sa ma l-ftehim jiġi multilaterizzat u ssir disponibbli is-soluzzjoni tat-tilwim tad-WTO; tirrevedi r-Regolament (UE) Nru 654/2014 dwar l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-Unjoni għall-applikazzjoni u l-infurzar ta' regoli kummerċjali internazzjonali biex jiġi żgurat li l-UE tkun tista' tieħu miżuri ta' ritaljazzjoni fis-setturi tas-servizzi;

iii.  tiddefendi l-inklużjoni ta' anness regolatorju dwar l-akkwist pubbliku mill-gvern bil-għan li timmassimizza l-parteċipazzjoni ta' kumpaniji Ewropej f'sejħiet għall-offerti barranin, filwaqt li jinżammu l-kriterji tal-UE, inklużi kriterji soċjali u ambjentali, u proċeduri għal sejħiet għall-offerti Ewropej, b'mod partikolari fir-rigward tal-aċċess tal-SMEs għal kuntratti pubbliċi, il-kriterji tal-eliġibbiltà abbażi tal-aħjar proporzjon ''bejn il-kwalità u l-prezz'' u l-livelli limitu li taħthom ma japplikawx l-impenji; tegħleb in-nuqqas ta' trasparenza u l-ostakli għad-dħul fis-suq fir-rigward ta' sejħiet għall-offerti mhux Ewropej u tiddenunzja n-nuqqas ta' reċiproċità f'dan il-qasam fil-livelli kollha tal-gvern, kif muri mit-trattament preferenzjali mogħti lill-kumpaniji nazzjonali f'bosta pajjiżi, filwaqt li tippermetti l-possibilità li jkun hemm l-għażla għall-aċċess għas-suq u l-impenji ta' trattament nazzjonali għal raġunijiet ta' multilateralizzazzjoni; tinkoraġġixxi r-ratifika u l-implimentazzjoni tal-Ftehim dwar l-Akkwist Pubbliku tad-WTO u r-reviżjoni tal-2011 tiegħu, min-naħa ta' dawk il-partijiet li għadhom m'għamlux dan; titlob lill-Unjoni Ewropea tintroduċi "Att Ewropew dwar in-Negozji" (European Business Act), imsejjes fuq l-"Att Amerikan dwar in-Negozji" (American Business Act) u jingħata appoġġ lill-iżvilupp ekonomiku tal-SMEs u l-industrija Ewropea;

iv.  tiżgura l-protezzjoni ta' fornituri tas-servizzi żgħar u medji tal-UE minn prattiki kummerċjali inġusti minn fornituri tas-servizzi minn barra l-UE;

v.  tnaqqas l-ostakli mhux neċessarji għall-kummerċ ta' servizzi relatati mal-enerġija u l-ambjent, partikolarment dawk relatati mal-iżvilupp u l-promozzjoni tal-enerġija rinnovabbli u ta' teknoloġiji ambjentalment korretti, filwaqt li tinżamm il-possibbiltà li jkun hemm riżervi dwar l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali fil-modi kollha ta' provvista f'dan il-qasam, peress li numru dejjem akbar ta' servizzi, bħall-installazzjoni, il-ġestjoni u t-tiswijiet, jinbiegħu flimkien mal-prodotti f'dawn iż-żewġ setturi; tagħraf ir-rikonoxximent espliċitu tas-sovranità ta' kull parti fuq ir-riżorsi tal-enerġija f'konformità mad-dispożizzjonijiet tat-Trattat u tiżgura legalment id-dritt tal-UE li tirregola permezz ta' titjib fid-dispożizzjonijiet ekwivalenti għall-GATS, b'mod partikolari sabiex tilħaq l-għanijiet tal-UE fir-rigward tas-sostenibbiltà, il-politika dwar il-klima, is-sigurtà u l-aċċess mil-lat finanzjarju;

vi.  tiżgura li l-impenji ta' akkwist li jmiss ma jmorrux kontra kwalunkwe liġi lokali jew nazzjonali ta' kwalunkwe parti;

  (i)  rigward s-sensibilizzazzjoni tal-pubbliku u tad-dinja politika:

i.  tiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza, djalogu u obbligu ta' rendikont;

ii.  iżżomm lill-Parlament Ewropew kompletament infurmat, u fuq bażi immedjata, f'kull stadju tan-negozjati; tiżgura li l-Membri kollha tal-Parlament Ewropew jirċievu d-dokumenti tan-negozjar kollha relatati mat-TiSA, kif ukoll id-dokumenti interni tal-Kummissjoni Ewropea, bħal sommarji dettaljati taċ-ċikli ta' negozjati u valutazzjonijiet bir-reqqa tal-offerti tal-partijiet tat-TiSA, bil-kundizzjoni li tkun żgurata l-kunfidenzjalità; tagħmel pubbliċi d-dokumenti ta' negozjar, bl-eċċezzjoni ta' dawk li għandhom jiġu kklassifikati b'ġustifikazzjoni ċara fuq bażi ta' każ b'każ, f'konformità mal-politika tad-WTO, il-ġurisprudenza tal-QtĠ dwar dokumenti klassifikati kif ukoll il-limitazzjonijiet stipulati fl-acquis tal-UE, b'mod partikolari fir-Regolament (UE) Nru 1049/2001 dwar l-aċċess għal dokumenti;

iii.  tilqa' l-isforz sostanzjali favur it-trasparenza fil-konfront tal-pubbliku wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, inkluż il-pubblikazzjoni tal-offerti għall-aċċess tas-suq tal-UE u l-mandat mogħti mill-Kunsill; iżżid ulterjorment dawn l-isforzi billi tipprovdi skedi informattivi għal kull parti tal-ftehim li jispjegaw b'mod ċar u komprensiv, u tippubblika rapporti ta' feedback fattwali skont iċ-ċiklu fuq is-sit web Europa; tħeġġeġ l-imsieħba tagħna fin-negozjati tat-TiSA sabiex tiżdied it-trasparenza bil-għan li t-TiSA ma jiġix innegozjat taħt kundizzjonijiet inqas ċari minn dawk organizzati taħt il-patroċinju tad-WTO;

iv.  tiżgura impenn serju u kontinwu tal-istituzzjonijiet tal-UE mal-partijiet interessati rilevanti kollha matul il-proċess ta' negozjar; tappella biex dan l-impenn jiġi intensifikat hekk kif ikunu għaddejjin in-negozjati, biex b'hekk jitqiesu b'mod adegwat l-aspettattivi tas-soċjetà ċivili Ewropea, is-sħab soċjali u partijiet interessati oħrajn, inkluż fi ħdan il-qafas tad-Djalogu tas-Soċjetà Ċivili; tenfasizza li l-Istati Membri, li stabbilixxew id-direttivi ta' negozjar, għandhom rwol fundamentali x'jaqdu f'dan ir-rigward;

v.  tinkoraġġixxi lill-Istati Membri jinvolvu u jikkonsultaw lill-parlamenti nazzjonali tagħhom, kif ukoll l-awtoritajiet lokali u reġjonali, u jżommuhom infurmati adegwatament dwar in-negozjati li għaddejjin;

vi.  tistieden rappreżentanti tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma rrappreżentati fil-livell tal-UE mill-Kumitat tar-Reġjuni, għad-djalogi organizzati mill-Kummissjoni fil-bidu u fit-tmiem ta' kull rawnd ta' negozjati;

2.  Jitlob li l-Kummissjoni tqis bis-sħiħ din ir-riżoluzzjoni u tirrispondi fi żmien sitt xhur mill-adozzjoni tagħha;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni li fiha r-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament Ewropew lill-Kummissjoni u, għal skopijiet ta' informazzjoni, lill-Kunsill, lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri u lill-amministrazzjonijiet u lill-parlamenti tal-Partijiet kollha tat-TiSA.

NOTA SPJEGATTIVA

Il-Parlament Ewropew għandu rwol deċiżiv fil-politika tal-UE dwar il-kummerċ. Skont l-Artikolu 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, mhux biss il-Membri tiegħu għandhom l-aħħar kelma fir-rigward tal-ftehimiet kummerċjali, iżda għandhom ukoll jiġu infurmati immedjatament u bis-sħiħ matul l-istadji kollha bil-proċedura tan-negozjar u bil-konklużjoni tal-ftehimiet kummerċjali, sabiex jeżerċitaw sorveljanza kontinwa fuq in-negozjati kummerċjali.

Bil-għan li tfassal il-perkors tagħhom, din il-Kamra għandha d-dritt li tesprimi l-pożizzjoni tagħha matul il-proċess. Għaldaqstant, permezz ta' rapport ibbażat fuq l-Artikolu 108(4) tar-Regola ta' Proċedura, ir-rapporteur tixtieq tivvaluta l-ewwel sentejn u nofs u t-tlettax-il ċiklu ta' negozjati dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) u tfassal rakkomandazzjonijiet ċari u sodi lill-Kummissjoni Ewropea.

Skont ir-rapporteur, in-negozjati TiSA għandhom jiżguraw aktar reċiproċità fl-aċċess tas-suq, joħolqu suq globali ta' livell ugwali, jipprovdu benefiċċji tanġibbli lill-konsumaturi u jagħtu aċċess għat-taħditiet lill-partijiet interessati sabiex jiffaċilitaw il-multilateralizzazzjoni futura. Madankollu, is-servizzi pubbliċi u kulturali, id-drittijiet fundamentali għall-privatezza tad-data u l-kundizzjonijiet ġusti tax-xogħol kif ukoll id-dritt għar-regolamentazzjoni mhumiex negozjabbli u għandhom jiġu esklużi b'mod inekwivokabbli mill-kamp ta' applikazzjoni tal-ftehim.

It-TiSA la jista' jiġi kkunsidrat bħala panaċea iżda lanqas bħala saħta qabel ma jiġi ffinalizzat. Minflok, il-Parlament Ewropew għandu jaħdem b'mod kostruttiv u pragmatiku biex in-negozjati għat-TiSA jkunu aktar pożittivi, ċari u prijoritarji, sabiex jiġi żgurat li jintlaħaq ftehim tajjeb fl-interess tal-kumpaniji kif ukoll tal-konsumaturi Ewropej. It-TiSA se jkun ibbilanċjat jew mhux se jkun.

7.12.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Lola Sánchez Caldentey

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza li l-politiki kummerċjali u ta' investiment tal-UE huma marbutin mal-politiki ta' żvilupp tal-UE u għandhom impatt fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jitlob lill-Kummissjoni tirrispetta l-prinċipju ta' Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp u tinkorpora l-prinċipji tal-għajnuna għall-kummerċ fin-negozjati kummerċjali kollha; jenfasizza l-ħtieġa li wieħed jiffoka fuq l-implimentazzjoni effikaċi u l-monitoraġġ tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli li ġew adottati reċentement; jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi l-ogħla standards globali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, l-istandards tal-ILO, il-protezzjoni soċjali, id-djalogu soċjali, l-ugwaljanza bejn is-sessi, il-kopertura pubblika u universali tas-saħħa, l-aċċess universali għall-mediċini u s-sigurtà tal-ikel fil-ftehimiet kummerċjali kollha;

2.  Jirrikonoxxi l-passi li ttieħdu reċentement mill-UE biex tiżdied it-trasparenza fil-ftehimiet kummerċjali tagħha; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli żżid it-trasparenza u r-responsabilità demokratika fil-proċess tan-negozjati tal-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA); jirrikonoxxi l-impenn kontinwu tal-istituzzjonijiet tal-UE ma' firxa wiesgħa ta' partijiet interessati tul il-proċess; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tkompli u possibbilment ittejjeb dan l-approċċ proattiv għat-trasparenza fil-politiki kummerċjali tal-UE; jenfasizza l-ħtieġa li jittieħed kont tat-tħassib espress mit-trejdjunjins u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw; iħeġġeġ lill-Kummissjoni żżid l-aċċessibilità tad-dokumenti konsolidati pubbliċi kollha tan-negozjati, peress li dawn jirrappreżentaw l-uniku mezz demokratiku li bih l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u ċ-ċittadini kkonċernati jistgħu jiġu infurmati dwar il-proċess u jipparteċipaw fih; iħeġġeġ lill-Kummissjoni tikkummissjona studju indipendenti dwar l-impatt tat-TiSA fuq il-pajjiżi li qed jiżviluppaw għal dak li jirrigwarda l-kisba tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli fil-pajjiżi terzi u biex tqis bir-reqqa r-riżultati tiegħu;

3.  Jindika li, skont l-UNCTAD, is-settur tas-servizzi jirrappreżenta madwar 51 % tal-PDG fil-pajjiżi li qed jiżviluppaw; jinnota wkoll li l-esportazzjoni ta' servizzi mill-pajjiżi Afrikani qed tiżdied; jirrikonoxxi li l-kummerċ, inkluż fis-servizzi, jista' taħt ċerti kundizzjonijiet jagħti spinta lit-tkabbir inklużiv, l-iżvilupp sostenibbli, it-tnaqqis fil-faqar u l-inugwaljanza u l-ħolqien ta' impjiegi deċenti, u jista' jħeġġeġ l-innovazzjoni billi jiffaċilita l-iskambju tal-għarfien, it-teknoloġija u l-investiment fir-riċerka u l-iżvilupp, inkluż permezz tal-investiment barrani; isostni għalhekk li jekk il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu jistgħu jiksbu aċċess ġust għas-swieq dinjija fis-servizzi, dan jista' jsaħħaħ l-integrazzjoni ekonomika u l-aġġustament tagħhom għall-globalizzazzjoni;

4.  Jinnota li huwa biss għadd limitat ta' pajjiżi li qed jiżviluppaw li jieħdu sehem fin-negozjati dwar it-TiSA; itenni l-ħtieġa għal approċċ multilaterali msaħħaħ għall-kummerċ globali, li għandu jinkiseb permezz ta' kooperazzjoni intensifikata bejn l-UE u l-korpi internazzjonali demokratiċi bħan-NU u d-WTO, fejn il-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu rappreżentati b'mod xieraq; jinnota li t-TiSA għandu jkun ibbażat fuq il-Ftehim Ġenerali tad-WTO dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), li fih jipparteċipaw il-membri kollha tad-WTO; ifakkar madankollu li se jirrifjuta kull dispożizzjoni li tkun inkompatibbli mal-Ftehim GATS u li tkun timpedixxi l-integrazzjoni futura fis-sistema tad-WTO; jistieden lill-Kummissjoni tqis l-impatt tat-TiSA fuq il-pajjiżi li mhumiex parti min-negozjati, speċjalment il-pajjiżi li qed jiżviluppaw, u biex fit-TiSA tinkludi d-dispożizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu IV tal-Ftehim GATS;

5.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tagħmel sforzi sabiex tevita l-iżbilanċi fir-relazzjonijiet kummerċjali internazzjonali; ifakkar li l-objettiv 17.15 tal-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli jirrikonoxxi l-ħtieġa li jiġi rispettat l-ispazju politiku u s-sens ta' tmexxija ta' kull pajjiż biex dawn jistabbilixxu u jimplimentaw politiki għall-qerda tal-faqar u għall-iżvilupp sostenibbli; jinsisti li matul in-negozjati dwar it-TiSA, l-awtoritajiet nazzjonali u lokali jżommu d-dritt li jirregolaw; jenfasizza li, sabiex jittaffa kull effett potenzjalment negattiv għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw, li l-prijoritajiet tagħhom huma li jiżviluppaw is-setturi tas-servizzi tagħhom, inklużi s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali, u l-oqfsa regolatorji tagħhom, l-UE għandha tintensifika l-azzjonijiet tagħha biex tinkludi l-pajjiżi li qed jiżviluppaw f'katini tal-valur globali fis-servizzi, u tikkunsidra approċċ iktar flessibbli għall-pajjiżi li qed jiżviluppaw meta jissottoskrivu għal-livell ta' ambizzjoni ta' dan il-ftehim;

6.  Jistieden lill-Kummissjoni teskludi b'mod espliċitu s-servizzi pubbliċi u s-servizzi kulturali u awdjoviżivi min-negozjati dwar it-TISA, u tiżgura b'mod speċifiku li l-pajjiżi li qed jiżviluppaw ikunu kapaċi jikkonservaw il-patrimonju kulturali tagħhom, peress li dan jikkostitwixxi għodda fundamentali għall-iżvilupp sostenibbli u biex jiġi żgurat ir-rispett tad-dinjità tal-persuni; ifakkar li t-TiSA, bħal kull ftehim internazzjonali ieħor, għandu jkun konformi ma' standards miftiehma internazzjonalment dwar ix-xogħol, l-ambjent u d-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kummissjoni tappoġġja u tissorvelja l-isforzi ta' bini tal-kapaċità tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw biex jipprovdu servizzi pubbliċi sostenibbli;

7.  Ifakkar li l-kriżi tal-2008 tas-sistema finanzjarja wriet il-ħtieġa li jiġu definiti regoli prudenzjali sodi dwar il-liberalizzazzjoni tas-servizzi finanzjarji sabiex is-swieq finanzjarji jibqgħu b'saħħithom u stabbli; jistieden lill-Kummissjoni għaldaqstant tiżgura li l-aspetti tat-TiSA marbutin mas-servizz finanzjarju jissalvagwardjaw l-ogħla standards ta' trasparenza u responsabilità, jiżguraw is-sostenibilità tad-dejn, jiggarantixxu l-prinċipju ta' responsabilità komuni tal-mutwanti u tal-mutwatarji u ma jżidux il-volatilità jew l-instabilità ekonomika;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni, fid-dawl tat-tħassib eżistenti, tintegra l-ugwaljanza bejn is-sessi u l-emanċipazzjoni tan-nisa fil-politika kummerċjali tagħha, u tissorvelja mill-qrib l-impatt tal-ftehimiet kummerċjali tal-UE fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi; jirrimarka f'dan ir-rigward li d-dimensjoni tal-ġeneru tal-kummerċ fis-servizzi fl-Afrika, fejn il-proporzjon ta' nisa impjegati mis-settur tas-servizzi jisboq l-impjieg tan-nisa fl-industrija tal-manifattura, tista' sservi ta' opportunità għall-iżvilupp tal-imprenditorija tan-nisa u għal xogħol diċenti;

9.   Ifakkar li t-TiSA m'għandux idgħajjef id-dritt tal-UE u r-rispett tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li hija vinkolanti għall-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE u tapplika għall-gvernijiet nazzjonali meta jkunu qed jimplimentaw id-dritt tal-UE; ifakkar li l-UE hija bbażata fuq impenn qawwi għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija u l-istat tad-dritt madwar id-dinja; jinsisti f'dan il-kuntest, li d-drittijiet tal-bniedem huma fil-qalba tar-relazzjonijiet tal-UE ma' pajjiżi u reġjuni oħra;

10.  Jistieden lill-Kummissjoni tirrifletti dwar l-irtirar reċenti tal-Urugwaj min-negozjati dwar it-TiSA u tasal għall-konklużjonijiet meħtieġa billi tagħti aktar attenzjoni lill-ħtiġijiet tal-pajjiżi li qed jiżviluppaw li jiffirmaw it-TiSA.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

21

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Doru-Claudian Frunzulică, Maria Heubuch, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Stelios Kouloglou, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Maurice Ponga, Cristian Dan Preda, Lola Sánchez Caldentey, Elly Schlein, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Davor Ivo Stier, Bogdan Brunon Wenta, Rainer Wieland

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Jordi Sebastià

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pál Csáky, José Inácio Faria, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández

2.12.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-Rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Alessia Maria Mosca

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kummissjoni:

a.  li s-servizzi finanzjarji jsiru waħda mill-prijoritajiet tal-UE fin-negozjati tat-TiSA, peress li s-suq tal-UE stess huwa diġà relattivament miftuħ għal dawn is-servizzi; li tilħaq ftehim li jkollu dixxiplini u dispożizzjonijiet ambizzjużi iżda bilanċjati li jkopru l-provvista tat-tipi kollha ta' servizzi finanzjarji, b'mod partikolari l-ibbankjar u l-assigurazzjoni, matul il-metodi kollha ta' provvista, b'attenzjoni partikolari għad-dixxiplini dwar is-servizzi l-ġodda; li tilħaq ftehim li jwassal valur lill-konsumaturi Ewropej fil-forma ta' konverġenza 'l fuq fir-regolamentazzjoni finanzjarja, għażla usa' ta' servizzi finanzjarji u protezzjoni msaħħa tal-konsumatur (informazzjoni li tinftiehem u korretta hija fundamentali biex jintlaħaq bilanċ aħjar fin-nuqqas ta' simmetrija tal-informazzjoni) u li jrawwem tkabbir fit-tul, f'konformità mal-miri tal-Istrateġija Ewropa 2020;

  b.  li tipproponi li, fil-qasam tas-servizzi finanzjarji, it-TiSA jappoġġa l-implimentazzjoni u l-applikazzjoni tal-istandards internazzjonali, li ma jittieħdu ebda impenji ġodda li jipperikolaw ir-regolamentazzjoni finanzjarja tal-UE billi jġiegħlu lill-UE tmur lura mill-qafas regolatorju msaħħaħ tagħha għas-settur finanzjarju jew li jipprevjenu lill-UE milli tuża l-liġi biex tindirizza t-teħid ta' riskju eċċessiv mill-istituzzjonijiet finanzjarji, u li r-regolaturi tal-UE jżommu l-kapaċità li jawtorizzaw jew jiċħdu kwalunkwe prodott finanzjarju attwali jew ġdid għal raġunijiet prudenzjali wara valutazzjoni bir-reqqa tar-riskji li l-introduzzjoni ta' tali prodotti jew servizzi tiġġenera fl-Unjoni; li telenka impenji addizzjonali rigward l-aċċess għas-suq abbażi ta' lista pożittiva;

  c.  minħabba l-importanza tas-servizzi finanzjarji għat-tkabbir u l-ekonomija, tippermetti li fit-TiSA, f'sottosetturi xierqa u soġġetti għal riżervi limitati u ġustifikati kif dovut, il-provvista transfruntiera tas-servizzi finanzjarji fl-UE (għal numru limitat ta' sottosetturi, bħar-riassigurazzjoni) minn entitajiet stabbiliti f'pajjiżi terzi, abbażi ta' regoli u proċeduri ċari biex dawn l-entitajiet jiġu awtorizzati jipprovdu dawn is-servizzi fl-UE u, fejn xieraq, wara r-rikonoxximent mill-UE li l-pajjiż ta' oriġini ta' dawn l-entitajiet għandhom qafas regolatorju u superviżorju infurzabbli ekwivalenti għal dak tal-UE, sabiex jiġi żgurat li ebda entità mingħajr superviżjoni ma tkun tista' topera fl-Unjoni u li, irrispettivament mill-ġurisdizzjoni tal-istabbiliment tagħhom, ikun jista' jinkiseb livell ekwu;

  d.  li tiżgura li l-partijiet tat-TiSA għandhom id-dritt jeskludu setturi sensittivi mill-klawżola ratchet, b'mod partikolari għall-impenji transfruntiera fis-servizzi finanzjarji, u għaldaqstant jiddefendu l-pożizzjoni li l-ftuħ tas-suq mhux se jipprevjeni l-introduzzjoni ta' miżuri ġodda u l-modifika tar-regoli domestiċi eżistenti għal raġunijiet prudenzjali u għall-protezzjoni tal-konsumatur, jew l-applikazzjoni extraterritorjali potenzjali ta' dawn ir-regoli;

  e.  li tieħu kont tal-ostakoli speċifiċi għall-kummerċ u għall-investiment mill-SMEs; li tgħin il-mobilità u l-iżvilupp ta' kumpaniji akbar iżda, fuq kollox, tal-SMEs u l-intraprendituri li jaħdmu għal rashom permezz ta' dispożizzjonijiet imtejba tal-provvista tal-Modalità IV tas-servizzi finanzjarji, li tippermetti ċ-ċaqliq temporanju ta' professjonisti kwalifikati ħafna minn naħa għal oħra tal-fruntieri għal skop speċifiku, għal perjodu limitat ta' żmien, u skont il-kondizzjonijiet stipulati minn leġiżlazzjoni kuntrattwali u domestika;

  f.  li tagħmel pressjoni aktar qawwija fuq partijiet oħra fin-negozjati biex ikomplu joffru lill-pajjiżi tal-BRICS, b'mod partikolari l-Indja u l-Brażil, li jingħaqdu man-negozjati u biex jaċċettaw it-talba taċ-Ċina li tissieħeb fin-negozjati, dment li ċ-Ċina tkun lesta tirrifletti l-ambizzjoni tal-partijiet, b'mod partikolari fil-livell tal-offerta tagħha tal-impenji dwar l-aċċess għas-suq u t-trattament nazzjonali, u ma tiftaħx mill-ġdid it-taħditiet dwar l-istruttura tal-ftehim u d-dispożizzjonijiet ewlenin tal-kapitoli regolatorji, li fuqhom diġà hemm qbil;

  g.  li tinkoraġġixxi partijiet ġodda jingħaqdu man-negozjati tat-TiSA, anke jekk it-taħditiet diġà jinkludu pajjiżi bħall-UE, l-Istati Uniti tal-Amerka u l-Ġappun, li huma responsabbli għal parti l-kbira tal-kummerċ dinji fis-servizzi finanzjarji; li ssegwi, sabiex twassal riżultati ferm sostanzjali għall-UE, impenji fil-fond (b'mod partikolari dwar l-aċċess għas-suq) minn pajjiżi li attwalment m'għandhom ebda ftehim kummerċjali bilaterali mal-UE, bħall-Awstralja, Hong Kong u t-Tajwan, impenn limitat ħafna fil-livell multilaterali, pereżempju ċ-Ċilì u t-Turkija, jew impenji bilaterali limitati ħafna dwar is-servizzi finanzjarji, bħall-Messiku;

