Proċedura : 2015/2060(INI)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0027/2016

Testi mressqa :

A8-0027/2016

Dibattiti :

PV 11/04/2016 - 22
CRE 11/04/2016 - 22

Votazzjonijiet :

PV 12/04/2016 - 5.15
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0108

RAPPORT     
PDF 621kWORD 179k
17.3.2016
PE 567.475v01-00 A8-0027/2016

dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji

(2015/2060(INI))

Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Rapporteur: Sylvie Goulard

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji

(2015/2060(INI))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-prinċipju tal-kooperazzjoni leali bejn l-Unjoni u l-Istati Membri previst fl-Artikolu 4(3) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE),

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 121 u 138 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll Nru 14 tat-TFUE dwar il-Grupp tal-Euro,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-20 ta' Ottubru 2010 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar it-titjib tal-governanza ekonomika u tal-qafas ta' stabilità tal-Unjoni, b'mod partikolari fiż-żona tal-euro(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Mejju 2011 dwar l-UE bħala attur globali: ir-rwol tagħha fl-ambitu tal-organizzazzjonijiet multilaterali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar il-governanza ekonomika globali(3),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-24 ta' Ġunju 2015 dwar ir-rieżami tal-qafas ta' governanza ekonomika: analiżi u sfidi(4),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-9 ta' Lulju 2015 dwar il-bini ta' Unjoni tas-Swieq Kapitali(5),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-25 ta' Frar 2009 tal-Grupp ta' Livell Għoli dwar is-Superviżjoni Finanzjarja fl-UE (ir-rapport de Larosière),

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Ħames Presidenti ta' Ġunju 2015 li appella għall-konsolidazzjoni tar-rappreżentanza esterna tal-euro,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali (A8-0027/2016),

A.  billi l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, li hija essenzjali għall-allokazzjoni effikaċi tar-riżorsi għat-tkabbir u l-impjiegi, hija beni pubbliku dinji;

B.  billi l-interdipendenza li qed tiżdied bejn l-ekonomiji madwar id-dinja toħloq il-ħtieġa ta' bidla lejn forom ta' governanza dejjem aktar globali;

C.  billi jekk l-UE ma tkunx kapaċi titkellem b'vuċi waħda f'istituzzjonijiet/korpi internazzjonali, il-vuċijiet Ewropej kollha għandhom ikunu kkoordinati biex il-governanza globali tissawwar skont l-objettivi u l-valuri tat-trattati tal-UE;

D.  billi l-UE għandha tikkontribwixxi għall-ħolqien ta' qafas demokratiku sabiex tlaħħaq mal-isfidi globali;

E.  billi l-kooperazzjoni globali tista' twassal għal dilwizzjoni tar-responsabbiltajiet u nuqqas ta' responsabbiltà askapitu tad-demokrazija; billi l-parlamenti nazzjonali u l-Parlament Ewropew m'għandhomx jiġu ridotti għal rwol ta' sempliċi approvazzjoni iżda jridu jiġu inkorporati, b'mod attiv u komprensiv, fil-proċess kollu tat-teħid ta' deċiżjonijiet;

F.  billi l-istituzzjonijiet/il-korpi internazzjonali eżistenti, bl-istrutturi ta' governanza u l-oqsma ta' kompetenza partikolari tagħhom, inħolqu b'risposta għal sitwazzjonijiet speċifiċi differenti tul l-istorja; billi dan wassal għal kumplessità, u xi kultant għal duplikazzjoni tal-kompiti, u għal sistema li tista' tkun opaka u nieqsa minn koordinazzjoni ġenerali;

G.  billi l-Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u r-Regolament (KE) Nru 1049/2001(6), skont liema ċ-ċittadini tal-Unjoni għandhom id-dritt ta' aċċess għad-dokumenti, għandhom japplikaw għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li jipparteċipaw f'organizzazzjonijiet/korpi internazzjonali;

H.  billi t-Trattati jiddisponu li kull ċittadin tal-Unjoni, u kull persuna fiżika jew ġuridika li tirrisjedi jew li jkollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fi Stat Membru, għandu d-dritt ta' aċċess għad-dokumenti tal-istituzzjonijiet, il-korpi u l-organi tal-Unjoni, ikun xi jkun il-mezz tagħhom (Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali); billi l-istess livell ta' trasparenza għandu japplika għall-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li jipparteċipaw f'organizzazzjonijiet u fora internazzjonali, speċjalment meta jiġu stabbiliti regoli li jaffettwaw liċ-ċittadini tal-UE;

I.   billi d-diversità tal-istrutturi ġuridiċi u l-proċeduri finanzjarji u operattivi tal-organizzazzjonijiet/korpi ekonomiċi internazzjonali(7) tagħmilha diffiċli li jsir monitoraġġ ġenerali, għalkemm il-konsistenza fil-proċeduri finanzjarji u operattivi hija fundamentali biex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fil-livell internazzjonali; billi l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI) u l-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni u l-Iżvilupp Ekonomiċi (OECD) huma organizzazzjonijiet internazzjonali ġenwini, stabbiliti permezz ta' konvenzjonijiet, b'kompożizzjoni u kompiti wiesa', filwaqt li l-G20, il-Bord għall-Istabilità Finanzjarja (FSB) u l-Kumitat ta' Basel, pereżempju, huma fost il-korpi pubbliċi informali bi sħubija limitata, li wħud minnhom ibbenefikaw minn impetu ġdid wara l-kriżi, u l-Organizzazzjoni Internazzjonali tal-Kummissjonijiet tat-Titoli (IOSCO), l-Assoċjazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Assigurazzjoni (IAIS), l-Organizzazzjoni Internazzjonali tas-Superviżuri tal-Pensjonijiet (IOPS) u l-Bord dwar l-Istandards Internazzjonali tal-Kontabbiltà (IASB) huma assoċjazzjonijiet privati ta' natura teknika u settorjali li jinvolvu, min aktar u min inqas, lis-setturi kkonċernati;

J.  billi diġà qed iseħħu għadd ta' skambji informali bejn il-Parlament Ewropew u wħud minn dawn l-organizzazzjonijiet/korpi, iżda dawn mhumiex sistematiċi;

K.  billi t-trasparenza hija importanti għad-demokrazija, filwaqt li l-protezzjoni ta' informazzjoni sensittiva għas-suq trid titqies kif xieraq;

L.   billi l-kriżi wasslet lill-G20 biex jistabbilixxi aġenda globali li tiffoka fuq sett effikaċi ta' riformi speċifiċi, filwaqt li fuq perjodu twil ta' żmien qafas multilaterali u demokratiku ġenwin huwa essenzjali għal-leġittimità tiegħu;

M.  billi r-rwoli rispettivi tal-banek u tas-swieq fil-finanzjament tal-ekonomija jvarjaw minn pajjiż għal ieħor;

N.  billi l-kriżi ekonomika u finanzjarja li bdiet fl-2008 enfasizzat nuqqas impressjonanti ta' governanza ekonomika u finanzjarja fid-dinja; billi għadd kbir ta' kwistjonijiet makroekonomiċi jeħtieġu koordinazzjoni akbar, partikolarment fir-rigward ta' kwistjonijiet ta' taxxa; billi, għaldaqstant, l-għan komuni tal-partijiet ikkonċernati kollha għandu jkun li jfasslu qafas komprensiv li jipprovdi stabbiltà finanzjarja, u li jiżguraw konsistenza bejn il-livell globali u dak lokali;

O.  billi l-ħolqien ta' korpi superviżorji ġodda tal-UE m'għandux jimplika awtomatikament żieda fl-għadd ta' rappreżentanti tal-UE, li jista' jkollha effetti mhux demokratiċi, bħal probabbiltà akbar ta' mblukkar tal-minoranzi u ansjetà fost is-sħab tal-UE;

P.  billi l-FMI ddeċieda li jinkludi r-renminbi fil-basket ta' muniti li jikkostitwixxu d-Dritt Speċjali ta' Prelevament tal-FMI; billi dan irriżulta fi tnaqqis tal-piż kemm tal-euro kif ukoll tal-lira sterlina, iżda ma rriżulta fl-ebda bidla fil-piż tad-dollaru Amerikan; billi dan jenfasizza l-ħtieġa ta' vuċi Ewropea aktar b'saħħitha;

1.   Jenfasizza l-ħtieġa ta' kooperazzjoni regolatorja internazzjonali msaħħa, b'involviment qawwi tal-PE;

2.   Huwa preokkupat dwar in-nuqqas ta' koerenza kkawżat mill-frammentazzjoni u d-diversità tad-diversi organizzazzjonijiet/korpi u dwar id-dewmien fl-implimentazzjoni rigward ir-regoli u l-orjentazzjonijiet miftiehma f'livell internazzjonali;

3.   Jitlob kjarifika fir-rigward tal-qasam ta' kompetenza ta' kull organizzazzjoni/korp u tal-modi kif dawn joperaw u jiġu ffinanzjati, inklużi kontribuzzjonijiet volontarji, rigali u donazzjonijiet, sabiex ikun żgurat li ma jkunx hemm interessi personali u tkun żgurata l-legalità tad-deċiżjonijiet;

4.   Jitlob koerenza u koordinazzjoni aħjar tal-politika fost l-istituzzjonijiet globali permezz tal-introduzzjoni ta' standards komprensivi ta' leġittimità demokratika, trasparenza, responsabbiltà u integrità; iqis li dan għandu jikkonċerna, inter alia:

- ir-relazzjonijiet mal-pubbliku (pereżempju l-aċċess pubbliku għad-dokumenti, djalogu miftuħ mad-diversi partijiet ikkonċernati, l-istabbiliment ta' reġistri ta' trasparenza mandatorji u regoli dwar it-trasparenza tal-laqgħat tal-lobbies);

- ir-regoli interni (pereżempju riżorsi umani bbażati fuq il-ħiliet, il-ġestjoni finanzjarja tajba, il-prevenzjoni ta' kunflitti ta' interess);

5.   Iqis li s-sottorappreżentanza tal-pajjiżi l-anqas żviluppati fil-parti l-kbira tal-istituzzjonijiet u l-korpi finanzjarji, monetarji u regolatorji internazzjonali qed toħloq żbilanċ u li, b'konsegwenza, hemm ir-riskju li l-kwistjonijiet marbuta mal-inugwaljanzi jew mal-finanzjament tal-pajjiżi l-aktar foqra ma jiġux indirizzati kif suppost;

6   Iqis li, minbarra d-disparità ġeografika fir-rappreżentanza, hemm ukoll ċerti setturi – b'mod partikolari s-soċjetà ċivili, l-SMEs, ir-rappreżentanti tal-konsumatur u r-rappreżentanti tal-impjegati – li l-involviment tagħhom fil-proċess ta' konsultazzjoni jista' jittejjeb fid-diskussjonijiet internazzjonali li jirrigwardaw il-korpi finanzjarji, monetarji u regolatorji; iqis li huwa d-dmir ta' dawk il-korpi u s-setturi li jaħdmu biex is-sitwazzjoni tittejjeb;

7.   Huwa tal-fehma li l-UE għandha tissemplifika u tikkodifika r-rappreżentanza tagħha f'organizzazzjonijiet/korpi multilaterali bl-għan li żżid it-trasparenza, l-integrità u r-responsabbiltà tal-involviment tal-Unjoni f'dawn il-korpi, l-influwenza tagħha u l-promozzjoni tal-leġiżlazzjoni li adottat permezz ta' proċess demokratiku; barra minn hekk, iqis li l-UE għandha ssir attur globali aktar proattiv biex jiġu żgurati l-impenji futuri tal-G20, bħat-trasformazzjoni ta-sistema bankarja parallela, l-implimentazzjoni tar-riformi tad-derivattivi barra l-Borża (OTC), l-indirizzar tar-riskji sistemiċi u l-iżgurar li riskji emerġenti għall-ekonomija globali jiġu inklużi fl-aġenda tal-istituzzjoni globali rilevanti;

8.   Jistieden lill-atturi Ewropej jinkludu enfasi akbar fuq il-kompetittività globali tas-setturi finanzjarji tal-UE fit-tfassil ta' politiki fil-livell Ewropew u f'dak internazzjonali;

9.  Ifakkar li l-UE għandha tfittex sħubija sħiħa ta' istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali meta din tkun għadha ma ngħatatx u tkun xierqa (eż. fil-każijiet tal-OECD u l-FMI); jitlob li l-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali rilevanti jagħmlu l-bidliet statutorji meħtieġa kollha biex jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-UE;

10.   Jikkunsidra bħala ta' detriment għall-Unjoni l-każijiet li fihom rappreżentanti ta' Stat Membru jew ta' awtorità nazzjonali jieħdu, f'organizzazzjoni/korp globali, pożizzjonijiet kuntrarji għad-deċiżjonijiet leġiżlattivi jew regolatorji Ewropej adottati demokratikament b'maġġoranza; jappella, għaldaqstant, biex il-koordinazzjoni bejn dawn ir-rappreżentanti tissaħħaħ u ssir aktar effikaċi, pereżempju permezz ta' mekkaniżmi aktar vinkolanti;

11   Jenfasizza l-ħtieġa li l-Kummissjoni, meta tkun qed tirrappreżenta lill-Unjoni kollha f'korp jew organizzazzjoni internazzjonali jew timmonitorja korp privat ta' natura teknika, tinżamm responsabbli b'mod aktar dirett quddiem iċ-ċittadini; jenfasizza l-importanza tar-rwol tal-Parlament f'dan il-proċess;

12.   Iqis li l-prijoritajiet tal-organizzazzjonijiet u l-gruppi ta' ħidma relatati għandhom jiġu ċċarati u stabbiliti formalment; huwa tal-fehma li r-rikors sistematiku għall-kunsens mhux biss jista' jnaqqas id-deliberazzjonijiet iżda jista' wkoll jiddilwixxi s-sustanza tar-rakkomandazzjonijiet, u li l-kompożizzjoni tal-organizzazzjonijiet trid tirrifletti d-diversità tagħhom f'termini finanzjarji, ekonomiċi u superviżjorji;

13.  Jenfasizza l-ħtieġa li jitwettqu evalwazzjonijiet ex ante meta jiġu żviluppati politiki regolatorji u superviżorji u politiki oħra tas-settur finanzjarju f'livell globali; iqis li tali evalwazzjonijiet huma mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi politiċi tal-koleġiżlaturi;

14.   Huwa tal-fehma li l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet min-naħa tad-diversi pajjiżi involuti għadha insuffiċjenti biex tagħti kontribut lill-ħolqien ta' kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fil-livell globali;

15.   Jinnota li l-FSB issa qiegħed jaħdem fuq l-iżvilupp ta' standards fis-settur tal-assigurazzjoni; jirrikonoxxi li l-IAIS qiegħda tiżvolġi rwol importanti fil-politika tal-assigurazzjoni globali, iżda jenfasizza li l-involviment tal-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA) jkollu l-vantaġġ li jsaħħaħ il-kontribut tal-kompetenza Ewropea speċifika għall-assigurazzjoni u jiżgura li l-istandards żviluppati fil-livell globali ma jmorrux kontra l-loġika li l-UE kienet l-ewwel waħda li żviluppatha;

16.   Jilqa' l-ħidma li saret mill-OECD dwar kwistjonijiet ta' taxxa, speċjalment il-proġett tal-OECD/G20 dwar l-Erożjoni tal-Bażi tat-Taxxa u t-Trasferiment tal-Profitti (BEPS); iqis li l-monitoraġġ tal-implimentazzjoni huwa l-isfida l-ġdida li jmiss; jenfasizza li l-koordinazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri li huma membri tat-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) għandha tittejjeb sabiex l-UE ssemma' leħinha;

17   Iqis b'mod favorevoli r-rieda tal-President tal-BĊE li jkompli jikkoopera mal-Parlament rigward ir-rwol tal-BĊE fi kwistjonijiet bankarji, b'mod partikolari fil-qafas ta' korpi globali li jistabbilixxu l-istandards, bħall-FSB;

18.   Jilqa' l-arranġamenti organizzattivi miftiehma bejn il-pajjiżi taż-żona tal-euro li huma membri tal-Bank Asjatiku tal-Investiment fl-Infrastruttura, li jieħdu l-forma ta' siġġu wieħed fuq il-Bord ta' Gvernaturi li jirrapreżenta lil dawk il-membri taż-żona tal-euro;

19.  Għaldaqstant, jagħmel il-proposti li ġejjin:

  Jistieden lill-Kummissjoni tislet mill-aħjar prattiki eżistenti fil-livell Ewropew u f'dak nazzjonali sabiex tabbozza kodiċi ta' kondotta Ewropew dwar it-trasparenza, l-integrità u r-responsabbiltà, imfassal biex tingħata direzzjoni lill-azzjonijiet tar-rappreżentanti tal-UE f'organizzazzjonijiet/korpi internazzjonali; jitlob li l-Parlament ikun assoċjat mill-qrib fil-proċess tal-abbozzar;

  Jenfasizza b'mod partikolari l-preokkupazzjonijiet tiegħu rigward l-istatut, il-finanzjament u l-operat ta' dawk l-organizzazzjonijiet/korpi, l-interazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet, il-partijiet ikkonċernati u l-pubbliku, il-komunikazzjoni tagħhom u l-aċċess għad-dokumenti tagħhom; jenfasizza l-ħtieġa li jiġi żgurat bilanċ ġust tal-interessi, inklużi l-NGOs b'kompetenza teknika adegwata u b'mezzi finanzjarji adegwati, sabiex tissaħħaħ il-vuċi tas-soċjetà ċivili;

  Jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-aġenziji Ewropej, kif ukoll lill-Istati Membri, biex jippromwovu r-responsabbiltà ta' kull rappreżentant Ewropew lejn korpi eletti demokratikament;

  Jitlob li jiġi adottat ftehim interistituzzjonali bl-għan tal-formalizzazzjoni ta' "djalogu finanzjarju", li għandu jiġi organizzat mal-Parlament Ewropew bl-għan li jiġu stabbiliti linji gwida rigward l-adozzjoni u l-koerenza tal-pożizzjonijiet Ewropej qabel negozjati internazzjonali ewlenin, filwaqt li jkun żgurat li dawn il-pożizzjonijiet ikunu diskussi u magħrufa ex ante u jiġi żgurat segwitu, filwaqt li l-Kummissjoni tirrapporta lura regolarment dwar l-applikazzjoni ta' dawn il-linji gwida u l-iskrutinju; jipproponi li l-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri u, meta jkun xieraq, il-kapijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati, jiġu mistiedna jattendu; iqis li n-natura (pubblika jew bil-magħluq) u l-frekwenza ta' dan id-djalogu jkunu jiddependu fuq rekwiżiti prattiċi; huwa tal-fehma li l-involviment attiv tal-parlamenti nazzjonali fil-livelli rispettivi tagħhom, billi jikkontrollaw il-pożizzjonijiet meħuda mir-rappreżentanti tal-Istati Membri kkonċernati, huwa meħtieġ ukoll;

  Iqis li dawn il-linji gwida aktar dettaljati jistgħu jiġu kkomplementati b'riżoluzzjonijiet "ta' gwida" proattivi, li jiġu adottati mill-Parlament bi frekwenza xierqa, li jiddefinixxu l-fehma tiegħu dwar l-orjentazzjoni politika ġenerali;

  Josserva li, f'oqsma li fihom il-Parlament Ewropew huwa koleġiżlatur mal-Kunsill, id-djalogu jservi biex jiġi definit il-mandat ta' nnegozjar tagħhom, filwaqt li jgħaqqad il-pożizzjonijiet Ewropej dwar leġiżlazzjoni adottata b'maġġoranza jew jevita inkonsistenzi mal-leġiżlazzjoni li għad trid tiġi adottata;

  Jistieden lir-rappreżentanti Ewropej biex, fin-negozjati internazzjonali, jagħtu attenzjoni partikolari lill-koerenza u l-konsistenza bejn rekwiżiti/standards internazzjonali u leġiżlazzjoni adottata u vinkolanti tal-UE, kif ukoll lill-konformità sabiex jinħolqu kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fil-livell internazzjonali;

  Jappella biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni quddiem il-Parlament Ewropew billi jiġi ssemplifikat il-proċess għad-definizzjoni tal-pożizzjonijiet tal-UE fil-laqgħat tal-G20 f'oqsma ta' politika relatati mal-impjiegi, l-enerġija, il-kummerċ, l-iżvilupp u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni;

  Iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkonformaw mingħajr dewmien mad-dispożizzjonijiet ta' kooperazzjoni leali;

  Jistieden lill-Istati Membri jaċċettaw ir-rappreżentanza tal-Unjoni Bankarja fil-Kumitat ta' Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja permezz tal-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku;

  Jistieden lill-Kummissjoni biex, fil-programm ta' ħidma tagħha, tinkludi d-dimensjoni esterna tar-regolamentazzjoni ekonomika u finanzjarja, jiġifieri, ix-xogħol mistenni li jseħħ f'istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali, u, sabiex tissaħħaħ il-koerenza tal-politika interna, twaqqaf grupp ta' ħidma dwar il-governanza ekonomika globali u l-istituzzjonijiet finanzjarji;

  Jieħu nota tal-inizjattiva tal-Kummissjoni biex isir progress lejn rappreżentanza unika taż-żona tal-euro fl-FMI; iqis li jeħtieġ li dan isir mingħajr preġudizzju għal kostitwenza unika tal-Unjoni Ewropea fil-futur;

  Ifakkar li, skont il-Protokoll Nru 14 tat-Trattat, koordinazzjoni aktar mill-qrib bejn l-Istati Membri taż-żona tal-euro hija r-responsabbiltà tal-Grupp tal-Euro, li n-natura tiegħu hija temporanja u informali sa ma l-euro ssir il-munita tal-Istati Membri kollha tal-Unjoni; iqis li t-trasparenza u r-responsabbiltà tal-Grupp tal-Euro jistgħu jittejbu; huwa favur li, skont ir-rapport Thyssen tal-20 ta' Novembru 2012(8), li jifformula rakkomandazzjonijiet inkrementali għall-unjonijiet bankarji, ekonomiċi, fiskali u politiċi, għandha tinstab soluzzjoni aktar formali u perenni; ifakkar li l-indipendenza tar-rwol tal-Kummissarju għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji trid tiġi msaħħa u tkun akkumpanjata b'mekkaniżmi b'saħħithom ta' responsabbiltà vis-à-vis kemm il-Parlament kif ukoll il-Kunsill;

  Iqis li, lil hinn mill-każ uniku tal-FMI, is-semplifikazzjoni progressiva tar-rappreżentanza tal-UE għandha tiġi implimentata fis-snin li ġejjin, l-ewwel permezz ta' koordinazzjoni mtejba u mbagħad, wara valutazzjoni, permezz tal-unifikazzjoni tas-sedi; jemmen li s-sħubija f'dawn l-organizzazzjonijiet u l-korpi għandha tiġi allokata skont il-kompetenzi rispettivi tal-istituzzjonijiet tal-UE u l-Awtoritajiet Superviżorji Ewropej (ASE), il-Kunsill/Grupp tal-Euro u l-awtoritajiet nazzjonali; huwa tal-fehma li l-UE għandha taħdem b'mod parallel fuq il-funzjonament ta' dawk l-organizzazzjonijiet u l-korpi bl-għan li sseħħ bidla mis-sistema ta' kunsens għal waħda li tipprevedi votazzjoni b'maġġoranza peżata;

  Jissottolinja li huwa d-dmir tal-Kummissjoni, tal-Kunsill, jew, meta jkun xieraq, tal-Grupp tal-Euro, li jsaħħu l-koordinazzjoni permezz ta' laqgħat ta' tħejjija; iqis li, jekk ikun meħtieġ, għandhom jiġu stabbiliti gruppi ta' ħidma ġodda ad hoc tal-Kunsill fuq il-mudell tal-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF), il-Grupp ta' Ħidma dwar kwistjonijiet tal-FMI (SCIMF), il-Grupp ta' Ħidma tal-Grupp tal-euro (EWG) u l-Kumitat tal-Politika Ekonomika (KPE);

  Jappella għal valutazzjoni bir-reqqa taż-żewġ sedi separati li attwalment huma allokati lill-Kunsill Ewropew u lill-Presidenzi tal-Kummissjoni fil-laqgħat tal-G20, sabiex jiġi determinat sa liema punt dan l-arranġament inaqqas il-kredibbiltà esterna tal-UE, b'mod partikolari fid-dawl tal-eżistenza ta' suq uniku tas-servizzi finanzjarji; iqis li, bl-għan li titħeġġeġ il-konverġenza tal-Istati Membri rrappreżentati individwalment, jista' jsir titjib differenti li għandu jgħin biex tinkiseb koordinazzjoni effikaċi qabel il-laqgħat u biex titrawwem vuċi Ewropea b'saħħitha f'dawn il-laqgħat;

  Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE u lill-Istati Membri jippromwovu l-istabbiliment ta' pjan direzzjonali lejn il-ħolqien ta' organizzazzjoni finanzjarja globali bbażata fuq it-trattati, skont il-linji suġġeriti mir-rapport de Larosière, b'setgħat ta' rakkomandazzjoni mifruxa, negozjar ta' standards minimi vinkolanti, mekkaniżmi multilaterali għas-soluzzjoni tat-tilwim u, meta jkun xieraq, sanzjonijiet; jemmen li l-esperjenza miksuba, partikolarment fis-settur kummerċjali permezz tad-WTO, tista' tintuża biex jiġu stabbiliti l-mekkaniżmi multilaterali għas-soluzzjoni tat-tilwim imsemmija hawn fuq; jenfasizza li l-organizzazzjoni proposta għandha tkun soġġetta għall-ogħla standards ta' trasparenza u responsabbiltà;

  Huwa tal-fehma li l-Kummissjoni għandha tingħata mandat espliċitu biex trawwem impetu ġdid għall-promozzjoni tal-multilateraliżmu fir-rigward tal-kooperazzjoni finanzjarja, monetarja u regolatorja internazzjonali;

  Jistieden lill-Kummissjoni tiżgura li kwalunkwe proposta leġiżlattiva finanzjarja tal-UE tkun komplementari għall-azzjonijiet fil-livell globali;

20.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

Min jiddeċiedi? Min jistabbilixxi r-regoli rigward l-attività tas-settur finanzjarju? Meta jitqiesu l-esperti u l-interessi privati, il-parlamenti u l-gvernijiet għad għandhom l-aħħar kelma? L-Unjoni Ewropea u ż-żona tal-euro kif jiddefendu l-interessi strateġiċi tagħhom? L-istituzzjonijiet Ewropej u l-gvernijiet nazzjonali jitħabtu biex jagħtu tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-mistoqsijiet sempliċi u leġittimi. Dan ir-rapport jipprova jikkontribwixxi billi jeżamina l-azzjoni tal-UE f'madwar għaxar organizzazzjonijiet(9), ta' natura politika u/jew teknika.

Dan ir-rapport iqis 3 kwistjonijiet.

Minħabba l-moviment liberu ta' kapital, l-istabilità tas-sistema finanzjarja, li hija kruċjali għall-investiment u t-tkabbir, tiddependi fuq il-kapaċità li jitfasslu u li jiġu infurzati standards u regoli ta' kondotta f'livell supranazzjonali.

Il-bidla indispensabbli fil-livell ma tistax twassal għal dilwizzjoni tar-responsabbiltajiet, għad-detriment tad-demokrazija. B'mod partikolari, il-Parlament Ewropew u l-parlamenti nazzjonali ma jistgħux jiġu ridotti għar-rwol ta' entitajiet ta' ratifika. Jekk minn naħa analiżi indipendenti tal-interessi privati u tal-manuvri politiċi hija fundamentali, min-naħa l-oħra jeħtieġ li jerġa' jinbeda d-djalogu bejn l-esperti u r-rappreżentanti eletti. Eżempju reċenti jispjega l-problema: l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-istandards Basel III (ħtiġijiet ta' kapital tal-banek) tista' tinjora l-fatt li fl-Ewropa, huma l-aktar il-banek, u mhux is-swieq, li jiffinanzjaw lill-SMEs? Dawn l-ispeċifiċitajiet għalhekk għandhom impatt kbir fuq it-tkabbir, u huwa għalhekk li l-leġiżlatur Ewropew ta din l-interpretazzjoni fit-testi CRD4(10).

Fl-aħħar nett, l-UE u ż-żona tal-euro għandhom ikunu kapaċi jiddefendu l-interessi strateġiċi tagħhom. Minkejja dan, ir-rappreżentanza tal-Ewropa f'dawn l-organizzazzjonijiet hija kemxejn diżorganizzata. Huwa deplorabbli li tiġi aċċettata din is-sitwazzjoni meta jitqies kemm hija importanti għall-istabbiltà finanzjarja iżda fuq kollox għat-tkabbir u l-impjiegi. Il-progress għandu jiġi mfittex, b'mod prammatiku, filwaqt li jitqies il-fatt li, anke jekk is-saħħa finanzjarja Ewropea għadha kbira ħafna, f'livell dinji l-piż demografiku relattiv tagħha qed jonqos. L-Unjoni Ewropea tista' tikkontribwixxi b'mod utli għall-ħolqien ta' kooperazzjoni multilaterali aktar ibbilanċjata dwar kwistjonijiet ekonomiċi u finanzjarji.

1.  Trasparenza

Riżultat ta' proċess storiku, riflessjoni tal-kumplessità tad-dinja finanzjarja, l-espansjoni tal-entitajiet globali attivi fil-qasam finanzjarju, kif ukoll il-kumplessità interna tagħhom, tagħmilha diffiċli li ssir evalwazzjoni ġenerali.

FMI

Jiżgura l-istabbiltà tas-sistema monetarja internazzjonali, billi jipprovdi, meta jkun xieraq, assistenza teknika u finanzjarja.

OECD

Tipprovdi studji sabiex jitħeġġeġ it-tkabbir ekonomiku. Ir-rwol tagħha fil-qasam tat-tassazzjoni huwa dejjem aktar importanti.

G20

Huwa istituzzjoni politika informali, li jiġbor flimkien id-19-il ekonomija l-aktar importanti fid-dinja kif ukoll l-UE, b'vokazzjoni ġenerali.

FSB

Jiżgura, b'konsegwenza tal-kriżi finanzjarja tal-2009, għan-nom tal-G20, koordinazzjoni aħjar tar-regolamenti finanzjarji internazzjonali.

Kumitat ta' Basel

Jaħdem favur il-konverġenza tas-superviżjoni tal-attivitajiet bankarji u jiżviluppa standards prudenzjali applikabbli għal dan is-settur (p.e. il-proporzjonijiet kapitali).

IOSCO

Tiżgura l-konverġenza tar-regolamenti tat-titoli trasferibbli sabiex is-swieq isiru aktar effikaċi u trasparenti.

IAIS

Tippromwovi superviżjoni effettiva u effikaċi fil-livell internazzjonali tas-settur tal-assigurazzjoni; mill-2013, ingħatat rwol ġdid fl-iżvilupp ta' standards rigward il-kapital internazzjonali għall-assiguraturi.

IOPS

Tiżgura l-iżvilupp ta' standards u l-promozzjoni ta' kooperazzjoni internazzjonali fil-qasam tal-pensjonijiet permezz tal-iskambju tal-aħjar prattiki u dejjem aktar permezz ta' regoli.

IASB

Jipprova jistabbilixxi sistema armonizzata ta' standards tal-kontabilità, bl-għan li jipprovdi informazzjoni finanzjarja utli għall-investituri.

Ċerti għażliet fundamentali rari jiġu diskussi. Ma jidhirx li l-entitajiet tad-dritt privat dejjem irnexxielhom jiżguraw li l-interess ġenerali jirbaħ, kif juri l-eżempju paradossali tal-istandards ta' kontabilità tal-IFRS żviluppati minn entità globali tad-dritt Amerikan, iżda mhux rikonoxxuti mill-Istati Uniti. Il-loġika tal-entitajiet pubbliċi lanqas mhija dejjem ċara: jagħmel sens, meta l-leġiżlatur tal-UE għadu kemm adotta regoli Ewropej dwar ir-riżoluzzjoni bankarja (BRRD/SRM) li l-FSB, li jinkludi bosta Stati Membri u l-BĊE, ivara l-proġett globali TLAC (kapaċità ta' assorbiment totali tat-telf) li jsegwi loġika differenti? Jew li din l-entità tieħu f'idejha kwistjonijiet relatati mal-assigurazzjoni, b'mod partikolari l-identifikazzjoni ta' assiguraturi "sistemiċi", minkejja li t-Trattat jeskludi lill-BĊE mis-superviżjoni tal-assigurazzjonijiet?

In-nuqqas ta' trasparenza jgħatti wkoll differenzi kbar f'termini ta' portata. Jekk l-IOSCO, pereżempju, għandha dimensjoni universali, entitajiet oħra jiġbru flimkien numru ħafna aktar limitat ta' pajjiżi. Hija kwistjoni ta' prinċipju iżda anke ta' kontenut: is-sottorappreżentanza tal-Afrika jew tal-Amerika t'Isfel, li ma tantx hija ekwa, toħloq ir-riskju li naħarbu mill-problemi marbuta mal-inugwaljanzi jew mal-finanzjament tal-pajjiżi l-aktar fil-bżonn.

In-natura konsultattiva jew teknika tar-rakkomandazzjonijiet imfassla minn ċerti entitajiet ma tistax tiġġustifika n-nuqqas ta' trasparenza, billi kultant ċerti atturi ekonomiċi japplikaw volontarjament ir-rakkomandazzjonijiet biex jevitaw deklassifikazzjoni min-naħa tal-aġenziji ta' klassifikazzjoni tal-kreditu (banek/rekwiżiti tal-kapital) jew biex iżidu l-possibilitajiet tagħhom li jsibu finanzjament (kumpaniji/standards tal-kontabbiltà).

Naturalment, ir-responsabbiltà ta' pedagoġija aħjar tal-isfidi u tal-għażliet hija qabel xejn f'idejn il-politiċi. Iżda, f'livell aktar tekniku, l-atturi minn banek ċentrali, mill-Kummissjoni jew minn awtoritajiet Ewropej oħra għandhom ukoll jimpenjaw ruħhom li jinteraġixxu b'mod aktar sistematiku mal-pubbliku ġenerali permezz tal-media, l-akkademiċi jew il-professjonisti. Uħud jagħmlu dan, oħrajn inqas.

Il-verifika tal-impenji meħuda ("konformità") teħtieġ attenzjoni partikolari. Huwa pjuttost paradossali li nenfasizzaw solennement l-importanza tal-azzjoni globali għall-istabbiltà, li jiġu organizzati laqgħat spettakolari tal-mexxejja tad-dinja (bħall-G20) biex imbagħad nikkuntentaw ruħna bi proċeduri ta' implimentazzjoni deludenti. M'għandux ikun hemm reazzjoni fir-rigward ta' din id-diskrepanza, li żżid it-telf ta' fiduċja tal-pubbliku, u jitfasslu proċeduri aktar vinkolanti?

2. "Responsabbiltà"

Kelliem privileġġat tad-dibattitu pubbliku fi ħdan is-suq intern tas-servizzi finanzjarji, il-PE jista' jikkontribwixxi fuq 3 livelli, skont il-kompetenza tiegħu:

-  meta l-leġiżlazzjoni Ewropea, adottata mit-28 Stat Membru, tkun ikkonċernata, billi jingħata mandat ta' negozjar vinkolanti, b'rispett għad-deċiżjonijiet meħuda b'maġġoranza;

-  lejlet negozjati dinjin kbar (laqgħat tal-G20 pereżempju) biex tiġi orjentata u mgħarrfa l-pożizzjoni tal-Ewropej;

-  biex jiġi żgurat li jiġu onorati l-impenji meħuda ("konformità").

Il-pubbliku jistenna li l-politiċi għandhom jispjegaw pubblikament dak li jkunu qed jinnegozjaw. Żmien id-diplomazija sigrieta spiċċa. Huwa fl-interess tas-sħab tal-Ewropa li l-impenji meħuda f'livell globali jiġu aċċettati tajjeb min-nies. Il-fatt li tiġi appoġġata minn PE eżiġenti mhuwiex neċessarjament ħażin għan-negozjaturi Ewropej, iżda għall-kuntrarju, dan jista' jsaħħaħ il-pożizzjoni tagħhom.

Sal-lum, jeżistu skambji ta' fehmiet bejn il-Kumitat ECON tal-PE u ċerti amministraturi ta' entitajiet globali iżda dawn għadhom rapidi u superfiċjali wisq. Il-PE għandu jimpenja ruħu li jorganizza djalogu aktar approfondit u regolari.

3. Ir-rappreżentanza tal-UE/taż-żona tal-euro

Huwa dejjem diffiċli li titkejjel l-influwenza bi preċiżjoni iżda, sal-lum, huwa ċar li l-UE ma timmassimizzax dejjem l-influwenza tagħha. Ir-rappreżentanza tal-Ewropa hija daqstant multiformi daqs kemm hi imperċettibbli. Il-Kummissjoni hija xi drabi limitata għal rwol li m'għandux ikunu tagħha, jiġifieri li tirrappreżenta biss lill-pajjiżi l-anqas popolati tal-UE li ma jagħmlux parti minn dawn l-organizzazzjonijiet pjuttost milli lill-UE kollha.

Il-frammentazzjoni Ewropea hija għalhekk aktar ta' dispjaċir meta jitqies li, f'xi organizzazzjonijiet, l-Istati Membri tal-UE kumplessivament jipprovdu parti sinifikanti tal-baġit (OECD, pereżempju). Bl-istess mod, il-bilanċ ġeografiku kif ukoll l-ekwità fid-distribuzzjoni ta' postijiet jistħoqqilhom kunsiderazzjoni.

In-nuqqasijiet tar-rappreżentanza tal-UE għandhom impatt differenti skont jekk ċerti organizzazzjonijiet jaqdux rwol pjuttost konsultattiv (OECD), jimmaniġġjawx sitwazzjonijiet ta' kriżi (G20/FSB) jew joħolqux standards tekniċi.

Il-fora globali m'għandhomx jippermettu li l-gvernijiet, il-banek ċentrali jew l-awtoritajiet superviżorji tal-Istati Membri tal-UE, li qegħdin f'minoranza fil-proċess leġiżlattiv tal-Unjoni, ifittxu tip ta' "tpattija" fuq is-sħab li qegħduhom f'minoranza. Dan imur kontra l-prinċipju ta' kooperazzjoni leali minqux fit-Trattati.

Huwa imperattiv li l-UE jkollha mekkaniżmi aktar effikaċi biex tgħaqqad id-diskors tagħha mal-ambizzjoni ta' rappreżentanza unika li, ċertament, ma tistax tinkiseb mil-lum għal għada, iżda għandha tibqa' l-għan.

Soluzzjoni prammatika tista' tkun li jinħolqu, upstream, proċeduri aktar vinkolanti ta' koordinazzjoni permezz ta' "djalogu finanzjarju" bejn l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet Ewropej.

Fir-rigward taż-żona tal-euro, l-Artikolu 138 tat-Trattat, kif iddikjarat fir-"rapport tal-5 Presidenti"(11), jappella għat-tisħiħ tar-rappreżentanza esterna tagħha; l-għan għandu jkun l-unifikazzjoni fi stadji. Mindu l-FMI ilu jintervjeni fiż-żona tal-euro, b'mod partikolari fid-dawl tar-rwol li kellu fil-Greċja, il-kwistjoni saret akter akuta.

l-UE tista' wkoll tkun aktar ambizzjuża. David Wright, Segretarju Ġenerali tal-IOSCO ressaq, f'kapaċità personali, l-idea ta' "qafas istituzzjonali globali, li probabbilment jeħtieġ trattat internazzjonali, li jkollu, f'każ ta' nuqqasijiet tal-Istati parteċipanti, is-setgħa li jiżgura l-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tiegħu, li jorganizza proċeduri vinkolanti ta' soluzzjoni tat-tilwim u li jħabbar sanzjonijiet"(12).

Konklużjoni:

Meta titqies in-natura globali tal-flussi ta' kapital u tal-professjonijiet finanzjarji, mhuwiex realistiku li nippruvaw nirregolamentaw is-settur finanzjarju mingħajr ma nibdlu l-iskala tal-azzjoni pubblika.

Quddiem din l-isfida, l-UE għandha xi vantaġġi: hija ħolqot suq intern tas-servizzi finanzjarji ta' portata globali, li l-Unjoni tas-Swieq Kapitali dalwaqt se terġa' tagħtih il-ħajja. Hija tippossjedi ċentri finanzjarji rikonoxxuti, kumitat inkarigat mill-prevenzjoni tar-riskji sistemiċi (BERS) kif ukoll tliet awtoritajiet li, fi żmien qasir, ikkonsolidaw l-eżistenza tagħhom. L-euro hija munita internazzjonali. Matul il-kriżi, iż-żona tal-euro adottat mekkaniżmi ta' salvataġġ, entitajiet ta' superviżjoni u ta' riżoluzzjoni bankarji mingħajr preċedent. L-UE għandha wkoll know-how straordinarju fir-rigward tad-demokrazija supranazzjonali u l-kontroll tal-inadempjenzi tal-Istati Membri; l-organizzazzjonijiet globali jistgħu wkoll jieħdu ispirazzjoni mir-regoli eżiġenti tagħha fir-rigward tat-trasparenza u l-aċċess għad-dokumenti amministrattivi.

L-importanza strateġika tas-settur finanzjarju, għat-tkabbir u l-impjiegi, tirrikjedi li tiġi riveduta l-kooperazzjoni globali multilaterali, filwaqt li tissaħħaħ l-influwenza tal-UE u taż-żona tal-euro.

OPINJONI TAL-MINORANZA

skont l-Artikolu 56(3) tar-Regoli ta' Proċedura

Miguel Viegas, Matt Carthy, Fabio De Masi, Paloma López Bermejo, Rina Ronja Kari, Marisa Matias, Miguel Urbán u Dimitris Papadimoulis

Filwaqt li dan ir-rapport fih dispożizzjonijiet pożittivi: il-ħtieġa ta' kooperazzjoni regolatorja internazzjonali, il-preokkupazzjoni b'dilwizzjoni tar-responsabbiltajiet askapitu tad-demokrazija bħala konsegwenza ta' koordinazzjoni globali; huwa bbażat fuq l-idea li tissaħħaħ is-setgħa ta' korpi sovranazzjonali li tbiegħed aktar is-setgħa politika mill-poplu, li aħna nopponu bil-qawwa.

Nirrifjutaw bla riżervi:

- Din l-UE, fejn il-kooperazzjoni u s-solidarjetà bejn l-Istati Membri, bħas-sovranità nazzjonali tagħhom, huma kompromessi;

- L-idea li evalwazzjoni bejn il-pari ġġib magħha aktar responsabbiltà fil-konfornt tan-nies mill-mudell tradizzjonali formali ta' responsabbiltà demokratika bbażat fuq il-kunċett ta' "mandant u mandatorju";

- L-istabbiliment ta' rappreżentanza universali li titkellem b'vuċi waħda għall-pajjiżi kollha tal-UE fl-istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali;

- L-impożizzjoni ta' kodiċi ta' kondotta maħsub biex jimpedixxi azzjoni individwali mill-Istati Membri;

- Il-ħolqien ta' organizzazzjoni finanzjarja globali.

Insostnu bil-qawwa li:

- Leġittimità u responsabbiltà demokratiċi ulterjuri ma jinkisbux biż-żieda tal-impożizzjonijiet sovranazzjonali;

- L-Istati Membri m'għandhomx iwarrbu r-rappreżentanza tagħhom f'fora internazzjonali;

- Il-kooperazzjoni regolatorja internazzjonali trid tkun ibbażata fuq is-solidarjetà fost il-pajjiżi u mhux fuq id-difiża ta' interessi ekonomiċi u finanzjarji kbar.

25.11.2015

OPINJONI tal-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali

għall-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji

Ir-rwol tal-UE fil-qafas tal-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali finanzjarji, monetarji u regolatorji

(2015/2060(INI))

Rapporteur għal opinjoni: Paulo Rangel

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jemmen, filwaqt li jieħu kont tan-natura speċifika tal-UE bħala entità supranazzjonali, il-livell attwali għoli ta’ interdipendenza bejn il-pajjiżi u l-bidla fil-bilanċ tal-poter, li l-UE għandu jkollha rwol iktar attiv u prominenti fil-proċess ta’ governanza ekonomika globali, permezz tal-adeżjoni tagħha mal-korpi internazzjonali; jenfasizza l-ħtieġa ta' riformi istituzzjonali bil-ħsieb li tinkiseb rappreżentanza tal-UE koerenti u vuċi Ewropea b’saħħitha fl-istituzzjonijiet u l-korpi finanzjarji, monetarji u regolatorji;

2.  Jemmen li l-UE, bħala membru ta’ fora internazzjonali, għandha tippromwovi r-riforma tal-proċess ta’ governanza internazzjonali u ekonomika skont il-prinċipji tagħha, kif stabbiliti fl-Artikoli 2, 3 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), b’mod partikolari;

3.  Jitlob lill-UE taderixxi ma’ fora internazzjonali li jirregolaw u jinfluwenzaw l-ekonomija internazzjonali; jemmen, madankollu, li l-UE għandha tiċċara l-istatus ġuridiku tad-deċiżjonijiet meħuda mill-korpi informali li jmexxu l-unjoni monetarja;

4.  Jindika li l-kriżi ekonomika u finanzjarja li bdiet fl-2008 kixfet il-ħtieġa li tissaħħaħ il-governanza ekonomika fid-dinja, u l-ħtieġa li jiġu stabbiliti korpi supranazzjonali li għandhom l-abbiltà li jintervjenu, u regoli operattivi intiżi biex tinkiseb koordinazzjoni aħjar tad-deċiżjonijiet ta' politika ekonomika nazzjonali;

5.  Jitlob li jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta’ koordinazzjoni minn qabel strutturati aħjar u koerenti bil-għan li tissawwar u tingħta pożizzjoni komuni tal-UE bil-għan li jiġu promossi b’mod aktar effikaċi l-għanijiet u l-politiki tal-UE – kif elenkati, pereżempju, fl-Artikoli 2, 3 u 6 TUE u fl-Artikoli 8, 9, 10, 11 u 12 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – fi ħdan fora ekonomiċi internazzjonali, minħabba l-livell sinifikanti ta’ interdipendenza bejn l-ekonomiji tad-dinja kif inhu impost mill-importanza ta’ kummerċ internazzjonali fl-ordni ekonomika globali;

6.  Jenfasizza li strateġija konċertata tal-UE għandha tiġi żviluppata fi ħdan kull waħda u wieħed minn dawn l-istituzzjonijiet jew korpi finanzjarji, monetarji u regolatorji sabiex l-Unjoni tkun tista' tistabbilixxi pożizzjoni koordinata u ssaħħaħ l-influwenza tagħha fuq il-proċess ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

7.  Jenfasizza l-importanza ta’ vuċi Ewropea magħquda fl-istituzzjonijiet u l-korpi internazzjonali, u jistieden lill-Kummissjoni tipproponi kodiċi ta’ kondotta Ewropew rigward it-trasparenza u l-obbligu tal-għoti ta' rendikont, maħsub biex jiggwida l-azzjoni tar-rappreżentanti Ewropej f’organizzazzjonijiet internazzjonali u huwa bbażat fuq l-aqwa prattiki eżistenti; jemmen li biż-żmien dan il-kodiċi ta’ kondotta jkun jista' jintuża bħala eżempju mill-istituzzjonijiet internazzjonali u l-korpi kollha meta joħolqu l-kodiċijiet ta’ kondotta tagħhom stess;

8.  Ifakkar li, fi ħdan dawk l-istituzzjonijiet li fihom kemm l-UE kif ukoll l-Istati Membri tagħha huma rappreżentati, il-“prinċipju ta’ kooperazzjoni leali” previst fl-Artikolu 4(3) TUE għandu jiġi rrispettat b’mod sħiħ, u li l-Istati Membri għandhom “jevitaw kwalunkwe miżura li tista’ tqiegħed f’periklu l-kisba tal-objettivi tal-Unjoni”;

9.  Iħeġġeġ li l-Unjoni tippromwovi approċċ Ewropew uniformi u inklużiv sabiex tiżgura li l-politiki u l-miżuri tagħha jkunu konsistenti, effettivi u sostenibbli u li l-interessi u l-kontributi ta’ dawk l-Istati Membri li mhumiex rappreżentati fi ħdan l-istituzzjonijiet jew il-korpi msemmija hawn fuq jiġu kkunsidrati meta tiġi definita l-pożizzjoni komuni;

10.  Hu tal-fehma li dan l-approċċ Ewropew magħqud u inklużiv jista' jitwettaq aħjar permezz ta' "djalogu finanzjarju" formali u regolari organizzat fi ħdan il-Parlament sabiex jiġu stabbiliti linji gwida għall-adozzjoni ta' pożizzjonijiet Ewropej fiż-żmien ta' qabel in-negozjati internazzjonali ewlenin, sabiex jiġi żgurat li dawn il-pożizzjonijiet ikunu magħrufa u jiġi żgurat is-segwitu tagħhom; Huwa tal-fehma li l-istituzzjonijiet Ewropej, l-Istati Membri u, fejn xieraq, il-kapijiet tal-organizzazzjonijiet internazzjonali kkonċernati għandhom ikunu mistiedna jattendu dan id-djalogu, li n-natura (pubbliku jew bil-magħluq) u l-frekwenza tiegħu jkunu jiddependi minn rekwiżiti prattiċi;

11.  Iqis li dan id-djalogu se jservi biex jiddefinixxi l-mandat ta’ negozjar għall-oqsma li fihom il-Parlament huwa koleġiżlatur flimkien mal-Kunsill, li jgħaqqad il-pożizzjonijiet Ewropej madwar il-leġislazzjoni adottata b’vot ta’ maġġoranza u jevita l-inkonsistenzi ma’ leġiżlazzjoni li ma tkunx għadha ġiet adottata;

12.  Iħeġġeġ lill-Unjoni biex, permezz tal-istituzzjonijiet tagħha, tikkonforma b’mod sħiħ mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tagħha u tirrispetta l-limiti assoluti stabbiliti fiha għal azzjoni fl-oqsma kollha, inklużi miżuri ta’ natura ekonomika li x’aktarx ikollhom impatt kbir fuq ħajjet iċ-ċittadini tagħha;

13.  Ifakkar li l-UE għandha tfittex is-sħubija sħiħa tal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali, fejn din għadha ma ngħatatx u hija xierqa (fil-każ tal-Organizzazzjoni għall-Kooperazzjoni Ekonomika u l-Iżvilupp u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), pereżempju); jitlob li l-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali rilevanti jagħmlu l-bidliet statutorji kollha meħtieġa biex jippermettu l-parteċipazzjoni sħiħa tal-UE;

14.  Jemmen li fil-futur, b’konsiderazzjoni dovuta lejn id-distribuzzjoni tal-kompetenzi bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha u l-progress li sar lejn l-approfondiment tal-unjoni ekonomika u monetarja, għandha tiġi żgurata rappreżentanza esterna magħquda tal-UE fi ħdan il-FMI u fora ekonomiċi internazzjonali oħra sabiex l-UE tkun tista' tisfrutta l-potenzjal tagħha għalkollox, biex tiffaċilita l-ilħuq tal-għanijiet tagħha, sabiex tipproteġi l-interessi tagħha u dawk tal-Istati Membri kollha tagħha, u biex tiżdied l-influwenza u r-rilevanza tagħha fi ħdan l-arkitettura ekonomika u finanzjarja globali; jikkunsidra li huwa essenzjali li din ir-rappreżentanza magħquda tibda bil-progress lejn rappreżentanza unika taż-żona tal-euro fi ħdan l-FMI, mingħajr preġudizzju għall-ħolqien ta’ kostitwenza unika tal-UE fuq perjodu twil ta’ żmien;

15.  Jenfasizza l-ħtieġa ta' riforma reali tal-politiki tal-UE sabiex jiġu evitati żbilanċi ekonomiċi u soċjali interni bejn l-Istati Membri u sabiex ikunu permessi proċessi ta’ ristrutturar tad-dejn;

16.  Jiddispjaċih li l-istituzzjonijiet u l-korpi finanzjarji, monetarji u regolatorji internazzjonali, u l-parteċipazzjoni tal-UE fihom, m'għandhomx ir-responsabbiltà demokratika u t-trasparenza fir-rigward tal-proċessi ta’ teħid ta’ deċiżjonijiet;

17.  Jemmen li għandha tingħata konsiderazzjoni lid-dispożizzjoni ta’ siġġu wieħed għall-presidenzi tal-Kunsill u l-Kummissjoni fil-laqgħat tal-G20, minħabba li s-sitwazzjoni attwali fejn hemm żewġ siġġijiet separati ddgħajjef il-kredibbiltà esterna tal-UE;

18.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi żgurata t-trasparenza sħiħa, ir-responsabbilizzazzjoni demokratika u l-leġittimità tal-parteċipazzjoni tal-Unjoni fl-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji eżistenti;

19.  Jenfasizza li r-rappreżentanti tal-Unjoni għandhom ikunu kapaċi jorganizzaw il-presidenza b’rotazzjoni tal-G20;

20.  Jistqarr li huwa favur li l-Unjoni tistabbilixxi sistema ta’ trasparenza sħiħa għal-lobbyists fil-proċess ta’ negozjati bejn l-istituzzjonijiet Ewropej u l-istituzzjonijiet internazzjonali msemmija aktar 'il fuq;

