Proċedura : 2014/0134(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0128/2016

Testi mressqa :

A8-0128/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/04/2016 - 4.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2016)0138

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 574kWORD 79k
11.4.2016
PE 576.985v02-00 A8-00128/2016

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-UE

(12227/2014 – C8-0035/2015 – 2014/0134(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Francisco Assis

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f'isem l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, ta' Protokoll li jemenda l-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha minn naħa waħda, u l-Ġeorġja min-naħa l-oħra, biex tittieħed inkunsiderazzjoni l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-UE

(12227/2014 – C8-0035/2015 – 2014/0134(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (12227/2014),

–  wara li kkunsidra l-Protokoll (12226/2014),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0035/2015),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1), l-ewwel u t-tielet subparagrafi, l-Artikolu 99(2), u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0128/2016),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Ġeorġja.

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Introduzzjoni

Il-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ġeorġja ġie nnegozjat abbażi tad-Deċiżjoni tal-Kunsill adottata f'Ġunju 2009 li tawtorizza l-bidu tan-negozjati. Il-Ftehim ġie ffirmat fit-2 ta' Diċembru 2010(1).

Il-Ftehim mal-Ġeorġja kien l-ewwel ftehim komprensiv dwar it-trasport bl-ajru ffirmat ma' sieħeb importanti fl-avjazzjoni fir-reġjun tal-Kawkasu. Huwa jifforma parti mill-qafas ta' politika esterna tal-avjazzjoni tal-Unjoni stabbilit mill-Kummissjoni.

Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja mal-Unjoni Ewropea

Skont l-Att ta' Adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja(2), il-Kroazja se taderixxi mal-ftehimiet konklużi jew iffirmati qabel l-adeżjoni tal-Kroazja mill-Istati Membri tal-UE u l-Unjoni ma' pajjiż terz wieħed jew aktar permezz ta' protokoll għal dawk il-ftehimiet.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 13351/12 tal-14 ta' Settembru 2012 awtorizzat lill-Kummissjoni biex tinnegozja protokolli li jemendaw ftehimiet iffirmati jew konklużi bejn l-UE, jew l-UE u l-Istati Membri tagħha, u pajjiżi terzi, fid-dawl tal-adeżjoni tal-Kroazja mal-UE.

Fl-1 ta' Lulju 2013, ir-Repubblika tal-Kroazja aderixxiet mal-UE u saret it-28 Stat Membru tagħha.

Il-Protokoll sabiex titqies l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja fl-Unjoni Ewropea ġie nnegozjat bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-Ġeorġja.

Dispożizzjonijiet ewlenin tal-Protokoll

L-iskop tal-Protokoll huwa li jippermetti lir-Repubblika tal-Kroazja ssir Parti għall-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri tagħha u l-Ġeorġja (l-Artikolu 1) u jipprevedi l-addattamenti lingwistiċi meħtieġa li jirriżultaw (Artikolu 2). Il-Protokoll ma jintroduċi ebda tibdil fis-sustanza tal-Ftehim dwar l-Ispazju Komuni tal-Avjazzjoni.

Proċedura

Il-Protokoll ġie ffirmat fis-26 ta' Novembru 2014. Sabiex jiġi konkluż il-Protokoll, il-Kunsill jeħtieġ l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew. F'konformità mal-Artikoli 99 u 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, il-Parlament għandu jieħu deċiżjoni permezz ta' votazzjoni unika, u m'għandha titressaq l-ebda emenda għall-ftehim innifsu. Huma ammissibbli biss emendi li jkollhom l-għan li jirrinversaw ir-rakkomandazzjoni kif proposta mir-rapporteur.

Abbażi ta' dan kollu li ssemma hawn fuq, ir-Rapporteur jissuġġerrixxi li l-Kumitat TRAN għandu jagħti opinjoni favorevoli dwar il-konklużjoni ta' dan il-Protokoll.

RIŻULTAT TAL-VOTAZZJONI FINALI

FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

7.4.2016

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

42

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Daniela Aiuto, Lucy Anderson, Marie-Christine Arnautu, Georges Bach, Izaskun Bilbao Barandica, Deirdre Clune, Michael Cramer, Andor Deli, Karima Delli, Ismail Ertug, Jacqueline Foster, Tania González Peñas, Dieter-Lebrecht Koch, Merja Kyllönen, Miltiadis Kyrkos, Peter Lundgren, Marian-Jean Marinescu, Gesine Meissner, Cláudia Monteiro de Aguiar, Jens Nilsson, Markus Pieper, Salvatore Domenico Pogliese, Gabriele Preuß, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Jill Seymour, Claudia Tapardel, Keith Taylor, Pavel Telička, István Ujhelyi, Peter van Dalen, Wim van de Camp, Janusz Zemke, Roberts Zīle, Kosma Złotowski

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivo Belet, Kateřina Konečná, Werner Kuhn, Herbert Reul

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Edward Czesak, Sven Schulze, Marc Tarabella

(1)

It-test tal-Ftehim huwa ppubblikat fil-ĠU L 321, 20.11.2012, p.3.

(2)

ĠU L 112, 24.04.2012, p.21.

Avviż legali