  h.  li tiżgura li t-TiSA bl-ebda mod ma jfixkel l-aġenda tan-negozjati tad-WTO, iżda, pjuttost, jinkoraġġixxi diskussjoni siewja dwar kif l-aħjar jiġu indirizzati ostakoli eċċessivi għall-kummerċ għas-servizzi finanzjarji u kif jiġu żviluppati l-aħjar prattiki regolatorji li jippromwovu l-objettivi ekonomiċi u ta' sostenibbiltà, u jwitti wkoll it-triq għal adozzjoni possibbli tiegħu f'livell multilaterali, billi jibni fuq regoli diġà eżistenti fil-livell multilaterali;

  i.  li tħeġġeġ lill-partijiet fin-negozjati jistabbilixxu dixxiplini regolatorji fil-qasam tas-servizzi finanzjarji li jmorru lil hinn mill-Anness tal-GATS tad-WTO dwar is-Servizzi Finanzjarji, li diġà jkopri l-partijiet kollha tat-TiSA bħala membri tad-WTO, kif ukoll impenji akbar li jmorru lil hinn mill-Qbil sui generis dwar l-Impenji fis-Servizzi Finanzjarji, li mhuwiex mandatorju għall-membri tad-WTO u għaldaqstant ikopri biss sett limitat ta' partijiet tat-TiSA; li jkollha l-għan li fil-kapitolu tat-TiSA dwar is-servizzi finanzjarji tinkludi bini ta' konċessjoni prudenzjali dwar il-verżjoni maqbula fil-Ftehim ta' Kummerċ bejn il-Kanada u l-UE li ttejjeb il-konċessjoni stabbilita fl-Artikolu 2(a) tal-Anness tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji, li tippreserva d-dritt sovran tal-partijiet li jadottaw miżuri għal raġunijiet prudenzjali, sakemm dawn il-miżuri ma jkollhomx l-għan li jaħarbu impenji oħrajn, bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-gvernijiet iżommu l-kapaċità li jieħdu l-azzjonijiet meħtieġa sabiex iżommu l-istabbiltà u l-integrità tas-sistema finanzjarja; li tieħu azzjoni sabiex l-elementi fundamentali tal-Qbil, bħad-dispożizzjonijiet speċifiċi dwar it-trasferiment tad-data u l-aċċess mhux diskriminatorju għas-sistemi tal-ikklerjar ser tibda taqa' taħt it-TiSA, filwaqt li ttejjeb l-abbozzar tal-Qbil biex iġġibu f'konformità mal-linji ta' politika attwali eżatti tal-UE f'dawn l-oqsma;

  j.  li, fil-kapitolu regolatorju li japplika għas-servizzi finanzjarji, tistabbilixxi regoli trasversali b'saħħithom dwar it-trasparenza regolatorja, li għandhom iżidu l-kapaċità tal-partijiet interessati kollha biex janalizzaw u jippreparaw għal-liġijiet, għar-regoli u għad-deċiżjonijiet pubbliċi u jagħtu spinta lill-kunfidenza tal-fornituri ta' servizzi finanzjarji biex jistabbilixxu ruħhom barra jew biex jipprovdu servizzi lill-klijenti minn pajjiżi terzi, mingħajr ma jxekklu l-proċessi demokratiċi ġusti u stabbiliti, u tistabbilixxi wkoll soluzzjonijiet li jiżguraw rispett lejn it-trattament nazzjonali tal-fornituri transfruntiera tas-servizzi finanzjarji; għal dan il-għan, li tieħu azzjoni immedjata biex tnaqqas id-distakk bejn il-modi differenti li bihom attwalment il-pajjiżi jirrikonoxxu l-ekwivalenza tar-reġimi regolatorji u superviżorji ta' ġurisdizzjonijiet oħrajn, li bħalissa qiegħed jikkawża frammentazzjoni tas-swieq tas-servizzi finanzjarji globali, billi jilħqu qbil komuni li deċiżjoni ta' ekwivalenza għandha tkun ir-riżultat ta' valutazzjoni trasparenti dwar jekk kull regola tal-ġurisdizzjoni tiksibx l-istess objettivi u li, għalkemm tali deċiżjoni għandha ssegwi djalogi bilaterali bikrin u frekwenti, tista' tkun unilaterali meta rikonoxximent reċiproku ma jkunx possibbli;

  k.  li tiżgura li, f'konformita mal-prinċipju tal-proporzjonalità tal-azzjonijiet tal-UE, kif minqux fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-UE (TFUE), fit-TiSA l-Kummissjoni ma taqbilx mar-rekwiżiti dwar regolamentazzjoni domestika li tmur lil hinn minn dak li hu meħtieġ biex jinkisbu l-objettivi msemmija;

  l.  li tiżgura li t-TiSA jgħin fil-ġlieda kontra t-tassazzjoni doppja u bl-ebda mod ma jiffaċilita jew jiftaħ lakuni għall-frodi fiskali, l-evażjoni tat-taxxa, l-ippjanar aggressiv tat-taxxa, jew il-ħasil tal-flus fil-qasam tas-servizzi finanzjarji; li tiżgura wkoll li tinkoraġġixxi lill-partijiet kontraenti tagħha, b'mod partikolari l-erba' pajjiżi li huma inklużi wkoll fil-lista s-sewda tal-UE ta' rifuġji fiskali, li jadottaw u jaderixxu mal-Istandard Komuni ta' Rappurtar (CRS) tal-OECD għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni (AEOI) għal finijiet ta' taxxa, ir-rakkomandazzjonijiet tal-OECD kontra l-Erożjoni tal-Bażi u Trasferiment tal-Profitt (BEPS), u l-istandards globali tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) kontra l-ħasil tal-flus u l-iffinanzjar terroristiku, f'konformità mar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar miżuri maħsuba biex jinkoraġġixxu lill-pajjiżi terzi biex japplikaw standards minimi ta' governanza tajba fi kwistjonijiet tat-taxxa(12);

  m.  li ssegwi approċċ raġonevoli fir-rigward tal-flussi transfruntieri tad-data finanzjarja, billi tipprojbixxi miżuri li jipprevjenu bla bżonn trasferimenti ta' informazzjoni jew l-ipproċessar ta' informazzjoni finanzjarja ġewwa jew barra mit-territorju tal-pajjiż, filwaqt li tiżgura l-protezzjoni tad-data personali (ikkunsidrata dritt fundamentali, skont l-Artikolu 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea), il-privatezza personali u l-kunfidenzjalità ta' rekords u kontijiet individwali, b'tali mod li jitjieb il-Ftehim tal-GATS dwar is-Servizzi Finanzjarji; li tiżgura, għaldaqstant, li kwalunkwe ftehim dwar it-TiSA jkun f'konformità sħiħa mar-Regolament tal-EU dwar il-Protezzjoni tad-Data rivedut;

  n.  fir-rigward ta' xiri ta' servizzi finanzjarji minn entitajiet pubbliċi, tiżgura li r-regoli tal-UE li ġew adottati dan l-aħħar dwar l-akkwist pubbliku jiġu protetti u appoġġati fil-qafas tan-negozjati, b'mod partikolari dwar l-aċċess tal-SMEs għall-kuntratti pubbliċi, il-kriterji ta' eliġibbiltà bbażati fuq l-aħjar proporzjon "kwalità-prezz" minflok il-prezz l-aktar baxx, swieq riżervati allokati lill-impriżi tal-ekonomija soċjali u l-possibbiltà għall-awtoritajiet kuntrattwali li jrawmu kooperazzjoni interkomunitarja u li jippreservaw limiti massimi għall-esklużjoni mill-proċess ta' offerti mill-UE u r-regoli internazzjonali;

  o.  li tiżgura l-ogħla livell ta' trasparenza, djalogu u akkontabilità matul il-proċess kollu tan-negozjati, f'konformità mal-obbligu tal-Kummissjoni skont it-TFUE; li tiżgura li l-membri tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali tal-Parlament jirċievu d-dokumenti kollha tan-negozjati relatati mat-TiSA u li l-membri tal-kumitati rilevanti tal-Parlament Ewropew ikollhom aċċess għat-testi tan-negozjati konsolidati u l-informazzjoni li tirreferi għall-oqsma ta' kompetenza tagħhom; li tintensifika l-isforz sostanzjali favur it-trasparenza fil-konfront tal-pubbliku wara l-elezzjonijiet Ewropej tal-2014, li s'issa inkluda l-pubblikazzjoni tal-offerti għall-aċċess tas-suq tal-UE u l-mandat mogħti mill-Kunsill;

  p.  li tippubblika, kemm jista' jkun malajr, valutazzjoni tal-impatt fuq is-sostenibbiltà u, ladarba n-negozjati jiġu finalizzati, taġġornaha kif xieraq;

  q.  li teskludi mill-impenji tal-UE, f'konformità mal-Artikoli 14 u 106 tat-TFUE u l-protokoll 26 tiegħu, is-Servizzi ta' Interess Ġenerali u s-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali attwali u futuri (inklużi, iżda mhux limitati għall-ilma, is-saħħa, is-servizzi soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-edukazzjoni); li tiżgura li l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali jżommu d-dritt sħiħ li jintroduċu, jadottaw, iżommu jew jirrevokaw kwalunkwe miżura fir-rigward tal-ikkummissjonar, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-provvista ta' servizzi pubbliċi; li tapplika din l-esklużjoni irrispettivament minn kif jingħataw u jiġu ffinanzjati s-servizzi pubbliċi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

14

6

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Hugues Bayet, Pervenche Berès, Esther de Lange, Fabio De Masi, Anneliese Dodds, Markus Ferber, Jonás Fernández, Sven Giegold, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Brian Hayes, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Petr Ježek, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Costas Mavrides, Bernard Monot, Luděk Niedermayer, Stanisław Ożóg, Dimitrios Papadimoulis, Sirpa Pietikäinen, Dariusz Rosati, Pirkko Ruohonen-Lerner, Alfred Sant, Molly Scott Cato, Peter Simon, Renato Soru, Theodor Dumitru Stolojan, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Cora van Nieuwenhuizen, Jakob von Weizsäcker, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Matt Carthy, Philippe De Backer, Ashley Fox, Doru-Claudian Frunzulică, Ildikó Gáll-Pelcz, Marian Harkin, Barbara Kappel, Verónica Lope Fontagné, Paloma López Bermejo, Thomas Mann, Alessia Maria Mosca, Michel Reimon, Maria João Rodrigues

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Agnes Jongerius, Anneleen Van Bossuyt, Igor Šoltes

3.12.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Thomas Händel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jenfasizza l-importanza tar-ratifika, l-implimentazzjoni u l-infurzar sħaħ u effettivi tat-tmien konvenzjonijiet ewlenin tal-ILO dwar ix-xogħol mill-firmatarji tat-TiSA; jistieden lill-firmatarji tat-TiSA biex jikkonformaw ma’ konvenzjonijiet tal-ILO, ftehimiet u riżoluzzjonijiet tan-NU oħrajn rilevanti u jippromwovuhom, li jinkludu iżda mhumiex limitati għall-Konvenzjoni dwar il-Klawżoli tax-Xogħol (C94), l-Aġenda tax-Xogħol Deċenti u l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar il-Ħarsien tad-Drittijiet tal-Ħaddiema Migranti Kollha u tal-Membri tal-Familji tagħhom;

2.  Jitlob dispożizzjonijiet li jagħmlu l-istandards miftiehma tal-ILO u standards oħra infurzabbli; iqis li kwalunkwe ftehim futur dwar il-kummerċ fis-servizzi jrid jinkludi klawżola dwar il-mekkaniżmi ta' kontroll u infurzar li tiskoraġġixxi u tipprevjeni lill-kumpaniji milli jiksru d-drittijiet tax-xogħol u dawk soċjali, inklużi l-ftehimiet kollettivi; jitlob li, meta jinħoloq tilwim fir-rigward tad-dispożizzjonijiet tax-xogħol, dan it-tilwim ikun soġġett għal mekkaniżmu għas-soluzzjoni tat-tilwim, inkluża l-possibbiltà li jiġu imposti sanzjonijiet, b'kunsiderazzjoni dovuta tal-korpi superviżorji tal-ILO;

3.  Jitlob li jittieħdu passi biex jiġi żgurat li t-TiSA jikkontribwixxi b’mod ġust u b’mod sinifikanti għall-ħolqien tal-impjiegi u jistabbilixxi standards ambizzjużi fil-kummerċ fis-servizzi li jkopru l-kwistjonijiet ewlenin tas-seklu 21, b’mod partikolari l-kriżi persitenti tal-impjiegi f’xi Stati Membri, l-inugwaljanzi li qed jiżdiedu, il-qgħad fost iż-żgħażagħ u sfidi soċjali oħra, u biex jiġu promossi livelli ogħla ta’ protezzjoni tal-istandards fil-qasam tax-xogħol u f’dak ambjentali, jiġu miġġielda l-forom kollha ta’ dumping soċjali u jiġi żgurat li jkun hemm konformità mal-projbizzjoni tad-diskriminazzjoni;

4.  Jinnota r-rwol sinifikanti li għandu s-settur tas-servizzi fl-ekonomija tal-UE, li jikkostitwixxi 70 % tal-attività ekonomika u jipprovdi 90 % tal-impjiegi ġodda; jirrikonoxxi fl-istess ħin li 90 % tat-tkabbir globali qed iseħħ barra l-UE u jissottolinja, għaldaqstant, l-importanza kruċjali li jinkisbu opportunitajiet ġodda ta' aċċess għas-suq għall-firmatarji tat-trattat u li jiġi żgurat trattament ġust, nondiskriminatorju u ekwu għall-fornituri tas-servizzi; ifakkar ir-rwol essenzjali tas-settur tas-servizzi fil-ħolqien ta' impjiegi bi kwalifiki għoljin fl-Unjoni Ewropea; jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li l-ftehim jilħaq il-potenzjal tiegħu li jagħti spinta lill-ħolqien tal-impjiegi fl-UE; iqis li jrid ukoll jiżgura li l-istandards stabbiliti jkunu msaħħa u mtejba, bil-ħsieb li dawn jiġu stabbiliti b’mod usa’ f'livell multilaterali;

5.  Jenfasizza li l-iffirmar ta' ftehim ibbilanċjat f'dan ir-rigward ikun joħloq il-potenzjal għat-tkabbir sostenibbli u inklużiv u għall-ħolqien ta' impjiegi ġodda bi kwalifiki għoljin; jistenna li jiġu kkunsidrati l-ostakli partikolari li qed iħabbtu wiċċhom magħhom l-SMEs, b'mod speċjali minħabba l-fatt li huma joħolqu l-ogħla għadd ta' impjiegi;

6.  Jenfasizza li l-opportunitajiet potenzjali rrappreżentati mit-TiSA għall-internazzjonalizzazzjoni ta’ kumpaniji Ewropej iridu jkunu akkumpanjati minn politiki ġenwini biex jgħinu lill-ħaddiema jadattaw għall-ambjent il-ġdid; jenfasizza l-fatt li l-UE daħħlet fis-seħħ mekkaniżmi ta’ finanzjament li jistgħu jakkumpanjaw dawn il-passi, bħall-Fond Soċjali Ewropew;

7.  Jitlob li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jiġi infurmat mingħajr dewmien, sabiex ikun hemm lok għal opportunità ta' diskussjoni u teħid ta' deċiżjonijiet, f'każ li kwalunkwe dispożizzjoni tal-Ftehim Finali tat-TiSA tipperikola l-istandards f'dawn l-oqsma jew ma taqbilx magħhom;

8.  Jenfasizza li ż-żieda fil-mobilità trid tiġi akkumpanjata minn standards soċjali u tax-xogħol għoljin sabiex jiġi żgurat li l-ħaddiema jiġu mħarsa mill-isfruttament; jinsab partikolarment imħasseb dwar l-effetti ta' ktajjen transfruntiera kumplessi ta' sottokuntrattar li jagħmluha diffiċli ħafna li tiġi żgurata u ssorveljata l-konformità; jissottolinja l-fatt li l-ispettorati tax-xogħol u t-trade unions għandhom rwol fundamentali fil-prevenzjoni u l-monitoraġġ tal-abbuż; jitlob li jkun hemm aktar aċċess transfruntier effiċjenti għad-data fi ħdan l-UE;

9.  Jistieden lill-Kummissjoni, għalhekk, biex tipproponi leġiżlazzjoni tal-UE li tiżgura r-responsabbiltà, speċjalment fil-ktajjen twal ta' sottokuntrattar, u jqis li din ir-responsabbiltà trid tapplika wkoll għall-kumpaniji minn pajjiżi terzi u tkun infurzabbli fuqhom;

10.  Jenfasizza l-fatt li l-ispezzjonijiet tax-xogħol b'mod partikolari jħabbtu wiċċhom ma' sfidi fil-monitoraġġ tal-kumpaniji fejn ikunu impjegati ħaddiema migranti u ħaddiema kollokati mill-UE u minn pajjiżi terzi; iħeġġeġ lill-Istati Membri, f'dan ir-rigward, biex iżidu l-livelli tal-persunal tal-ispettorati tax-xogħol, u r-riżorsi disponibbli għalihom, u biex jilħqu l-mira ta' spettur għal kull 10 000 impjegat, kif irrakkomandat mill-ILO;

11.  Iħeġġeġ lill-Kummissjoni biex issegwi l-objettiv soċjali li stabbilixxiet hi stess fin-negozjati tat-TiSA fil-forma ta' "klawżola dwar ix-xogħol"; ifakkar li d-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol kemm fil-livell Ewropew kif ukoll dak nazzjonali, kif ukoll ftehimiet kollettivi u l-istandards soċjali, għandhom jiġu garantiti biex tkun żgurata l-kwalità tas-servizz; ifakkar li l-politiki soċjali u tal-impjiegi u l-kundizzjonijiet tax-xogħol tal-Istati Membri u, fejn ikun rilevanti tal-UE, ma għandhomx jiġu affettwati b’mod negattiv;

12.  Jitlob, f'dan ir-rigward, biex l-istandards tax-xogħol jiġu esklużi mill-kunċetti ta' ostakli nontariffarji jew ostakli tekniċi, u biex is-Sħab Soċjali jiġu inklużi fil-proċess ta' kooperazzjoni regolatorja f'rappreżentazzjoni bbilanċjata, biex jiġi żgurat li l-kooperazzjoni regolatorja ma tillimitax id-dritt tal-gvernijiet u tal-Parlament Ewropew li jilleġiżlaw fl-interess pubbliku u ma twassalx għall-iffriżar regolatorju jew għad-dgħufija tal-istandards tax-xogħol, inklużi l-istandards dwar is-saħħa u s-sigurtà;

13.  Iqis li l-ħaddiema kollha, irrispettivament mill-pajjiż tal-oriġini tagħhom, fil-post tax-xogħol tagħhom irid ikollhom l-istess drittijiet u kundizzjonijiet ta’ impjieg bħala ċittadini; iqis li kwalunkwe ftehim futur dwar il-kummerċ fis-servizzi jrid jinkludi klawżola li tipprevjeni lill-kumpaniji milli jevitaw jew jimminaw id-dritt li tittieħed azzjoni industrijali, permezz tal-użu ta' ħaddiema minn pajjiżi terzi, waqt negozjati dwar ftehimiet kollettivi u tilwim industrijali;

14.  Jitlob li jittieħdu passi, b’konformità mal-Artikoli 14 u 106 tat-TFUE u l-Protokoll 26 tat-TUE, biex jiġu esklużi Servizzi ta’ Interess Ġenerali u Servizzi ta’ Interess Ekonomiku Ġenerali attwali u futuri (li jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, l-ilma, is-saħħa, is-servizzi soċjali, is-sistemi tas-sigurtà soċjali u l-edukazzjoni) mill-Ftehim, biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u dawk lokali jżommu d-dritt sħiħ li jintroduċu, jadottaw, iżommu jew jirrevokaw kwalunkwe miżura rigward l-ikkummissjonar, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-provvista tas-servizzi pubbliċi, biex tiġi applikata din l-esklużjoni irrispettivament mill-mod li bih huma pprovduti s-servizzi pubbliċi u ffinanzjati u biex jigi żgurat li s-sistemi tas-sigurtà soċjali jkunu esklużi min-negozjati;

15.  Isostni, barra minn hekk, li la l-klawżoli ratchet u lanqas dawk ta' sospensjoni m'għandhom ikunu applikabbli għall-obbligi ta' aċċess għas-suq jew ta' trattament nazzjonali;

16.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tiggarantixxi li kriterji ekoloġiċi u soċjali, inkluż il-kriterju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, ikunu jistgħu jiġu applikati fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku; jinsisti li l-ftehimiet kummerċjali taħt l-ebda ċirkostanza ma għandhom jaffettwaw id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva dwar l-Akkwist Pubbliku li jiżguraw l-infurzar tal-liġi dwar ix-xogħol u jippermettu li l-awtoritajiet kontraenti jużaw id-dispożizzjonijiet speċifiċi li jikkonċernaw servizzi soċjali, servizzi tas-saħħa u servizzi oħrajn li jiġu pprovduti direttament lill-persuna; ifakkar lill-Kummissjoni dwar is-sensitivitajiet qawwija fir-rigward tar-regolamentazzjoni tal-konċessjonijiet tas-servizzi u l-ħtieġa li jiġi ppreservat l-ispazju politiku biex tingħata tweġiba għall-mudelli ta' sħubijiet pubbliċi privati li fallew;

17.  Iqis li n-negozjati dwar il-liberalizzazzjoni ulterjuri tas-servizzi pprovduti minn naħa għal oħra tal-fruntieri tal-UE għandhom ikunu akkumpanjati minn miżuri ta’ protezzjoni soċjali, bħal skemi ta’ dħul minimu, b’konformità mal-prattiki nazzjonali, u mill-kooperazzjoni fl-UE kollha biex jinżammu l-kundizzjonijiet tax-xogħol b’konformità mad-dispożizzjonijiet rispettivi tal-leġiżlazzjoni soċjali u tax-xogħol u l-ftehimiet kollettivi tal-pajjiż fejn is-servizz, u b’hekk ix-xogħol, huwa pprovdut; iqis li dan għandu jkun mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet aktar favorevoli fil-leġiżlazzjoni jew ftehimiet applikabbli fil-pajjiż mittenti;

18.  Iqis li l-kapaċità tal-gvernijiet li jadottaw politiki ta' akkwist ta' servizzi responsabbli mil-lat soċjali u ekoloġiku, filwaqt li jindirizzaw il-ħtiġijiet tas-soċjetà u tal-ambjent, m'għandhomx jiġu mminati, u li sussegwentement kwalunkwe ftehim għandu jirrispetta l-Konvenzjoni 94 tal-ILO dwar il-klawżoli tax-xogħol fil-kuntratti pubbliċi;

19.  Jistieden lill-istituzzjonijiet Ewropej biex ikomplu jwettqu studji tal-valutazzjoni tal-impatt soċjali indipendenti u bir-reqqa li jiffukaw fuq l-impatt possibbli tat-TiSA fuq is-sitwazzjoni soċjali u tal-impjieg fl-UE u l-Partijiet l-oħrajn tal-Ftehim, inklużi d-disponibbiltà, l-affordabbiltà, il-kwalità, l-aċċessibbiltà u l-aċċess ugwali nondiskriminatorju għal servizzi ta' interess ġenerali u servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali; jitlob il-pubblikazzjoni ta’ projezzjonijiet statistiċi, aġġornati b’mod kostanti, dwar it-telf ta’ impjiegi u qligħ minn ftehim potenzjali, b’tali mod li jkun jista’ jsir intervent f’waqtu mill-Kummissjoni biex tappoġġja l-Istati Membri u r-reġjuni milquta; jitlob, barra minn hekk, li tiġi implimentata sistema ta' kontroll għall-prevenzjoni ta' kwalunkwe każ ta' ksur;

20.  Iqis li l-UE għandha tieħu impenji limitati ħafna dwar kwalunkwe dispożizzjoni futura permezz tal-Mode 1 attwali tal-GATS, sabiex ma jiġux imminati l-istandards u l-kundizzjonijiet ta' livell għoli tax-xogħol fl-UE permezz tal-għoti ta' servizzi minn pajjiżi terzi, b'mod partikolari rigward is-settur tal-ICT;

21.  Għandhom jitnaqqsu l-ostakli regolatorji sabiex jiġi żgurat li l-mobilità ta’ ħaddiema bi kwalifiki għoljin tkun vantaġġjuża mhux biss għall-kumpaniji Ewropej iżda wkoll għall-ħaddiema Ewropej; itenni l-importanza li jiġi żgurat li t-TiSA taħt l-ebda ċirkostanza ma tfixkel l-applikazzjoni ta’ standards soċjali u tal-impjieg, inklużi l-istandards dwar l-istazzjonar tal-ħaddiema;

22.  Ifakkar li l-klawżoli tat-TiSA dwar is-settur tat-trasport ma għandhomx ikunu ta' ħsara għall-ħaddiema Ewropej f'dak is-settur; iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea biex tistabbilixxi restrizzjonijiet ċari dwar il-kabotaġġ sabiex tipprevjeni d-dumping soċjali;

23.  Jitlob definizzjoni ċara tal-ħaddiema koperti mill-Anness dwar il-Mode 4;

24.  Iqis li l-ftehim irid jirrispetta b’mod sħiħ id-dritt ta' firmatarju li jimmodifika jew jirtira element tal-Lista tiegħu kif stipulat fl-Artikolu XXI tar-Regolament dwar il-GATS; jistenna li l-ftehim, u b'mod speċjali l-Anness dwar il-Mode 4, jinkludi dispożizzjonijiet maħsuba biex jipprevjenu relazzjonijiet abbużivi ta' xogħol għall-ħaddiema barranin u klawżola dwar is-sikurezza li tippermetti lill-membri tat-TiSA japplikaw is-salvagwardji neċessarji jekk issir pressjoni fuq il-pagi domestiċi, jekk jitqiegħdu fil-periklu d-drittijiet tal-ħaddiema domestiċi, jew jekk ikun hemm ksur ta' standards miftiehma oħra;

25.  Jitlob li jittieħdu aktar passi biex jinfetaħ is-suq tal-akkwist pubbliku fil-pajjiżi negozjaturi kollha tat-TiSA; jenfasizza li biex jingħataw kuntratti, il-kumpaniji jridu jikkonformaw mal-istandards ewlenin soċjali u tax-xogħol tal-ILO; iqis li l-kuntratti ma għandhomx jingħataw biss abbażi tal-prezz, iżda li tali miżuri ma jistgħux jiffunzjonaw bħala forma ta’ ostaklu għall-kummerċ;

26.  Jenfasizza l-isforzi mwettqa mill-Kummissjoni Ewropea sabiex in-negozjati jkunu l-aktar trasparenti possibbli; jitlob, madankollu, li sforzi kontinwi jiġu segwiti u intensifikati, b’konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar it-TTIP, sabiex tiżdied it-trasparenza fin-negozjati permezz tal-pubblikazzjoni ta’ dokumenti rilevanti għat-TiSA; jitlob li jittieħdu miżuri biex jissaħħaħ l-involviment kontinwu u trasparenti mal-parlamenti nazzjonali u l-ministeri rilevanti kollha fil-livell tal-Istati Membri; jenfasizza l-importanza tal-partijiet interessati, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u s-sħab soċjali u l-kompetenza tagħhom, u jistieden lill-Kummissjoni u l-Istati Membri biex jinvolvuhom u jikkooperaw mill-qrib magħhom tul in-negozjati kollha dwar it-TiSA, speċjalment rigward l-effetti possibbli li kwalunkwe ftehim kummerċjali fis-servizzi jista' jkollu fuq is-suq tax-xogħol; iħeġġeġ lill-partijiet interessati kollha biex jipparteċipaw b'mod attiv u biex jippreżentaw inizjattivi, iqajmu tħassib u kwistjonijiet problematiċi u jipprovdu informazzjoni rilevanti għan-negozjati, u jħeġġeġ lill-Kummissjoni biex tqis aħjar l-input mis-sħab soċjali u mis-soċjetà ċivili;

27.  Iqis li għandha tinżamm il-possibilità li l-pajjiżi japplikaw testijiet tal-bżonnijiet ekonomiċi;

28.  Jiddispjaċih li l-Parlament ma ġiex ikkonsultat qabel ma l-Kunsill adotta l-mandat; iqis li din hija opportunità mitlufa biex in-negozjati jsiru kemm jista’ jkun demokratiċi u li dawk li jistgħu jiġu affettwati l-aktar mit-TiSA jiġu involuti mill-bidu;

29.  Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' statistika u data dwar il-moviment ta' persuni fiżiċi (Mode 4) skont il-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS) li diġà jeżisti; jinnota l-intenzjoni tal-inklużjoni ta’ kapitolu simili fit-TiSA; jissottolinja l-importanza ta’ monitoraġġ ta’ din il-kategorija ta’ fornitur tas-servizz sabiex jiġi evitat l-abbuż u l-isfruttament ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi; jistieden lill-Kummissjoni biex b’mod urġenti tiġbor u tippreżenta informazzjoni dwar l-għadd u t-tip ta’ fornituri tas-servizz li jidħlu fl-UE permezz tal-GATS Mode 4, inkluż it-tul tas-soġġorn tagħhom; jenfasizza li kwalunkwe dispożizzjoni futura tal-Mode 4 trid tikkonċerna biss professjonisti b'ħiliet għoljin, jiġifieri persuni b'lawrea universitarja jew masters ekwivalenti u impjegati f'rwol maniġerjali superjuri, u d-dewmien taż-żjara tagħhom fl-UE għandu jkun għal għan speċifiku, għal perjodu ta' żmien iddeterminat tajjeb u limitat u taħt kundizzjonijiet preċiżi;

30.  Jitlob, barra minn hekk, għal Direttiva tal-UE li tarmonizza u timmonitorja l-fluss tal-fornituri ta' servizzi individwali minn pajjiżi terzi li jidħlu fl-UE permezz ta' dawn id-dispożizzjonijiet sabiex tistabbilixxi l-kundizzjonijiet tad-dħul u taż-żjara tal-fornituri tas-servizzi individwali;

31.  Jenfasizza li l-Istati Membri jeħtieġu jżommu s-sovranità sħiħa tagħhom meta jiddeterminaw jekk jimpenjawx ruħhom jew le għal kwalunkwe dispożizzjoni futura tal-Mode 4; jenfasizza, barra dan, li kwalunkwe settur inkluż f'dawn id-dispożizzjonijiet irid jiġi identifikat flimkien, u f'kooperazzjoni sħiħa, mas-sħab soċjali;

32.  Jenfasizza li, qabel ma tikkommetti ruħha għal kwalunkwe impenn ġdid dwar il-kummerċ globali fis-servizzi, il-Kummissjoni teħtieġ tippreżenta valutazzjoni tal-impatt estensiva fuq l-ekonomija u fuq is-suq tax-xogħol tal-moduli attwali kollha tal-GATS sa mid-dħul fis-seħħ tiegħu; Jistieden lill-Kummissjoni, barra minn hekk, biex tressaq malajr kemm jista’ jkun valutazzjoni tal-impatt dwar it-TiSA fir-rigward tal-kundizzjonijiet tax-xogħol, l-effetti possibbli f’termini ta’ kompetizzjoni inġusta u kwalunkwe tnaqqis f’ċerti setturi minħabba kompetizzjoni akbar minn pajjiżi terzi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

11

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Tiziana Beghin, Brando Benifei, Mara Bizzotto, Vilija Blinkevičiūtė, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Elena Gentile, Arne Gericke, Marian Harkin, Danuta Jazłowiecka, Agnes Jongerius, Jan Keller, Ádám Kósa, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Zdzisław Krasnodębski, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Javi López, Thomas Mann, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Marek Plura, Sofia Ribeiro, Anne Sander, Sven Schulze, Siôn Simon, Jutta Steinruck, Ulrike Trebesius, Marita Ulvskog, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lynn Boylan, Mircea Diaconu, Tania González Peñas, Paloma López Bermejo, Csaba Sógor, Monika Vana, Flavio Zanonato

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Diane James, Martina Michels, Estefanía Torres Martínez

3.12.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur għal opinjoni: David Borrelli

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

Jindirizza, fil-kuntest tan-negozjati dwar it-TiSA li għaddejjin, dawn ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni:

Rigward l-approċċ ġenerali:

1.  biex: ikunu żgurati l-ogħla livell ta' trasparenza u responsabbiltà, aċċess għad-dokumenti tan-negozjati, u konsultazzjoni mas-soċjetà ċivili, in-negozji u s-sħab soċjali; ikun żgurat li eżattament l-istess regoli japplikaw għall-fornituri tas-servizzi tal-UE u ta' dawk li mhumiex fl-UE; tkun żgurata reċiproċità bejn il-partijiet, fil-livelli kollha, li tirrifletti l-ambizzjoni ugwali tagħhom; ikunu żgurati valutazzjonijiet tal-impatt li jsiru bir-reqqa u f'waqthom; ikunu żgurati l-ikbar sforzi biex it-TiSA jkun verament multilaterali billi tiġi nnegozjata klawżola ta' adeżjoni għall-ftehim u billi jintlaqgħu dawk li għandhom livell simili ta' ambizzjoni bħall-partijiet;

2.  biex tkun iggarantita: kapaċità bla xkiel tal-Istati Membri li jirregolaw, jipprovdu u jiffinanzjaw is-servizzi pubbliċi eżistenti u futuri u s-servizzi ta' interess ekonomiku ġenerali fil-livelli kollha; attenzjoni speċjali għas-servizzi tat-telekomunikazzjoni u tal-enerġija, li huma essenzjali għaċ-ċittadini u l-kumpaniji u jikkontribwixxu għall-koeżjoni, klima favorevoli għall-kummerċ elettroniku u l-intraprenditorija u impjiegi ta' kwalità għolja; konformità mad-dritt tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data u l-privatezza;

Rigward is-suq tat-telekomunikazzjoni:

3.  biex: ikun żgurat li t-TiSA jġib miegħu vantaġġi ċari għall-konsumaturi u n-negozji tal-UE, speċjalment l-SMEs u l-imprendituri; ikun żgurat li l-kumpaniji li mhumiex fl-UE minn swieq oligopolistiċi ma jiħdux vantaġġ mill-frammentazzjoni tas-suq tal-UE; ikunu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-operaturi kollha;

4.  biex ikun iggarantit: li l-operaturi tal-UE fil-pajjiżi firmatarji tat-TiSA jkollhom aċċess ġust u simmetriku għas-suq, mingħajr ebda xkiel mhux tariffarju u intern (behind-the-borders), inklużi rekwiżiti regolatorji u ta' liċenzjar, standards asimmetriċi, impożizzjonijiet jew restrizzjonijiet teknoloġiċi, u regoli għal kondiviżjoni tal-infrastruttura (partikolarment għall-aħħar mil) li jiffavorixxu l-operaturi stabbiliti; li l-firmatarji tat-TiSA jirrispettaw il-prinċipju tal-aċċess għall-internet miftuħ u mhux diskriminatorju għall-fornituri tas-servizzi;

5.  biex jiġi evitat kwalunkwe impenn ġdid li jista' jimmina r-regolamenti tal-UE; biex jinżammu l-kompetenzi tar-regolaturi tal-UE; biex jitħares il-prinċipju tal-governanza miftuħa tal-internet; biex jiġi ggarantit li l-firmatarji kollha tat-TiSA jkollhom regolatur tat-telekomunikazzjonijiet indipendenti.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

1.12.2015

 

 

 

3.12.2015

OPINJONI tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Wim van de Camp

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jagħmel, fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi, ir-rakkomandazzjonijiet li ġejjin:

(i)  iżomm quddiem għajnejh l-importanza tas-servizzi tat-trasport, tat-turiżmu u tal-kunsinna għall-ekonomija u għall-okkupazzjoni Ewropej billi sidien il-bastimenti Ewropej jikkontrollaw 40% tal-flotta merkantili dinjija, li l-industrija tal-avjazzjoni żżomm għaddejjin 5 miljun impjieg u li l-industrija ferrovjarja Ewropea żżomm nofs il-produzzjoni dinjija tat-tagħmir u s-servizzi ferrovjarji u li t-trasport stradali jibqa' importanti għal-loġistika tal-UE; jirrikonoxxi l-potenzjal tas-servizzi ta' trasport li jirriduċu l-livell ta' qgħad fl-Ewropa; jirrikonoxxi l-impatt tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi fuq l-industrija tat-turiżmu;

(ii)  jiżgura li n-negozjati jikkunsidraw in-natura li qed tevolvi malajr fis-settur tat-trasport u l-importanza dejjem akbar tal-mezzi tat-trasport tal-ekonomija kollaborattiva fil-ħajja ta' kuljum tal-Ewropej;

(iii) jisħaq li l-leġiżlazzjoni tal-UE u tal-Istati Membri tagħti benefiċċji lill-ħaddiema, inklużi s-sigurtà u s-sikurezza; jissottolinja li dawk kollha li jagħtu s-servizzi fl-UE, kemm barranin kemm domestiċi, huma obbligati jottemperaw ma' din il-leġiżlazzjoni; jirrikonoxxi li l-kwalità tas-servizzi hi marbuta b'mod intrinsiku mal-kwalità tal-impjiegi u mal-ofsqa regolatorji fis-seħħ; iqis is-sostenibilità soċjali u ambjentali tal-ftehim; jevita distorsjonijiet inġusti tas-suq tax-xogħol filwaqt li jiggarantixxi r-rispett għall-jeddijiet soċjali eżistenti;

(iv)  iqis l-importanza tas-servizzi ta’ interess ġenerali fis-settur tat-trasport u l-obbligi tas-servizz pubbliku, kif ukoll il-kontribut li dan is-settur jagħmel għall-koeżjoni soċjali u territorjali;

(v)  isaħħaħ id-dispożizzjonijiet dwar id-drittijiet tal-passiġġieri fir-rigward tal-mezzi kollha tat-trasport biex il-Ftehim ikun ta’ benefiċċju wkoll għall-konsumaturi;

(vi)  ifittex, bħala mira fit-tul, standards ogħla ta' kwalità u ta' sikurezza għal servizzi ta' trasport, filwaqt li jitqassru l-ħinijet tat-trasport, biex b'hekk jitħeġġu il-prestazzjoni u l-innovazzjoni f'dan il-qasam;

(viii) jiżgura li n-negozjati jindirizzaw is-setturi tat-trasport u t-turiżmu f'mod sinifikanti u fi spirtu ta' reċiproċità; jippreserva l-ispazju tal-politiki ħalli jirrispondi għall-iżviluppi fis-setturi tat-trasport, postali u tal-couriers; jirrispetta l-prinċipju tan-non-diskriminazzjoni; jeskludi s-servizzi ta' trasport pubbliku mill-ftehim;

(viii) jieħu kont tal-esperjenzi negattivi ta' liberalizzazzjoni bħall-effetti ta' ħsara fuq il-kwalità tas-servizzi, il-kondizzjonijiet ta' xogħol u s-sigurtà u tas-sikurezza tat-trasport;

(ix)  jippromwovi n-negozjati dwar ir-regolament li jindirizza kwestjonijiet bħalma huma t-trasparenza, it-termini, is-smigħ xieraq, il-piżijiet mhux meħtieġa, in-non-diskriminazzjoni u r-rimedju, filwaqt li jissokta jitlob li l-kumpaniji barranin li jkunu jixtiequ joffru servizzi ta' trasport jew kunsinna fl-Unjoni Ewropea jottemperaw ruħhom mal-istandards regolatorji eżistenti tal-UE; jistieden lill-pajjiżi terzi biex jirreklamaw, permezz ta’ dokumenti ta’ informazzjoni speċifiċi, il-liġijiet tagħhom stess dwar din il-kwistjoni biex jitrawwem djalogu aktar sempliċi, u aktar effettiv;

(x)  jeskludi mill-applikazzjoni tat-TiSA s-servizzi kollha relatati mat-trasport pubbliku u mas-servizzi postali, fejn dawn tal-aħħar ikunu pubbliċi;

(xi)  jindirizza r-restrizzjonijiet imposti minn ċerti pajjiżi fir-rigward tal-proprjetà barranija u l-kontroll tal-linji tal-ajru kif ukoll id-drittijiet ta' kabotaġġ imposti minn ċerti pajjiżi; ifittex, bħala mira fit-tul, regoli vinkolanti tal-kummerċ internazzjonali għas-settur tal-avjazzjoni filwaqt li jirrikonoxxi r-responsabilità tal-Orgranizzazzjoni Internazzjonali tal-Avjazzjoni Ċivili għar-regolazzjoni ekonomika u tas-sigurtà; jesplora, fl-evenjent li l-imseħbin importanti tal-kummerċ ikunu riluttanti li jagħmlu progress sostanzjali, opzjonijiet oħrajn għalbiex ikun żgurat li t-trasportaturi Ewropej jiffaċċjaw kondizzjonijiet ġusti ta' konkorrenza;

(xii) ifakkar fir-rwol kruċjali tat-trasport marittimu fl-ekonomija dinjija, kemm bħala industrija fiha nnifisha kemm bħala faċilitatur tal-kummerċ internazzjonali; jippromwovi test ċar b'impenji f'saħħithom dwar l-iżgurar tal-aċċess għall-portijiet, kif ukoll l-aċċess għas-swieq u trattament nazzjonali għal servizzi ta' trasport marittimu internazzjonali;

(xiii) jaħtaf din l-opportunità ħalli jnaqqax il-leġiżlazzjoni u l-prattiki ta' bħalissa għat-trasport marittimu f'test internazzjonali vinkolanti li jipprevjeni li jiddaħħlu regoli protezzjonisti futuri mill-partijiet filwaqt li jiżgura l-konsistenza mal-istandards internazzjonali relevanti, bħalma huma dawk stabbiliti mill-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol;

(xiv) jindirizza jew ineħħi r-restrizzjonijiet kurrenti rigward servizzi tat-trasport marittimu u jistinka għal reċiproċità peress li l-kumpaniji tal-UE spiss huma mxekkla milli jaċċedu għal ċerti oqsma tas-swieq barranin li b'kuntrast huma miftuħa fl-UE għal kumpaniji barranin, pereżempju fis-settur tal-kummerċ marittimu għad-distanzi qosra u tal-kabotaġġ;

(xv)  jippreserva jeddijiet l-Istati Membri rigward ir-regolamenti nazzjonali eżistenti jew futuri u l-ftehimiet tat-trasport bit-triq bilaterali jew multilaterali, inkluż ir-rekwiżiti ta' permess ta' tranżitu;

(xvi) jopponi kwalunkwe impenji ta' aċċess għas-suq fir-rigward tat-trasport bit-triq, partikolarment fir-rigward tal-Mode 4, peress li jistgħu jwasslu għall-moviment tal-ħaddiema mill-konfini mingħajr ebda protezzjoni tal-impjieg u t-tnaqqis tal-leġiżlazzjoni tax-xogħol superjuri fil-pajjiżi ospitanti;

(xvii) jiżgura li l-aċċess akbar għas-swieq ta' pajjiżi terzi għas-servizzi ta' kunsinna ma jkunx ta' dannu għall-obbligi eżistenti ta' servizz universali fis-settur postali; jirrikonoxxi r-rwol vitali tas-servizzi postali universali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, ekonomika u territorjali; isaħħaħ dawn is-servizzi universali;

2.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' trasparenza li s'issa kien evidenti u l-fatt li l-Parlament ma kellux l-opportunità li jesprimi l-pożizzjoni tiegħu stess qabel ma l-Kunsill adotta l-mandat ta' negozjar tiegħu.

3.  Jistieden lill-Membri kollha tal-Parlament Ewropew jirċievu d-dokumentazzjoni kollha tan-negozjati dwar it-TiSA u jitlob li t-testi kollha tan-negozjati jsiru pubbliċi.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

3.12.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

14

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Luis de Grandes Pascual, Isabella De Monte, Jacqueline Foster, Bruno Gollnisch, Stelios Kouloglou, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Georg Mayer, Cláudia Monteiro de Aguiar, Markus Pieper, Tomasz Piotr Poręba, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Pavel Telička, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Fabio De Masi, Bas Eickhout, Markus Ferber, Maria Grapini, Karoline Graswander-Hainz, Werner Kuhn, Massimo Paolucci, Franck Proust, Olga Sehnalová, Patricija Šulin, Ruža Tomašić, Matthijs van Miltenburg

16.11.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Monika Vana

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jirrikonoxxi l-ħtieġa ta' aġġornament tad-dixxiplini antikwati eżistenti tal-GATS u tal-faċilitazzjoni tal-kummerċ f'servizzi ġodda; jirrikonoxxi l-valur tas-servizzi pubbliċi fl-UE u madwar id-dinja u jinnota li, skont il-Kummissjoni, it-tkabbir fl-impjiegi fl-UE bejn l-2013 u l-2025 se jkun xprunat mill-impjiegi fis-settur tas-servizzi, filwaqt li 90 % tal-impjiegi l-ġodda fl-UE se jkunu qed jinħolqu fis-setturi tas-servizzi, b'mod speċjali f'dawk b'ħiliet ogħla bħas-servizzi professjonali, is-servizzi kummerċjali u l-informatika; jinnota wkoll li s-servizzi jirrappreżentaw madwar 70 % tal-ekonomija tal-UE; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jirrispettaw l-objettivi tal-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali kif stabbiliti fl-Artikolu 174 tat-TFUE fil-kuntest tan-negozjati li għaddejjin bħalissa rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA);

2.  Itenni li l-forniment ta' servizzi fl-UE huwa bbażat fuq il-prinċipji ta' aċċess universali, kwalità, sikurezza, affordabilità u trattament ugwali li għandhom dejjem jiġu garantiti fil-bliet u r-reġjuni kollha; jemmen li dawn il-prinċipji ma għandhomx ikunu ristretti mit-TiSA; itenni l-importanza li s-servizzi pubbliċi ta' natura speċjali, bħas-settur tal-ilma, jinżammu taħt ir-responsabilità tal-Istati Membri sabiex jiġu evitati impatti negattivi possibbli fuq il-koeżjoni ekonomika, soċjali u territorjali;

3.  Ifakkar li l-politika ta' koeżjoni tal-UE hija l-għodda prinċipali ta' investiment tagħha, mhux biss biex tikseb l-objettivi tal-istrateġija Ewropa 2020, iżda wkoll biex tindirizza l-ħtiġijiet soċjoekonomiċi urġenti; jenfasizza li l-prinċipji u l-objettivi sottostanti tagħha iridu jkunu rispettati u msaħħa fil-kuntest tat-TiSA;

4.  Jemmen li l-liberalizzazzjoni tal-kummerċ fis-servizzi jista' jippromwovi t-tkabbir reġjonali permezz ta' żieda fl-opportunitajiet ta' investiment fil-livell reġjonali u lokali; itenni li din il-liberalizzazzjoni għandha tirrispetta l-mudell politiku, soċjali u kulturali tal-UE u l-prinċipji fundamentali minquxa fit-Trattati tal-UE;

5.  Jistieden lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, li taw lill-Kummissjoni l-mandat biex tinnegozja, biex jissorveljaw u jivvalutaw l-impatt tat-TiSA dwar il-koeżjoni u l-governanza lokali u reġjonali fl-UE, speċjalment matul il-proċess ta' negozjar; jistieden lill-Kummissjoni tiġbor u tagħmel disponibbli data komprensiva u komparabbli u tinkludi valutazzjonijiet tal-impatt territorjali; jitlob lill-Kummissjoni tqis, fil-kuntest tan-negozjati dwar it-TiSA, il-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali;

6.  Jenfasizza li t-TiSA m'għandux jirrestrinġi l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali, li huma responsabbli għal sehem kbir ta' investiment pubbliku fil-qafas tal-politika ta' koeżjoni tal-UE u li huma involuti wkoll b'mod attiv fil-forniment ta' servizzi pubbliċi ewlenin fit-territorju kollu, u lanqas m'għandu jnaqqas il-kapaċità tal-awtoritajiet reġjonali u lokali li jrawwmu l-iżvilupp lokali u reġjonali u li jħarsu l-interessi ġenerali taċ-ċittadini tagħhom; itenni li l-kompetenzi tal-Istati Membri u tal-awtoritajiet lokali u reġjonali jeħtiġilhom ma jiġux affettwati mit-TiSA u għandu jkollhom id-dritt li jirregolaw il-forniment tas-servizzi u jintroduċu atti legali ġodda fit-territorji tagħhom sabiex jilħqu l-objettivi tagħhom fil-qasam tal-politika pubblika; jittama li, matul in-negozjati, dawn il-kunsiderazzjonijiet se jitqiesu bl-għan li tiġi żgurata implimentazzjoni sħiħa tal-politika ta' koeżjoni sabiex b'hekk l-awtoritajiet reġjonali u lokali jkunu jistgħu jirrappreżentaw liberament l-interessi taċ-ċittadini tagħhom;

7.  Itenni l-importanza tas-servizzi pubbliċi u l-ħtieġa li jiġu rispettati l-kompetenzi tal-awtoritajiet lokali u reġjonali kif previst fit-Trattati u l-Protokoll 26 tagħhom, kif ukoll fid-dispożizzjonijiet dwar ir-regolazzjoni nazzjonali u l-akkwist pubbliku; jenfasizza li l-prerogattiva tagħhom li joħolqu servizzi pubbliċi ġodda fil-ġejjieni għandha tiġi rispettata wkoll; jilqa', għaldaqstant, il-fatt li l-Kummissjoni ddikjarat pubblikament u ripetutament li se teskludi s-servizzi pubbliċi min-negozjati dwar it-TiSA u jistieden, għaldaqstant, lill-Kummissjoni tiżgura li s-Servizzi ta' Interess Ġenerali eżistenti u ġodda, inklużi s-Servizzi ta' Interess Ekonomiku Ġenerali, jibqgħu barra mill-kamp ta' applikazzjoni tat-TiSA sabiex jiġi żgurat li l-awtoritajiet nazzjonali u – jekk ikun applikabbli – l-awtoritajiet lokali u reġjonali jżommu d-dritt sħiħ li jintroduċu, jadottaw, iżommu jew jirrevokaw kwalunkwe miżura rigward l-ikkummissjonar, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-forniment tas-servizzi pubbliċi, kif previst fit-Trattati; jemmen, barra minn hekk, li jeħtieġ li l-moviment ta' fornituri professjonali tas-servizzi jiġi regolat;

8.  Huwa tal-fehma li n-negozjati dwar it-TiSA qed isiru dejjem aktar importanti għall-ekonomija tal-UE; jenfasizza li n-negozjati dwar it-TiSA jistgħu jkunu opportunità għat-tisħiħ tal-kummerċ dinji bbażat fuq ir-regoli li jkun miftuħ u trasparenti, jirrispetta l-istandards tal-UE, b'mod partikolari fir-rigward tal-protezzjoni tad-data, u jżid ir-reċiproċità fl-aċċess għas-suq;

9.  Ifakkar li l-mudelli soċjali adottati mill-Istati Membri japplikaw mhux biss għall-obbligu rigward il-forniment, il-kontinwità u l-kwalità tas-servizzi pubbliċi, iżda wkoll għas-superviżjoni demokratika ta' dawn is-servizzi miċ-ċittadini; jistieden ,għaldaqstant, lill-Kummissjoni tkompli għaddejja b'konsultazzjoni pubblika sabiex l-awtoritajiet lokali u reġjonali – flimkien mas-sħab ekonomiċi u soċjali u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili – jiġu involuti u konsultati u sabiex il-fehmiet tagħhom jiġu inklużi fid-direttivi ta' negozjar fil-kuntest tan-negozjati dwar it-TiSA, minħabba r-rwol kruċjali tagħhom fir-regolamentazzjoni u l-forniment tas-servizzi pubbliċi, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi; jilqa', f'dan il-kuntest, l-istabbiliment mill-Kummissjoni ta' laqgħat ta' Djalogu tas-Soċjetà Ċivili u l-isforzi kontinwi biex il-pożizzjoni tal-UE fit-taħdidiet dwar il-TiSA ssir kemm jista' jkun trasparenti billi jsiru rapporti regolari dwar l-iżviluppi fil-proċess ta' negozjar.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

35

3

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Victor Boştinaru, Andrea Cozzolino, Rosa D’Amato, Michela Giuffrida, Anna Hedh, Krzysztof Hetman, Ivan Jakovčić, Andrew Lewer, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Younous Omarjee, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Julia Reid, Terry Reintke, Fernando Ruas, Monika Smolková, Maria Spyraki, Ruža Tomašić, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Andor Deli, Josu Juaristi Abaunz, Ivana Maletić, Jan Olbrycht, Demetris Papadakis, Tonino Picula, Claudia Schmidt, Hannu Takkula, Damiano Zoffoli, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg, Claudiu Ciprian Tănăsescu

24.11.2015

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Jan Philipp Albrecht

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

–  wara li kkunsidra d-direttivi ta' negozjati tal-Kunsill dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)(13),

A.  billi l-Unjoni hija marbuta mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (il-Karta), inkluż l-Artikolu 8 tagħha dwar id-dritt tal-protezzjoni tad-data personali, u l-Artikolu 16 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-istess dritt fundamentali, bħala pilastru ewlieni tad-dritt primarju tal-UE li jrid jiġi rrispettat bis-sħiħ mill-ftehimiet internazzjonali kollha;

B.  billi l-Unjoni hija marbuta mill-Artikolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), fost oħrajn, li tonora l-valuri tad-demokrazija u l-istat tad-dritt;

C.  billi l-Unjoni hija marbuta mill-Artikoli 20 u 21 tal-Karta li tonora l-prinċipji ta' ugwaljanza quddiem il-liġi u l-libertà mid-diskriminazzjoni;

D.  billi kemm l-Artikolu 1 kif ukoll l-Artikolu 10(3) tat-TUE jistipulaw li "d-deċiżjonijiet għandhom jittieħdu b'mod kemm jista' jkun miftuħ u qrib iċ-ċittadin"; billi t-trasparenza u d-djalogu miftuħ bejn is-sħab, inklużi ċ-ċittadini, huma tal-akbar importanza kemm matul in-negozjati kif ukoll waqt il-fażi ta' implimentazzjoni; billi l-Parlament jappoġġa l-appell tal-Ombudsman għal approċċ trasparenti;

E.  billi n-negozjati li għaddejjin bħalissa dwar il-ftehimiet kummerċjali internazzjonali, inkluż il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA), jirrigwardaw ukoll il-flussi ta' data internazzjonali, filwaqt li jeskludu b'mod sħiħ il-privatezza u l-protezzjoni tad-data, li se jiġu diskussi b'mod parallel;

F.  billi l-abbozz ta' test dwar il-kummerċ elettroniku mfassal mill-Istati Uniti biex jiġi integrat fit-TiSA jimmina r-regoli u s-salvagwardji tal-UE għat-trasferiment tad-data personali lil pajjiżi terzi; billi l-Parlament jirriserva d-dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu wara li jikkonsulta kwalunke proposta u abbozz ta' testi futuri tal-Ftehim TiSA;

1.  Jindirizza r-rakkomandazzjonijiet li ġejjin lill-Kummissjoni:

  (a)  li tiżgura li l-ftehim jiggarantixxi rispett sħiħ tal-istandards tad-drittijiet fundamentali tal-UE permezz tal-inklużjoni ta' klawsola legalment vinkolanti u sospensiva dwar id-drittijiet tal-bniedem bħala parti standard mill-ftehimiet kummerċjali tal-UE ma' pajjiżi terzi;

  (b)  li tinkorpora, bħala prijorità ewlenija, dispożizzjoni indipendenti u orizzontali li hija wkoll komprensiva u li ma tikkostitwixxi ebda ambigwità, abbażi tal-Artikolu XIV tal-Ftehim Ġenerali dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (GATS), li teżenta għalkollox il-qafas ġuridiku eżistenti u futur tal-UE għall-protezzjoni tad-data personali mill-ftehim, mingħajr ebda kundizzjoni li dan għandu jkun konsistenti ma' partijiet oħra tat-TiSA, u tiżgura li l-Ftehim ma' jipprekludix l-applikazzjoni ta' eċċezzjonijiet għall-forniment ta' servizzi li huma ġustifikabbli skont ir-regoli relevanti tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (l-Artikoli XIV u XIVbis tal-GATS);

  (c)  li tiżgura li d-data personali tista' tiġi trasferita 'l barra mill-Unjoni biss jekk jiġu rispettati d-dispożizzjonijiet dwar it-trasferimenti f'pajjiżi terzi li jinsabu fil-liġijiet rigward il-protezzjoni tad-data tal-UE; li tinnegozja dwar dispożizzjonijiet li jirrigwardaw il-fluss ta' data personali, dejjem jekk tkun garantita u osservata l-applikazzjoni sħiħa tar-regoli tal-UE dwar il-protezzjoni tad-data;

  (d)  li topponi ruħha għad-dispożizzjonijiet fir-rigward tal-protezzjoni tad-data personali li jinsabu fl-abbozz ta' kapitlu dwar il-kummerċ elettroniku li l-Istati Uniti qed jipproponu li jintegraw fil-Ftehim TiSA;

  (e)  li żżomm f'moħħha li r-regoli tal-UE dwar it-trasferiment tad-data personali jistgħu jipprojbixxu l-ipproċessar ta' din id-data f'pajjiżi terzi jekk dawn ma jilħqux l-istandard ta' adegwatezza tal-UE; li tinsisti li kwalunkwe rekwiżit għal-lokalizzazzjoni tat-tagħmir u l-istabbilimenti użati fl-ipproċessar tad-data jkun konformi mar-regoli tal-UE fir-rigward tat-trasferimenti tad-data; li tikkoopera ma' pajjiżi terzi fil-kuntesti xierqa bil-għan li jiġu adottati standards għoljin għall-protezzjoni tad-data madwar id-dinja;

  (f)  li turi rispett sħiħ lejn il-ħtieġa għat-trasparenza u r-responsabilità fin-negozjati tul il-proċess sħiħ, u tonora l-obbligu tagħha skont l-Artikolu 218(10) TFUE, li n-natura statutorja tiegħu ġiet ikkonfermata f'deċiżjoni reċenti tal-Qorti tal-Ġustizzja(14), li żżomm lill-Parlament informat sew fuq bażi immedjata fl-istadji kollha tan-negozjati; li tiżgura l-aċċess tal-pubbliku għad-dokumenti tan-negozjati relevanti mill-partijiet kollha, bl-eċċezzjoni ta' dawk li għandhom jiġu kklassifikati b'ġustifikazzjoni ċara fuq bażi ta' każ b'każ, b'ġustifikazzjoni pubblika ta' kemm l-aċċess għall-partijiet mhux żvelati tad-dokument ikkonċernat x'aktarx jimmina b'mod speċifiku u reali l-interessi protetti mill-eċċezzjonijiet, f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni(15); li tiżgura li l-ftehim bl-ebda mod m'għandu jdgħajjef il-liġijiet tal-UE jew tal-Istati Membri tagħha fir-rigward tal-aċċess pubbliku għal dokumenti uffiċjali;

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

23.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

43

13

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Malin Björk, Michał Boni, Caterina Chinnici, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Ana Gomes, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Filiz Hyusmenova, Sophia in ‘t Veld, Iliana Iotova, Eva Joly, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Marju Lauristin, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Vicky Maeijer, Barbara Matera, Roberta Metsola, Louis Michel, József Nagy, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Helga Stevens, Traian Ungureanu, Marie-Christine Vergiat, Harald Vilimsky, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Pál Csáky, Miriam Dalli, Daniel Dalton, Petra Kammerevert, Ska Keller, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Salvatore Domenico Pogliese, Josep-Maria Terricabras, Axel Voss

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Clara Eugenia Aguilera García, Rosa Estaràs Ferragut, Eleonora Evi, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Michela Giuffrida, Daniel Hannan, Jude Kirton-Darling, Edouard Martin, Julia Pitera, Jarosław Wałęsa

18.11.2015

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali

dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati rigward il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA)

(2015/2233(INI))

Rapporteur: Monika Vana

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

A.  billi, minkejja li l-impatt li jkollhom il-ftehimiet kummerċjali fuq in-nisa huwa differenti minn dak li jkollhom fuq l-irġiel minħabba l-inugwaljanzi bejn is-sessi li jeżistu f'ċerti setturi, il-konsultazzjoni pubblika dwar il-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) m'għamlet ebda referenza għall-ħtieġa li tingħata aktar attenzjoni lill-integrazzjoni ta' kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi, u jeżisti nuqqas ta' kunsens dwar kif jiġu integrati l-kwistjonijiet ta' ugwaljanza bejn is-sessi fil-kummerċ, u d-dimensjoni tal-ġeneru attwalment hija integrata fil-politiki u l-ftehimiet ta' kummerċ b'mod limitat biss; billi l-konsegwenzi speċifiċi għall-ġeneri tal-liberalizzazzjoni tal-kummerċ li għaddejja bħalissa għad iridu jiġu investigati bis-sħiħ;

B.  billi s-suċċess tal-politika kummerċjali għandu jiġi ġġudikat skont jekk din għandhiex l-istess impatt pożittiv kemm fuq in-nisa kif ukoll fuq l-irġiel, u għaldaqstant għandhom jiġu studjati, analizzati u identifikati, mill-istadji preliminari, id-diversi effetti kumplessi fuq il-ġeneri; jinnota li l-prinċipju ta' prekawzjoni għandu jservi bħala bażi f'dan il-każ ukoll;

C.  billi r-relazzjonijiet bejn is-sessi jinfluwenzaw l-attivitajiet u l-proċessi ekonomiċi kollha u huma riflessi fi kwistjonijiet marbuta max-xogħol, l-impjieg u s-salarji; billi n-nisa għadhom qed jiġu diskriminati fil-livell strutturali, u d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa, pereżempju, għadha teżisti fl-irkejjen kollha tad-dinja; billi d-differenza bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa tintuża wkoll bħala vantaġġ kompetittiv, iżda għandu jitwettaq ftehim kummerċjali biex ixejjen din id-differenza;

D.  billi l-Parlament ma kellux il-possibilità li jesprimi l-pożizzjoni tiegħu qabel ma l-Kunsill adotta mandat ta' nnegozjar għall-Ftehim dwar il-Kummerċ fis-Servizzi (TiSA) u fl-4 ta' Lulju 2013 ivvota għal mozzjoni għal riżoluzzjoni biex jesprimi l-pożizzjoni tiegħu dwar il-mandat ta' nnegozjar għat-TiSA;

E.  billi n-nisa fid-dinja jbatu b'mod partikolari mill-effetti tat-tibdil fil-klima u, b'konsegwenza ta' dan, xi wħud minnhom ikollhom jabbandunaw djarhom; jinnota li l-politika kummerċjali għandha tipprova tipprevjeni dan milli jseħħ, u għaldaqstant għandha titfassal b'kont meħud tas-sostenibilità ambjentali;

