Proċedura : 2015/2170(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0084/2016

Testi mressqa :

A8-0084/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.26
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0162

RAPPORT     
PDF 679kWORD 96k
7.4.2016
PE 569.740v02-00 A8-0084/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2170(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0068/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0068/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2965/94 tat-28 ta' Novembru 1994 li jistabbilixxi ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2170(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0084/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 56 268 041, li jirrappreżenta żieda ta' 7,81 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru tat-Traduzzjoni għall-Korpi tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

-  ġie ffirmat Ftehim dwar kwartieri ġenerali bejn iċ-Ċentru u l-gvern tal-Istat Membru ospitanti;

-  dan se jissimplifika l-aċċess għal dokumentazzjoni marbuta mal-Bord ta' Tmexxija tiegħu bħala parti mill-pjan ta' tfassil mill-ġdid tal-websajt tiegħu għall-2017;

-  hu għamel żewġ rifużjonijiet lill-klijenti sa mill-2013 - li jammontaw għal EUR 4 900 000 - bħala parti mill-miżuri implimentati sabiex jitnaqqas il-bilanċ favorevoli tal-baġit;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 79,34 %, li tfisser tnaqqis ta' 4,13 % meta mqabbla mas-sena 2013; jaċċerta li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 71,97 %, li tfisser tnaqqis ta' 5,71 % meta mqabbla mas-sena 2013;

3.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-flus kontanti u d-depożiti għal żmien qasir miżmuma miċ-Ċentru żdiedu minn EUR 40 000 000 fl-aħħar tal-2013 għal EUR 44 000 000 fl-aħħar tal-2014; josserva li l-bilanċ pożittiv u r-riżervi żdiedu minn EUR 37 500 000 għal EUR 40 400 000, li jindika lok għal tnaqqis fil-prezzijiet; jinnota bi tħassib li l-bilanċ pożittiv hu fenomenu rikorrenti għaċ-Ċentru; jirrikonoxxi, madankollu, l-azzjonijiet pożittivi meħuda miċ-Ċentru biex tinbidel din ix-xejra;

4.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-prezz medju għal kull paġna tnaqqas bi 2 % mill-2013 għat-tieni nofs tal-2014; jinnota, madankollu, li t-tariffa għal kull paġna ta' "reviżjoni" żdiedet bi 23 % matul l-istess perjodu; jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-kriterji li wasslu biex jiġu stabbiliti l-prezzijiet matul is-sena finanzjarja 2014; jitlob li ċ-ċentru jipprovdi aġġornament dwar it-tariffi, id-depożiti u l-bilanċi pożittivi attwali;

Awditu intern

5.  Jinnota miċ-Ċentru li fil-bidu tal-2014, ħames rakkomandazzjonijiet li nħarġu mis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) baqgħu pendenti; jaċċerta miċ-Ċentru li ċ-Ċentru implimenta azzjonijiet korrettivi u għalaq żewġ rakkomandazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li mit-tliet rakkomandazzjonijiet pendenti (tnejn ikklassifikati bħala "importanti ħafna" u waħda hija kklassifikata bħala "importanti") kienu se jiġu implimentati; jitlob liċ-Ċentru biex jimplimenta dawn ir-rakkomandazzjonijiet malajr kemm jista' jkun u biex iżomm l-awtorità tal-kwittanza infurmata;

Kontrolli interni

6.  Jinnota li ċ-Ċentru huwa konformi ma' 80 % tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS), għax għamel sforzi konsiderevoli biex jimplimenta l-azzjonijiet pendenti fil-Pjan ta' Azzjoni tal-ICS; jinnota, barra minn hekk, li l-ġarr taċ-Ċentru lejn il-Bini DROSBACH irrikjeda abbozzar mill-ġdid konsiderevoli tal-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju taċ-Ċentru; jieħu nota tal-fatt li t-tluq ta' diversi membri ewlenin tat-tmexxija taċ-Ċentru kellu impatt negattiv fuq l-implimentazzjoni f'waqtha tal-Pjan tal-Kontinwità tan-Negozju, bir-riżultat li kien hemm dewmien fir-reviżjoni u fl-aġġornament tal-analiżi tal-impatt tan-negozju;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

