Proċedura : 2015/2191(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0087/2016

Testi mressqa :

A8-0087/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.24
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0160

RAPPORT     
PDF 699kWORD 107k
7.4.2016
PE 569.736v02-00 A8-0087/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2191(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0089/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0089/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 713/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Lulju 2009 li jistabbilixxi Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 24 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2191(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0087/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 10 880 000, ammont li jfisser tnaqqis ta' 8,80 % meta mqabbel mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għall-Koperazzjoni tar-Regolaturi tal-Enerġija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2012 tal-Qorti u li l-azzjoni korrettiva għalihom hija mmarkata bħala "Għadha għaddejja" fir-rapport 2013 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-azzjoni korrettiva għaż-żewġ rakkomandazzjonijiet fir-rapport tal-Qorti issa hija mmarkata bħala "Ikkompletata"; jinnota, barra minn hekk, li fir-rigward tat-tliet kummenti li saru fir-rapport tal-Qorti tal-2013, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u l-azzjoni korrettiva għal żewġ kummenti minnhom issa hija mmarkata bħala ''Ikkompletata'' filwaqt li l-azzjoni korrettiva għal kumment wieħed hija mmarkata bħala "Mhux applikabbli'';

2.  Jirrikonoxxi mill-informazzjoni pprovduta mill-Aġenzija li:

  livell għoli ta' bilanċ fi flus kontanti ta' EUR 5 500 000 fi tmiem is-sena, li jirriżulta parzjalment minn meta ġie rċevut baġit emendatorju relatat mal-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(13) ("ir-Regolament REMIT"), ġie bbilanċjat fl-2014 u mnaqqas għal EUR 3 300 000 fl-aħħar tal-2014; jinnota b'sodisfazzjon li r-rapport tal-Qorti jindika l-azzjoni ta' segwitu bħala "Ikkompletata";

  il-politika riveduta tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess ġiet adottata mill-Bord tal-Amministrazzjoni tal-Aġenzija fil-31 ta' Jannar 2015; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li din il-politika l-ġdida hija applikabbli għall-persunal tal-Aġenzija, għall-membri u s-sostituti ta' kull wieħed mit-tliet bordijiet tal-Aġenzija, kif ukoll għall-Presidenti u l-Viċi Presidenti tal-Grupp ta' Ħidma tal-Aġenzija (AWG), u l-persuni responsabbli mit-Task Force, li huma f'pożizzjoni li jmexxu l-ħidma tal-AWGs;

  is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess tal-membri tal-bord tat-tmexxija tal-Aġenzija, tal-Presidenti u l-Viċi-Presidenti tal-AWG, u tal-persuni responsabbli mit-Task Force kienu fil-biċċa l-kbira ppubblikati fuq is-sit web tal-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrevedi u tippubblika s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess rimanenti mingħajr dewmien, kif previst fil-politika tagħha;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 95 %, li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira ppjanata tagħha u li tirrappreżenta tnaqqis ta' 2,53 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 69,84 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 14,84 % meta mqabbla mal-2013; jikkonstata li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament hija taħt il-mira tal-Aġenzija ta' 75 %, prinċipalment minħabba t-tiġdid jew negozjar tal-kuntratti annwali tal-Aġenzija lejn tmiem is-sena kif ukoll minħabba n-natura multiannwali tal-proġetti REMIT;

4.  Jiddispjaċih li ma ntlaħaq l-ebda ftehim għal kwalunkwe kontribuzzjoni lejn l-Aġenzija mill-Istati tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, peress li t-Tielet Pakkett dwar l-Enerġija għadu jrid jiġi inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea;

Impenji u riporti

5.  Jirrikonoxxi li r-riporti relatati mat-Titolu II, approprjazzjonijiet dwar nefqa amministrattiva, ammontaw għal EUR 980 000, li jirrappreżentaw 41 % tal-approprjazzjonijiet għan-nefqa amministrattiva taħt it-Titolu II; jinnota, barra minn hekk, li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' studji għall-implimentazzjoni tar-Regolament REMIT kif ukoll għal kuntratti annwali mġedda lejn tmiem is-sena;

6.  Jieħu nota li total ta' EUR 1 570 000 mill-approprjazzjonijiet impenjati tat-Titolu III ġie riportat għall-2015, li jirrapreżenta 62 % tal-approprjazzjonijiet impenjati għan-nefqa operattiva; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' riporti tat-Titolu III tnaqqset b'29 % meta mqabbla mas-sena 2013; jenfasizza li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati mal-attività multiannwali kumplessa tal-implimentazzjoni tar-REMIT, li għalihom ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014(14) ġie adottat fis-17 ta' Diċembru 2014;

7.  Jirrikonoxxi li r-rapport tal-Qorti jiddikjara li l-Aġenzija għamlet żewġ pagamenti ta' prefinanzjament fi tmiem l-2014 li jirriżultaw mill-approprjazzjonijiet riċevuti permezz ta' baġit emendatorju lejn l-aħħar tal-2013 u li jammontaw għal EUR 1 560 000; jinnota li dawk il-ħlasijiet kienu assoċjati ma' kuntratti għall-provvista ta' servizzi relatati mar-REMIT fil-perjodu 2015 sal-2017; jieħu nota li l-Aġenzija kellha tissospendi parti mill-proġett ta' implimentazzjoni REMIT minħabba li l-adozzjoni tar-Regolament REMIT kellha sseħħ iktar tard milli mistenni oriġinarjament; jifhem li dawn il-pagamenti se jippermettu lill-Aġenzija tiffinanzja l-attivitajiet futuri tagħha relatati mar-REMIT u l-kuntratti mogħtija kif ippjanat oriġinarjament; jenfasizza, madankollu, li għalkemm l-implimentazzjoni tar-REMIT hija ta' natura kumplessa u multiannwali, riporti għoljin u pagamenti ta' prefinanzjament huma kontradittorji għall-prinċipju baġitarju ta' annwalità; jinnota li l-Aġenzija għandha tkompli ttejjeb l-ippjanar u l-implimentazzjoni tal-baġit annwali tagħha;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

8.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija adottat il-politika riveduta tagħha dwar il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-ħidma tal-Bordijiet tal-Għażla f'April 2014; jinnota, barra minn hekk, li din il-politika tinkludi kundizzjonijiet speċifiċi għall-intervisti u l-eżamijiet bil-miktub, kif ukoll dispożizzjonijiet stretti biex tiġi żgurata l-anonimità tal-kandidati; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li din il-politika tiżgura pass 'il quddiem fl-impenn tagħha għal trasparenza u trattament ugwali tal-persunal tagħha;

Kontrolli interni

9.  Jirrikonoxxi li r-reviżjoni tal-istatus tal-Aġenzija tal-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern (ICS) uriet li l-ebda dgħufija sinifikanti ma saret evidenti fl-2014; jirrikonoxxi, barra minn hekk, li wara r-reviżjoni tal-istatus l-Aġenzija tqis lilha nnfisha konformi mar-rekwiżiti minimi sottostanti għal kull ICS; jistieden lill-Aġenzija tkompli ssaħħaħ il-kontrolli interni tagħha u tiżgura li l-kontrolli introdotti jaħdmu b'mod effikaċi u jikkontribwixxi għall-kisba tal-għanijiet tagħha;

Awditu intern

10.  Jinnota li s-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) wettaq awditu tal-Aġenzija skont il-Pjan Strateġiku ta' Awditjar tal-Aġenzija għall-2013 sal-2015 dwar is-suġġett "L-Iżvilupp ta' Linji Gwida ta' Qafas u Opinjoni dwar il-Kodiċi tan-Netwerk"; jieħu nota li matul l-awditu, l-IAS identifika oqsma għal titjib u pprovda rakkomandazzjoni waħda indikata bħala "importanti ħafna" kif ukoll ħames rakkomandazzjonijiet indikati bħala "importanti";

11.  Jiżgura li, b'reazzjoni għar-rakkomandazzjonijiet li saru mill-IAS, l-Aġenzija ħejjiet pjan ta' azzjoni sabiex jiġu identifikati n-nuqqasijiet; jinnota li l-IAS aċċetta li l-pjan ta' azzjoni jindirizza b'mod adegwat ir-riskji identifikati;

12.  Jinnota li 10 mill-11-il rakkomandazzjoni magħmula mill-IAS fl-awditu tagħha tal-2013 ingħalqu, filwaqt li rakkomandazzjoni waħda mmarkata bħala "importanti" fl-awditu tal-2013 hija mmarkata bħala parzjalment implimentata u għad trid tiġi kkompletata matul is-sena 2015;

Prestazzjoni

13.  Jieħu nota li l-Aġenzija rrevediet is-sistema tagħha tal-Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni (KPIs), li biha introduċiet distinzjoni bejn l-indikaturi tal-prestazzjoni u l-KPIs maħsuba biex jagħtu indikazzjoni aktar ċara lill-management dwar jekk l-għanijiet globali tal-Aġenzija kinux qed jintlaħqu; jinnota li s-sistema l-ġdida għandha tiġi applikata fl-2015, fi ħdan l-istruttura l-ġdida tal-Programm ta' Ħidma tal-Aġenzija;

14.  Jilqa' l-fatt li sabiex tirreġistra u żżomm rekord tat-tranżazzjonijiet baġitarji, l-Aġenzija tuża l-ABAC, l-istess sistema finanzjarja użata mill-Kummissjoni, bis-sistema SAP integrata bħala back-end għall-parti kontabilistika;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u trasparenza

15.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza rigward il-prinċipji tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

Kummenti oħra

16.  Jirrimarka li skont il-Ftehim dwar is-Sede bejn l-Aġenzija u l-Istat Membru ospitanti, għandha tiġi stabbilita Skola Ewropea fl-Istat Membru ospitanti; jiddispjaċih li aktar minn erba' snin wara d-dħul fis-seħħ ta' dak il-ftehim, ma twaqqfet ebda Skola Ewropea; jirrikonoxxi d-dikjarazzjoni tal-Aġenzija li l-gvern tal-Istat Membru ospitanti qiegħed jivvaluta l-emendi u l-arranġamenti legali meħtieġa sabiex tinstab l-aħjar soluzzjoni; jinkoraġixxi lill-Aġenzija u lill-Istat Membru ospitanti jsolvu din il-kwistjoni u jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istat attwali tan-negozjati;

17.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrità u jittejjeb il-qafas etiku bl-implimentazzjoni aħjar ta' kodiċi ta' mġiba u ta' prinċipji etiċi, sabiex tissaħħaħ kultura komuni u effikaċi ta' integrità;

°

°  °

18.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](15) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 18.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 211, 14.8.2009, p. 1.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Ir-Regolament (UE) Nru 1227/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2011 dwar l-integrità u t-trasparenza tas-swieq tal-enerġija bl-ingrossa (ĠU L 326, 8.12.2011, p. 1).

(14)

Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1348/2014 (ĠU L 363, 18.12.2014, p. 121).

(15)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali