Proċedura : 2015/2183(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0104/2016

Testi mressqa :

A8-0104/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.35
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0171

RAPPORT     
PDF 699kWORD 114k
7.4.2016
PE 569.749v02-00 A8-0104/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2183(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0081/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0104/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0081/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 768/2005 tas-26 ta' April 2005 li jistabbilixxi Aġenzija Komunitarja għall-Kontroll tas-Sajd u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 li jistabbilixxi sistema ta' kontroll li tapplika għall-Politika Komuni tas-Sajd(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 36 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0104/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2183(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd (A8-0104/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (''l-Aġenzija'') għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 9 217 150; billi l-baġit kollu tal-Aġenzija ġej mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li fir-rigward taż-żewġ kummenti li saru fir-rapport 2013 tal-Qorti, ittieħdu azzjonijiet korrettivi u ż-żewġ kummenti issa huma mmarkati fir-rapport tal-Qorti bħala "Mhux applikabbli";

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,09 %, rata li tfisser tnaqqis ta' 0,45 % meta mqabbla mal-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 88,43 %, rata li tfisser li l-Aġenzija laħqet il-mira tagħha u li tirrapreżenta żieda ta' 4,58 % meta mqabbla mal-2013;

3.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evalwata l-possibbiltà li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin;

Impenji u riporti

4.  Jinnota b'sodisfazzjon ir-rati ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati mwettqa mill-Aġenzija; jinnota, b'mod partikolari, li r-rati ta' riporti għat-Titolu II (nefqa amministrattiva) u għat-Titolu III (nefqa operattiva) kienu ta' 25 % u 30 % rispettivament, u li dawn jirrappreżentaw tnaqqis ta' 13 % għal kull Titolu meta mqabbla mas-sena 2013;

5.  Jilqa' r-rata ta' impenji kkanċellati riportati mis-sena 2013, li kienet ta' 4,3 %, rata li tirrappreżenta tnaqqis ta' 46 % meta mqabbla mas-sena ta' qabel;

Trasferimenti

6.  Iqis li l-ammont ta' EUR 360 233 ġie trasferit mit-Titolu I għat-Titolu II; jirrikonoxxi li s-sinerġiji fl-organizzazzjoni ta' laqgħat u ż-żieda fil-koordinazzjoni remota kif ukoll it-tnaqqis fil-missjonijiet tal-persunal tal-Aġenzija ppermettew li l-bilanċ pożittiv tal-baġit jiġi ddedikat għal linji baġitarji oħra;

7.  Jistieden lill-Aġenzija biex fil-futur iżżomm il-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għas-sena ta' wara baxx kemm jista' jkun, u biex tiżvela trasferimenti ta' approprjazzjonijiet għal intestaturi oħra tal-baġit, sabiex b'hekk taqdi d-dmir ta' responsabbiltà tagħha;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi u t-trasparenza

8.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li din adottat il-politika tagħha dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interessi f'Ottubru 2014; josserva li l-politika dwar il-kunflitti ta' interessi titlob li l-membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija u l-membri tal-persunal maniġerjali tagħha jipprovdu dikjarazzjoni ta' kunflitti ta' interess; jinnota li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interessi ffirmati mill-Membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija u mill-persunal maniġerjali tagħha kienu disponibbli pubblikament; jieħu nota li l-pubblikazzjoni tas-CVs tal-persunal maniġerjali tal-Aġenzija ġiet dikjarata bħala fakultattiva skont il-politika dwar il-kunflitti ta' interessi u li l-erba' membri tal-maniġment tal-Aġenzija kollha pprovdew is-CV tagħhom għall-pubblikazzjoni; iħeġġeġ lill-Membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija jippreżentaw mingħajr dewmien id-dikjarazzjonijiet tagħhom tal-kunflitti ta' interessi għal pubblikazzjoni ulterjuri fuq is-sit web tal-Aġenzija sabiex jimxu skont id-dmirijiet ta' trasparenza u ta' responsabbiltà tal-Aġenzija;

9.  Jitlob lil dawk l-istituzzjonijiet u aġenziji tal-Unjoni li daħħlu kodiċijiet ta' mġiba, inkluż il-Parlament Ewropew, biex itejbu l-miżuri tagħhom ta' implementazzjoni, bħalma huma l-verifiki tad-dikjarazzjonijiet tal-interessi finanzjarji;

Kontrolli interni

10.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Aġenzija wettqet valutazzjoni tar-riskju bil-ħsieb li tqawwi l-effiċjenza fl-ipproċessar ta' tranżazzjonijiet finanzjarji, li kkonkludiet li l-proċessi ta' verifika u awtorizzazzjoni għal ċerti tranżazzjonijiet ta' valur baxx jistgħu jiġu amalgamati; jinnota li f'Awwissu 2014 ġie implimentat fluss tax-xogħol tal-validazzjoni mnaqqas għal dawk it-tranżazzjonijiet; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ddefiniet metodoloġija tal-verifika ex post kull tliet xhur, u b'hekk it-tranżazzjonijiet finanzjarji li ma jkunux ġew ivverifikati ex ante ġabithom soġġetti għal proċedura ta' verifika formali ex post; jilqa' l-fatt li l-ewwel eżerċizzju ta' verifika ex post ikkompletat f'Novembru 2014 wassal għal rata ta' żball ipproġettata ta' 0,25 %;

11.  Jilqa' l-inizjattiva tal-Aġenzija li tissorvelja l-eċċezzjonijiet u d-devjazzjonijiet mill-politiki u l-proċeduri stabbiliti irrispettivament mill-ammont ikkonċernat, filwaqt li tiżgura li dawn l-eċċezzjonijiet u d-devjazzjonijiet ikunu ġustifikati u dokumentati kif xieraq;

12.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li, fl-aħħar tal-2014, din kienet konformi ma' 10 Standards ta' Kontroll Intern (ICS), kienet konformi b'mod parzjali ma' ħames ICS u ma kinitx konformi ma' ICS wieħed; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni ta' dawk l-ICS;

Awditu intern

13.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li s-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS)tal-Kummissjoni awditja l-Aġenzija bi qbil mal-Pjan ta' Awditjar Strateġiku tal-IAS għall-perjodu 2013-2015, u li dan ħareġ sitt rakkomandazzjonijiet, fosthom waħda mmarkata bħala "Importanti Ħafna"; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li hija fasslet pjan ta' azzjoni komprensiv biex tindirizza dawk ir-rakkomandazzjonijiet; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi rapport lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-istatus ta' implimentazzjoni fir-rigward ta' dawk ir-rakkomandazzjonijiet;

Prestazzjoni

14.  Jinnota l-isforzi magħmula mill-Aġenzija biex jiġi żgurat li l-attivitajiet ta' kontroll ikunu koordinati u strutturati kif jixraq fl-Istati Membri differenti, b'mod partikolari permezz ta' passi differenti miftiehma mal-Istati Membri u l-Kummissjoni fil-qafas tal-Gruppi ta' Tmexxija Reġjonali tal-Aġenzija;

15.  Jieħu nota ta' żewġ riskji kritiċi identifikati mill-Aġenzija fl-eżerċizzju annwali tagħha ta' valutazzjoni tar-riskju fl-2014; jirrikonoxxi mill-Aġenzija li għal kull riskju hija ddefiniet pjan ta' azzjoni sabiex tiżgura l-mitigazzjoni sa livell aċċettabbli ta' riskju residwu; jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014 ma mmaterjalizza ebda riskju prominenti;

16.  Jagħraf li l-Aġenzija għandha timplimenta kompiti ġodda fil-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) b'baġit iffriżat fil-livelli tal-2013 u bi tnaqqis tal-persunal, u jenfasizza l-ħtieġa ta' bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal;

17.  Jirrimarka li l-objettivi politiki tal-PKS riformata jfissru li l-kontroll u l-koordinament ta' dawk l-objettivi se jiżvolġu rwol kruċjali u li għaldaqstant jeħtieġ li jissaħħu r-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli għall-Aġenzija;

18.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija fil-kuntest tal-isfidi dejjem jiżdiedu biex issaħħaħ il-mudell kummerċjali tagħha billi tirrazzjonalizza, tissemplifika u tottimizza l-organizzazzjoni;

Kummenti oħra

19.  Jinnota li l-Aġenzija hija impenjata li f'parti mis-sit web tagħha tippreżenta l-Aġenzija bil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni u li, minħabba l-lok tas-sede tagħha, il-Galizjan ġie inkluż bħala l-lingwa lokali; iħeġġeġ lill-Aġenzija biex, fil-limiti tar-riżorsi disponibbli, tipproċedi sabiex ittejjeb il-viżibbiltà u r-reputazzjoni tagħha;

20.  Jitlob lill-Aġenzija ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati għas-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi attivament għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

21.  Jinnota l-isforzi li għamlet l-Aġenzija sabiex tħarreġ l-ispetturi tal-Unjoni, l-uffiċjali tal-Istati Membri u ta' pajjiżi terzi, fatt li wassal għal żieda konsiderevoli fin-numru ta' uffiċjali mħarrġa li qed jieħdu sehem fi spezzjonijiet koordinati mill-Aġenzija fil-qafas ta' Pjanijiet ta' Żvilupp Konġunti; jinnota, barra minn hekk, li kien hemm żieda f'dawn l-spezzjonijiet għal madwar 12 700, bl-identifikazzjoni ta' aktar minn 700 każ ta' ksur suspettat;

22.  Jirrikonoxxxi l-kontribut importanti li l-Aġenzija kellha fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-PKS riformata; jilqa' l-ħidma mill-qrib tal-Aġenzija mal-Istati Membri biex jorganizzaw il-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt billi jtejbu l-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni, jippromwovu l-interoperabbiltà u jibnu kapaċitajiet komuni;

23.  Ifakkar l-importanza li jissaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija sabiex jiġu stabbiliti attivitajiet operattivi konġunti ma' aġenziji Ewropej oħra fis-settur marittimu bi-għan li jiġu evitati d-diżastri fuq il-baħar u jiġu kkoordinati l-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta Ewropej;

°

°  °

24.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx ta' xxxx 2016](13) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

14.1.2016

OPINJONI tal-Kumitat għas-Sajd

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA) għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2183(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: José Blanco López

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għas-Sajd jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jieħu nota tar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħraf il-kwalità u l-importanza tal-kompiti mwettqa mill-Aġenzija u jilqa' l-konsistenza tagħha u r-riżultati tajbin ħafna li kisbet sa minn mindu twaqqfet;

3.  Jesprimi s-sodisfazzjoni tiegħu dwar id-dikjarazzjoni tal-Qorti tal-Awdituri rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali għas-sena finanzjarja 2014;

4.  Jieħu nota tal-fatt li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri kkonfermat li l-Aġenzija lestiet bis-sħiħ l-azzjonijiet korrettivi adottati bħala rispons għall-kummenti li saru fir-rapport tagħha għas-sena finanzjarja 2013;

5.  Jenfasizza r-rata, li baqgħet eċċellenti, ta' implimentazzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' impenn (99 %) u l-approprjazzjonijiet ta' pagament (88 %), b'dawn tal-aħħar juru titjib mis-sena ta' qabel; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija tkompli bl-isforzi tagħha biex tiżgura l-użu ottimali tal-approprjazzjonijiet allokati;

6.  Jirrikonoxxxi l-kontribut importanti li l-Aġenzija kellha fl-implimentazzjoni tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd (PKS) riformata; jilqa' l-impenn mill-qrib tal-Aġenzija mal-Istati Membri biex jorganizzaw il-monitoraġġ tal-obbligu tal-ħatt billi jtejbu l-kontroll u s-sorveljanza tal-attivitajiet tas-sajd, jiffaċilitaw il-kooperazzjoni, jippromwovu l-interoperabbiltà u jibnu kapaċitajiet komuni;

7.  Jagħraf li l-Aġenzija għandha timplimenta l-kompiti ġodda tagħha fil-PKS b'baġit iffriżat fil-livelli tal-2013 u bi tnaqqis tal-persunal, u jfakkar li huwa wkoll neċessarju li tiġi enfasizzata l-ħtieġa li jkun hemm bilanċ bejn is-sessi fost il-persunal;

8.  Jirrimarka li l-objettivi politiki tal-PKS riformata jfissru li l-kontroll u l-koordinament ta' dawk l-objettivi se jiżvolġu rwol kruċjali u li għaldaqstant huwa meħtieġ li jissaħħu r-riżorsi finanzjarji u umani disponibbli għall-Aġenzija;

9.  Ifakkar l-importanza li jissaħħaħ il-mandat tal-Aġenzija sabiex jiġu stabbiliti attivitajiet operattivi konġunti ma' aġenziji Ewropej oħra fis-settur marittimu sabiex jiġu evitati d-diżastri fuq il-baħar u jiġi kkoordinati l-funzjonijiet tal-gwardji tal-kosta Ewropej;

10.  Jilqa' l-isforzi tal-Aġenzija fil-kuntest tal-isfidi dejjem jiżdiedu biex issaħħaħ il-mudell kummerċjali tagħha billi tirrazzjonalizza, tissemplifika u tottimizza l-organizzazzjoni;

11.  Jenfasizza l-ħtieġa li tiġi evalwata l-possibbiltà li jiżdiedu l-approprjazzjonijiet għall-operazzjonijiet tal-Aġenzija fis-snin li ġejjin;

12.  Jipproponi li tingħata l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

14.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

14

3

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Clara Eugenia Aguilera García, Renata Briano, Alain Cadec, Carlos Iturgaiz, Werner Kuhn, António Marinho e Pinto, Gabriel Mato, Ulrike Rodust, Remo Sernagiotto, Isabelle Thomas, Ruža Tomašić, Peter van Dalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Izaskun Bilbao Barandica, José Blanco López, Nicola Caputo, Ole Christensen, Francisco José Millán Mon

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(4)

ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 151.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1

(10)

ĠU L 128, 21.5.2005, p. 1

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42

(13)

Testi adottati ta' dik id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali