Proċedura : 2015/2162(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0109/2016

Testi mressqa :

A8-0109/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.22
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0158

RAPPORT     
PDF 599kWORD 95k
8.4.2016
PE 571.507v02-00 A8-0109/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2015/2162(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Monica Macovei

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2015/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014(1),

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali konsolidati tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 (COM(2015)0377 – C8-0207/2015)(2),

–  wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Qorti tal-Awdituri dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-istituzzjonijiet(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(4) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 314(10) u l-Artikoli 317, 318 u 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(5), u b'mod partikolari l-Artikoli 55, 99, 164, 165 u 166 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0109/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data dwar l-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lill-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, lill-Qorti tal-Awdituri, lill-Ombudsman Ewropew u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX – Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2015/2162(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0109/2016),

1.  Jikkonstata l-konklużjoni tal-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti") li l-pagamenti kollha kemm huma għas-sena li ntemmet fil-31 ta' Diċembru 2014 għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data ("il-Kontrollur") kienu ħielsa minn żbalji materjali u li s-sistemi ta' superviżjoni u kontroll eżaminati għall-infiq amministrattiv u għal infiq ieħor kienu effikaċi;

2.  Jikkonstata li fir-rapport annwali tal-Qorti dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Kontrollur għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), il-Qorti osservat li ma ġiet identifikata l-ebda dgħufija serja fir-rigward tat-temi awditjati b'rabta mar-riżorsi umani u l-proċeduri ta' akkwist għall-Kontrollur;

3.  Jikkonstata li, fl-2014, il-Kontrollur kellu baġit allokat totali ta' EUR 8 012 953 (EUR 7 661 409 fl-2013), u li r-rata ta' implimentazzjoni kienet ta' 92 % (84,7 % fl-2013); jilqa' b'sodisfazzjon it-titjib li sar;

4.  Jiddispjaċih li r-rapport tal-Qorti kien iddikjarat bħala kunfidenzjali fir-rapport ta' attività annwali ("RAA") tal-Kontrollur għall-2014;

5.  Jisħaq fuq il-fatt li l-baġit tal-Kontrollur huwa wieħed purament amministrattiv u li ammont kbir minnu huwa użat għan-nefqa fuq persuni li jaħdmu mal-istituzzjoni u l-bqija għal bini, għamara, tagħmir u spejjeż operattivi mixxellanji;

6.  Jikkonstata li r-rakkomandazzjonijiet pendenti kollha magħmula ms-Servizz tal-Awditjar Intern ingħalqu fl-2014, inkluża dik dwar is-sigurtà tad-data li tinsab fl-ilmenti;

7.  Jinnota li b'segwitu għal rakkomandazzjonijiet ta' awditjar intern u skont il-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-Kontrollur, ġie adottat Pjan ta' Akkwist għall-ewwel darba għas-sena 2014; iħeġġeġ lill-Kontrollur itejjeb l-awtonomija finanzjarja tiegħu;

8.  Jiddispjaċih li l-Kontrollur ma għamilx mezz li tkun disponibbli l-informazzjoni kollha dwar il-politika tiegħu marbuta mal-kunflitti ta' interess; iħeġġeġ lill-Kontrollur josserva r-regoli koperti mill-Artikolu 16 tar-Regolamenti tal-Persunal u jiddefinixxi regoli vinkolanti ċari fir-rigward tal-bibien iduru "revolving doors" skont il-linji gwida ppubblikati mill-Kummissjoni u jinforma lill-Parlament fir-RAA tiegħu għall-2015;

9.  Jikkonstata li, fl-2015, ġiet adottata deċiżjoni dwar regoli interni rigward l-iżvelar ta' informazzjoni protetta mill-Kontrollur; jitlob lill-Kontrollur jinkludi tali informazzjoni fir-RAA tiegħu għall-2015 u jiżgura konformità sħiħa mal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal, li daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2014;

10.  Jikkonstata li verament ftit informazzjoni hija disponibbli dwar il-proċeduri ta' akkwist u l-kriterji tal-għażla ta' kuntratturi; josserva li, għall-2014, deċiżjoni ta' għoti ta' kuntratt waħda biss hija ppubblikata fuq is-sit web tal-Kontrollur; jistieden lill-Kontrollur jinkludi lista tal-kuntratti kollha mogħtija li pparteċipa fihom, anki jekk imnedija minn istituzzjonijiet oħra, kif ukoll il-proċeduri u l-kriterji tal-għażla tagħhom fuq is-sit web tagħhom u fir-RAA tiegħu għall-2015;

11.   Jikkonstata l-ftehim miksub fi tmiem l-2015 mill-Parlament u l-Kunsill dwar il-qafas ġuridiku ġdid tal-protezzjoni tad-data, propost mill-Kummissjoni fil-25 ta' Jannar 2012;

12.   Itenni t-talba tiegħu biex ikun infurmat dwar l-użu tal-faċilitajiet ta' vidjokonferenzi fl-2014; jilqa' l-aħbar dwar l-użu ta' apparati ġodda, bħall-VoxBox tal-Parlament;

13.  Jappoġġa l-użu ta' indikaturi ewlenin tal-prestazzjoni għall-valutazzjoni tal-użu effiċjenti ta' riżorsi; jistieden lill-Kontrollur ikompli jforni tabella ta' valutazzjoni fir-RAA tiegħu;

14.  Itenni t-talba tal-Parlament, li saret is-sena l-oħra, biex il-politika immobiljari tal-Kontrollur tkun annessa mar-RAA tiegħu, speċjalment meta jitqies li hu importanti li l-ispejjeż ta' tali politika jiġu razzjonalizzati kif xieraq u ma jkunux eċċessivi; jistieden għalhekk lill-Kontrollur iforni lill-awtorità ta' kwittanza l-politika immobiljari tiegħu fir-RAA tiegħu għall-2015;

15.  Itenni t-talba li għamel is-sena l-oħra li jkollu tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha għad-dispożizzjoni tal-Kontrollur, imqassma skont il-grad, is-sess u n-nazzjonalità; jikkonstata li din it-tabella għandha tkun inkluża awtomatikament fir-RAA tal-Kontrollur; jistieden lill-Kontrollur għaldaqstant iforni lill-Parlament b'tabella eżawrjenti tar-riżorsi umani kollha kif ġie deskritt f'dan il-paragrafu fir-RAA tiegħu għall-2015;

16.  Jikkonstata li approprjazzjonijiet allokati għal missjonijiet, vjaġġi u spejjeż oħra anċillari tal-Membri u l-persunal tiegħu nżammu l-istess matul l-2014; jistieden lill-Kontrollur inaqqas din in-nefqa, meta jkun possibbli, mingħajr ma jdgħajjef ir-rwol tiegħu;

17.  Jistieden lill-Kontrollur jipprovdi, sal-aħħar ta' Mejju 2016, informazzjoni dettaljata dwar il-missjonijiet imwettqa mill-Membri u l-persunal tiegħu fir-RAA, inklużi l-ispejjeż ta' kull missjoni;

18.  Jikkonstata t-tnaqqis fil-linji baġitarji għat-traduzzjoni, il-pubblikazzjonijiet u l-attivitajiet tal-Kontrollur.

19.2.2016

OPINJONI tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, Taqsima IX - Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

(2015/2162(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Monica Macovei

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jinnota li l-Qorti Ewropea tal-Awdituri fir-rapport tagħha tal-2014 ma identifikat l-ebda dgħufija serja fir-rigward tas-suġġetti awditjati għall-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD);

2. Jiddispjaċih li r-rapport tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri kien iddikjarat bħala kunfidenzjali fir-Rapport Annwali tal-Attività;

3.  Jinnota li b'segwitu għal rakkomandazzjonijiet ta' awditjar intern u skont il-Pjan Strateġiku għall-Awditjar Intern tal-KEPD, ġie adottat Pjan ta' Akkwist għall-ewwel darba għas-sena 2014; iħeġġeġ lill-KEPD itejjeb l-awtonomija finanzjarja tiegħu;

4.  Jenfasizza li ftit li xejn hemm informazzjoni disponibbli fuq il-websajt tal-Aġenzija dwar il-proċeduri ta' akkwist, l-esklużjoni u l-kriterji tal-għażla; josserva li deċiżjoni waħda biss ta' għotja ta' kuntratt ġiet ippubblikata fuq il-websajt u jitlob lill-KEPD jippubblika l-kuntratti kollha li ngħataw;

5.  Jistieden lill-KEPD jagħmel disponibbli l-informazzjoni kollha dwar il-politika tiegħu dwar il-kunflitt ta’ interess; josserva li s-CVs u d-Dikjarazzjonijiet ta’ Interess għall-persunal fl-organigramma u għall-esperti nazzjonali mhumiex ippubblikati skont il-linji gwida tal-Kummissjoni minn Diċembru 2013; jitlob lill-KEPD jieħu miżuri korrettivi u jistabbilixxi regoli severi u ċari kontra l-hekk imsejjaħ fenominu "bibien iduru";

6.  Jinnota li Deċiżjoni dwar ir-regoli dwar l-iżvelar ta' irregolaritajiet ġiet adottata mill-KEPD fl-2015; jitlob lill-KEPD jippubblika din id-Deċiżjoni u jiżgura konformità sħiħa u vinkolanti mal-Artikolu 22c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-UE, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2014.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

16.2.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

53

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Jan Philipp Albrecht, Gerard Batten, Michał Boni, Caterina Chinnici, Ignazio Corrao, Rachida Dati, Agustín Díaz de Mera García Consuegra, Frank Engel, Cornelia Ernst, Tanja Fajon, Laura Ferrara, Monika Flašíková Beňová, Lorenzo Fontana, Kinga Gál, Nathalie Griesbeck, Sylvie Guillaume, Jussi Halla-aho, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Eva Joly, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Timothy Kirkhope, Barbara Kudrycka, Kashetu Kyenge, Juan Fernando López Aguilar, Monica Macovei, Roberta Metsola, Claude Moraes, József Nagy, Péter Niedermüller, Soraya Post, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Branislav Škripek, Traian Ungureanu, Bodil Valero, Udo Voigt, Josef Weidenholzer, Cecilia Wikström, Kristina Winberg, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marina Albiol Guzmán, Carlos Coelho, Anna Maria Corazza Bildt, Pál Csáky, Daniel Dalton, Dennis de Jong, Gérard Deprez, Anna Hedh, Petr Ježek, Emil Radev, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Barbara Spinelli, Elissavet Vozemberg-Vrionidi

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Bodil Valero

(1)

ĠU L 51, 20.2.2014.

(2)

ĠU C 377, 13.11.2015, p. 1.

(3)

ĠU C 373, 10.11.2015, p. 1.

(4)

ĠU C 377, 13.11.2015, p. 146.

(5)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

Avviż legali