Proċedura : 2015/2173(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0116/2016

Testi mressqa :

A8-0116/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.46
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0182

RAPPORT     
PDF 696kWORD 110k
8.4.2016
PE 569.760v02-00 A8-0116/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2173(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0071/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Fondazzjoni(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Fondazzjoni fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0071/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1339/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 2008 li jistabbilixxi Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2173(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali (A8-0116/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ ("il-Fondazzjoni") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 20 158 053, somma li tirrappreżenta żieda ta' 0,07 % meta mqabbla mal-2013; billi l-baġit kollu tal-Fondazzjoni huwa derivat mill-baġit tal-Unjoni,

B.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni kienu affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi kienu legali u regolari;

Segwitu għall-kwittanza 2013

1.  Jilqa' l-fatt li, wara li ftehim dwar il-bini tal-Fondazzjoni ġie ffirmat f'Marzu 2013 mal-awtoritajiet tar-Reġjun ta' Piemonte fl-Italja, il-Fondazzjoni wettqet manutenzjoni straordinarja tal-bini u assumiet kontroll dirett tas-sistemi interni bħal pereżempju l-ilma, il-gass u l-elettriku, filwaqt li s-sistemi komuni baqgħu taħt l-amministrazzjoni u l-manutenzjoni ġenerali tar-reġjun; jinnota b'sodisfazzjon li f'Lulju 2015 il-Fondazzjoni u r-reġjun ta' Piemonte ffirmaw ftehim ġdid dwar il-bini li jkopri l-perjodu 2016-2018;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

2.  Jinnota li l-isforzi ta' monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata għolja ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 99,90 %, rata li tindika li l-impenji saru f'waqthom, u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet għolja (94,80 %);

3.  Jirrikonoxxi li l-Fondazzjoni pparteċipat fis-sejħa għall-offerti bankarja interistituzzjonali tal-Kummissjoni, li rriżultat fil-konklużjoni ta' kuntratt ma' bank ġdid; jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Fondazzjoni naqqset l-ammont miżmum f'bank Taljan bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa (F3, BBB) minn EUR 7 500 000 fl-2013 għal EUR 1 800 000 fl-2014; jieħu nota li, minħabba kwistjonijiet bankarji speċifiċi, il-Fondazzjoni hija obbligata żżomm bank Taljan;

Impenji u riporti

4.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-ammont totali ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' EUR 940 119 (4,7 % tal-approprjazzjonijiet totali); jieħu nota tal-fatt li r-riporti kienu ta' EUR 756 768 (36,2 %) għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), ammont li jfisser żieda ta' 6,2 % meta mqabbel mas-sena preċedenti; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti kienu prinċipalment relatati ma' xiri ta' software, hardware u tiġdid ta' għamara;

5.  Josserva li mis-sena finanzjarja 2013 ġie riportat l-ammont ta' EUR 2 618 494; jinnota li ġie kkanċellat l-ammont ta' EUR 85 129 (3,25 %) mir-riporti tal-2013; jieħu nota li l-kanċellazzjonijiet tar-riporti tal-2013 kienu għoljin għat-Titolu I (nefqa għall-persunal), f'livell ta' 15,9 %, u għat-Titolu II (nefqa amministrattiva), f'livell ta' 7,6 %, fatt li jindika sovravalutazzjoni tal-ħtiġijiet finanzjarji; jirrikonoxxi li, skont il-Fondazzjoni, dawn il-kanċellazzjonijiet kienu prinċipalment relatati ma' dewmien mhux mistenni u ma' kwistjonijiet mhux previsti ta' persunal;

Trasferimenti

6.  Jinnota b'sodisfazzjon li, skont ir-Rapport Annwali tal-Fondazzjoni u s-sejbiet tal-awditu tal-Qorti, il-livell u n-natura tat-trasferimenti fl-2014 baqgħu fi ħdan il-limiti tar-regoli finanzjarji;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

7.  Jinnota li l-Fondazzjoni ilha tħabrek biex tnaqqas l-għadd ta' membri tal-persunal f'funzjonijiet amministrattivi ċentrali mill-adozzjoni tal-mandat imfassal mill-ġdid tagħha fl-2008, filwaqt li fl-istess ħin timmassimizza l-għadd ta' esperti li tuża u żżid il-persunal tad-dipartiment tal-operazzjonijiet tagħha bi 19 %, minn 64 fl-2008 għal 76 fl-2014;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

8.  Jinnota li l-Fondazzjoni fl-2014 wettqet l-eżerċizzju li titlob is-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interessi tal-membri tal-Bord tat-Tmexxija, tad-Direttur u tal-maniġment superjuri tagħha; jinnota, barra minn hekk, li l-maġġoranza tas-CVs u d-dikjarazzjonijiet ta' interess miġbura ġew ippubblikati fuq is-sit web tal-Fondazzjoni; jieħu nota tal-fatt li l-Fondazzjoni qiegħda tistinka b'mod attiv favur il-pubblikazzjoni tal-għadd residwu ta' CVs u dikjarazzjonijiet pendenti, li se jiġu ppubblikati malli jaslulha, bil-kundizzjoni li jkun ingħata l-kunsens għall-pubblikazzjoni; jistieden lill-Fondazzjoni tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress fir-rigward tar-reklutaġġ tal-maniġment superjuri;

9.  Iħeġġeġ lill-Fondazzjoni tissensibilizza aktar lill-membri tal-persunal tagħha dwar il-politika li tittratta l-kunflitti ta' interess, flimkien ma' attivitajiet ta' sensibilizzazzjoni li għaddejjin u l-inklużjoni tal-integrità u t-trasparenza bħala punt li jrid jiġi diskuss b'mod obbligatorju matul il-proċeduri ta' reklutaġġ u l-valutazzjonijiet tal-prestazzjoni;

10.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Fondazzjoni jista' jkollhom rwol importanti fl-iżgurar tal-konformità rigward it-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Fondazzjoni tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

11.  Jistieden lill-Fondazzjoni ttejjeb il-proċeduri u l-prattiki tagħha mmirati lejn is-salvagwardja tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u tikkontribwixxi b'mod attiv għal proċess ta' kwittanza li jkun orjentat lejn ir-riżultati;

Prestazzjoni

12.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2014-2017 tal-Fondazzjoni u jifraħ lill-Fondazzjoni dwar l-effikaċja tal-prestazzjoni stmata tagħha, ta' aktar minn 97 %, meta wieħed iqabbel ir-riżultati ppjanati ma' dawk imwettqa fit-tliet objettivi strateġiċi, li kienu t-tisħiħ tal-analiżi tal-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) abbażi tal-evidenza, l-immodernizzar tas-sistemi tal-ETV b'perspettiva ta' tagħlim tul il-ħajja u ż-żieda tar-rilevanza tal-għoti tal-ETV fir-rigward tas-suq tax-xogħol u tal-koeżjoni ekonomika u soċjali;

Awditjar intern

13.  Jinnota li skont il-pjan ta' awditjar, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni ma wettaqx awditu matul l-2014; jikkonstata li, fi tmiem l-2014, is-sitt rakkomandazzjonijiet kollha maħruġa mill-IAS wara l-awditu tal-2013 dwar il-ġestjoni u l-missjonijiet ta' esperti ġew indirizzati mill-Fondazzjoni; jinnota, barra minn hekk, li l-IAS ingħata evidenza għar-rieżami annwali tiegħu fl-2014 u li f'Lulju 2015 l-IAS għalaq formalment ħamsa mis-sitt rakkomandazzjonijiet, filwaqt li waħda mir-rakkomandazzjonijiet ġiet irriklassifikata minn "importanti ħafna" għal "importanti";

Kummenti oħra

14.  Jieħu nota tan-numru dejjem jikber ta' talbiet għal appoġġ mill-Fondazzjoni għal assistenza fir-relazzjonijiet esterni tal-Unjoni, minn 78 fl-2013 għal 82 fl-2014, u jemmen li dan jissottolinja r-rilevanza tal-Fondazzjoni fl-appoġġ tar-rwol tal-Unjoni bħala attur globali f'dan il-qasam;

15.  Jindika li l-Fondazzjoni topera f'ambjent dinamiku li jirrikjedi livell għoli ta' flessibbiltà fejn kontinwament jiġu aġġornati u aġġustati l-attivitajiet tagħha biex jintlaħqu r-riżultati mistennija fl-għoti ta' appoġġ lil pajjiżi sħab; ifakkar li l-kuntest tal-2014 kien ikkaratterizzat b'mod partikolari minn instabbiltà politika li kienet qed isseħħ fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u fil-Lvant tal-Ewropa minħabba l-kriżi fl-Ukrajna; jissuġġerixxi li jitteħed vantaġġ sħiħ mill-ħidma li saret mill-Fondazzjoni fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ħiliet;

°

°  °

16.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](13) dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji.

26.1.2016

WERREJ tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Fondazzjoni Ewropea għat-Taħriġ għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2173(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: David Casa

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Jesprimi s-sodisfazzjon tiegħu li l-Qorti tal-Awdituri ddikjarat li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Fondazzjoni għas-sena finanzjarja 2014 kienu legali u regolari fl-aspetti materjali kollha u li l-pożizzjoni finanzjarja tagħha sal-31 ta' Diċembru 2014 hija rappreżentata b'mod ġust;

2.  Jinnota li l-2014 kienet l-ewwel sena tal-Perspettiva ta' Nofs it-Terminu 2014-2017 tal-Fondazzjoni u jifraħ lill-Fondazzjoni dwar l-effikaċja tal-prestazzjoni stmata tagħha ta' aktar minn 97 %, meta wieħed iqabbel ir-riżultati ppjanati ma' dawk imwettqa fit-tliet objettivi strateġiċi, li kienu t-tisħiħ tal-analiżi tal-politika fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali (ETV) abbażi tal-evidenza, l-iimmodernizzar tas-sistemi tal-ETV f’perspettiva ta’ tagħlim tul il-ħajja u ż-żieda tar-rilevanza tal-għoti tal-ETV fir-rigward tas-suq tax-xogħol, il-koeżjoni ekonomika u soċjali;

3.  Jinnota li l-livell ta’ approprjazzjonijiet riportati kien għoli għat-Titolu 1 (15,9 %) u ta’ 7,6 % għat-Titolu 2; iqis li dawn il-livelli jistgħu jitnaqqsu bl-applikazzjoni ta’ stima finanzjarja aħjar fil-futur;

4.  Jilqa' l-fatt li, bi tweġiba għal kummenti mill-awtorità ta’ kwittanza, fl-2014 il-Fondazzjoni ħadet sehem fi proċedura ta’ akkwist konġunt għal servizzi bankarji mnedija mill-Kummissjoni sabiex tiżgura s-sigurtà tal-assi tagħha li preċedentement kienu miżmuma f’bank wieħed bi klassifikazzjoni tal-kreditu baxxa;

5.  Jieħu nota tan-numru dejjem jikber ta’ talbiet għal appoġġ mill-ETF għal assistenza fir-relazzjonijiet esterni tal-UE minn 78 fl-2013 għal 82 fl-2014 u jemmen li dan jenfasizza r-rilevanza tal-Fondazzjoni fl-appoġġ tar-rwol tal-UE bħala attur globali f’dan il-qasam;

6.  Jindika li l-Fondazzjoni topera f’ambjent dinamiku li jirrikjedi livell għoli ta’ flessibbiltà fejn kontinwament jiġu aġġornati u aġġustati l-attivitajiet tagħha biex jintlaħqu r-riżultati mistennija fl-għoti ta’ appoġġ lil pajjiżi sħab; ifakkar li l-2014 kienet ikkaratterizzata b’mod partikolari b'instabilità politika li kienet qed isseħħ fir-reġjun tan-Nofsinhar u tal-Lvant tal-Mediterran u fil-Lvant tal-Ewropa minħabba l-kriżi fl-Ukrajna; jissuġġerixxi li jiġi sfruttat kompletament ix-xogħol magħmul mill-ETF fil-qasam tal-migrazzjoni u l-ħiliet.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

25.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

27

8

7

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Laura Agea, Guillaume Balas, Enrique Calvet Chambon, David Casa, Ole Christensen, Jane Collins, Lampros Fountoulis, Arne Gericke, Thomas Händel, Marian Harkin, Czesław Hoc, Rina Ronja Kari, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Kostadinka Kuneva, Jean Lambert, Jérôme Lavrilleux, Jeroen Lenaers, Dominique Martin, Anthea McIntyre, Joëlle Mélin, Elisabeth Morin-Chartier, Emilian Pavel, Georgi Pirinski, Terry Reintke, Sofia Ribeiro, Claude Rolin, Sven Schulze, Jutta Steinruck, Romana Tomc, Renate Weber, Tatjana Ždanoka, Jana Žitňanská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Amjad Bashir, Lynn Boylan, Miapetra Kumpula-Natri, Paloma López Bermejo, Edouard Martin, Evelyn Regner, Michaela Šojdrová

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Eleonora Evi, Anneli Jäätteenmäki

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALIFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 266.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 354, 31.12.2008, p. 82.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

Testi adottati ta' din id-data, P8_TA(-PROV)(2016)0000.

Avviż legali