Proċedura : 2015/2182(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0112/2016

Testi mressqa :

A8-0112/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.55
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0191

RAPPORT     
PDF 677kWORD 98k
8.4.2016
PE 569.769v02-00 A8-0112/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2182(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8 - 0080/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8 - 0080/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 912/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2010 li jistabbilixxi l-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1321/2004 dwar l-istabbiliment ta' strutturi għat-tmexxija tal-programmi Ewropej ta' radjunavigazzjoni bis-satellita u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 683/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 14 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2182(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0112/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, is-sussidju tal-Unjoni għall-baġit tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 25 369 058, li jirrappreżenta żieda ta' 81,55 % meta mqabbel mal-2013;

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija tal-GNSS Ewropea għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

1.  Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ tal-baġit matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,84 % bħal fl-2013; jinnota, barra minn hekk, li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 63,16 %, li tirrappreżenta tnaqqis ta' 17,37 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

Impenji u riporti

2.  Jinnota li l-livell ta' riporti ta' approprjazzjonijiet impenjati għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), kien ta' EUR 3 400 000 (54 %); jinnota li dawn ir-riporti fil-biċċa l-kbira kellhom x'jaqsmu ma' servizzi provduti lill-Aġenzija fl-2014 li l-fatturi tagħhom waslu biss fl-2015, u numru ta' kuntratti ta' valur għoli, iffirmati fl-aħħar tal-2014 għal proġetti tal-IT li kienu oriġinarjament ippjanati għall-2015 iżda li bdew fl-2014 biex jiġu utilizzati l-fondi rilaxxati minn iffrankar fuq linji baġitarji oħra;

3.  Jirrikonoxxi l-isforzi li għamlet l-Aġenzija biex tnaqqas il-livell tar-riporti billi tikkommetti l-baġit aktar kmieni matul is-sena, meta jkun possibbli, u b'hekk tippermetti pagamenti aktar bikrija; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija qiegħda tiżviluppa għodda ta' ġestjoni baġitarja ġdida mfassla biex tgħin l-implimentazzjoni, il-monitoraġġ u r-rappurtar dwar il-baġit ċentrali u dak delegat bl-għan li tittejjeb il-ġestjoni tal-approprjazzjonijiet kemm ta' impenn kif ukoll ta' pagament; jistieden lill-Aġenzija tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar it-titjib li sar bl-introduzzjoni ta' din l-għodda;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

4.  Jikkonstata mir-rapport tal-Qorti li, fir-rigward tal-isfruttament tas-Sistema Ewropea ta' Navigazzjoni b'Kopertura Ġeostazzjonarja ("EGNOS"), l-Aġenzija tat kuntratt ta' tmien snin għall-provvediment ta' servizz ("kuntratt ESP") b'valur kuntrattwali inizjali ta' EUR 436 000 000; jieħu nota li fl-2014, b'segwitu għal proċedura nnegozjata diretta, l-Aġenzija emendat il-kuntratt ta' servizz għal ammont ta' EUR 6 300 000 għax-xiri u l-manutenzjoni ta' 14-il riċevitur tas-sinjali tas-satelliti, 14-il ġeneratur tas-sinjali u tagħmir ieħor relatat ma' EGNOS; josserva bi tħassib li ġie stabbilit arranġament bejn il-kuntrattur u ż-żewġ sottokuntratturi tiegħu, bħalma ġara taħt il-kuntratt inizjali, u dan wassal għal akkumulazzjoni ta' spejjeż amministrattivi u ta' qligħ, b'EUR 3 200 000 biss mill-EUR 6 300 000 relatati ma' spejjeż diretti, EUR 1 400 000 relatati ma' spejjeż ġenerali u spejjeż oħra u EUR 1 700 000 ma' qligħ u rimunerazzjoni ta' (sotto)kuntratturi;

5.  Jinnota li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-kuntratt ESP ingħata permezz ta' sejħa għal offerti kompetittiva u ntgħażel sabiex jassigura r-rekwiżit tal-kontinwità tas-servizz għas-servizz "safety-of-Life" (sigurtà tal-ħajja - (SoL)) ibbażat fuq sistema kwalifikata u ċertifikata; josserva li l-emenda ta' dan il-kuntratt għandha titqies bħala parti integrali u inseparabbli tal-kuntratt ESP għaliex hija neċessarja biex tiġi assigurata l-manutenzjoni tas-sistema bħala waħda kwalifikata u t-twassil tas-servizz SoL li jikkonforma maċ-ċertifikazzjoni obbligatorja;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

6.  Jirrikonoxxi li l-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija adotta l-politika tiegħu dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess f'Settembru 2015; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija ppubblikat fuq is-sit elettroniku tagħha s-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tad-direttur eżekuttiv u tal-maniġment superjuri tagħha; iħeġġeġ lill-membri tal-Bord Amministrattiv tal-Aġenzija jippreżentaw id-dikjarazzjonijiet tagħhom ta' interess għal pubblikazzjoni ulterjuri fuq is-sit elettroniku tal-Aġenzija;

7.  Jenfasizza l-ħtieġa li tissaħħaħ l-integrità u jitjieb il-qafas etiku bl-implimentazzjoni aħjar ta' kodiċijiet ta' kondotta u ta' prinċipji etiċi, sabiex tissaħħaħ kultura komuni u effettiva ta' integrità;

8.  Jiddikjara li r-rapport annwali tal-Aġenzija jista' jkollu rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawk il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

Awditjar intern

9.  Jikkonstata li l-Aġenzija laħqet ftehim mas-Servizz ta' Awditjar Intern tal-Kummissjoni dwar pjan ta' azzjoni biex tittejjeb il-proċedura għall-immaniġġjar tal-awditi ex ante u ex post dwar il-ġestjoni tal-għotjiet; josserva li ċerti aspetti tad-dokumentazzjoni u il-gwida korrispondenti dwar il-ġestjoni tal-għotjiet għandhom jitjiebu; jistieden lill-Aġenzija tgħaddi rapport lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar f'dak ir-rigward;

Kontrolli interni

10.  Jirrikonoxxi li l-konformità ġenerali tal-Aġenzija mal-Istandards ta' Kontroll Intern matul is-sena finanzjarja 2014 kienet sodisfaċenti; josserva li saru sforzi f'oqsma bħalma huma l-istrateġija ta' kontra l-frodi, il-kunflitti ta' interess, il-ġestjoni tar-riskju u l-kapaċità ta' awditjar intern sabiex ikun rimedjat in-nuqqas ta' konformità; jinnota, barra minn hekk, li l-Aġenzija qiegħda tagħmel progress fl-oqsma fejn għadha konformi b'mod parzjali, b'mod partikolari fir-rigward tal-kontinwità tal-operat u l-immaniġġjar tad-dokumenti; jistieden lill-Aġenzija biex tikkondividi mal-awtorità ta' kwittanza l-progress li jkun sar f'dak ir-rigward;

Kummenti oħra

11.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Aġenzija ma għandha l-ebda kopertura tal-assigurazzjoni għal assi tanġibbli fissi b'valur kontabilistiku nett ta' EUR 1 000 000; jirrikonoxxi li l-Aġenzija bħalissa qed tanalizza r-riskji, il-valur u l-kritikalità tal-assi kollha li tippossiedi sabiex tivvaluta t-tip ta' assigurazzjoni li tkun tgħodd għall-ħtiġijiet tagħha; jappella lill-Aġenzija biex taġġorna lill-awtorità tal-kwittanza dwar il-progress li jkun sar;

12.  Jinnota li l-Aġenzija tikkondividi l-kapaċità ta' awditjar intern tagħha mal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi sabiex jinħolqu sinerġiji u tinkiseb il-kosteffettività;

13.  Jieħu nota li fl-2014, sabiex tippromwovi l-ħidma tagħha u biex ittejjeb il-viżibilità tagħha fl-Istat Membru ospitanti, l-Aġenzija organizzat avveniment ta' jum għall-pubbliku fil-kwartieri ġenerali tagħha fi Praga, b'konferenzi, wirjiet pubbliċi u avvenimenti pubbliċi regolari f'kollaborazzjoni mal-Kummissjoni;

°

°  °

14.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](13) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 353.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 276, 20.10.2010, p. 11

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' dik id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

Avviż legali