F.  billi numru ta' nisa ogħla mill-medja huma impjegati fis-servizz pubbliku jew fis-settur tas-servizz pubbliku u, bħala utenti ta' dawn is-servizzi, huma aktar dipendenti mill-irġiel fuq servizzi pubbliċi ta' kwalità għolja, bi prezz li jista' jintlaħaq, li jinsabu f'post konvenjenti u li jitmexxew mid-domanda, b'mod partikolari fir-rigward ta' servizzi soċjali bħat-tħaris tat-tfal u l-kura tal-anzjani; billi, minħabba r-restrizzjonijiet u t-tnaqqis fis-servizzi pubbliċi, kif ukoll iż-żidiet fil-prezzijiet, teżisti t-tendenza li r-responsabilità għal dawn is-servizzi tingħata lil nisa mhux imħallsa li, b'riżultat ta' dan, ma jistgħux jiddedikaw ruħhom għal impjieg li jista' jiġi assigurat jew jistgħu jiġu impjegati b'assigurazzjoni biss fuq bażi part-time;

G.  billi restrizzjoni jew tnaqqis fis-servizzi u l-prestazzjonijiet pubbliċi ġeneralment jissarrfu fi spejjeż u riskji marbuta max-xogħol li jaqgħu fuq ħaddiema mhux imħallsa li jipprovdu l-kura u fuq l-ekonomija domestika, li primarjament hija femminili, u konsegwentement jagħmluha aktar diffiċli biex tintlaħaq l-ugwaljanza bejn is-sessi;

H.  billi, għalkemm it-TiSA jaf jikkostitwixxi opportunità għal tkabbir sostenibbli, dan għandu jħeġġeġ ukoll l-iskambju tal-aħjar prattiki u jippromwovi l-konformità ma' standards ogħla tad-drittijiet tal-bniedem għall-partijiet ikkonċernati kollha; billi t-TiSA għandu, bħala tali, itejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi u m'għandu bl-ebda mod idgħajjef il-progress li kisbu l-UE u l-Istati Membri tagħha f'dan il-qasam;

I.  billi t-TiSA huwa maħsub biex jistabbilixxi mudell ġdid għall-kummerċ globali, b'51 parteċipant li jirrappreżentaw 70 % tal-kummerċ dinji fis-settur tas-servizzi, u huwa kruċjali li kwalunkwe arranġament kummerċjali globali ġdid itejjeb l-ugwaljanza bejn is-sessi;

1.  Jenfasizza li r-rispett għall-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea huwa rekwiżit ġuridiku vinkolanti li l-Kummissjoni għandha timplimenta, fost affarijiet oħra, permezz ta' valutazzjonijiet tal-impatt għas-sostenibilità; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Kummissjoni tinkludi indikaturi speċifiċi għas-sessi u twettaq valutazzjoni tal-impatt speċifiku għall-ġeneru, diżaggregata skont l-età u l-fatturi soċjoekonomiċi u li tirrifletti r-rwoli differenti tan-nisa, bil-għan li jiġi ggarantit li l-UE tirrispetta u tippromwovi d-drittijiet tan-nisa b'mod li ħadd ma jkun jista' jmaqdar;

2.  Jisħaq li l-UE hija obbligata li tiżgura livell għoli ta' protezzjoni għad-drittijiet tal-bniedem, tax-xogħol u tal-konsumatur, għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi, u għall-istandards soċjali u ambjentali; jemmen li dawn il-valuri għandhom jiggwidaw il-kummerċ transnazzjonali u nazzjonali, inklużi ftehimiet kummerċjali bħat-TiSA li għandu jintuża wkoll bħala mezz biex dawn l-objettivi jiġu appoġġjati b'mod attiv;

3.  Jemmen li l-Kummissjoni għandha timmonitorja u, tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tat-TiSA, tevalwa l-impatt tal-ftehim fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi bejn l-irġiel u n-nisa u fuq ir-rispett għad-drittijiet fundamentali tal-bniedem;

4.  Iqis madankollu li l-Istati Membri kollha firmatarji tat-TiSA għandhom jimpenjaw ruħhom biex jiżguraw ir-rispett tal-ugwaljanza bejn is-sessi u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, anki fir-rigward tal-liberalizzazzjoni u l-ftuħ tas-swieq nazzjonali u lokali;

5.  Jisħaq fuq il-ħtieġa li tiġi żgurata l-akbar trasparenza possibbli tat-testi rilevanti u, fejn xieraq, tiġi żgurata l-kwalità tan-negozjati li jkunu għaddejjin;

6.  Jiddispjaċih li n-nisa mhumiex rappreżentati biżżejjed fis-settur tal-kummerċ Ewropew u fir-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi, u li ftit li xejn tingħata attenzjoni biex jiġi żgurat li l-irġiel u n-nisa jingħataw opportunitajiet indaqs biex ikollhom aċċess għas-servizzi;

7.  Jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Kunsill ma stenniex l-opinjoni tal-Parlament qabel ma ta l-mandat, u jqis li din hija opportunità mitlufa biex in-negozjati jsiru għalkollox demokratiċi u biex jiġu involuti dawk li mill-bidu nett jaf jintlaqtu l-aktar mit-TiSA, pereżempju n-nisa;

8.  Jistieden lill-Kummissjoni żżomm u żżid il-koerenza politika bejn politiki differenti iżda marbutin ma' xulxin, bħalma huma l-kummerċ, l-iżvilupp, l-impjieg, il-migrazzjoni u l-ugwaljanza bejn is-sessi, u biex tinkludi l-impatt fuq id-drittijiet tan-nisa u l-bniet, it-tisħiħ tal-pożizzjoni tagħhom, kif ukoll id-dritt għas-saħħa, l-edukazzjoni, l-impjieg, l-ikel u l-ilma; jistieden lill-Kummissjoni tinkludi dawn il-kunsiderazzjonijiet fil-valutazzjonijiet tal-impatt tagħha biex tevita kwalunkwe impatt negattiv mit-TiSA, jew minn interazzjonijiet bejn diversi ftehimiet kummerċjali;

9.  Jirrakkomanda bil-qawwa li l-UE teżerċita r-rieda politika tagħha sabiex tiżgura li l-awtoritajiet Ewropej, nazzjonali u lokali jkollhom il-fakultà sħiħa li jintroduċu, jadottaw, iżommu jew jirrevokaw kwalunkwe miżura rigward l-ikkummissjonar, l-organizzazzjoni, il-finanzjament u l-forniment tas-servizzi pubbliċi, u teskludi b'mod partikolari s-servizzi soċjali kollha, dawk iffinanzjati minn fondi pubbliċi kif ukoll privati, mill-kamp ta' applikazzjoni tat-TiSA, u tinkludi klawsola ta' riferiment ("gold-standard clause") għal dawn is-servizzi sabiex tħares il-kwalità tagħhom; jisħaq, f'dan ir-rigward, fuq l-importanza tal-edukazzjoni u s-saħħa, u li l-aċċess tan-nisa u l-bniet għal dawn is-servizzi jiġi żgurat f'kull ħin;

10.  Jinsab imħasseb li l-impatt tat-TiSA jaf ikun ippreġudikat f'dak li għandu x'jaqsam mas-sessi; ifakkar, f'dan il-kuntest, fl-importanza li jiġi żgurat bilanċ bejn is-sessi fit-timijiet tan-negozjati u, jekk meħtieġ, li jiġu previsti miżuri li jqisu l-kwistjonijiet relatati mas-sessi fl-Istati Membri meta jkun qed jiġi implimentat it-TiSA;

11.  Jappella għall-inklużjoni ta' klawsola dwar id-drittijiet tal-bniedem fit-TiSA li tinkludi l-ugwaljanza bejn is-sessi, bil-għan li tiġi ggarantita l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniet u n-nisa u l-parteċipazzjoni tagħhom fil-kummerċ u s-servizzi, kif ukoll l-inklużjoni ta' indikaturi xierqa biex jiġi żgurat li l-ugwaljanza bejn is-sessi tkun iggarantita meta jiġi implimentat it-TiSA

12.  Jitlob lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jiġbru statistika diżaggregata skont is-sess biex jivvalutaw aħjar l-impatt tal-politiki u l-ftehimiet kummerċjali fuq l-ugwaljanza bejn is-sessi, u jimplimentaw miżuri ta' diskriminazzjoni pożittiva;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni tiggarantixxi li kriterji ekoloġiċi u soċjali, inkluż il-kriterju tal-ugwaljanza bejn is-sessi, ikunu jistgħu jiġu applikati fl-għoti ta' kuntratti ta' akkwist pubbliku;

14.  Jitlob lill-Kummissjoni tiżgura li meta t-TiSA jindirizza s-servizzi tal-ICT, dan ikun kompatibbli maż-żieda fir-rappreżentanza tan-nisa fis-settur;

15.  Jitlob li jitkomplew u li jiżdiedu, f'konformità mar-rakkomandazzjonijiet tal-Ombudsman Ewropew dwar it-TTIP, l-isforzi li għaddejjin biex tiżdied it-trasparenza fin-negozjati billi d-dokumenti kollha rilevanti għat-TiSA jiġu ppubblikati minnufih, inklużi l-proposti tan-negozjati, b'mod speċjali t-testi tan-negozjati kkonsolidati; iħeġġeġ biex jissaħħaħ l-impenn kontinwu u trasparenti mal-parlamenti nazzjonali u l-ministeri rilevanti kollha fil-livell tal-Istati Membri; jappella biex il-partijiet ikkonċernati kollha, inklużi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, speċjalment l-organizzazzjonijiet tan-nisa, u s-sħab soċjali Ewropej, jitħallew jipparteċipaw fil-proċess tan-negozjati;

16.  Iqis li huwa kruċjali li l-ftehim jinkludi klawsola li tippermetti lill-pajjiżi jreġġgħu lura l-liberalizzazzjoni tas-servizzi, speċjalment f'każ li l-liberalizzazzjoni jkollha effetti negattivi fuq in-nisa; jitlob, għaldaqstant, li tiġi stabbilita lista pożittiva u li l-klawsoli ta' sospensjoni ("standstill clauses") u l-klawsoli ta' aġġustament predefinit ("ratchet clauses") jiġu esklużi mill-ftehim.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

12.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

9

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Catherine Bearder, Beatriz Becerra Basterrechea, Malin Björk, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Anna Hedh, Teresa Jiménez-Becerril Barrio, Angelika Mlinar, Maria Noichl, Margot Parker, Terry Reintke, Liliana Rodrigues, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Jadwiga Wiśniewska, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Inés Ayala Sender, Stefan Eck, Eleonora Forenza, Mariya Gabriel, Constance Le Grip, Elly Schlein, Branislav Škripek, Dubravka Šuica, Monika Vana

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Seb Dance, Davor Ivo Stier, Claudiu Ciprian Tănăsescu

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

18.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

6

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

William (The Earl of) Dartmouth, Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Marielle de Sarnez, Santiago Fisas Ayxelà, Christofer Fjellner, Karoline Graswander-Hainz, Yannick Jadot, Ska Keller, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Marine Le Pen, David Martin, Emma McClarkin, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franz Obermayr, Artis Pabriks, Franck Proust, Viviane Reding, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Hannu Takkula, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Bendt Bendtsen, Klaus Buchner, Edouard Ferrand, Seán Kelly, Sander Loones, Bolesław G. Piecha, Lola Sánchez Caldentey, Ramon Tremosa i Balcells, Marita Ulvskog, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dalton, Andrew Lewer

(1)

https://www.wto.org/english/docs_e/legal_e/26-gats_01_e.htm

(2)

TN/S/36

(3)

http://eeas.europa.eu/delegations/wto/press_corner/all_news/news/2012/20120705_advancing_negotiations_services.htm

(4)

http://www.consilium.europa.eu/en/press/press-releases/2015/03/150310-trade-services-agreement-negotiating-mandate-made-public/

(5)

Testi adottati, P7_TA(2013)0325.

(6)

http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/july/tradoc_152702.pdf

(7)

http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2014/july/tradoc_152702.pdf

(8)

http://trade.ec.europa.eu/doclib/press/index.cfm?id=1254

(9)

http://trade.ec.europa.eu/doclib/docs/2015/march/tradoc_153264.pdf

(10)

ĠU C 61 E, 10.3.2004, p. 289.

(11)

Testi adottati, P7_TA(2013)0325.

(12)

ĠU L 338, 12.12.2012, p. 37.

(13)

Dokument tal-Kunsill 6891/13 ADD 1.

(14)

Kawża C-658/11 il-Parlament v il-Kunsill, sentenza tal-24 ta' Ġunju 2014.

(15)

ĠU L 145, 31.5.2001, p. 43.

Avviż legali