Proċedura : 2015/0244(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0025/2016

Testi mressqa :

A8-0025/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 25/02/2016 - 7.2

Testi adottati :

P8_TA(2016)0053

RAPPORT     *
PDF 574kWORD 76k
4.2.2016
PE 572.848v02-00 A8-0025/2016

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet

(COM(2015)0518 – C8-0370/2015 – 2015/0244(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Cora van Nieuwenhuizen

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea, tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet

(COM(2015)0518 – C8-0370/2015 – 2015/0244(NLE))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill (COM(2015)0518),

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Protokoll ta' emenda, għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika ta' San Marino li jipprovdi miżuri ekwivalenti għal dawk stabbiliti fid-Direttiva tal-Kunsill 2003/48/KE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil taħt forma ta' ħlas ta' mgħaxijiet (13448/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 kif ukoll l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (b) u l-paragrafu (8), it-tieni subparagrafu, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0370/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 59 u 108(7), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji (A8-0025/2016),

1.  Japprova l-konklużjoni tal-Protokoll ta' Emenda għall-Ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika ta' San Marino.

NOTA SPJEGATTIVA

L-Unjoni Ewropea u San Marino ffirmaw ftehim fit-8 ta' Diċembru 2015 dwar l-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar kontijiet finanzjarji, bl-għan li jtejbu l-kooperazzjoni u l-konformità internazzjonali fil-qassam tat-taxxa.

Il-ftehim jirrappreżenta pass importanti fl-isforzi kontinwi għat-trażżin tal-frodi u l-evażjoni tat-taxxa u jaġġorna l-ftehim tal-2004 li żgura li San Marino applika miżuri ekwivalenti għal dawk fid-Direttiva tal-UE dwar it-tassazzjoni fuq id-dħul mit-tfaddil

Skont il-ftehim il-ġdid, l-UE u San Marino se jagħmlu skambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar il-kontijiet finanzjarji tar-residenti ta' xulxin, mill-2017. L-għan huwa li jiġu indirizzati sitwazzjonijiet li fihom kontribwent jipprova jaħbi kapital li jirrappreżenta dħul jew assi li ma tħallsux taxxi fir-rigward tagħhom.

Il-ftehim għandu l-għan li jiżgura li San Marino japplika miżuri msaħħa li jkunu ekwivaleni għall-qafas ġuridiku tal-UE, kif aġġornat f'Diċembru 2014 (li jemenda d-Direttiva dwar il-Kooperazzjoni Amministrattiva, "DAC2") u li jikkonformaw mal-proċeduri għall-iskambju awtomatiku ta' informazzjoni dwar il-kontjiet finanzjarji promoss mill-istandard globali tal-OECD tal-2014.

B'konformità mal-istandard tal-OECD, dispożizzjonijiet oħra għandhom l-għan li jiżguraw li l-informazzjoni skambjata tikkonċerna mhux biss dħul bħal imgħax u dividendi, iżda anke bilanċji tal-kontijiet u qligħ mill-bejgħ ta' assi finanzjarji. Skont il-ftehim il-ġdid, għandu jiġi pprovdut ukoll skambju ta' informazzjoni bla kundizzjoni fuq talba, b'konformità mal-aħħar żviluppi tal-ħidma tal-OECD u tal-UE f'dan il-qasam.

B'riżultat tal-ftehim il-ġdid, l-amministrazzjonijiet tat-taxxa fl-Istati Membri u f'San Marino jkunu jistgħu:

- jidentifikaw korrettament u bla ekwivoċi l-kontribwenti kkonċernati;

- jamministraw u jinfurzaw il-liġijiet tat-taxxa tagħhom f'sitwazzjonijiet transfruntieri;

- jivvalutaw il-probabbiltà li ssir evażjoni tat-taxxa;

- jevitaw investigazzjonijiet ulterjuri bla bżonn.

Ir-rapporteur tilqa' u tappoġġa l-ftehim bis-sħiħ.

L-UE u San Marino qablu li l-ftehim ikollu dħul fis-seħħ proviżorju fl-1 ta' Jannar 2016, sakemm jitlestew il-proċeduri interni rispettivi tagħhom għad-dħul fis-seħħ formali tiegħu, u r-rapporteur tħeġġeġ bil-qawwa biex il-ftehim jiġi konkluż u rratifikat mill-aktar fis possibbli wara dan sabiex il-fażi tranżitorja tinżamm qasira kemm jista' jkun.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

10.9.2015

Data tal-adozzjoni

3.2.2016

 

 

 

Avviż legali