21.  Iqis li l-Parlament għandu jinżamm debitament u perjodikament informat dwar l-attivitajiet u l-pożizzjonijiet tal-Unjoni fi ħdan l-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji eżistenti; jemmen li l-Parlament għandu jkollu d-dritt li jesprimi l-opinjoni tiegħu u għandu jkollu rwol ta’ monitoraġġ fir-rigward tal-ħidma tar-rappreżentanti tal-UE f’dawn l-istituzzjonijiet, bl-għan li jiġu żgurati l-obbligu tal-għoti ta' rendikont u t-tisħiħ tal-leġittimità demokratika;

22.  Jitlob l-istabbiliment ta’ gruppi ta’ ħidma interistituzzjonali li jkunu jiltaqgħu qabel il-laqgħat uffiċjali tal-istituzzjonijiet u korpi finanzjarji, monetarji u regolatorji internazzjonali u jagħtu lill-Parlament l-opportunità li jesprimi l-opinjoni tiegħu dwar il-kwistjonijiet li għandhom jiġu diskussi fil-laqgħat li jmiss; hu tal-fehma li għandu jinħoloq mekkaniżmu li jqis l-opinjoni tal-Parlament dwar kwistjonijiet bħal dawn;

23.  Jenfasizza li l-Parlament għandu jingħata aċċess għad-dokumenti rilevanti maħruġa mill-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji, li għandu jiġi żviluppat mekkaniżmu ta' rappurtar xieraq, miftuħ, regolari u effiċjenti, u li l-parteċipanti tal-UE għandhom sistematikament jipprovdu rendikont lill-Parlament dwar id-deċiżjonijiet meħuda f’dawn il-fora;

24.  Huwa tal-opinjoni li l-UE għandha taqdi rwol mexxej u aktar attiv fil-promozzjoni tar-riforma tal-istituzzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji internazzjonali bil-ħsieb li l-operat tagħhom isir aktar demokratiku, trasparenti u responsabbli, biex b’hekk jitqarrbu iktar lejn iċ-ċittadini;

25.  Iqis li huwa rakkomandabbli li l-UE tiddefendi, fil-fora ekonomiċi internazzjonali kollha, il-koordinazzjoni u t-tisħiħ tal-governanza ekonomika dinjija, il-mudell soċjali Ewropew, il-kooperazzjoni tat-taxxa u kultura ta' negozju sostenibbli.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

19.11.2015

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

13

3

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Mercedes Bresso, Elmar Brok, Richard Corbett, Pascal Durand, Danuta Maria Hübner, Ramón Jáuregui Atondo, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Paulo Rangel, György Schöpflin, Pedro Silva Pereira, Barbara Spinelli, Josep-Maria Terricabras, Kazimierz Michał Ujazdowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Isabella Adinolfi, Max Andersson, Enrique Guerrero Salom, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Andrej Plenković

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Sofia Ribeiro

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

15.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

18

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Gerolf Annemans, Burkhard Balz, Udo Bullmann, Esther de Lange, Fabio De Masi, Markus Ferber, Jonás Fernández, Elisa Ferreira, Sven Giegold, Neena Gill, Sylvie Goulard, Roberto Gualtieri, Gunnar Hökmark, Danuta Maria Hübner, Cătălin Sorin Ivan, Diane James, Othmar Karas, Georgios Kyrtsos, Werner Langen, Sander Loones, Bernd Lucke, Olle Ludvigsson, Ivana Maletić, Notis Marias, Fulvio Martusciello, Marisa Matias, Costas Mavrides, Bernard Monot, Stanisław Ożóg, Sirpa Pietikäinen, Pirkko Ruohonen-Lerner, Molly Scott Cato, Peter Simon, Paul Tang, Ramon Tremosa i Balcells, Marco Valli, Tom Vandenkendelaere, Miguel Viegas, Jakob von Weizsäcker, Pablo Zalba Bidegain, Marco Zanni, Sotirios Zarianopoulos

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Enrique Calvet Chambon, Mady Delvaux, Bas Eickhout, Marian Harkin, Ramón Jáuregui Atondo, Rina Ronja Kari, Thomas Mann, Eva Paunova, Michel Reimon, Antonio Tajani, Beatrix von Storch

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Lucy Anderson, Andrey Kovatchev, Adam Szejnfeld

(1)

Testi adottati, P7_TA(2010)0377.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2011)0229.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2011)0457.

(4)

Testi adottati, P8_TA(2015)0238.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2015)0268.

(6)

Ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta' Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni

(7)

Il-Bank għall-Ħlasijiet Internazzjonali, it-Task Force ta' Azzjoni Finanzjarja (FATF) u l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) ukoll għandhom funzjoni ta' regolamentazzjoni; il-Konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Kummerċ u l-Iżvilupp (UNCTAD) tiżvolġi rwol sinifikanti fil-governanza ekonomika globali; il-Bank Afrikan tal-Iżvilupp (ADB), il-Bank Asjatiku tal-Iżvilupp (ADB), il-Bank tal-Iżvilupp tal-Karibew (CDB), il-Bank ta' Żvilupp tal-Afrika tal-Punent (WADB), il-Bank Interamerikan tal-Iżvilupp (IDB), il-Korporazzjoni Interamerikana tal-Investiment (IIC), il-Bank Ewropew għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (EBRD), il-Bank ta' Żvilupp tal-Kunsill tal-Ewropa (CEB), il-Grupp tal-Bank Dinji, il-Bank Internazzjonali għar-Rikostruzzjoni u l-Iżvilupp (IBRD), l-Assoċjazzjoni Internazzjonali għall-Iżvilupp (IDA), il-Korporazzjoni Finanzjarja Internazzjonali (IFC) u l-Aġenzija Multilaterali għall-Garanzija ta' Investiment (MIGA) isostnu l-finanzjament tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp;

(8)

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Novembru 2012 b'rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni dwar ir-rapport tal-Presidenti tal-Kunsill Ewropew, tal-Kummissjoni Ewropea, tal-Bank Ċentrali Ewropew u tal-Grupp tal-euro bit-titolu "Lejn Unjoni Ekonomika u Monetarja Ġenwina"

(9)

Dan ir-rapport b'format limitat bl-ebda mod mhuwa eżawrjenti. Għandu intenzjonalment ambitu limitat, li jikkorrispondi għall-kompetenzi tal-Kumitat ECON iżda jippermetti li jiġu indirizzati l-problemi essenzjali, b'mod partikolari ta' trasparenza, ta' responsabbiltà u ta' difiża strateġika tal-interessi Ewropej. Ir-Rapporteur tirringrazzja lill-awturi tal-istudji differenti, disponibbli fis-sit elettroniku tal-Parlament Ewropew, fit-taqsima 'Think tank', li saru fid-dawl ta' dan ir-rapport.

(10)

REACTION TO THE OPINION OF THE BASEL COMMITTEE ON CRD 4 (CAPITAL REQUIREMENTS DIRECTIVE FOR BANKS), ECON Press release, 05-12-2014 [URL: http://www.europarl.europa.eu/news/en/news-room/content/20141205IPR82904/html/REACTION-TO-THE-OPINION-OF-THE-BASEL-COMMITTEE-ON-CRD-4]

(11)

Nikkompletaw l-Unjoni Ekonomika u Monetarja tal-Ewropa, Rapport minn: Jean-Claude Juncker f'kooperazzjoni ma' Donald Tusk, Jeroen Dijsselbloem, Mario Draghi u Martin Schulz [URL: http://ec.europa.eu/priorities/economic-monetary-union/docs/5-presidents-report_mt.pdf]

(12)

Remarks by David Wright, Secretary General of IOSCO, The Atlantic Council, Washington, DC, 10 December 2012 [URL: https://www.iosco.org/library/speeches/pdf/20121210-Wright-David.pdf]

Avviż legali