Proċedura : 2015/2192(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0093/2016

Testi mressqa :

A8-0093/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.25
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0161

RAPPORT     
PDF 684kWORD 100k
7.4.2016
PE 569.739v01-00 A8-0093/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2192(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Uffiċċju(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Korp għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0090/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0093/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Korp għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Korp(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Uffiċċju tal-Korp għall-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0090/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1211/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 li jistabbilixxi l-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (BEREC) u l-Uffiċċju(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 13 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0093/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kumitat ta' Tmexxija tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppublikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2192(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0093/2016),

A.  billi, skont id-dikjarazzjonijiet finanzjarji tiegħu, il-baġit finali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi ("l-Uffiċċju") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 4 162 874, li jirrappreżenta żieda ta' 17 % meta mqabbel mal-2013; billi din iż-żieda rriżultat primarjament mill-inklużjoni ta' dħul intern assenjat minn snin preċedenti,

B.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-kontribuzzjoni kumplessiva tal-Unjoni lill-baġit tal-Uffiċċju għall-2014 kienet tammonta għal EUR 3 617 948, li tirrappreżenta żieda ta' 1,74 % meta mqabbla mal-2013,

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Uffiċċju tal-Korp ta' Regolaturi Ewropej tal-Komunikazzjonijiet Elettroniċi għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Uffiċċju għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari,

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi li l-Uffiċċju:

-  introduċa proċedura dettaljata ta' monitoraġġ kull xahar li wasslet għal rati ta' implimentazzjoni baġitarja mtejba sabiex jiżgura l-implimentazzjoni xierqa tal-baġit tiegħu kif ukoll tal-programm ta' ħidma annwali tiegħu;

-  emenda l-Politika tiegħu dwar is-Sigurtà tal-Informazzjoni sabiex jindirizza n-nuqqasijiet identifikati wara l-awditu ta' segwitu dwar l-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern mis-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni; jinnota b'sodisfazzjon it-tħejjija ta' Ftehim dwar il-Livell ta' Servizz (FLS) bejn l-Uffiċċju u l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA), li għandu jnaqqas ir-riskji relatati mas-sigurtà tal-informazzjoni tal-Uffiċċju;

-  ħa diversi azzjonijiet biex itejjeb il-proċess għar-rimborż tal-esperti u jnaqqas in-nuqqasijiet identifikati fir-rigward tal-pagamenti tard; jilqa' l-introduzzjoni ta' Indikaturi Ewlenin tal-Prestazzjoni f'kull pass tal-proċess u t-taħriġ addizzjonali tal-atturi fiċ-ċirkwit finanzjarju u b'mod partikolari; jinnota b'sodisfazzjon l-esternalizzazzjoni ta' parti mill-proċess tal-Uffiċċju tal-Kummissjoni tal-Amministrazzjoni u l-Ħlas tal-Intitolamenti Individwali (PMO), li aċċellerat kumplessivament il-proċedura ta' rimborż;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,91 %, li tirrappreżenta żieda ta' 8,36 % meta mqabbla mal-2012; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 75,66 %, li tfisser tnaqqis ta' 0,92 % meta mqabbla mal-2013;

Impenji u riporti

3.  Jinnota b'sodisfazzjoni mir-rapport tal-Qorti li l-livell kumplessiv ta' approprjazzjonijiet impenjati żdied minn 87 % fl-2013 għal 98 % fl-2014; jinnota, madankollu, li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati żdied għal EUR 900 000 (23 %), meta mqabbel mal-EUR 500 000 (13 %) fl-2013, l-aktar minħabba l-attivitajiet operattivi tal-Uffiċċju, bħal studji li għadhom għaddejjin dwar il-komunikazzjonijiet elettroniċi;

Trasferimenti

4.  Jaċċerta, abbażi tal-informazzjoni fornuta mill-Uffiċċju, li huwa għamel għadd ta' trasferimenti baġitarji matul is-sena 2014, li biddlu b'mod konsiderevoli l-istruttura tal-baġit inizjali, sabiex jiffinanzja l-ħtiġijiet addizzjonali għan-nefqa operattiva; jinnota b'mod partikolari li dawk it-trasferimenti kienu prinċipalment relatati mal-istudju "Net Neutrality Study" kif ukoll mal-proġetti "BEREC net"; jinnota li l-finalizzazzjoni ta' dawn il-proġetti matul is-sena 2014 kienet inċerta fil-mument tat-tħejjija tal-baġit;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

5.  Jilqa' l-fatt li fl-2014, għall-ewwel darba sa mill-istabbiliment tiegħu, l-Uffiċċju organizza proċedura ta' akkwist pubbliku għall-istudju "Net Neutrality Study" dwar il-valur tan-newtralità tan-netwerk għall-konsumaturi fl-Unjoni; jinnota li r-riżultati finali ta' dan l-istudju għandhom jintużaw bħala kontribut għall-programm ta' ħidma tal-Uffiċċju;

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li s-sitwazzjoni ta' għadd komplut tal-persunal intlaħqet fi tmiem l-2014; jinnota, barra minn hekk, li fl-2014 l-Uffiċċju organizza 11-il proċedura ta' reklutaġġ u ffinalizza żewġ proċeduri ta' reklutaġġ imnedija fis-sena preċedenti; jirrikonoxxi li opportunitajiet ta' sekondar, li kienu diffiċli li jimtlew, kienu koperti għalkollox sal-aħħar tal-2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

7.  Jinnota li l-Uffiċċju ġie inkarigat bil-ġestjoni tad-dokumenti kollha li nħolqu matul il-kors tal-attivitajiet tal-BEREC, kif ukoll biż-żamma ta' reġistru pubbliku tad-dokumenti, minħabba li l-BEREC m'għandux personalità ġuridika; jinnota, barra minn hekk, li sabiex tiġi żgurata aktar trasparenza, l-Uffiċċju stabbilixxa subtaqsima fir-reġistru pubbliku speċifikament għall-politika tiegħu dwar il-kunflitti ta' interess;

8.  Jitlob lil dawk l-istituzzjonijiet u l-aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' kondotta, inkluż lill-Parlament Ewropew, biex jintensifikaw il-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

9.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Uffiċċju jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, r-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Uffiċċju jinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tiegħu;

10.  Jirrikonoxxi l-ħolqien ta' għodda ta' kollaborazzjoni li sservi bħala pjattaforma interna għall-iskambju u l-kondiviżjoni ta' informazzjoni, l-aħjar prattiki u l-għarfien espert, sabiex il-ħidma tal-korpi preparatorji titmexxa b'mod aktar effiċjenti;

11.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju huwa impenjat li jtejjeb is-sit web tiegħu u jagħmlu aktar faċli għall-utenti; jinnota, barra minn hekk li, skont il-pjan ta' komunikazzjoni tiegħu, l-Uffiċċju stabbilixxa kont uffiċjali fuq Twitter u stazzjon fuq YouTube;

Kontrolli interni

12.  Jirrikonoxxi li l-istandards ta' kontroll intern rilevanti kollha ġew adottati mill-Kumitat ta' Tmexxija tiegħu; jinnota, madankollu, li l-implimentazzjoni tal-istandards ta' kontroll intern għadha mhijiex kompluta; jistieden lill-Uffiċċju jirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li jsir f'dan ir-rigward;

13.  Jinnota li l-Uffiċċju żviluppa gwida dettaljata dwar il-ġestjoni tar-riskju sabiex jistabbilixxi u jimplimenta proċess sistematiku tal-ġestjoni tar-riskju; jilqa' l-fatt li din il-gwida ġiet żviluppata bl-appoġġ tal-ENISA;

14.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Uffiċċju wettaq l-ewwel eżerċizzju ta' awtovalutazzjoni tar-riskju fi ħdan il-qafas tal-ftehim dwar il-livell ta' servizz (FLS) bejn l-Uffiċċju u l-ENISA għall-kondiviżjoni tal-funzjoni ta' Assistent Koordinatur ta' Kontroll Intern; jinnota li t-tmexxija tal-Uffiċċju eżaminat l-eżitu tal-eżerċizzju u identifikat ir-riskji li għandhom jiġu inklużi fir-reġistru tar-riskju;

Awditjar intern

15.  Jinnota li fl-2014 l-eżerċizzju ta' awditjar tas-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS) iffoka fuq is-segwitu tar-rieżami limitat tal-2013 bl-għan li jivvaluta l-istat ta' konformità mal-istandards ta' kontroll intern; jinnota li l-IAS għalaq tnejn minn18-il rakkomandazzjoni abbażi ta' riċerka bbażata biss fuq id-dokumentazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS eżamina 16-il rakkomandazzjoni miftuħa li fadal matul is-segwitu u kkonkluda li 14-il rakkomandazzjoni ġew implimentati kompletament;

Kummenti oħra

16.  Jieħu nota tal-fatt li d-dispożizzjonijiet tal-baġit tal-2014 għal kontribuzzjonijiet mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA) li għandhom status ta' osservatur fil-BEREC ma mmaterjalizzawx fin-nuqqas ta' ftehimiet mal-pajjiżi tal-EFTA; jirrikonoxxi li l-baġit tal-2015 tal-Uffiċċju ġie korrett kif xieraq; jistieden lill-Uffiċċju biex jibqa' prudenti meta jiġi biex ibassar il-kontribuzzjoni relatata mill-awtoritajiet regolatorji nazzjonali tal-pajjiżi tal-EFTA;

°

°  °

17.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 27.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 337, 18.12.2009, p. 1.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali