Proċedura : 2015/2164(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0082/2016

Testi mressqa :

A8-0082/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.27
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0163

RAPPORT     
PDF 696kWORD 111k
7.4.2016
PE 569.741v02-00 A8-0082/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2164(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2164(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0062/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0082/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2164(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0062/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KEE) Nru 337/75 tal-Kunsill tal-10 ta' Frar 1975 li jwaqqaf Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 12a tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0082/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2164(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0082/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 17 275 766, li jfisser tnaqqis ta' 3,62 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jilqa' l-miżuri stabbiliti miċ-Ċentru b'reazzjoni kemm għall-kummenti tal-Qorti fis-sena preċedenti, kif ukoll għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit tul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,93 %, fl-istess livell tal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 95,68 %, li tfisser tnaqqis ta' 3,29 % meta mqabbla mal-2013;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

3.  Japprezza t-tkomplija tal-effiċjenza tas-servizzi ta' appoġġ taċ-Ċentru fl-2014; imtlew 95 minn 98 kariga fl-organigramma u l-puntwalità medja tal-pagamenti baqgħet stabbli;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitt ta' interess u t-trasparenza

4.  Jinnota li f'Ottubru 2014 il-Bord Governattiv taċ-Ċentru adotta politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess adattata għas-sitwazzjoni taċ-Ċentru u li tinkludi sitwazzjonijiet rilevanti ta' kunflitti ta' interess potenzjali li jaf jinqalgħu fiċ-Ċentru; jilqa' s-sessjonijiet regolari ta' taħriġ organizzati miċ-Ċentru intiżi biex jissensibilizzaw il-persunal tiegħu dwar l-implimentazzjoni korretta ta' dik il-politika; josserva li l-ewwel sessjonijiet ta' taħriġ saru f'Ġunju 2015;

5.  Jinnota li l-biċċa l-kbira tal-membri tal-Bord Governattiv taċ-Ċentru ffirmaw id-dikjarazzjonijiet ta' assenza ta' kunflitt ta' interess; jinnota, barra minn hekk, li dawk id-dikjarazzjonijiet ġew ippubblikati fuq is-sit web taċ-Ċentru wara l-kunsens tal-membri kkonċernati; iħeġġeġ lill-membri tal-Bord Governattiv li għadhom ma ffirmawx id-dikjarazzjoni biex jagħmlu dan mill-aktar fis possibbli;

6.  Jieħu nota li, f'Ottubru 2014, iċ-Ċentru adotta strateġija kontra l-frodi bbażata fuq l-Approċċ Komuni dwar l-aġenziji deċentralizzati tal-UE żviluppat mill-Kummissjoni bħala mezz biex jiġi pprovdut sostenn għall-prevenzjoni u d-detezzjoni tar-riskji ta' frodi u biex jissaħħu l-proċeduri interni xierqa għar-rapportar u l-ġestjoni tal-każijiet ta' frodi u l-eżiti tagħhom;

7.  Jiddikjara li r-rapporti annwali taċ-Ċentru jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden liċ-Ċentru jinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

Awditu intern

8.  Jirrikonoxxi li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditu fuq waħda mill-erba' temi inklużi fil-Pjan ta' Awditjar Strateġiku tal-IAS mill-2013 sal-2015; josserva li, fir-rapport tal-awditjar finali tiegħu, l-IAS ħareġ rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala "importanti ħafna" u erba' rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "importanti"; jirrikonoxxi li, billi r-rakkomandazzjoni "importanti ħafna" diġà kienet ġiet implimentata lejn tmiem is-sena, il-klassifikazzjoni tar-rakkomandazzjoni ġiet iddeklassifikata għal "importanti"; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li l-pjan ta' azzjoni mfassal b'riżultat tal-awditu qed jiġi implimentat kif ippjanat;

Kontrolli interni

9.  Jinnota li ċ-Ċentru jwettaq b'mod regolari valutazzjoni tar-riskji u jħejji pjan ta' ġestjoni tar-riskji sabiex jidentifika r-riskji li jistgħu jaffettwaw l-ilħuq tal-objettivi taċ-Ċentru; jinnota bi tħassib li l-pjan ta' ġestjoni tar-riskji jindika li jeżisti riskju li ċ-Ċentru ma jkunx jista' jipproċessa talbiet esterni u mhux previsti minn partijiet ikkonċernati minħabba li r-riżorsi disponibbli tiegħu diġà qed jiġu sfruttati żżejjed; jirrikonoxxi li ċ-Ċentru qiegħed isegwi mill-qrib dawn il-bidliet fil-programm ta' ħidma tiegħu bl-għan li jadattah għar-riżorsi disponibbli jew biex jintegra l-attivitajiet li jirriżultaw mill-bidliet b'mod xieraq;

Prestazzjoni

10.  Jinnota li l-evalwazzjoni perjodika esterna taċ-Ċentru tinkludi wkoll rakkomandazzjonijiet dwar kif jista' jiżviluppa u jsaħħaħ ir-rwol tiegħu; jinnota, barra minn hekk, li f'April 2014 iċ-Ċentru fassal pjan ta' azzjoni biex jagħti segwitu għal dawk ir-rakkomandazzjonijiet li ġie ppreżentat lill-Bord Governattiv; josserva li 7 minn 23 rakkomandazzjoni u l-azzjonijiet relatati ngħalqu sa tmiem l-2014; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fir-rigward tal-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet li fadal;

11.  Josserva li l-evalwazzjoni perjodika esterna eżaminat ukoll is-sinerġiji possibbli bejn iċ-Ċentru, il-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF), il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (EUROFOUND) u l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (EU-OSHA); jirrikonoxxi li, skont il-konklużjonijiet tal-evalwazzjoni, iċ-Ċentru ma dduplika l-attivitajiet ta' ebda attur ieħor fil-livell tal-Unjoni, nazzjonali jew internazzjonali;

12.  Jieħu nota tal-kooperazzjoni mill-qrib taċ-Ċentru mal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ (ETF) u l-EUROFOUND, li hija fformalizzata fi ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn dawn l-aġenziji kif ukoll fi programmi ta' ħidma annwali miftiehma preċedentement;

13.  Jinnota l-ħidma taċ-Ċentru biex iżid il-viżibbiltà tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Unjoni u tar-rwol tiegħu permezz tas-sit web tiegħu, il-midja soċjali, l-organizzazzjoni ta' avvenimenti differenti fl-Istat Membru ospitanti kif ukoll permezz tal-kollaborazzjoni mal-Kummissjoni f'diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet mal-istampa;

Kummenti oħra

14.  Jesprimi dispjaċir li x-xogħlijiet ta' tiswija li qed isiru fuq il-binja taċ-Ċentru fil-Greċja ma tlestewx sa tmiem l-2014; jirrikonoxxi, madankollu, li x-xogħlijiet ta' tiswija jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Gvern tal-Istat Membru ospitanti u li x-xogħlijiet ta' kostruzzjoni rilevanti kellhom jiġu sospiżi minħabba s-sitwazzjoni ekonomika fl-Istat Membru ospitanti; jinnota li l-bqija tax-xogħlijiet kellhom jitlestew sa tmiem l-2015, u jitlob liċ-Ċentru jkompli jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar din il-kwistjoni;

15.  Japprezza li ċ-Ċentru ffoka l-attività tiegħu fuq il-kontribut u l-appoġġ għall-politiki li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifaħħar b'mod partikolari kemm il-previżjonijiet u l-analiżi tal-kompetenzi taċ-Ċentru kif ukoll ix-xogħol li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-apprendistati; jinnota b'sodisfazzjon li l-informazzjoni mill-iskedi ddettalljati għal kull pajjiż fl-oqsma tal-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ippreparati miċ-Ċentru għall-Istati Membri kollha, kienet riflessa fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2014 tas-Semestru Ewropew;

16.  Jemmen li ċ-Ċentru għandu jassisti lill-Istati Membri li jiffaċċjaw l-isfida ta' għadd akbar ta' rifuġjati biex jisfruttaw l-opportunitajiet ta' taħriġ vokazzjonali sabiex jiġu integrati fis-swieq tax-xogħol;

17.  Jilqa' l-fatt li ż-żjarat fis-sit web tal-Europass amministrat miċ-Ċentru u disponibbli f'27 lingwa, fl-2014 laħqu l-21,7 miljun utent, żieda ta' 8 % fuq iċ-ċifri tal-2013;

°

°  °

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

26.1.2016

OPINJONI tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta' Taħriġ Vokazzjonali għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2164(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: David Casa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet sottostanti li fuqhom huma bbażati tal-kontijiet annwali tal-Eurofound għas-sena finanzjarja 2014 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2014 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jilqa' l-miżuri stabbiliti miċ-Ċentru b'reazzjoni kemm għall-kummenti tal-Qorti fis-sena preċedenti, kif ukoll għar-rakkomandazzjonijiet tal-Parlament;

3.  Japprezza li ċ-Ċentru ffoka l-attività tiegħu fuq il-kontribuzzjoni u l-appoġġ għall-politiki li jindirizzaw il-qgħad fost iż-żgħażagħ; ifaħħar b'mod partikolari kemm il-previżjonijiet u l-analiżi tal-kompetenzi taċ-Ċentru kif ukoll ix-xogħol li jiffoka fuq l-iżvilupp tal-apprendistati; jinnota b'sodisfazzjoni li l-informazzjoni mill-iskedi ddettalljati għal kull pajjiż fl-oqsma tal-politiki dwar l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, ippreparati miċ-Ċentru għall-Istati Membri kollha, kienet riflessa fir-rakkomandazzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż tal-2014 tas-Semestru Ewropew;

4.  Jemmen li ċ-Ċentru għandu jassisti lill-Istati Membri li jiffaċċjaw l-isfida ta' għadd akbar ta' rifuġjati biex jisfruttaw l-opportunitajiet ta' taħriġ vokazzjonali sabiex jiġu integrati fis-swieq tax-xogħol;

5.  Jilqa' l-fatt li ż-żjarat fis-sit elettroniku tal-Europass amministrat miċ-Ċentru u disponibbli f'27 lingwa, fl-2014 laħqu l-21.7 miljun utent, żieda ta' 8 % fuq iċ-ċifri tal-2013;

6.  Japprezza t-tkomplija tal-effiċjenza tas-servizzi ta' appoġġ taċ-Ċentru fl-2014; ir-rata ta' implimentazzjoni tal-baġit baqgħet għolja, jiġifieri 99,93 %; imtlew 95 minn 98 kariga fil-pjan ta' stabbiliment u l-puntwalità medja tal-pagamenti baqgħet stabbli;

7.  Jilqa' l-adozzjoni taċ-Ċentru fl-2014 tal-istrateġija tiegħu kontra l-frodi, flimkien mal-politika dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi fiċ-Ċentru;

8.  Jikkundanna l-fatt li għad hemm dewmien serju fix-xogħlijiet ta' tiswija fuq il-bini taċ-Ċentru, li mhux qed iħalli li ċ-Ċentru jagħmel użu sħiħ mill-faċilitajiet ta' konferenza tiegħu; ifakkar li x-xogħlijiet kienu ppjanati li jiġu konklużi fl-2014, iżda minflok, sal-aħħar ta' dik is-sena ġie rreġistrat biss progress sinifikanti; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Griegi jagħmlu l-almu tagħhom biex jiżguraw li x-xogħlijiet jitlestew ħalli jiġi garantit li l-faċilitajiet taċ-Ċentru jkunu jistgħu jintużaw malajr kemm jista' jkun.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

8

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Jane Collins, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Thomas Händel, Marian Harkin, Czesław Hoc, Rina Ronja Kari, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Amjad Bashir, Lynn Boylan, Miapetra Kumpula-Natri, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Michaela Šojdrová

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Anneli Jäätteenmäki

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 39.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 39, 13.2.1975, p. 1.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(-PROV)(2016)0000.

Avviż legali