7.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ċ-Ċentru jinsab fil-proċess li jistabbilixxi u jimplimenta strateġija kontra l-frodi bbażata fuq "il-linji gwida għal strateġiji kontra l-frodi għall-aġenziji deċentralizzati tal-UE" tal-Uffiċċju Ewropew ta' Kontra l-Frodi (OLAF); jistieden liċ-Ċentru jaqsam il-kisbiet f'dan ir-rigward mal-awtorità tal-kwittanza;

8  Jiddikjara li r-rapporti annwali taċ-Ċentru jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden liċ-Ċentru jinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

Prestazzjoni

9.  Jinnota b'sodisfazzjon is-sinerġiji li nħolqu miċ-Ċentru permezz tal-kondiviżjoni tas-servizzi ma' aġenziji oħra; b'mod partikolari, ifaħħar il-ftehim ta' kooperazzjoni stabbilit bejn iċ-Ċentru u l-Aġenzija Ferrovjarja Ewropea (ERA), li permezz tiegħu ċ-Ċentru jospita s-sistema tal-irkupru mid-diżastri tal-ERA, u jippermetti li jsir iffrankar ta' flus filwaqt li jipprovdi livell ogħla ta' sigurtà liż-żewġ korpi;

10.  Jilqa' l-implimentazzjoni min-naħa taċ-Ċentru ta' approċċ komuni għall-ipproċessar ta' qabel għall-marki kummerċjali Komunitarji mal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (UASI) bil-għan li jkun hemm kondiviżjoni tal-memorji tat-traduzzjoni u armonizzazzjoni tal-flussi ta' ħidma rispettivi sabiex tiġi żgurata t-trasparenza u l-effiċjenza tal-proċess; jinnota li ma setgħetx tittieħed deċiżjoni finali tul is-sena finanzjarja 2014; jirrikonoxxi li ż-żewġ aġenziji qablu li jipproċedu bil-proġett fl-2015; jappoġġa ftehim ta' dan it-tip u jistieden liċ-Ċentru jinforma lill-awtorità tal-kwittanza dwar l-iżviluppi fir-rigward ta' din l-inizjattiva;

Kummenti oħra

11.  Jinnota b'sodisfazzjon il-proġett ta' adattabbiltà taċ-Ċentru, li beda fl-2014, u li jiffoka fuq it-titjib tal-adattabbiltà tal-persunal tiegħu u li jnaqqas il-ħiliet nieqsa nnotati fost tal-persunal; jinnota li ċ-Ċentru identifika lista ta' persuni li jħarrġu u beda l-implimentazzjoni tal-azzjonijiet ta' taħriġ identifikati; josserva li fl-aħħar tal-2015 saret analiżi tal-ħiliet li mill-inqas għandhom tnejn min-nies f'kull taqsima li turi li l-perċentwali żdied b'mod konsiderevoli u hija ta' 76,50 % meta mqabbel mal-65,46 % fl-2014;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon l-interess taċ-Ċentru fit-titjib tal-assigurazzjoni tal-kwalità tat-traduzzjonijiet u s-sistema ta' feedback tal-klijenti tiegħu, kif ukoll il-workshop organizzat miċ-Ċentru għal tradutturi freelance sabiex jiffamiljarizzahom mal-metodi ta' ħidma taċ-Ċentru;

13.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li ċ-Ċentru implimenta għodda ġdida ta' ppjanar u monitoraġġ tal-baġit li ntużat għat-tħejjija tal-baġit tal-2015, sistema ġdida tal-ġestjoni tax-xogħol tat-traduzzjoni "e-CdT" u għodda ġdida għat-traduzzjoni bl-assistenza ta' kompjuter;

°

°  °

14.  Jirreferi, fir-rigward ta' kummenti oħra li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](13) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 33.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 314, 7.12.1994, p. 1.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(13)

Testi adottati ta' dik id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali