Proċedura : 2015/2187(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0085/2016

Testi mressqa :

A8-0085/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.37
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0173

RAPPORT     
PDF 697kWORD 114k
7.4.2016
PE 569.751v02-00 A8-0085/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2187(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8 - 0085/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0085/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Istitut(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Istitut fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8 - 0085/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1922/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Diċembru 2006 li jistabbilixxi Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 15 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0085/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2187(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi (A8-0085/2016),

A.  billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi ("l-Istitut") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 7 340 081, li jfisser tnaqqis ta' 3,08 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Istitut għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

1.  Ifakkar li l-Istitut twaqqaf biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jsaħħaħha, inkluż qabel kollox, permezz tal-integrazzjoni tal-perspettiva tas-sessi fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali li jirriżultaw, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u biex ikattar l-għarfien taċ-ċittadini tal-Unjoni f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014, l-Istitut kiseb 95 % tar-riżultati li kellu ppjanati; jisħaq li l-objettivi u l-kompiti tal-Istitut jirrikjedu li fil-qafas istituzzjonali tal-Unjoni tinżamm entità ddedikata separata;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja għolja ta' 99,04 %, li turi li l-impenji saru f'waqthom; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 71,91 %, li tfisser żieda ta' 1,75 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

3.  Jilqa' b'sodisfazzjon il-fatt li l-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kompla jonqos, minn EUR 2 500 000 (32 %) fl-2012 u EUR 2 200 000 (29 %) fl-2013 għal EUR 1 900 000 (27 %) fl-2014; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' riporti kien għoli fl-ammont ta' EUR 1 800 000 (54 %) għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi li r-raġunijiet prinċipali għal dawn ir-riporti kienu d-dewmien fl-akkwist ta' stħarriġ u studji, kif ukoll studji li għadhom għaddejjin u li kienu mistennija li jiġu ffinalizzati fl-2015 kif ippjanat; jifhem li r-raġunijiet għad-dewmien fl-istudji taħt l-approprjazzjonijiet operattivi spiss ikunu jirrigwardaw ċirkostanzi li ma jkunux fil-kontroll tal-Istitut; jistieden madankollu lill-Istitut ikompli bl-isforzi tiegħu biex inaqqas l-ammont ta' riporti fil-baġit operattiv biex jirrispetta l-prinċipju baġitarju tal-annwalità;

4.  Jinnota li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 2 167 128; jinnota b'sodisfazzjon li 1.76 % biss tar-riporti tal-2013 ġew ikkanċellati;

5.  Jistieden lill-Istitut biex fil-futur iżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena sussegwenti baxx kemm jista' jkun;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

6.  Jinnota li l-kuntratti tal-akkwist pubbliku tal-Istitut kienu offruti fuq bażi kemm jista' jkun wiesgħa, filwaqt li għall-proċeduri negozjati dwar kuntratti ta' valur baxx l-għadd ta' kandidati mistiedna ġie stabbilit biex jiġi żgurat bilanċ bejn il-pubbliċità u l-proporzjonalità; jinnota barra minn hekk li twettqu 47 proċedura ta' akkwist operattiv għall-ammont ta' EUR 3 217 653, filwaqt li l-bqija tal-baġit operattiv għall-2014 intefaq fuq traduzzjonijiet, benefiċċji għall-għajxien ta' kuljum imħallsa lill-esperti, missjonijiet tal-persunal u xiri okkażjonali b'fatturi;

7.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fi tmiem is-sena, l-Istitut kellu 29 kariga fl-organigramma tiegħu, li kollha kienu mimlijin; jikkonstata li fl-istennija għat-tnaqqis fil-persunal u prijoritajiet tax-xogħol li qed jevolvu, l-Istitut naqqas l-għadd ta' karigi tiegħu b'wieħed meta mqabbel mas-sena ta' qabel, filwaqt li huwa previst it-tnaqqis ta' żewġ karigi temporanji oħra għall-perjodu 2016-2017; josserva li b'kollox dan it-tnaqqis se jammonta għal tnaqqis totali ta' 10 % tal-organigramma tiegħu;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8  Jindika li l-Istitut irid jiskrutinja d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-membri, il-persunal amministrattiv u l-esperti tiegħu u jippubblika r-rapport ikkonċernat mingħajr dewmien;

Awditjar intern

9.  Jirrikonoxxi li f'Diċembru 2014 l-Istitut ippreżenta lis-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) pjan ta' azzjoni li jindirizza oqsma ta' riskju għoli identifikati matul l-analiżi tar-riskju tal-IAS li saret fl-2013; jirrikonoxxi li, fi tmiem is-sena, il-proċessi kollha ġew implimentati kif xieraq fil-limitu taż-żmien stabbilit;

10.  Jinnota li f'Marzu 2014 l-IAS wettaq Rapport Annwali tal-Awditjar Intern fl-Istitut għas-sena finanzjarja 2013; jinnota b'sodisfazzjon li l-IAS ma ħareġ l-ebda rakkomandazzjoni mmarkata bħala ''Kritika'' jew ''Importanti ħafna''; jieħu nota tal-fatt li wara eżerċizzju ta' valutazzjoni sħiħ tar-riskju, l-IAS ħejja Pjan Strateġiku tal-Awditjar Intern 2015-2017, li ġie approvat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Istitut; jikkonstata li l-IAS, fir-rapport tiegħu ta' April 2015, ikkonferma li l-ebda rakkomandazzjoni miftuħa ma kienet ikklassifikata bħala ''Kritika'', u li rakkomandazzjoni miftuħa waħda kienet ikklassifikata bħala ''Importanti ħafna'';

Kontrolli interni

11.  Jaċċerta li l-Istitut, fil-qafas tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern tiegħu, ikkonċentra fuq l-adozzjoni tal-qafas ta' ġestjoni tal-kwalità, l-implimentazzjoni ta' sistema ta' kontroll ex-ante, it-tisħiħ ta' ambjent kontra l-frodi u kontra l-fastidju kif ukoll fuq l-iżvilupp tal-Pjan ta' Kontinwità tan-Negozju tiegħu; jinnota li xi miżuri ġew implimentati b'mod effettiv sal-2014 filwaqt li oħrajn kienu skedati li jkomplu matul l-2015;

Kummenti oħra

12.  Jinnota li l-Istitut regolarment jikkonsulta l-Kumitat tal-Parlament għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi dwar suġġetti definiti, permezz ta' kuntatti diretti mal-membri tiegħu jew permezz ta' intermedjarji; jinnota barra minn hekk li l-Istitut jieħu sehem fil-gruppi ta' ħidma tal-Kummissjoni (Eurostat) biex jesplora sinerġiji, iżda wkoll biex jipprovdi pariri dwar kwistjonijiet tekniċi, il-perspettiva tas-sessi tal-ġbir tad-data u l-armonizzazzjoni; jieħu nota tal-fatt li l-Istitut jaħdem mill-qrib mal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għad-Drittijiet Fundamentali (FRA) u l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound); josserva li dan huwa rifless fl-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi u fir-rapporti ta' Beijing tal-Istitut għall-Presidenza tal-Kunsill;

13.  Jistieden lill-Istitut itejjeb il-proċeduri u l-prattiki tiegħu intiżi sabiex jissalvagwardjaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni u jikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Istitut qed ifittex sinerġiji billi jaqsam ċerti kompiti u jintroduċi servizzi kondiviżi ma' aġenziji oħra; jinnota b'mod partikolari l-introduzzjoni ta' ftehim dwar il-livell ta' servizz mal-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Kooperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (Frontex) fil-qasam ta' kontrolli ex-post;

15.  Jilqa' l-kooperazzjoni produttiva li għaddejja bejn l-Istitut u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jappella għal aktar interazzjoni bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-riċerka tal-Istitut, filwaqt li jitqies ukoll l-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi żviluppat mill-Istitut;

°

°  °

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' April 2016(13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

29.1.2016

OPINJONI tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2187(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Barbara Matera

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (EIGE) twaqqaf biex jikkontribwixxi għall-promozzjoni tal-ugwaljanza bejn is-sessi u jsaħħaħha, inklużi, qabel kollox, l-integrazzjoni tal-perspettiva tal-ġeneri fil-politiki kollha tal-Unjoni u l-politiki nazzjonali riżultanti, u l-ġlieda kontra d-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sess, u biex ikattar l-għarfien taċ-ċittadini tal-UE f'dak li jirrigwarda l-ugwaljanza bejn is-sessi; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014, l-EIGE kiseb 95 % tar-riżultati li kellu ppjanati; jenfasizza li l-objettivi u l-kompiti tal-Istitut jirrikjedu li tinżamm entità dedikata separata fi ħdan il-qafas istituzzjonali tal-UE;

2.  Jinnota l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li l-kontijiet annwali tal-EIGE jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tiegħu kif kienet fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tiegħu u l-flussi ta' flusu għas-sena li kienet intemmet, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Finanzjarju tiegħu u mar-regoli tal-kontabbiltà adottati mill-Uffiċjal tal-Kontabbiltà tal-Kummissjoni;

3.  Jirrimarka l-opinjoni tal-Qorti tal-Awdituri li t-transazzjonijiet koperti mill-kontijiet annwali tal-EIGE għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 huma legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

4.  Jilqa' l-fatt li, fl-2014, il-livell kumplessiv tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kien ta' 99,04 %, ir-rata globali disponibbli ta' implimentazzjoni tal-baġit għall-2014 kienet ta' 77,97 % u 100 % tal-postijiet previsti mill-pjan ta' stabbiliment tal-persunal kienu mimlija sat-tmiem tal-2014;

5.  Jinnota li l-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet ta' impenn kien għoli għan-nefqa operattiva taħt it-Titolu III (54 %), li huwa titjib fuq il-livell tal-2013 ta' 56 %; ir-raġunijiet prinċipali kif identifikati mill-Qorti tal-Awdituri kienu d-dewmien fl-akkwist ta' stħarriġiet u studji, u studji li kienu għadhom għaddejjin u li kienu mistennija li jkunu kkompletati fl-2015; jinnota li d-dewmien f'approprjazzjonijiet operattivi huma kultant dovuti għal ċirkustanzi barra l-kontroll tal-EIGE; iħeġġeġ lill-EIGE jkompli bl-isforzi tiegħu biex progressivament inaqqashom;

6.  Jinnota b'sodisfazzjon l-approvazzjoni ta' Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern 2015-2017 għall-EIGE u l-implimentazzjoni sussegwenti parzjali jew sħiħa ta' azzjonijiet li jinsabu fil-Pjan ta' Azzjoni relatat;

7.  Jilqa' l-kooperazzjoni produttiva li għaddejja bejn l-EIGE u l-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi; jappella għal aktar interazzjoni bejn il-prijoritajiet leġiżlattivi u mhux leġiżlattivi tal-Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is-Sessi u r-riċerka tal-EIGE, bil-qies ukoll tal-evidenzi tal-Indiċi tal-Ugwaljanza bejn is-Sessi żviluppat mill-EIGE;

8.  Huwa tal-opinjoni li, fuq il-bażi tad-data disponibbli bħalissa, tista' tingħata kwittanza lid-Direttur tal-EIGE fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tiegħu għas-sena finanzjarja 2014.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

28.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

22

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Maria Arena, Catherine Bearder, Malin Björk, Anna Maria Corazza Bildt, Iratxe García Pérez, Mary Honeyball, Vicky Maeijer, Angelika Mlinar, Angelika Niebler, Maria Noichl, Marijana Petir, Terry Reintke, Jordi Sebastià, Ernest Urtasun, Beatrix von Storch, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, Stefan Eck, Eleonora Forenza, Ildikó Gáll-Pelcz, Constance Le Grip, Clare Moody, Julie Ward

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Pedro Silva Pereira, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Kristina Winberg

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 168.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 403, 30.12.2006, p. 9.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' dik id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali