Proċedura : 2015/2204(DEC)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0119/2016

Testi mressqa :

A8-0119/2016

Dibattiti :

PV 27/04/2016 - 17
CRE 27/04/2016 - 17

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.58
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0194

RAPPORT     
PDF 695kWORD 118k
8.4.2016
PE 571.620v02-00 A8-0119/2016

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2204(DEC))

Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit

Rapporteur: Marian-Jean Marinescu

 1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW


1. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(1),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(2) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0059/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(3), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(4),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(5),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(6), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(7),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(8),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0119/2016),

1.  Jagħti l-kwittanza lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jippreżenta l-kummenti tiegħu fir-riżoluzzjoni t'hawn taħt;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hija parti integrali minnha, lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li jiġu ppubblikati f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

2. PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014, flimkien mat-tweġibiet tal-Impriża Konġunta(9),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' assigurazzjoni(10) dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet u l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri għas-sena finanzjarja 2014 skont l-Artikolu 287 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tat-12 ta' Frar 2016 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-Impriża Konġunta fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2014 (05587/2016 – C8-0059/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 319 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002(11), u b'mod partikolari l-Artikolu 209 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 72/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ENIAC(12),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 74/2008 tal-20 ta' Diċembru 2007 dwar it-twaqqif tal-Impriża Konġunta ARTEMIS għall-implimentazzjoni ta' Inizjattiva Teknoloġika Konġunta f'Sistemi Inkorporati tal-Kompjuter(13),

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL(14), u b'mod partikolari l-Artikolu 1(2) u l-Artikolu 12 tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE, Euratom) Nru 2343/2002 tad-19 ta' Novembru 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju strutturali għall-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 185 tar-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju li jgħodd għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej(15),

–  wara li kkunsidra r-Regolament ta' Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 110/2014 tat-30 ta' Settembru 2013 dwar il-Mudell tar-Regolament Finanzjarju għal korpi ta' sħubija pubblika-privata msemmija fl-Artikolu 209 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(16),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0119/2016),

1.  Japprova l-għeluq tal-kontijiet tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lid-Direttur Eżekuttiv tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis), lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Qorti tal-Awdituri, u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L).

3. MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

li tinkludi l-kummenti li jagħmlu parti integrali mid-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014

(2015/2204(DEC))

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-deċiżjoni tiegħu dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Impriża Konġunta ECSEL (li qabel kienet tissejjaħ l-Impriża Konġunta ENIAC u l-Impriża Konġunta Artemis) għas-sena finanzjarja 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 94 u l-Anness V tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (A8-0119/2016),

A.  billi fis-7 ta' Ġunju 2014 l-Impriża Konġunta ECSEL ("l-Impriża Konġunta") ġiet stabbilita bħala impriża konġunta fis-sens tal-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, bl-għan li timplimenta l-Inizjattiva Konġunta Teknoloġika dwar Komponenti u Sistemi Elettroniċi għal Tmexxija Ewropea għall-perjodu sal-31 ta' Diċembru 2024;

B.  billi s-sħubija pubblika-privata dwar komponenti u sistemi elettroniċi għandha tikkombina l-mezzi finanzjarji u tekniċi li huma essenzjali għall-ħakma tal-kumplessità tal-pass dejjem aktar mgħaġġel tal-innovazzjoni f'dan il-qasam;

C.   billi, bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 561/2014(17), l-Impriża Konġunta ġiet stabbilita biex tissostitwixxi u tkun is-suċċessur tal-Impriża Konġunta ENIAC (ENIAC) u l-Impriża Konġuna ARTEMIS (ARTEMIS);

D.   billi l-membri tal-Impriża Konġunta huma l-Unjoni, l-Istati Membri u l-pajjiżi assoċjati mal-inizjattiva Orizzont 2020 fuq bażi volontarja, assoċjazzjonijiet membri privati li jirrappreżentaw il-kumpaniji kostitwenti tagħhom u organizzazzjonijiet oħra li huma attivi fil-qasam tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi fl-Unjoni; billi l-Impriża Konġunta għandha tkun miftuħa għal membri ġodda;

E.   billi fil-valutazzjoni tal-impatt ġenerali tal-Impriża Konġunta, għandhom jiġu kkunsidrati investimenti minn entitajiet legali li ma jkunux l-Unjoni u l-Istati parteċipanti fl-Impriża Konġunta li jikkontribwixxu għall-objettivi tagħha; billi dawk l-investimenti ġenerali mistennija li komplessivament jammontaw għal mill-inqas EUR 2 340 000 000;

F.  billi l-kontribuzzjonijiet lill-Impriża Konġunta previsti għall-perjodu kollu tal-inizjattiva Orizzont 2020 jammontaw għal EUR 1 184 874 000 mill-Unjoni, EUR 1 170 000 000 mill-istati parteċipanti tal-Impriża Konġunta u EUR 1 657 500 000 mill-membri privati;

G.   billi t-tranżizzjoni mill-ENIAC u l-ARTEMIS għall-Impriża Konġunta għandha tkun allinjata u sinkronizzata mat-tranżizzjoni mis-Seba' Programm Kwadru(18) (FP7) għall-inizjattiva Orizzont 2020 biex jiġi żgurat l-aħjar użu tal-finanzjament disponibbli għar-riċerka;

Ġenerali

1.  Jinnota li l-Qorti tal-Awdituri ("il-Qorti"), fir-rapport tagħha dwar il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 ("ir-rapport tal-Qorti") tagħmel kummenti wisq ġenerali, askapitu ta' kummenti vijabbli u speċifiċi; jappella għalhekk li jsir awditu b'enfasi akbar fuq il-prestazzjoni finanzjarja annwali, l-istatus ta' implimentazzjoni ta' proġetti pluriennali, inkluża preżentazzjoni ċara tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena rispettiva u għas-snin preċedenti, u r-riżultati u l-implimentazzjoni tagħhom;

2.  Jinnota li l-informazzjoni pprovduta fir-Rapport tal-Impriża Konġunta dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għas-sena finanzjarja 2014 kienet nieqsa minn armonizzazzjoni u ħafna drabi kienet inkompleta; jinnota li tinħtieġ gwida mill-Kummissjoni fir-rigward tan-natura u l-kontenut tar-rapport;

3.  Jieħu nota tal-fatt li l-programm ta' ħidma 2016 tal-Qorti jinkludi rapport speċjali dwar l-awditu tal-prestazzjoni ta' impriżi konġunti;

Ġestjoni baġitarja u finanzjarja

4.  Jirrikonoxxi li, skont ir-rapport tal-Qorti, il-kontijiet tal-Impriża Konġunta għall-perjodu mis-27 ta' Ġunju sal-31 ta' Diċembru 2014 jippreżentaw b'mod ġust, fl-aspetti materjali kollha, il-pożizzjoni finanzjarja tagħha fil-31 ta' Diċembru 2014 u r-riżultati tal-operazzjonijiet tagħha u l-flussi tal-flus tagħha għall-perjodu li ntemm dakinhar, skont id-dispożizzjonijiet tar-regoli finanzjarji tagħha u r-regoli kontabilistiċi adottati mill-uffiċjal tal-kontabbiltà tal-Kummissjoni;

5.  Jinnota li l-baġit finali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 kien jinkludi approprjazzjonijiet ta' impenn ta' EUR 160 114 500 u approprjazzjonijiet ta' pagament ta' EUR 104 144 250;

6.  Jiddispjaċih għan-nuqqas ta' informazzjoni rigward il-kontribuzzjonijiet in natura u fi flus; jistieden lill-Qorti biex fir-rapporti futuri tinkludi dispożizzjonijiet dwar il-proċedura ta' evalwazzjoni u l-livell ta' kontribuzzjoni in natura u fi flus, separatament, għall-FP7 u l-Orizzont 2020;

7.  Jinnota li l-programmi tal-Impriża Konġunta ffinanzjati skont l-FP7 għadhom għaddejjin; iħeġġeġ lill-Impriża Konġunta twettaq l-ippjanar baġitarju tagħha b'attenzjoni, filwaqt li tqis kif dovut il-proċess parallel;

8.  Jirrikonoxxi li, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta għas-sena finanzjarja 2014 ("il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta") iddaħħlu fis-seħħ arranġamenti prattiċi sabiex jiġu implimentati l-obbligi previsti fil-ftehimiet amministrattivi tal-Impriża Konġunta bl-introduzzjoni tal-formola speċifika ta' rappurtar "ċertifikat ta' tmiem il-proġett"; jinnota li l-Impriża Konġunta introduċiet tali formola speċifika lill-Awtoritajiet ta' Finanzjament Nazzjonali (NFAs);

9.  Jirrikonoxxi li fl-2014 l-Impriża Konġunta elaborat lista ta' kontroll li tinkludi l-elementi essenzjali ta' sistema ta' assigurazzjoni u kienet involuta fi skambji intensivi mal-NFAs biex tivvaluta l-assigurazzjoni mogħtija mis-sistemi nazzjonali; jinnota li l-valutazzjoni tlestiet fir-rigward ta' ħames kontributuri, li jirrappreżentaw 54,2 % tal-għotjiet mogħtija mill-Impriża Konġunta u li kontributur ieħor, li jirrappreżenta 18,9 % tal-għotjiet mogħtija mill-Impriża Konġunta, ġie rieżaminat, għalkemm l-aġġornament dwaru kien għadu pendenti meta sar l-awditu;

Jinnota li l-Impriża Konġunta stmat li r-rata ta' żball residwu kienet ta' 0,73 %; josserva, madankollu, li l-Impriża Konġunta naqset milli tikkomunika l-għadd ta' tranżazzjonijiet li tqiesu għall-kalkolu ta' din ir-rata; jitlobha, għalhekk, tipprovdi din l-informazzjoni;

11.  Jirrimarka li, minkejja dak imsemmi hawn fuq, il-Qorti ħarġet opinjoni kwalifikata dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet sottostanti għall-kontijiet annwali minħabba li l-ftehimiet amministrattivi ffirmati mal-NFAs dwar l-awditjar tad-dikjarazzjonijiet tal-ispejjeż tal-proġetti ma jinkludux arranġamenti prattiċi għall-awditi ex post;

12.  Jinnota mir-rapport tal-Qorti li l-Impriża Konġunta ma vvalutatx il-kwalità tar-rapporti tal-awditjar li rċeviet mingħand l-NFAs fir-rigward tal-ispejjeż relatati ma' proġetti lesti; jinnota, barra minn hekk, li, wara valutazzjoni tal-istrateġiji tal-awditjar ta' tliet NFAs, ma kienx possibbli li jiġi determinat jekk l-awditi ex post humiex qegħdin jiffunzjonaw b'mod effikaċi minħabba l-metodoloġiji differenti użati mill-NFAs li ma ppermettewx lill-Impriża Konġunta tikkalkula rata ta' żball ipponderat jew rata ta' żball residwu; jinnota li din id-diffikultà teknika, madankollu, ma tirriżultax fl-opinjoni negattiva tal-Qorti, iżda naturalment iżżommha milli tikkonferma l-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet mingħajr ma tifformula riżerva; jinnota wkoll li l-Impriża Konġunta kkonfermat li l-valutazzjoni estensiva tagħha tas-sistemi ta' assigurazzjoni nazzjonali kkonkludiet li dawn jistgħu jipprovdu protezzjoni raġonevoli tal-interessi finanzjarji tal-membri tagħha;

13.  Jinnota li l-Impriża Konġunta hija tal-fehma li l-proċeduri nazzjonali jipprovdu assigurazzjoni raġonevoli rigward il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet ta' bażi minkejja bosta rapporti minn istituzzjonijiet differenti tal-Unjoni, inkluża l-awtorità ta' kwittanza; jistieden lill-Impriża Konġunta, wara l-valutazzjoni tal-proċeduri applikati mill-NFAs, biex tistieden lill-NFAs jipproduċu dikjarazzjoni bil-miktub li l-implimentazzjoni tal-proċeduri nazzjonali tipprovdi assigurazzjoni raġonevoli dwar il-legalità u r-regolarità tat-tranżazzjonijiet;

14.  Jinnota li r-rapport tal-Qorti jinkludi opinjoni kwalifikata li hija bbażata fuq in-nuqqas ta' informazzjoni meħtieġa għall-kalkolu ta' rata ta' żball ipponderat jew ta' rata ta' żball residwu wara l-awditi ex post mill-NFAs; jistieden lill-Qorti tiġbor dokumenti u informazzjoni addizzjonali u meħtieġa, li l-Impriża Konġunta m'għandhiex is-setgħa li tirrikjedi, minn korpi nazzjonali tal-awditjar jew mid-dipartimenti kompetenti nazzjonali skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 287(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea; barra minn hekk, jistieden lill-Qorti tuża dawk id-dokumenti addizzjonali u dik l-informazzjoni addizzjonali bħala mod alternattiv biex tiġġustifika l-opinjoni tagħha u tirrapporta lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-valutazzjoni tagħha ta' dawk l-elementi addizzjonali;

15.  Jinnota li ammont sostanzjali tal-baġit emendatorju li żied l-approprjazzjonijiet ta' impenn għal EUR 158 200 000 ġie implimentat mill-Bord ta' Tmexxija sal-aħħar tas-sena finanzjarja; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-kriterji segwiti biex twettaq tali deċiżjoni finanzjarja sinifikanti;

16.  Jirrikonoxxi li r-rata ta' implimentazzjoni għall-approprjazzjonijiet ta' impenn operattivi kienet ta' 99,7 %; jinnota, madankollu, li ġew iffirmati approprjazzjonijiet ta' impenn fuq livell globali u, għalhekk, ebda ftehim korrispondenti ta' għotja ma ġie ffirmat s'issa; jikkunsidra li, fin-nuqqas ta' separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni relatata mal-implimentazzjoni tal-FP7 u l-inizjattiva Orizzont 2020, dawk l-indikaturi ma jiżgurawx evalwazzjoni reali tal-prestazzjoni; jistieden lill-Qorti biex f'rapporti futuri tinkludi informazzjoni rigward l-eżekuzzjoni tal-baġit taħt l-FP7 u, b'mod separat, taħt l-inizjattiva Orizzont 2020; jitlob lill-Impriża Konġunta tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-qagħda attwali u kwalunkwe progress li sar f'dak ir-rigward;

17.  Jinnota li ma saret l-ebda separazzjoni ċara bejn l-informazzjoni ta' implimentazzjoni tal-FP7 u l-inizjattiva Orizzont 2020 minħabba l-fatt li ma ġie ffirmat l-ebda kuntratt relatat mal-implimentazzjoni tal-inizjattiva Orizzont 2020 sa tmiem l-2014 u għaldaqstant ma sar l-ebda pagament; jitlob lill-Qorti tipprovdi informazzjoni separata dwar l-implimentazzjoni baġitarja għall-FP7 u l-inizjattiva Orizzont 2020 fir-rapport tagħha għall-2015; jistieden lill-Impriża Konġunta tipprovdi dik l-informazzjoni fir-Rapport tagħha dwar il-Ġestjoni Baġitarja u Finanzjarja għall-2015;

18.  Jappoġġa l-inizjattiva tal-Impriża Konġunta biex tikkollabora ma' kontributuri iżgħar u testendi l-kopertura ta' għotjiet sabiex tinkludi 90 % tal-għotjiet li ngħataw; jistieden lill-Impriża Konġunta tkompli l-valutazzjoni tagħha sabiex tilħaq kopertura ta' 100 % tat-total tal-għotjiet u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza dwar il-progress li sar fis-sena finazjarja tal-2015 u l-2016;

19.  Jirrimarka li l-Impriża Konġunta ħadet f'idejha l-attivitajiet tal-ENIAC u tal-ARTEMIS f'Ġunju 2014; jinnota li m'hemmx biżżejjed informazzjoni ċara dwar l-istatus ta' implimentazzjoni tal-proġetti tal-Impriża Konġunta (livell ta' pagamenti, pjanijiet ta' pagament għas-snin li ġejjin);

20.  Jilqa' l-valutazzjoni tal-Impriża Konġunta tal-livell ta' kontribuzzjonijiet in natura; jinnota, madankollu, in-nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti sabiex jiġi verifikat it-twettiq tal-kompiti tal-membri fir-rigward tal-FP7;

Qafas ġuridiku

21.  Itenni t-talba tiegħu lill-Qorti biex tippreżenta valutazzjoni finanzjarja kompleta u xierqa tad-drittijiet u l-obbligi tal-Impriża Konġunta għall-perjodu sad-data meta l-Impriża Konġunta bdiet l-attività tagħha(19);

Awditu intern

22.  Jieħu nota li s-servizz tal-awditjar intern tal-Kummissjoni wettaq valutazzjoni tar-riskju tal-Impriża Konġunta; jirrimarka li erba' punti ġew ikklassifikati bħala "impatt għoli/riskju għoli";

23.  Jitlob lill-Impriża Konġunta tipprovdi lill-awtorità ta' kwittanza informazzjoni dettaljata dwar il-ġestjoni tar-riskju ta' spejjeż indiretti dwar miżuri konkreti li ttieħdu fid-dawl tal-ħidma mal-Kummissjoni biex jinstabu mekkaniżmi alternattivi, kif ukoll aktar possibbiltajiet ta' konverġenza fil-proċeduri ta' kontabbiltà sabiex tevita r-riskju potenzjali ta' żamma ta' kontabbiltà u rappurtar doppju jew triplu u l-piż finanzjarju li dan jista' jikkawża;

24.  Jitlob lill-Impriża Konġunta taġġorna lill-awtorità ta' kwittanza dwar l-adozzjoni u l-implimentazzjoni tal-istrateġija kontra l-frodi;

25.  Jirrikonoxxi li l-Impriża Konġunta se timplimenta strateġija ta' awditjar allinjata mal-proċeduri standard tal-inizjattiva Orizzont 2020; jitlob li l-Impriża Konġunta tissottometti rapport lill-awtorità ta' kwittanza li fih tesponi fid-dettall il-kriterji segwiti biex twettaq tali strateġija, kif ukoll ir-raġunijiet għal tali strateġija u valutazzjoni tal-effikaċja tagħha;

Sistemi ta' kontroll intern

26.  Jinnota li l-Bord ta' Tmexxija tal-Impriża Konġunta stabbilixxa kapaċità ta' awditjar intern u approva l-karta interna rilevanti; jinnota, barra minn hekk, li, skont il-kontijiet annwali tal-Impriża Konġunta, żewġ standards ta' kontroll intern għadhom ma ġewx implimentati bis-sħiħ u li xi proċeduri għad iridu jiġu aġġornati;

Prevenzjoni u ġestjoni tal-kunflitti ta' interess u t-trasparenza

27.  Jinnota b'sodisfazzjon li l-Impriża Konġunta adottat politika komprensiva għall-prevenzjoni tal-kunflitti ta' interess; ifakkar, madankollu, li d-dikjarazzjonijiet tal-kunflitti ta' interess tal-membri tal-Bord ta' Tmexxija mhumiex disponibbli pubblikament;

Monitoraġġ u rappurtar tar-riżultati tar-riċerka

28.  Jilqa' l-progress li l-Impriża Konġunta wettqet fil-monitoraġġ u r-rappurtar; jinnota, madankollu, li għandu jsir sforz akbar biex tikkollabora aktar mill-qrib mal-Kummissjoni biex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-inizjattiva Orizzont 2020 u biex jingħata kontribut aħjar għat-tixrid tar-riżultati tal-FP7; jinnota, barra minn hekk, li l-Impriża Konġunta għandha żżid it-tixrid sistematiku tar-riżultati tar-riċerka; jitlob lill-Impriża Konġunta tieħu l-miżuri meħtieġa biex tikkonforma ma' dan fil-ġejjieni u tinforma lill-awtorità ta' kwittanza f'dak ir-rigward;

29.  Jilqa' l-pubblikazzjoni mill-Impriża Konġunta tar-Rapport dwar l-Impatt Soċjoekonomiku tal-attivitajiet tal-Impriża Konġunta ECSEL;

30.  Ifakkar li l-awtorità ta' kwittanza diġà talbet lill-Qorti tfassal rapport speċjali dwar il-kapaċità tal-impriżi konġunti, flimkien mas-sħab privati tagħhom, li jiżguraw valur miżjud u eżekuzzjoni effiċjenti tal-programmi tal-Unjoni ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni(20).

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

4.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

16

5

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Louis Aliot, Inés Ayala Sender, Dennis de Jong, Martina Dlabajová, Ingeborg Gräßle, Verónica Lope Fontagné, Monica Macovei, Dan Nica, Gilles Pargneaux, Georgi Pirinski, Petri Sarvamaa, Claudia Schmidt, Bart Staes, Marco Valli, Derek Vaughan, Anders Primdahl Vistisen, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marian-Jean Marinescu, Miroslav Poche

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Bodil Valero

(1)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 80.

(2)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 81.

(3)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(4)

  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(5)

  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(6)

  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(7)

  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(8)

  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(9)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 80.

(10)

  ĠU C 422, 17.12.2015, p. 81.

(11)

  ĠU L 298, 26.10.2012, p. 1.

(12)

  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 21.

(13)

  ĠU L 30, 4.2.2008, p. 52.

(14)

  ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152.

(15)

  ĠU L 357, 31.12.2002, p. 72.

(16)

  ĠU L 38, 7.2.2014, p. 2.

(17)

  Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 561/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi l-Impriża Konġunta ECSEL (ĠU L 169, 7.6.2014, p. 152).

(18)

  Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2006 dwar is-Seba' Programm Kwadru tal-Komunità Ewropea għall-attivitajiet ta' riċerka, ta' żvilupp teknoloġiku u ta' dimostrazzjoni (2007-2013) (ĠU L 412, 30.12.2006, p. 6).

(19)

  Proċedura ta' Kwittanza 2013 – dokumenti A8-0103/2015 ARTEMIS & A8-0104/2015 ENIAC.

(20)

  Proċedura ta' Kwittanza 2013 – dokumenti A8-0103/2015 ARTEMIS & A8-0104/2015 ENIAC.

Avviż legali