Proċedura : 2015/2177(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0103/2016

Testi mressqa :

A8-0103/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.32
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0168

RAPPORT     
PDF 709kWORD 121k
7.4.2016
PE 569.746v02-00 A8-0103/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2177(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0075/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0103/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet taċ-Ċentru(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata liċ-Ċentru fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0075/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 851/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' April 2004 li jistabbilixxi ċentru Ewropew għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 23 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0103/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2177(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0103/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tiegħu, il-baġit finali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 60 486 000, li jirrappreżenta żieda ta' 3,72 % meta mqabbel ma' dak għall-2013; billi 97 % tal-baġit taċ-Ċentru jinsilet mill-baġit tal-Unjoni;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jirrikonoxxi miċ-Ċentru li:

-  l-istrateġija ta' verifika ex post tiegħu ġiet implimentata u l-awditi ex post li jkopru l-perjodu 2012-2013 saru fl-2014 billi ntuża l-kuntratt qafas interistituzzjonali dwar l-awditjar;

-  intgħażlu żewġ awditi għall-pjan tiegħu għall-verifika tal-għotjiet u tlestew fl-2014; jinnota li għal awditu minnhom intalab rkupru ta' 2,9 % tal-ispejjeż imħallsa u għall-awditu l-ieħor ma kien hemm bżonn l-ebda rkupru;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 98,77 %, li tirrappreżenta żieda ta' 5,81 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti; tgħallem li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 80,37 %, li tirrappreżenta żieda ta' 6,23 % meta mqabbla ma' dik tas-sena preċedenti;

3.  Jirrikonoxxi li, minħabba li ż-żieda fil-fattur ta' ponderazzjoni għall-Iżvezja bejn l-2010 u l-2013 kellha impatt baġitarju totali ta' EUR 5 miljun fuq il-baġit għall-2014 taċ-Ċentru, iċ-Ċentru talab ammont addizzjonali ta' EUR 2 miljun mill-baġit tal-Unjoni sabiex ikun jista' jkopri ż-żieda fl-ispejjeż, u li, b'riżultat ta' dan, ammont addizzjonali ta' EUR 2 miljun, li ġie mill-eżitu pożittiv taċ-Ċentru għall-2013, ingħata b'mod eċċezzjonali liċ-Ċentru fl-2014;

Impenji u riporti

4.  Jinnota li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati kien ta' 25 % (EUR 1 600 000) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u 49 % (EUR 8 100 000) għat-Titolu III (nefqa operattiva); jirrikonoxxi li r-riporti għat-Titolu II kienu prinċipalment relatati mal-akkwist ippjanat ta' ħardwer u softwer informatiku fit-tieni nofs tal-2014, li l-pagament tagħhom ma kienx dovut qabel l-2015. jirrikonoxxi, barra minn hekk, li r-riporti għat-Titolu III kellhom x'jaqsmu mal-proġetti pluriennali taċ-Ċentru, it-teknoloġija informatika bħala appoġġ għall-attivitajiet operattivi u konsulenza esperta;

5.  Jirrikonoxxi t-titjib fl-ippjanar u fl-eżekuzzjoni baġitarji tal-laqgħat operattivi, b'mod partikolari l-użu tal-medja tal-prezzijiet effettivi tat-titjiriet minflok limiti massimi biex jiġi kkalkolat il-baġit għall-avvenimenti u l-implimentazzjoni ta' diżimpenji immedjati b'segwitu għal-laqgħat; jinnota li ċ-Ċentru għandu jissorvelja mill-qrib l-ispejjeż għal-laqgħat operattivi sabiex jevita riporti jew kanċellazzjonijiet bla bżonn billi jimplimenta sistema ta' rieżami trimestrali tal-programm tal-laqgħat taċ-Ċentru u jintroduċi proċess ta' approvazzjoni għall-ġestjoni tal-bidliet u ż-żidiet għall-programmi tal-laqgħat;

6.  Jappella liċ-Ċentru sabiex sa fejn ikun possibbli jkompli jnaqqas il-livell tal-approprjazzjonijiet impenjati riportati fil-ġejjieni permezz tal-miżuri kollha disponibbli, pereżempju billi jadotta l-aħjar prassi użata fl-aġenziji l-oħra;

Proċeduri ta' akkwist u ta' reklutaġġ

7.  Jieħu nota li, fl-2014, iċ-Ċentru rrekluta 16-il membru tal-persunal filwaqt li telqu 10; jinnota li, fi tmiem is-sena, iċ-Ċentru kellu total ta' 182 aġent temporanju, 92 aġent kuntrattwali u tliet esperti nazzjonali sekondati; jirrikonoxxi miċ-Ċentru li l-Istati Membri kollha, bl-eċċezzjoni tal-Lussemburgu u l-Kroazja, huma rappreżentati fost il-persunal taċ-Ċentru;

8.  Jinnota li, fir-rigward tal-proċeduri ta' akkwist tiegħu, iċ-Ċentru ffoka speċifikament l-attenzjoni fuq l-iiżgurar tal-konsistenza fid-dokumenti ta' sejħa għal offerti kollha; jenfasizza li l-Kumitat dwar l-Akkwist, il-Kuntratti u l-Għotjiet rivedut taċ-Ċentru qed jipprovdi mekkaniżmu ta' kontroll tal-kwalità addizzjonali; jappella liċ-Ċentru biex b'mod partikolari jwettaq verifiki bir-reqqa tal-kunflitti ta' interess fir-rigward tas-sejħiet għal offerti, l-akkwist, ir-reklutaġġ u l-kuntratti sabiex isaħħaħ it-trasparenza;

9.  Jitlob liċ-Ċentru japplika strettament il-miżuri li għandhom x'jaqsmu mad-diskrezzjoni u l-esklużjoni fir-rigward tal-akkwist pubbliku, bit-twettiq ta' verifiki xierqa tal-preċedenti f'kull każ, u japplika l-kriterji ta' esklużjoni b'mod li, f'każ ta' kunflitt ta' interess, il-kumpaniji ma jiġux ammessi, peress li dan hu essenzjali għall-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni;

10.  Jieħu nota li fl-2014 l-għadd totali tal-membri tal-persunal statutorji naqas minn 287 għal 277, minħabba t-tnaqqis mitlub ta' 10 % tal-karigi fil-Pjan ta' Stabbiliment sal-2018;

11.  Jinnota li ċ-Ċentru qed jiddedika 75,5 % tar-riżorsi umani tiegħu għal attivitajiet operattivi; jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jagħmel progress ulterjuri f'din id-direzzjoni;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

12.  Jilqa' l-iżvilupp fl-2014 ta' strateġija kontra l-frodi skont il-linji gwida maħruġa mill-Ufficju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF);

Kontrolli interni

13.  Jinnota li ċ-Ċentru eżamina mill-ġdid l-implimentazzjoni tal-Istandards ta' Kontroll Intern tiegħu fl-2014; jinnota b'sodisfazzjon li, mill-Istandards ta' Kontroll Intern, tlieta ġew kważi kompletament implimentati filwaqt li l-bqija ġew implimentati għal kollox;

Awditu intern

14.  Jinnota li, fl-2014, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu rigward "Taħriġ fis-settur tas-saħħa pubblika" u ssottometta r-rapport tiegħu li kien jinkludi osservazzjoni waħda mmarkata bħala "Importanti ħafna" u sitt rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "Importanti"; jinnota li l-pjan ta' azzjoni mħejji miċ-Ċentru ġie aċċettat mill-IAS u attwalment qed jiġi implimentat.

Kummenti oħra

15.  Jilqa' l-iżvilupp u t-tnedija tal-Atlas għas-Sorveljanza ta' Mard li Jittieħed ("l-Atlas") fuq il-portal taċ-Ċentru fuq l-internet; jinnota li, sa tmiem l-2014, iċ-Ċentru kien qed jippubblika data fil-livell tal-Unjoni flimkien ma' xi data fil-livell internazzjonali għal erba' tipi ta' mard permezz tal-Atlas u jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jkompli b'dal-proġett; jiddispjaċih fl-istess ħin li l-attivitajiet ta' komunikazzjoni taċ-Ċentru fil-biċċa l-kbira kienu ristretti għal pubblikazzjonijiet fuq is-sit taċ-Ċentru fuq l-internet u li ċ-Ċentru ma ġiex identifikat mill-midja tal-UE bħala fornitur ta' informazzjoni kruċjali; jappella liċ-Ċentru biex jieħu passi biex itejjeb il-preżenza medjatika;

16.  Jirrikonoxxi li r-rapporti kollha mfassla u ppubblikati miċ-Ċentru tqiegħdu għad-dispożizzjoni fuq il-portal taċ-Ċentru fuq l-internet minn fejn jistgħu jitniżżlu bħala dokumenti, kif ukoll il-fatt li ċ-Ċentru qiegħed jippubblika dejjem aktar data, graffs, mapep u infografika b'mod li jistgħu jitniżżlu minn fuq l-internet; jinnota li, fl-2014, żdiedet taqsima ġdida "Data and Tools" (Data u Għodda) fuq il-portal taċ-Ċentru fuq l-internet b'mod li ġie pprovdut punt ta' aċċess ċentralizzat għal data interattiva, mapep u riżorsi simili oħra; jiddispjaċih li l-informazzjoni ma tqegħditx għad-dispożizzjoni fuq il-portal bil-lingwi kollha tal-Unjoni;

17.  Jappella liċ-Ċentru biex iqawwi l-proċeduri u l-prattiki tiegħu mmirati lejn is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u biex jikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

18.  Ifakkar li, bħala aġenzija tal-UE, iċ-Ċentru għandu baġit denominat f'euro, iżda għandu ħafna spejjeż f'munita oħra (krona Żvediża (SEK)) minħabba li hu bbażat f'pajjiż li mhux fiż-żona tal-euro; jinnota li, lejn il-bidu tal-2014, iċ-Ċentru kellu jimplimenta rata tal-kambju riveduta minn EUR għal SEK u kellu jaġġusta 'l fuq il-kost f'EUR ta' spejjeż f'SEK li jmorru lura għall-2011, u dan wassal għal bosta reviżjonijiet tal-programm ta' ħidma tiegħu; jilqa' l-fatt li, minkejja dan, sa tmiem is-sena 2014, iċ-Ċentru wettaq madwar 85 % tar-riżultati tanġibbli ppjanati fil-programm ta' ħidma tiegħu għall-2014, kif ukoll wettaq 117-il intervent ta' emerġenza fir-rigward tal-emerġenza ewlenija ta' kontroll tal-mard fl-2014, speċifikament, l-epidemija bla preċedent tal-Ebola li faqqgħet fl-Afrika tal-Punent u sussegwentement evolviet fi kwistjoni ta' tħassib globali;

19.  Jirrikonoxxi li l-ġestjoni ġenerali fit-tieni nofs tal-2014 kienet iddominata minn kwistjonijiet ta' kontinwità tal-operat, bħall-ħtieġa li jsiru għażliet bilanċjati u li l-ippjanar jiġi allinjat mill-ġdid sabiex jindirizza theddid ta' prijorità għolja, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-kontinwità ta' servizzi u proġetti fundamentali; jilqa' l-fatt li, ftit jew wisq, il-kwalità tal-interventi taċ-Ċentru baqgħet f'livell għoli minkejja dawn il-kwistjonijiet;

20.  Jieħu nota li, matul l-emerġenza tal-Ebola, aktar minn 100 membru tal-persunal taċ-Ċentru ħadmu biex jappoġġaw ir-rispons fil-livell tal-Unjoni għall-Ebola, u jilqa' l-flessibbiltà, l-orjentament lejn is-servizz u l-impenn favur l-eċċellenza xjentifika li wera ċ-Ċentru f'din l-okkażjoni;

°

°  °

21.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu [tal-xx ta' xxxx 2016](13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

22.1.2016

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2177(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-baġit ewlieni inizjali taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard ("iċ-Ċentru") ta' EUR 58,3 miljun għall-2014 baqa' fl-istess livell bħal tas-sena ta' qabel, u li, minħabba kontribuzzjoni żejda mill-EFTA għall-2014, il-baġit totali żdied għal EUR 58,4 miljun;

2.  Jirrikonoxxi li, minħabba li ż-żieda fil-fattur ta' ponderazzjoni għall-Iżvezja bejn l-2010 u l-2013 kellha impatt baġitarju totali ta' EUR 5 miljun fuq il-baġit għall-2014 taċ-Ċentru, iċ-Ċentru talab ammont addizzjonali ta' EUR 2 miljun mill-baġit tal-UE sabiex ikun jista' jkopri ż-żieda fl-ispejjeż, u li, b'riżultat ta' dan, ammont addizzjonali ta' EUR 2 miljun, li ġie mill-eżitu pożittiv taċ-Ċentru għall-2013, ingħata b'mod eċċezzjonali liċ-Ċentru fl-2014;

3.  Jinnota li fl-2014, ammont totali ta' EUR 60,5 miljun tqiegħed għalhekk għad-dispożizzjoni taċ-Ċentru mill-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea; jinnota li dan l-ammont jirrappreżenta 0,042 % tal-baġit ġenerali tal-Unjoni;

4.  Jinnota li s-sussidju allokat liċ-Ċentru għall-2014 ġie impenjat u mħallas 100 %;

5.  Ifakkar li, bħala aġenzija tal-UE, iċ-Ċentru għandu baġit denominat f'euro, iżda għandu ħafna spejjeż f'munita oħra (krona Żvediża (SEK)) minħabba li huwa bbażat f'pajjiż mhux fiż-Żona tal-Euro; jinnota li kmieni fl-2014, iċ-Ċentru kellu jimplimenta rata tal-kambju riveduta minn EUR għal SEK u kellu jaġġusta 'l fuq il-kost f'EUR tal-ispejjeż f'SEK li jmorru lura għall-2011, u dan wassal għal bosta reviżjonijiet tal-programm ta' ħidma tiegħu; jilqa' l-fatt li, minkejja dan, sa tmiem is-sena 2014, iċ-Ċentru wettaq madwar 85 % tar-riżultati tanġibbli ppjanati fil-programm ta' ħidma tiegħu għall-2014, kif ukoll wettaq 117-il prestazzjoni ta' emerġenza rigward l-emerġenza ewlenija ta' kontroll tal-mard fl-2014, jiġifieri, l-epidemija bla preċedent tal-Ebola li faqqgħet fl-Afrika tal-Punent u sussegwentement evolviet fi kwistjoni ta' tħassib globali;

6.  Jirrikonoxxi li l-ġestjoni ġenerali fit-tieni nofs tal-2014 kienet iddominata minn kwistjonijiet ta' kontinwità tan-negozju, bħall-ħtieġa li jsiru għażliet bilanċjati u li l-ippjanar jiġi allinjat mill-ġdid sabiex jindirizza theddid ta' prijorità għolja, filwaqt li fl-istess ħin tiġi żgurata l-kontinwità ta' servizzi u proġetti ewlenin; jilqa' l-fatt li, b'mod ġenerali, il-kwalità tal-prestazzjoni taċ-Ċentru baqgħet f'livell għoli minkejja dawn il-kwistjonijiet;

7.  Jinnota, filwaqt li huwa konxju tal-fatt li l-attivitajiet pluriennali taċ-Ċentru jikkawżaw riporti, li r-riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati reġgħu kienu relattivament għoljin fl-2014 (EUR 9,7 miljun); jinkoraġġixxi, f'dan ir-rigward, l-isforzi taċ-Ċentru biex jirrispetta l-prinċipju baġitarju tal-annwalità, u b'mod partikolari jilqa' l-impenn tiegħu biex jissorvelja aktar mill-qrib l-ispejjeż operattivi għal-laqgħat sabiex jevita riporti jew kanċellazzjonijiet mhux meħtieġa;

8.  Jilqa' l-isforzi taċ-Ċentru biex jikkonkludi l-azzjonijiet korrettivi abbażi tal-kummenti preċedenti tal-Qorti tal-Awdituri, u speċjalment l-adozzjoni ta' politika ta' verifika ex post, li issa daħlet fis-seħħ kompletament;

9.  Jilqa' l-iżvilupp ta' strateġija kontra l-frodi fl-2014 skont il-linji gwida maħruġa mill-OLAF;

10.  Jieħu nota li 183 mill-194 kariga, kif previst fil-pjan ta' stabbiliment, imtlew sa tmiem l-2014, u li għandha tiżdied ir-rata ta' okkupazzjoni (94,3 %, li hija simili għal dik tal-2013);

11.  Jieħu nota li fl-2014 l-għadd totali tal-persunal statutorju naqas minn 287 għal 277, minħabba t-tnaqqis mitlub ta' 10 % tal-karigi fil-Pjan ta' Stabbiliment sal-2018;

12.  Jinnota li ċ-Ċentru qed jiddedika 75,5 % tar-riżorsi umani tiegħu għal attivitajiet operattivi; jinkoraġġixxi liċ-Ċentru jimxi aktar 'il quddiem f'din it-triq;

13.  Jieħu nota li, matul l-emerġenza tal-Ebola, aktar minn 100 membru tal-persunal taċ-Ċentru ħadmu biex jappoġġaw ir-rispons fil-livell tal-Unjoni għall-Ebola, u jilqa' l-flessibbiltà, l-orjentazzjoni lejn is-servizz u l-impenn għall-eċċellenza xjentifika taċ-Ċentru li ntwerew f'din l-okkażjoni;

14.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ħabbret li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha;

15.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv taċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard, fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit taċ-Ċentru għas-sena finanzjarja 2014.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

58

10

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Anneli Jäätteenmäki, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Luke Ming Flanagan, Elena Gentile, Martin Häusling, Karol Karski, Andrey Kovatchev, Merja Kyllönen, Marijana Petir, Christel Schaldemose, Jasenko Selimovic, Bart Staes, Mihai Ţurcanu, Tom Vandenkendelaere, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dalton

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 122.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(10)

ĠU L 142, 30.4.2004, p. 1

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali