Proċedura : 2015/2178(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0098/2016

Testi mressqa :

A8-0098/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.43
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0179

RAPPORT     
PDF 676kWORD 97k
7.4.2016
PE 569.757v01-00 A8-0098/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2178(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0076/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Networks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0076/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 526/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 dwar l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni (ENISA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 460/2004(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 21 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2178(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0098/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien ta' EUR 9 708 297, li jfisser żieda ta' 0,39 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2013 kienet ta' EUR 8 820 666, li tfisser żieda ta' 0,05 % meta mqabbla mal-2013;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni tal-baġit ta' 100 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 85,61 %;

Impenji u riporti

2.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ammont totali tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' EUR 1 332 421 (15 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota li r-riporti ammontaw għal EUR 612 981 (49 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), li jfisser tnaqqis ta' 10 % meta mqabbel mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti huma marbuta ma' investimenti fl-infrastruttura tal-IT, ordnati kif ippjanat lejn tmiem is-sena għaż-żewġ uffiċċji tal-Aġenzija;

3.  Josserva li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 717 927; jinnota li mir-riporti tal-2013 ġew ikkanċellati EUR 49 460 (6,89 %);

Trasferimenti

4.  Jinnota b'sodisfazzjon li skont ir-Rapport Annwali tal-Aġenzija, kif ukoll is-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2013 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

5.  Jinnota mir-rapport ta' attività annwali tal-Aġenzija li fi tmiem l-2014 ġew impjegati 62 membru tal-persunal statutorju; jinnota barra minn hekk li matul l-2014 telqu tliet membri tal-persunal mill-Aġenzija, ġew ippubblikati għaxar avviżi għal pożizzjonijiet vakanti u ġew irreklutati seba' membri tal-persunal;

6.  Josserva li l-Aġenzija taffaċċja sfidi biex tattira u żżomm magħha persunal ikkwalifikat kif xieraq biex jappoġġa l-attivitajiet tagħha, l-aktar minħabba l-post fejn jinsab l-uffiċċju tagħha fi Kreta, fejn l-edukazzjoni internazzjonali hija fattur li jippreżenta sfidi; jirrikonoxxi li l-Aġenzija kkonkludiet ftehim ta' livell ta' servizz ma' kull waħda mill-iskejjel privati li jattendu t-tfal tal-persunal fl-uffiċċju ta' Ateni, hekk kif hemmhekk m'hemmx skejjel Ewropej; jinnota barra minn hekk li ġew konklużi mandat ġdid u ftehim ta' servizz ġdid bejn il-Kummissjoni u l-Aġenzija sabiex jingħataw id-dettalji tal-finanzjament għall-iskejjel Ewropej li jattendu t-tfal tal-persunal tal-Aġenzija;

7.  Jinnota li, skont ir-Rapport ta' Attività Annwali tal-Aġenzija, l-Aġenzija, għall-ewwel darba fl-2014, wettqet eżerċizzju ta' evalwazzjoni tal-karigi fi ħdanha billi użat metodoloġija komuni adottata għall-Aġenziji; jinnota barra minn hekk li skont dan l-eżerċizzju, 68 % tal-membri persunal tal-Aġenzija kienu fil-kategorija ta' funzjonijiet operattivi, 22 % kienu jaħdmu fil-kategorija ta' appoġġ amministrattiv u koordinazzjoni u 10 % kienu impjegati fir-rigward ta' funzjonijiet newtrali;

Awditu intern

8.  Jieħu nota tal-fatt li fil-bidu tal-2014, l-Aġenzija kellha 25 rakkomandazzjoni miftuħa mir-rapporti preċedenti tas-Servizz tal-Awditjar Intern tal-Kummissjoni (IAS); jirrikonoxxi li 24 rakkomandazzjoni ngħalqu matul l-2014 kif ikkonfermat mill-IAS fiż-żjara tiegħu ''fuq il-post'' fl-Aġenzija f'Novembru 2014; jinnota li rakkomandazzjoni waħda li kienet għadha miftuħa ngħalqet fl-2015, wara li kienet ġiet implimentata l-għodda għall-flussi tax-xogħol elettroniċi;

Kummenti oħra

9.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija adottat politiki interni biex ittejjeb il-kosteffikaċja u l-kompatibbiltà ambjentali tal-faċilitajiet tagħha; jinnota li pass importanti biex jiġu ssodisfati ż-żewġ rekwiżiti kien l-adozzjoni tal-pjattaforma ''mingħajr karti'', li sservi bħala fluss tax-xogħol u ħażna ta' dokumenti interni; jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija prattikament eliminat kważi għalkollox il-flussi tax-xogħol bil-karta, inklużi transazzjonijiet finanzjarji u l-fajls u d-dokumenti tar-riżorsi umani, u ssostitwiethom b'dokumenti elettroniċi u flussi tax-xogħol elettroniċi fi sforz biex jinkiseb ambjent tal-uffiċċju mingħajr karti; jirrikonoxxi li din l-għodda bdiet taħdem b'suċċess f'Jannar 2015;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza fir-rigward tat-trasparenza, ir-responsabbiltà u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

11.  Jirrikonoxxi, bħala segwitu għall-kwittanza 2013 tal-Aġenzija, li skont il-ftehim ta' kiri bejn l-awtoritajiet Griegi, l-Aġenzija u sid il-kera, il-kera għall-uffiċċji f'Ateni titħallas mill-awtoritajiet Griegi; jinsab imħasseb dwar il-fatt li l-kera kontinwament titħallas tard, fatt li ssokta fl-2014 u l-2015, u li għall-Aġenzija jippreżenta riskji finanzjarji, kif ukoll għar-reputazzjoni u għall-kontinwità tan-negozju; jinnota bi tħassib li, fl-2015, il-pagament għall-ewwel sitt xhur tas-sena sar fis-27 ta' Awwissu 2015, u biss wara li l-Aġenzija rċeviet twissija li se tinbeda kawża minn sid il-kera tal-uffiċċju ta' Ateni; iħeġġeġ lill-Kummissjoni, lill-Aġenzija u lill-awtoritajiet Griegi jsibu soluzzjoni għal din il-kwistjoni sabiex jitnaqqsu r-riskji li l-Aġenzija hija esposta għalihom b'mod sinifikanti;

°

°  °

12.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](13) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 223.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 41.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali