Proċedura : 2015/2184(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0118/2016

Testi mressqa :

A8-0118/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.33
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0169

RAPPORT     
PDF 721kWORD 135k
8.4.2016
PE 569.747v02-00 A8-0118/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/184(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Derek Vaughan

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/184(DEC))

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0082/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(4), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0118/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġiba tal-Aġenzija(7),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(8) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Aġenzija fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05584/2016 – C8-0082/2016),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(9), u b'mod partikolari l-Artikolu 208 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(10), u b'mod partikolari l-Artikolu 97 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(11),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 1271/2013 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar Regolament Finanzjarju ta' qafas għall-korpi msemmija fl-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(12), u b'mod partikolari l-Artikolu 108 tiegħu,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0118/2016),

1.  Jinnota li l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi huma kif annessi mar-rapport tal-Qorti tal-Awdituri;

2.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2184(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjoni tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8–0118/2016),

A.  billi, skont ir-rapporti finanzjarji tagħha, il-baġit finali tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") għas-sena finanzjarja 2014 kien jammonta għal EUR 114 112 193, somma li tirrappreżenta żieda ta' 6,37 % meta mqabbla mal-2013;

B.  billi l-Aġenzija rċeviet sussidji tal-Unjoni ta' EUR 6 513 623 mill-Kummissjoni, kif ukoll kontribuzzjonijiet u finanzjamenti oħrajn mill-Kummissjoni li jammontaw għal EUR 1 244 421;

C.  billi l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti"), stqarret li kisbet assigurazzjonijiet raġonevoli li l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 huma affidabbli u li t-tranżazzjonijiet ta' bażi huma legali u regolari;

1.  Ifakkar li, sa mill-2012, l-Aġenzija ġiet fdata bil-kompitu ta' ġestjoni u ta' twettiq tal-aspetti tekniċi, xjentifiċi u amministrattivi tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali(13) ("ir-Regolament BPR"), kif ukoll kompiti simili relatati mal-esportazzjoni u mal-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi fl-ambitu tar-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi(14) ("ir-Regolament PIC");

Segwitu għall-kwittanza 2013

2.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li ppubblikat id-dikjarazzjonijiet tal-interessi tal-korpi formali kollha kif ukoll dawk tal-eżekuttiv tagħha u l-Bord tal-Appell fuq is-sit web tagħha għall-iskrutinju pubbliku; jinnota li kemm il-persunal estern kif ukoll dak interim huma koperti mill-proċeduri tal-Aġenzija dwar il-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

3.  Jinnota li l-isforzi għall-monitoraġġ baġitarju matul is-sena finanzjarja 2014 irriżultaw f'rata ta' implimentazzjoni baġitarja ta' 97,08 % u li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament kienet ta' 87,46 %; jinnota li r-rata ta' eżekuzzjoni tal-approprjazzjonijiet ta' pagament żdiedet bi 3,28 % meta mqabbla mas-sena preċedenti;

4.  Josserva li n-nefqa għal proċeduri marbuta mal-implimentazzjoni l-ġdida tar-Regolament BPR kellha tkun koperta minn ħlasijiet ta' applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tal-prodotti bijoċidali; jirrikonoxxi li l-ħlasijiet miġbura fl-2014 koprew biss 17 % ta' din in-nefqa u l-bqija ġiet iffinanzjata minn kontribuzzjonijiet għall-baġit tal-Aġenzija mill-Unjoni u mill-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles (EFTA); jikkonstata l-kumment mingħand l-Aġenzija dwar l-assunzjoni inkorretta tal-Kummissjoni dwar in-natura ta', fil-maġġor parti, awtofinanzjament tal-Aġenzija rigward il-kostijiet relatati mal-BPR;

5.  Jinnota d-diffikultajiet tal-Aġenzija, fin-nuqqas ta' riżerva finanzjarja, biex tikseb sussidji addizjonali f'dawk is-snin meta d-dħul finanzjarju mill-ħlasijiet fuq is-sustanzi bijoċidali se jkun aktar baxx minn dak stmat; jieħu nota tat-tħassib tal-Aġenzija li jekk din is-sitwazzjoni tkompli u ma tiġix ikkumpensata b'sussidju ogħla, se jkun estremament diffiċli għaliha li tkompli twettaq l-obbligi kollha tagħha li mhumiex relatati mal-ħlasijiet;

6.  Jenfasizza li fl-2014 l-Aġenzija rċeviet kontribuzzjoni tal-UE għar-Regolament PIC li ammontat għal EUR 1,3 miljun, kontribuzzjoni li ppermettitilha li tiffinalizza l-attivitajiet preparatorji u tiżgura d-dħul fis-seħħ b'suċċess tar-Regolament PIC fl-1 ta' Marzu 2014;

7.  Jinnota li d-dħul mill-ħlasijiet u mill-ispejjeż fir-rigward tal-attivitajiet REACH u l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ ta' sustanzi u taħlitiet (CLP) fl-2014 ammonta għal EUR 27,8 miljun (li jirriżulta minn dħul mid-drittijiet tar-reġistrazzjonijiet REACH, ħidma ta' verifika tal-SMEs, u dħul mill-imgħax mir-riżervi) u b'hekk qabeż il-previżjonijiet;

8.  Ifakkar li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni(15) ("ir-Regolament REACH"), l-Aġenzija hija ffinanzjata mill-ħlasijiet li jsiru mill-industrija għar-reġistrazzjoni tas-sustanzi kimiċi, u minn, possibbilment, sussidju tal-Unjoni li jibbilanċja, skont l-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(16) ("ir-Regolament Finanzjarju"); jinnota, barra minn hekk, li fl-2014, għar-raba' sena konsekuttiva, l-Aġenzija kienet iffinanzjata kompletament mid-dħul mill-ħlasijiet mill-operazzjonijiet REACH u CLP;

9.  Jifraħ lill-Aġenzija talli kompliet tiżviluppa r-rappurtar tagħha, u tissemplifika l-proċessi finanzjarji tagħha;

Impenji u riporti

10.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-livell ta' approprjazzjonijiet impenjati riportati għall-2015 kien ta' 35 % għat-Titoli III, IV u V (nefqa operattiva), livell li jirrappreżenta tnaqqis ta' 11 % meta mqabbel mal-2013; jirrikonoxxi li dawn ir-riporti prinċipalment irriżultaw min-natura pluriennali tal-proġetti ta' żvilupp ippjanati fis-settur informatiku, mill-ispejjeż ta' traduzzjonijiet ordnati iżda mhux ikkonsenjati sa tmiem is-sena u mill-valutazzjonijiet tas-sustanzi bi skadenza regolatorja fl-2015;

Proċeduri ta' akkwist u reklutaġġ

11.  Jistabbilixxi mill-Aġenzija li fl-2014, fl-implimentazzjoni tal-baġit tagħha, din iffirmat 736 kuntratt, fosthom 548 taħt kuntratti qafas u 188 bħala riżultat ta' akkwist; jinnota li 23 kuntratt inklużi f'din l-aħħar kategorija ġew iffirmati bħala riżultat ta' proċeduri nnegozjati eċċezzjonali u 11 minn dawk it-23 jirreferu għal servizzi legali;

12.  Jinnota b'sodisfazzjon li fl-2014 l-objettiv ta' reklutaġġ tal-Aġenzija nkiseb b'97 % ta' postijiet temporanji u 94 % ta' pożizzjonijiet ta' aġenti kuntrattwali okkupati fi tmiem dik is-sena; jinnota barra minn hekk li fi tmiem l-2014 kien hemm 479 membru ta' persunal temporanju u 106 membri ta' persunal kuntrattwali diġà reklutati jew li kienu qed jiġu reklutati; jirrikonoxxi li ġiet approvata politika ġdida għall-mobilità interna, lejn il-bidu tas-sena 2014 fil-qasam tal-iżvilupp professjonali, bil-għan li ttejjeb il-possibbiltajiet ta' mobilità interna u li l-proċess isir aktar dinamiku;

13.  Jinnota b'sodisfazzjon li wara l-implimentazzjoni tal-politika ta' prevenzjoni tal-fastidju, erba' konsulenti kunfidenzjali oħra ġew innominati u mħarrġa matul l-2014;

14.  Jinnota li l-Aġenzija qiegħda tiddedika 78 % tar-riżorsi umani tagħha għall-attivitajiet operattivi; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timxi aktar 'il quddiem fuq din it-triq;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

15.  Jirrikonoxxi li l-Aġenzija implimentat ir-rakkomandazzjonijiet mir-Rapport Speċjali tal-Qorti Nru 15/2012 dwar il-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess f'aġenziji magħżula tal-UE; jinnota barra minn hekk li l-Aġenzija regolarment tirrevedi u taġġorna l-politiki tagħha dwar il-kunflitti ta' interess;

16.  Jinnota mill-Aġenzija li din għandha erba' kumitati xjentifiċi, stabbiliti skont ir-regolament fundatur tagħha, li joħorġu opinjonijiet formali u rakkomandazzjonijiet; jieħu nota li dawk il-kumitati jikkonsistu f'esperti, li kważi kollha huma uffiċjali pubbliċi, nominati jew maħtura mill-Istati Membri, filwaqt li l-partijiet interessati jitħallew jieħdu sehem biss bħala osservaturi; jirrikonoxxi li l-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess għal dawk il-membri tal-kumitati hija strettament ġestita mill-proċedura tal-Aġenzija għall-prevenzjoni u l-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess potenzjali, inklużi dikjarazzjonijiet tal-interessi annwali u dikjarazzjonijiet orali fil-bidu ta' kull laqgħa;

17.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li ddeċidiet li tissottoponi l-membri tal-gruppi ta' ħidma informali, il-gruppi ta' esperti u l-forums ta' diskussjoni tagħha għall-ġestjoni tal-kunflitti ta' interess, li tinkludi dikjarazzjonijiet tal-interessi annwali u dikjarazzjonijiet orali fil-bidu ta' kull laqgħa;

18.  Jiddikjara li r-rapporti annwali tal-Aġenzija jista' jkollhom rwol importanti fl-ottemperanza għar-rigward tat-trasparenza, l-obbligu ta' rendikont u l-integrità; jistieden lill-Aġenzija tinkludi kapitolu standard dwar dawn il-komponenti fir-rapport annwali tagħha;

Kontrolli interni

19.  Jinnota li wara d-dħul fis-seħħ u l-applikazzjoni tar-Regolament Finanzjarju, il-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija adotta regoli ġodda ta' implimentazzjoni li ilhom japplikaw mill-1 ta' Jannar 2015; jinnota barra minn hekk li dawk ir-regoli ta' implimentazzjoni jistabbilixxu r-regoli ta' implimentazzjoni tal-evalwazzjoni ex ante u ex post tal-programmi, il-proġetti u l-attivitajiet; josserva li s-sistema attwali ta' kontroll intern tal-Aġenzija tagħmel enfasi qawwija fuq il-kontroll ex ante, filwaqt li l-evalwazzjoni ex post twettqet prinċipalment għall-proġetti tal-IT, skont il-metodoloġija PRINCE2 applikabbli għall-governanza tal-proġetti fl-Aġenzija; jistieden lill-Aġenzija tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-eżiti tal-implimentazzjoni ta' dawk ir-regoli ġodda;

20.  Jirrikonoxxi mill-Aġenzija li l-Bord ta' Tmexxija tagħha adotta strateġija kontra l-frodi f'Diċembru 2014; jinnota li tali strateġija tkopri s-snin 2015-2016 u fiha pjan ta' azzjoni b'azzjonijiet speċifiċi li jridu jiġu implimentati matul dak il-perjodu ta' żmien; jieħu nota li l-eżerċizzju tal-valutazzjoni tar-riskju ta' frodi interna li ppreċeda l-adozzjoni ta' tali strateġija wera li l-profil tar-riskju tal-Aġenzija huwa wieħed baxx; jinnota li l-għan ewlieni ta' tali strateġija huwa l-iżvilupp ta' kultura kontra l-frodi mifruxa fl-Aġenzija, b'enfasi fuq is-sensibilizzazzjoni;

Awditjar intern

21.  Jinnota mill-Aġenzija li, fl-2014, is-Servizz ta' Awditjar Intern (IAS) tal-Kummissjoni wettaq awditu dwar "Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni" biex jivvaluta u jipprovdi assigurazzjoni dwar jekk is-sistemi ta' ġestjoni u kontroll intern maħsubin biex imexxu l-proċess ta' "Applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni" humiex adegwati u effikaċi biżżejjed ħalli jkun żgurat li l-applikazzjonijiet jistgħu jiġu pproċessati sal-iskadenzi stabbiliti; jinnota li l-awditu wassal għal ħames rakkomandazzjonijiet immarkati bħala "importanti" u li ma ħarġet l-ebda rakkomandazzjoni "kritika" jew "importanti ħafna";

22.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-IAS għalaq l-azzjonijiet kollha pendenti mill-awditu dwar il-"Ġestjoni tal-Kumitati fl-Aġenzija" li twettaq fl-2013;

23.  Jieħu nota li l-Kapaċità ta' Awditjar Intern (IAC) tal-Aġenzija wettqet awditi ta' assigurazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-verifika tat-talbiet għall-kunfidenzjalità, it-taħriġ u l-iżvilupp tal-persunal kif ukoll awditu konsultattiv dwar il-proċessi tal-BPR; jinnota li l-pjanijiet ta' azzjoni ġew elaborati f'risposta għar-rakkomandazzjonijiet tal-IAS u tal-IAC;

Kummenti oħra

24.  Jirrikonoxxi li l-awditu dwar iċ-ċertifikazzjoni ISO 9001:2008 kkonkluda li l-proċeduri u l-istruzzjonijiet ta' ħidma għall-proċessi relatati ma' REACH u mas-CLP fis-sistema ta' ġestjoni integrata tagħha kienu deskritti tajjeb; jinnota mill-Aġenzija li din qed tkompli taħdem biex iżżid l-effiċjenza u l-effikaċja tal-operazzjonijiet tagħha, u jinnota wkoll li l-Aġenzija se tapplika għall-istess ċertifikazzjoni għall-attivitajiet tagħha relatati mal-PIC u l-BPR; jinnota li l-Aġenzija se tipproċedi bl-integrazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali fis-sistema tagħha ta' ġestjoni tal-kwalità;

°

°  °

25.  Jirreferi, fir-rigward tal-kummenti l-oħrajn li jakkumpanjaw id-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza, li huma ta' natura orizzontali, għar-riżoluzzjoni tiegħu ta' [xx xxxx 2016](17) [dwar il-prestazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja u l-kontroll tal-aġenziji].

22.1.2016

OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel

għall-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2184(DEC))

Rapporteur għal opinjoni: Giovanni La Via

SUĠĠERIMENTI

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit, bħala l-kumitat responsabbli, biex jinkorpora s-suġġerimenti li ġejjin fil-mozzjoni għal riżoluzzjoni tiegħu:

1.  Ifakkar li l-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi ("l-Aġenzija") hija entità kkonsolidata, f'konformità mal-Artikolu 208 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(18) ("ir-Regolament Finanzjarju");

2.  Ifakkar li, sa mill-2012, l-Aġenzija ngħatat il-kompitu li tiġġestixxi u twettaq aspetti tekniċi, xjentifiċi, u amministrattivi tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(19) (Regolament dwar il-prodotti bijoċidali (BPR)) kif ukoll kompiti simili relatati mal-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi skont ir-Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(20) (Regolament dwar kunsens informat minn qabel (PIC));

3.  Ifakkar li, fir-rigward tar-Regolament BPR, il-prodotti bijoċidali tal-Aġenzija huma parzjalment iffinanzjati mit-tariffi mħallsa mill-industrija u parzjalment minn sussidju tal-UE, skont l-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju; jenfasizza, għalhekk, li hija ta' importanza kbira li tiġi żgurata t-trasparenza;

4.  Jirrikonoxxi bi tħassib li l-Aġenzija kellha twettaq l-attivitajiet bijoċidali tagħha taħt restrizzjonijiet baġitarji u tar-riżorsi umani severi fl-2014, minħabba li t-tariffi miġbura fuq is-sustanzi bijoċidi fl-2014 kienu ħafna inqas minn dak stmat (EUR 1,3 miljun), u li koprew 17 % biss tal-infiq relatat mas-sustanzi bijoċidali; jinnota li, bħala riżultat, il-linja baġitarja tal-Aġenzija ġiet rinfurzata permezz ta' trasferiment baġitarju mill-Kummissjoni u li l-Aġenzija għamlet ukoll sforzi biex tibbilanċja l-introjtu aktar baxx mal-infiq tagħha;

5.  Jinnota d-diffikultajiet tal-Aġenzija, fin-nuqqas ta' riżerva finanzjarja, biex tikseb sussidju addizjonali f'dawk is-snin fejn id-dħul finanzjarju mit-tariffi fuq is-sustanzi bijoċidali se jkun aktar baxx minn dak stmat; jieħu nota tat-tħassib tal-Aġenzija li jekk din is-sitwazzjoni tkompli u ma tiġix ikkumpensata b'sussidju ogħla, se jkun estremament diffiċli għaliha li tkompli twettaq l-obbligi kollha tagħha li mhumiex relatati mat-tariffi;

6.  Jenfasizza li fl-2014 l-Aġenzija rċeviet kontribuzzjoni tal-UE għar-Regolament PIC li ammontat għal EUR 1,3 miljun, kontribuzzjoni li ppermettitilha li tiffinalizza l-attivitajiet preparatorji u tiżgura d-dħul fis-seħħ b'suċċess tar-Regolament PIC fl-1 ta' Marzu 2014;

7.  Jinnota li d-dħul mit-tariffi u mill-imposti fir-rigward tal-attivitajiet REACH u l-attivitajiet ta' klassifikazzjoni, ittikkettar u imballaġġ (CLP) fl-2014 ammonta għal EUR 27,8 miljun (li jirriżulta minn dħul mit-tariffi tar-reġistrazzjonijiet REACH, ħidma ta' verifikazzjoni tal-SMEs, u dħul mill-imgħax mir-riżervi) u b'hekk qabeż il-previżjonijiet;

8.  Ifakkar li, skont ir-Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (21) (ir-Regolament REACH), l-Aġenzija hija ffinanzjata permezz tat-tariffi mħallsa mill-industrija għar-reġistrazzjoni ta' sustanzi kimiċi u minn sussidju ta' bilanċjar possibbli tal-UE, skont l-Artikolu 208 tar-Regolament Finanzjarju; jinnota, barra minn hekk, li fl-2014, għar-raba' sena konsekuttiva, l-Aġenzija kienet iffinanzjata kompletament mid-dħul mit-tariffi mill-operazzjonijiet REACH u CLP;

9.  Jilqa' l-impenn tal-Aġenzija li tagħti segwitu għall-kummenti tas-sena preċedenti, u jifirħilha talli naqqset ir-rata ta' riporti tagħha għal inqas minn 10 % bħala medja għar-regolamenti kollha, u jinkoraġġiha tkompli l-isforzi tagħha biex tnaqqas ir-riporti kull fejn ikun possibbli; jinnota li, fl-2014, ir-riporti prinċipalment irriżultaw min-natura pluriennali tal-proġetti ppjanati ta' żvilupp informatiku (EUR 4,5 miljun), l-ispejjeż għat-traduzzjonijiet li ġew ordnati fl-2014 iżda li sa tmiem dik is-sena kienu għadhom la waslu u lanqas tħallsu (EUR 0,5 miljun), u valutazzjonijiet tas-sustanza b'data ta' skadenza regolatorja fl-2015 (EUR 1,9 miljun);

10.  Jifraħ lill-Aġenzija talli kompliet tiżviluppa r-rappurtar tagħha, u tissimplifika l-proċessi finanzjarji tagħha;

11.  Jilqa' l-approċċ ta' trasparenza adottat mill-Bord ta' Tmexxija tal-Aġenzija, li b'hekk laqa' wkoll it-talba tal-Ombudsman Ewropew; jistieden lill-Aġenzija taġġorna b'mod kostanti l-proċeduri interni tagħha bl-għan li tiggarantixxi l-indipendenza tal-persunal tagħha;

12.  Jitlob lill-korp responsabbli tal-Aġenzija jimplimenta l-istrateġija kontra l-frodi mill-aktar fis possibbli;

13.  Jinnota li, fl-2014, l-Aġenzija naqqset il-karigi tagħha fl-oqsma REACH/CLP tagħha skont id-deċiżjoni fuq il-baġit tal-2014 u qabżet il-mira ta' reklutaġġ tagħha meta mliet 97 % tal-karigi sal-aħħar ta' dik is-sena (fir-rigward ta' REACH/CLP, BRP u PIC); jenfasizza, b'mod aktar speċifiku, li 479 mill-495 karigi disponibbli għall-persunal temporanju mtlew, u 118-il aġent kuntrattwali u esperti nazzjonali sekondati ġew impjegati sa tmiem l-2014;

14.  Jinnota li l-Aġenzija qiegħda tiddedika 78 % tar-riżorsi umani tagħha għall-attivitajiet operattivi; jinkoraġġixxi lill-Aġenzija timxi aktar 'il quddiem fuq din it-triq;

15.  Jinnota r-riżerva fil-konfront tad-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni tal-2013 mill-Qorti tal-Awdituri, meta jitqies li l-mandat tal-Aġenzija ma jinkludix kontrolli jew spezzjonijiet fil-livell nazzjonali, u għalhekk ma jistax jikkonferma li sustanzi u prodotti reġistrati jew awtorizzati biss, li għalihom tħallset miżata lill-Aġenzija, huma disponibbli fis-suq Ewropew;

16.  Jilqa' l-fatt li l-Qorti tal-Awdituri ħabbret li t-tranżazzjonijiet li fuqhom huma bbażati l-kontijiet annwali tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014 kienu legali u regolari fl-aspetti rilevanti kollha;

17.  Jirrakkomanda, abbażi tal-fatti disponibbli, l-għoti tal-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2014.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Data tal-adozzjoni

21.1.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

62

3

3

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marco Affronte, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Catherine Bearder, Ivo Belet, Simona Bonafè, Soledad Cabezón Ruiz, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Mireille D’Ornano, Miriam Dalli, Seb Dance, Angélique Delahaye, Jørn Dohrmann, Ian Duncan, Stefan Eck, Bas Eickhout, Eleonora Evi, José Inácio Faria, Francesc Gambús, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Sylvie Goddyn, Matthias Groote, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Jean-François Jalkh, Benedek Jávor, Karin Kadenbach, Peter Liese, Norbert Lins, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Miroslav Mikolášik, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, Marcus Pretzell, Frédérique Ries, Daciana Octavia Sârbu, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Tibor Szanyi, Claudiu Ciprian Tănăsescu, Estefanía Torres Martínez, Nils Torvalds, Glenis Willmott, Damiano Zoffoli

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Paul Brannen, Herbert Dorfmann, Christofer Fjellner, Luke Ming Flanagan, Elena Gentile, Martin Häusling, Karol Karski, Andrey Kovatchev, Merja Kyllönen, Marijana Petir, Christel Schaldemose, Jasenko Selimovic, Bart Staes, Mihai Ţurcanu, Tom Vandenkendelaere, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Daniel Dalton

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

4

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bodil Valero

(1)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.

(2)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.

(3)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(5)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(6)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(7)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.

(8)

ĠU C 409, 9.12.2015, p. 131.

(9)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(10)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(11)

ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(12)

ĠU L 328, 7.12.2013, p. 42.

(13)

ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1.

(14)

ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60.

(15)

ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1.

(16)

ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(17)

Testi adottati ta' din id-data, P[8_TA(-PROV)(2016)0000].

(18)

Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 (ĠU  L 298, 26.10.2012, p. 1).

(19)

Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1).

(20)

Regolament (UE) Nru 649/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Lulju 2012 dwar l-esportazzjoni u l-importazzjoni ta' sustanzi kimiċi perikolużi (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 60).

(21)

Regolament (KE) Nru 1907/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar ir-reġistrazzjoni, il-valutazzjoni, l-awtorizzazzjoni u r-restrizzjoni ta' sustanzi kimiċi (REACH), li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi, li jemenda d-Direttiva 1999/45/KE u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 793/93 tal-Kunsill u r-Regolament (KE) Nru 1488/94 tal-Kummissjoni kif ukoll id-Direttiva 76/769/KEE tal-Kunsill u d-Direttivi 91/155/KEE, 93/67/KEE, 93/105/KE u 2000/21/KE tal-Kummissjoni (ĠU L 396, 30.12.2006, p. 1).

Avviż legali